Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22006D0652

    Deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kumitat Konġunt ta' l-UE-Żvizzera tas- 6 ta' Lulju 2006 li jemenda l-Anness II (Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni

    ĠU L 270, 29.9.2006, p. 67–71 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 142M, 5.6.2007, p. 188–192 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/652/oj

    5.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    188


    DEĊIŻJONI Nru 1/2006 TAL-KUMITAT KONĠUNT TA' L-UE-ŻVIZZERA

    tas-6 ta' Lulju 2006

    li jemenda l-Anness II (Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni

    (2006/652/KE)

    IL-KUMITAT KONĠUNT,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni u b'mod partikolari l-Artikoli 14 u 18 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”) ġie ffirmat fil-21 ta' Ġunju 1999 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002.

    (2)

    L-Anness II tal-Ftehim, kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 2/2003 tal-Kumitat Konġunt UE-Żvizzera tal-15 ta' Lulju 2003 li jemenda l-Anness II (Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (1), jirreferi b'mod partikolari għar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 (2) u (KEE) Nru 574/72 (3), kif aġġornati bir-Regolament (KE) Nru 118/97 (4) kif ukoll għar-Regolamenti li jemendaw li ġew wara, inkluż ir-Regolament (KE) 1386/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 410/2002 (6).

    (3)

    Ir-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 ġew emendati darbtejn mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2/2003 tal-Kumitat Konġunt UE-Żvizzera. B'konsegwenza ta' dan, sar meħtieġ li jiġu inkorporati l-atti li jemendaw relevanti, jiġifieri r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1851/2003 (7) u r-Regolament (KE) Nru 631/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), fil-Ftehim u iktar speċifikament fl-Anness II tiegħu.

    (4)

    L-għażla li tintalab eżenzjoni mill-assigurazzjoni obbligatorja Żvizzera tal-mard għandha tkun offruta lil pensjonati li jirċievu pensjoni Żvizzera u li joqogħdu l-Portugall peress li huma se jkunu koperti mill-assigurazzjoni Portugiża tal-mard.

    (5)

    Persuni li joqogħdu Franza u li huma assigurjati taħt skema ta' assigurazzjoni Żvizzera ta' mard minkejja l-possibiltà li jitolbu eżenzjoni għandhom ikollhom aċċess għal kura tas-saħħa fi Franza u l-Iżvizzera.

    (6)

    Jeħtieġ li jiġi indikat li l-Iżvizzera m'għandhiex skema li tipprovdi biss għall-allokazzjonijiet għall-familja jew allokazzjonijiet supplementari jew speċjali għall-orfni.

    (7)

    L-Anness II jeħtieġ li jiġi emendat biex jelenka l-istituzzjoni u l-korp ta' komunikazzjoni kompetenti Ġermaniża rigward l-assigurazzjoni tal-pensjoni fir-rigward ta' l-Iżvizzera.

    (8)

    In-natura teknika u kumplikata tal-kordinazzjoni ta' l-iskema tas-sigurtà soċjali titlob kordinazzjoni effettiva u koerenti permezz ta' l-applikazzjoni ta' disposizzjonijiet komuni u omoġenji fi ħdan it-territorju tal-partijiet Kontraenti.

    (9)

    Huwa fl-interess tal-persuni koperti b'dan il-Ftehim li jsolvu, jew ta' l-inqas jillimitaw fiż-żmien, kull effetti negattivi li jinqalgħu mill-applikazzjoni ta' regoli differenti ta' kordinazzjoni mill-Partijiet Kontraenti.

    (10)

    L-emendi għall-Anness II li jdaħħlu r-referenza għar-Regolament (KE) Nru 631/2004 u li jirreferu għall-possibiltà li pensjonanti li joqogħdu l-Portugall jiġu eżentati mill-assigurazzjoni obbligatorja Żvizzera għandu jkollhom effett mill-1 ta' Ġunju 2004, u l-emendi dwar il-possibiltà ta' persuni li joqogħdu fi Franza li jkollhom aċċess għall-kura tas-saħħa fl-Iżvizzera, għandu jkollhom effett fl-1 ta' Jannar 2004,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Anness II tal-Ftehim għandu jkun emendat kif previst fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li tiġi adottata mill-Kumitat Konġunt.

