Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22006A1025(01)

    Ftehim bejn il-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika ta’ l-Albanija u l-Komunità Ewropea dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

    ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 100–106 (MT)
    ĠU L 294, 25.10.2006, p. 52–58 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2006/716(2)/oj

    Related Council decision

    22006A1025(01)

    Ftehim bejn il-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika ta’ l-Albanija u l-Komunità Ewropea dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

    Official Journal L 294 , 25/10/2006 P. 0052 - 0058
    Official Journal L 200 , 01/08/2007 P. 0100 - 0106


    20060327

    Ftehim

    bejn il-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika ta' l-Albanija u l-Komunità Ewropea dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

    IL-KUNSILL TAL-MINISTRI TAR-REPUBBLIKA TA' L-ALBANIJA

    min-naħa waħda, u

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA

    min-naħa l-oħra

    (minn hawn ’il quddiem imsejħa "il-Partijiet")

    WAQT LI JINNOTAW li ftehim ta' servizzi bilaterali ta' l-ajru ġew konklużi bejn bosta Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Albanija li fihom disposizzjonijiet li jmorru kontra l-liġi Komunitarja Ewropea.

    WAQT LI JINNOTAW li l-Komunità Ewropea għandha kompetenza esklużiva fir-rigward ta' diversi aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehim bilaterali dwar servizzi ta' l-ajru bejn Stati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,

    WAQT LI JINNOTAW li taħt il-liġi tal-Komunità Ewropea kumpanniji ta' l-ajru Komunitarji stabbiliti fi Stat Membru għandhom id-dritt għal aċċess bla diskriminazzjoni għal rotot ta' l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,

    WARA LI KKUNSIDRAW il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibbiltà għaċ-ċittadini ta' tali pajjiżi terzi li jiksbu l-proprjetà f’kumpanniji ta' l-ajru liċenzjati b'mod konformi mal-liġi Komunitarja Ewropea,

    WAQT LI JIRRIKONOXXU li d-disposizzjonijiet tal-ftehim għal servizzi bilaterali ta' l-ajru bejn Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Albanija, li jmorru kontra l-liġi Komunitarja Ewropea, iridu jinġiebu f’konformità ma' din sabiex tiġi stabbilita bażi legali tajba għas-servizzi ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Albanija u biex tiġi ppreservata it-tkomplija ta’ tali servizzi ta' l-ajru,

    WAQT LI JINNOTAW li mhuwiex skop tal-Komunità Ewropea, bħala parti minn dawn in-negozjati, li jiżdied il-volum totali ta' traffiku ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Albanija, biex jiġi affettwat il-bilanċ bejn kumpanniji ta' l-ajru tal-Komunità u kumpanniji ta' l-ajru tar-Repubblika ta’ l-Albanija, jew biex jiġu nnegozjati emendi għad-disposizzjonijiet tal-ftehim bilaterali dwar servizzi ta' l-ajru li diġà jeżistu li jikkonċernaw id-drittijiet tat-traffiku.

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Disposizzjonijiet Ġenerali

    1. Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, "Stati Membri" għandha tfisser Stati Membri tal-Komunità Ewropea.

    2. Referenzi f'kull wieħed mill-Ftehim elenkat fl-Anness I liċ-ċittadini ta' l-Istat Membru li huwa parti għal dak il-Ftehim għandhom jiġu mifhuma bħala li qed jirreferu għaċ-ċittadini ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.

    3. Referenzi f'kull wieħed mill-Ftehim elenkati fl-Anness I għal kumpanniji ta' l-ajru jew linji ta' l-ajru ta' l-Istat Membru li huwa parti għal dak il-Ftehim għandhom jiġu mifhuma li jirreferu għal kumpanniji ta' l-ajru jew linji ta' l-ajru nominat minn dak l-Istat Membru.

    Artikolu 2

    Nomina minn Stat Membru

    1. Id-disposizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-disposizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-artikoli elenkati fl-Anness II(a) u (b) rispettivament, fir-rigward tan-nomina ta' kumpannija ta' l-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi tiegħu mogħtija mir-Repubblika ta’ l-Albanija, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta' l-awtorizzazzjonijiet jew permessi tal-kumpanniji ta' l-ajru, rispettivament.

    2. Malli tirċievi n-nomina mingħand Stat Membru, ir-Repubblika ta’ l-Albanija għandha tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi xierqa bl-anqas dewmien proċedurali, sakemm:

    (i) il-kumpannija ta' l-ajru hija stabbilita, taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fit-territorju ta' l-Istat Membru li ħatarha, u għandha Liċenzja Operattiva valida b'mod konformi mal-liġi Komunitarja Ewropea;

    (ii) il-kontroll regolatorju effettiv tal-kumpannija ta' l-ajru huwa eżerċitat u miżmum mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat ta' l-Operaturi ta' l-Ajru tagħha u l-awtorità aeronawtika relevanti hija identifikata b'mod ċar fin-nomina; u

    (iii) il-kumpannija ta’ l-ajru hija proprjetà u ser tkompli tkun proprjetà, direttament jew permezz ta’ l-akbar sehem azzjonarju, ta’ Stati Membri u/jew ta’ ċittadini ta’ Stati Membri, u/jew ta’ stati oħra mniżżla fl-Anness III u/jew iċ-ċittadini ta’ tali Stati oħra, u ser tkun il-ħin kollu effettivament ikkontrollata minn dawn l-Istati u/jew tali ċittadini.