    Madankollu:

    id-disposizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni li jdaħħlu referenza għar-Regolament (KE) Nru 631/2004, kif ukoll dawk dwar il-punt 3 (b) ta' l-Anness II tal-Ftehim, li jestendu l-possibilità ta' eżenzjoni mill-assigurazzjoni obbligatorja Żvizzera għall-pensjonanti li joqogħdu l-Portugall, għandu jkollhom effett fl-1 ta' Ġunju 2004.

    id-disposizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni dwar il-punt 4 ta' l-Anness II tal-Ftehim li joffru aċċess għall-kura tas-saħħa fl-Iżvizzera lill-persuni li huma koperti bl-iskema Żvizzera ta' assigurazzjoni ta' mard u li joqogħdu Franza għandu jkollhom effett fl-1 ta' Jannar 2004.

    Magħmul fi Brussel, nhar is-6 ta' Lulju 2006.

    Għall-Kumitat Konġunt

    Il-President

    Dieter GROSSEN


    (1)  ĠU L 187, 26.7.2003, p. 55.

    (2)  ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2.

    (3)  ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1.

    (4)  ĠU L 28, 30.1.1997, p. 1.

    (5)  ĠU L 187, 10.7.2001, p. 1.

    (6)  ĠU L 62, 5.3.2002, p. 17.

    (7)  ĠU L 271, 22.10.2003, p. 3.

    (8)  ĠU L 100, 6.4.2004, p. 1.


    ANNESS

    L-Anness II tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda u l-Konfederazzjoni Żvizzera min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Dan li ġej jiżdied taħt it-Titolu “Sezzjoni A: Atti li ssir referenza għalihom” taħt il-punt 1 tar-“Regolament (KEE) Nru 1048/71” bħala l-aħħar daħla:

    “304 R 631: Ir-Regolament (KE) Nru 631/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' l-iskema tas-sigurtà soċjali lil persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqalqu fi ħdan il-Komunità, u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 fir-rigward ta' l-allinjament tad-drittijiet u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri (ĠU L 100, 6.4.2004, p. 1).”

    (2)

    Taħt it-titolu “Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim, ir-Regolament għandu jkun emendat kif ġej:” punt 1 tas-Sezzjoni A ta' l-Anness II tal-Ftehim huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Taħt (o), li tikkonċerna l-Anness VI, daħħal dan li ġej taħt in-Nru 3, (b) wara l-kelma “... Finlandja”:

    “u fil-konfront ta' persuni msemmija f'(a) (ii), Portugall.”

    (b)

    Taħt (o), li tikkonċerna l-Anness VI, daħħal dan li ġej taħt in-Nru 4 wara l-kelma “Belġju,” il-kelma “Franza”.

    (ċ)

    Wara (p), li tikkonċerna l-Anness VII, daħħal paragrafu ġdid q):

    “q)

    Dan li ġej għandu jiżdied ma' l-Anness VIII:

    Żvizzera

    Xejn”

    (3)

    Ir-referenzi li ġej jiddaħħlu taħt it-Titolu “Sezzjoni A: Atti riferiti għal” taħt punt 2 tar-“Regolament (KEE) Nru 574/72”:

    (a)

    wara r-referenza “302 R 410: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 410/2002 ...”:

    u, ladarba l-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni fir-rigward tal-parteċipazzjoni bħala Partijiet Kontraenti tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka wara l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea jkun daħal fis-seħħ,

    qabel ir-referenza “12003 TN 02/02/A: Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni…”

    “303 R 1851: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1851/2003 tas-17 ta' Ottubru 2003 li jemenda ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 li jistipula l-proċeduri ta' implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati, lil persuni li jaħdmu għal rashom u lil membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu fi ħdan il-Komunità (ĠU L 271, tat-22.10.2003, p. 3).”

    (b)

    u wara t-titolu msemmi hawn fuq tar-Regolament (KE) Nru 1851/2003, u ladarba l-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni fir-rigward tal-parteċipazzjoni bħala Partijiet Kontraenti tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka wara l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea jkun daħal fis-seħħ,

    wara r-referenza “12003 TN 02/02/A: Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni…”

    “304 R 631: Ir-Regolament (KE) Nru 631/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' l-iskema tas-sigurtà soċjali lil persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqalqu fil-Komunità, u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 fir-rigward ta' l-allinjamet tad-drittijiet u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri (ĠU L 100, tas-6.4.2004, p. 1).”

    (4)

    Taħt it-titolu “Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim, ir-Regolament għandu jkun emendat kif ġej:”, punt 2 tas-Sezzjoni A ta' l-Anness II tal-Ftehim huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Taħt (b), li tikkonċerna l-Anness 2, is-sezzjoni li ġejja tiddaħħal qabel is-sezzjoni intestata “Żvizzera”:

    “C.   ĠERMANJA

    (1)

    Taħt punt 2 ‘Assigurazzjoni tal-pensjoni għal ħaddiema manwali, ħaddiema klerikali u minaturi’, dan li ġej jiżdied ma' l-(a)(i), l-ewwel sentenza:

    ‘jekk il-persuna kkonċernata hija residenti fl-IŻvizzera jew hija ċittadin residenti Svizzeru fit-territorju ta' Stat mhux membru:

    Landesversicherungsanstalt Baden-Württemberg (Uffiċċju ta' l-Assigurazzjoni Reġjonali ta' Baden-Württemberg), Karlsruhe’.

    (2)

    Taħt punt 2 ‘Assigurazzjoni tal-pensjoni għal ħaddiema manwali, ħaddiema klerikali u minaturi’, dan li ġej jiżdied mal-(b)(i), l-ewwel sentenza:

    ‘jekk l-aħħar kontribuzzjoni taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor tħallset f'istituzzjoni Żvizzera ta' assigurazzjoni ta' pensjoni :

    Landesversicherungsanstalt Baden-Württemberg (Uffiċċju ta' l-Assigurazzjoni Reġjonali ta' Baden-Württemberg), Karlsruhe’.”

    (b)

    Taħt ċ), li tikkonċerna l-Anness 3, is-sezzjoni li ġejja tiddaħħal qabel is-sezzjoni li jisimha “Żvizzera”:

    “Ċ.   ĠERMANJA

    Taħt punt 3 ‘Assigurazzjoni tal-pensjoni’, dan li ġej huwa miżjud ma' (a):

    Fil-konfront ta' l-IŻvizzera:

    Landesversicherungsanstalt Baden-Württemberg (Uffiċċju ta' l-Assigruazzjoni Reġjunali ta' Baden-Württemberg), Karlsruhe”.

    (ċ)

    Taħt d), li tikkonċerna l-Anness 4, din is-sezzjoni li ġejja tiddaħħal qabel is-sezzjoni intestata “Żvizzera”:

    “Ċ.   ĠERMANJA

    Taħt punt 3 ‘Assigurazzjoni tal-pensjoni’, dan li ġej jiżdied ma' (b):

    Fil-konfront ta' l-IŻvizzera:

    Landesversicherungsanstalt Baden-Württemberg (Uffiċċju ta' l-Assigurazzjoni Reġjonali ta' Baden-Württemberg), Karlsruhe”.

    (5)

    Sezzjoni B ta' l-Anness II hija emendata kif ġej:

    (a)

    Nri 4.19, 4.32, 4.48 u 4.68 jitħassru.

    (b)

    Wara Nru 4.68 jiżdiedu dawn in-numri li ġejjin:

    “4.69 : Deċiżjoni Nru 184 ta' l-10 ta' Diċembru 2001 dwar il-formuli mudelli meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 (E 201 sa E 207, E 210, E 213 u E 215) (ĠU L 304, 6.11.2002, p. 1)

    4.70 : Deċiżjoni Nru 185 tas-27 ta' Ġunju 2002 li temenda d-Deċiżjoni Nru 153 tas-7 ta' Ottubru 1993 (formula E 108) u d-Deċiżoni Nru 170 tal-11 ta' Ġunju 1998 (ġabra ta' listi previsti fl-Artikolu 94(4) u l-Artikolu 95(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 tal-21 ta' Marzu 1972) (ĠU L 55, 1.3.2003, p. 74)