    3. Ir-Repubblika ta’ l-Albanija tista' tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta' kumpannija ta' l-ajru nnominata minn Stat Membru fejn:

    (i) il-kumpannija ta' l-ajru m'hijiex stabbilita, taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fit-territorju ta' l-Istat Membru li nnominaha jew m'għandhiex Liċenzja Operattiva valida skond il-liġi tal-Komunità Ewropea;

    (ii) m'hemmx kontroll regolatorju effettiv tal-kumpannija ta’ l-ajru jew manutenzjoni mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat ta’ l-Operaturi ta’ l-Ajru tiegħu, jew l-awtorità aeronawtika rilevanti mhix identifikata b’mod ċar fin-nomina; jew

    (iii) il-kumpannija ta’ l-ajru mhijiex proprjetà, direttament jew permezz ta’ l-akbar sehem azzjonarju, u mhijiex effettivament ikkontrollata minn Stati Membri u/jew iċ-ċittadini ta’ Stati Membri, u/jew minn stati oħra mniżżla f’lista fl-Anness III u/jew iċ-ċittadini ta’ tali stati oħra.

    Waqt li qed teżerċita d-dritt tagħha taħt dan il-paragrafu, ir-Repubblika ta’ l-Albanija m'għandhiex tiddiskrimina bejn kumpanniji ta' l-ajru tal-Komunità abbażi ta' nazzjonalità.

    Artikolu 3

    Drittijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontroll regolatorju

    1. Id-disposizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw l-artikoli elenkati fl-Anness II (ċ).

    2. Fejn Stat Membru nnomina kumpannija ta' l-ajru li l-kontroll regolatorju tagħha huwa eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tar-Repubblika ta’ l-Albanija taħt id-disposizzjonijiet ta' sigurtà tal-Ftehim bejn l-Istat Membru li ħatar il-kumpannija ta' l-ajru u r-Repubblika ta’ l-Albanija għandu japplika b'mod ugwali fir-rispett ta' l-adozzjoni, l-eżerċizzju jew iż-żamma ta' l-istandards tas-sigurtà minn dak l-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward ta' l-awtorizzazzjoni għall-operat ta' dik il-kumpannija ta' l-ajru.

    Artikolu 4

    Tassazzjoni tal-Karburant għall-Avjazzjoni

    1. Id-disposizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-disposizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness II (d).

    2. Minkejja kull disposizzjoni oħra kontra dan, xejn f'kull wieħed mill-Ftehim elenkati fl-Anness II(d) m'għandu jżomm Stat Membru milli jimponi taxxi, imposti, dazji, drittijiet jew ħlasijiet fuq karburant li jiġi fornut fit-territorju tiegħu għall-użu f'vettura ta' l-ajru ta' kumpannija ta' l-ajru nominata tar-Repubblika ta’ l-Albanija li topera bejn punt fit-territorju ta' Stat Membru u punt ieħor fit-territorju ta' dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta' Stat Membru ieħor.

    Artikolu 5

    Tariffi għat-trasport fi ħdan il-Komunità Ewropea

    1. Id-disposizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw l-artikoli elenkati fl-Anness II (e).

    2. It-tariffi li ser jiġu ddebitati mill-kumpannija(kumpanniji) ta' l-ajru nominata/i mir-Repubblika ta’ l-Albanija taħt ftehim elenkat fl-Anness I li fih disposizzjoni elenkata fl-Anness II (e) għal trasport li jseħħ kollu kemm hu fi ħdan il-Komunità Ewropea għandhom ikunu soġġetti għal-liġi Komunitarja Ewropea.

    Artikolu 6

    Annessi mal-Ftehim

    L-Annessi ma' dan il-Ftehim għandhom jifformaw parti integrali minnu.

    Artikolu 7

    Reviżjoni jew emendi

    Il-Partijiet jistgħu, f'kull ħin, jirrevedu jew jemendaw dan il-Ftehim b'kunsens komuni.

    Artikolu 8

    Dħul fis-Seħħ u Applikazzjoni Provviżorja

    1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu jkunu ġew konklużi.

    2. Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet jaqblu li japplikaw provviżorjament dan il-Ftehim mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar il-konklużjoni tal-proċeduri meħtieġa għal dan l-iskop.

    3. Ftehim u arranġamenti oħra bejn l-Istati Membri u r-Repubblika ta’ l-Albanija li, fid-data tal-firma ta' dan il-Ftehim, ma kinux daħlu fis-seħħ u li mhumiex qed jiġu applikati provviżorjament huma elenkati fl-Anness I (b). Dan il-Ftehim għandhu japplika għal tali Ftehim u arranġamenti kollha mad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni provviżorja tagħhom.