    4.71 : Deċiżjoni Nru 186 tas-27 ta' Ġunju 2002 dwar il-formuli mudelli meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 (E 101) (ĠU L 55, 1.3.2003, p. 80)

    4.72 : Deċiżjoni Nru 187 tas-27 ta' Ġunju 2002 dwar il-formuli mudelli meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 (E 111 u E 111B) (ĠU L 93, 10.4.2003, p. 40)

    4.73 : Deċiżjoni Nru 188 ta' l-10 ta' Diċembru 2002 dwar il-formuli mudelli meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 (E 210 u E 2211) (ĠU L 112, 6.5.2003, p. 12)

    4.74 : Decision Nru 189 tat-18 ta' Ġunju 2003 bil-għan li tintroduċi karta Ewropea ta' assigurazzjoni tas-saħħa biex tissostitwixxi l-formuli meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 dwar dak li għandu x'jaqsam ma' aċċess għal kura tas-saħħa waqt waqfa temporanja fi Stat Membru barra l-Istat kompetenti jew l-Istat ta' residenza (ĠU L 276, 27.10.2003, p. 1)

    4.75 : Deċiżjoni Nru 190 tat-18 ta' Ġunju 2003 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-karta Ewropea ta' assigurazzjoni tas-saħħa (ĠU L 276, 27.10.2003, p. 4)

    4.76 : Deċiżjoni Nru 191 tat-18 ta' Ġunju 2003 dwar il-formuli li jissostitwixxu l-E 111 u E111 B bil-karta Ewropea ta' assigurazzjoni tas-saħħa (ĠU L 276, tas-27.10.2003, p. 19)

    4.77 : Deċiżjoni Nru 192 tad-29 ta' Ottubru 2003 dwar il-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 50(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 (ĠU L 104, 8.4.2004, p. 114)”

    Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim, id-Deċiżjoni hija emendata kif ġej:

    Fil-punt 2.4, għandu jiżdied dan li ġej:

    Żvizzera

    Schweizerische Ausgleichskasse, Genf – Caisse suisse de compensation, Genève – Cassa Żvizzera di compensazione, Ginevra.

    4.78 : Deċiżjoni Nru 193 tad-29 ta' Ottubru 2003 dwar l-ipproċessar tat-talbiet tal-pensjoni (ĠU L 104, 8.4.2004, p. 123)

    4.79 : Deċiżjoni Nru 194 tas-17 ta' Diċembru 2003 dwar l-applikazzjoni uniformi ta' l-Artikolu 22(1)(a)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 fl-Istat Membru li wieħed ikun qiegħed fih (ĠU L 104, 8.4.2004, p. 127)

    4.80 : Deċiżjoni Nru 195 tat-23 ta' Marzu 2004 dwar l-applikazzjoni uniformi ta' l-Artikolu 22(1)(a)(i) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar dak li għandu x'jaqsam mal-kura tas-saħħa in konnessjoni mat-tqala u twelid (ĠU L 160, 30.4.2004, p. 134)

    4.81 : Deċiżjoni Nru 196 tat-23 ta' Marzu 2004 skond l-Artikolu 22(1a) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (ĠU L 160, 30.4.2004, p. 135)

    4.82 : Deċiżjoni Nru 197 tat-23 ta' Marzu 2004 dwar il-perjodi transizzjonali għall-introduzzjoni tal-Karta Ewropea ta' l-Assigurazzjoni tas-Saħħa skond l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 191 (ĠU L 343, 19.11.2004, p. 28)

    4.83 : Deċiżjoni Nru 198 tat-23 ta' Marzu 2004 dwar is-sostituzzjoni u t-tneħħija ta' formuli mudelli meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u 574/72 (E110, E111, E111B, E113, E114, E119, E128, E128B) (ĠU L 259, 5.8.2004, p. 1)

    (6)

    Fis-Sezzjoni C: “Atti li tagħhom l-partijiet kontraenti għandhom jieħdu nota” wara Nru 6.4 in-numru ġdid li ġej hu miżjud:

    “6.5 : Rakkomandazzjoni Nru 23 tad-29 ta' Ottubru 2003 dwar l-ipproċessar tat-talbiet tal-pensjoni (ĠU L 104, 8.4.2004, p. 125).”


    Top