    Artikolu 9

    Tmiem

    1. Fil-każ li Ftehim imniżżel fl-Anness I jintemm, id-disposizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li għandhom x’jaqsmu mal-Ftehim mniżżel fl-Anness I ikkonċernat għandhom jintemmu fl-istess ħin.

    2. Fil-każ li l-Ftehim kollha mniżżla fl-Anness I jintemmu, dan il-Ftehim għandu jintemm fl-istess ħin.

    B'xhieda ta' dan, dawn hawn taħt iffirmati, debitament awtorizzati, iffirmaw dan il-Ftehim.

    Magħmul f'Salsburgu b'żewġ kopji, fil-ħames jum ta' Mejju tas-sena elfejn u sitta, fil-lingwa Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża, Żvediża u Albaniża.

    Por la Comunidad Europea

    Za Evropské společenství

    For Det Europæiske Fællesskab

    Für die Europäische Gemeinschaft

    Euroopa Ühenduse nimel

    Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

    For the European Community

    Pour la Communauté européenne

    Per Ia Comunità europea

    Eiropas Kopienas vārdā

    Europos bendrijos vardu

    Az Európai Közösség részéről

    Għall-Komunità Ewropea

    Voor de Europese Gemeenschap

    W imieniu Wspólnoty Europejskiej

    Pela Comunidade Europeia

    Za Európske spoločenstvo

    Za Evropsko skupnost

    Euroopan yhteisön puolesta

    För Europeiska gemenskapen

    Per Komunitetin Europian

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    Por el Consejo de Ministros de la República de Albania

    Za Radu ministrû Albánské republiky

    For Republikken Albaniens ministerråd

    Für den Ministerrat der Republik Albanien

    Albaania Vabariigi ministrite nõukogu nimel

    Για το Υπουργικό Συμβούλιο της Δημοκρατίας της Αλβανίας

    For the Council of Ministers of the Republic of Albania

    Pour le Conseil des ministres de la République d’Albanie

    Per il Consiglio dei Ministri della Repubblica d’Albania

    Albānijas Republikas Ministru padomes vārdā

    Albanijos Republikos Ministrų Tarybos vardu

    Az Albán Köztársaság Minisztertanácsa részéről

    Għall-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika ta’ l-Albanija

    Voor de Ministerraad van de Republiek Albanië

    W imieniu Rady Ministrów Republiki Albanii

    Pelo Conselho de Ministros da República da Albânia

    Za Radu ministrov Albánskej republiky

    Za Ministrski Svet Republike Albanije

    Albanian tasavallan ministerineuvoston puolesta

    För Republiken Albaniens ministerråd

    Per Keshillin e Ministrave te Republikes se Shqiperise

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    20060327

    ANNESS I

    Lista tal-Ftehim imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim

    (a) Ftehim dwar servizzi ta' l-ajru bejn ir-Repubblika ta' l-Albanija u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-firma ta' dan il-Ftehim, ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati b'mod provviżorju

    - Il-Ftehim tat-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern Federali Awstrijak u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Albanija ffirmat fi Vjenna fit- 18 ta’ Marzu 1993, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "Il-Ftehim Albanija — Awstrija";

    - il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tal-Belġju u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Albanija dwar it-Trasport bl-Ajru ffirmat fi Brussel fl- 14 ta’ Novembru 2002, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "Il-Ftehim Albanija — Belġju";

    Għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Ftehim magħmul fi Brussel fit- 18 ta’ Ġunju 2002.

    - Il-Ftehim tat-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Ċekoslovakka u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta’ l-Albanija ffirmat f’Tirana fl- 20 ta’ Mejju 1958, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "Il-Ftehim Albanija — Repubblika Ċeka" f’Anness II;

    - Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Poplu ta’ l-Albanija dwar it-Trasport bl-Ajru Ċivili inizjalat f’Tirana fit- 12 ta’ Jannar 1989, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "Il-Ftehim Albanija — Franza";

    - Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Albanija dwar it-Trasport bl-Ajru Ċivili ffirmat f’Tirana fit- 22 ta’ April 1992, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "Il-Ftehim Albanija — Ġermanja";

    - Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Ellenika u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Poplu ta’ l-Albanija dwar it-Trasport bl-Ajru Ċivili ffirmat f’Tirana fis- 16 ta’ Lulju 1977, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "Il-Ftehim Albanija — Greċja";

    Kif ukoll il-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f’Ateni fil- 25 ta’ Ġunju 1998.

    - Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Popolari Ungeriża u l-Gvern tar-Repubblika Popolari ta’ l-Albanija dwar ir-regolament tat-Trasport bl-Ajru Ċivili bejn l-Ungerija u l-Albanija ffirmat f’Budapest fis- 16 ta’ Jannar 1958, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "Il-Ftehim Albanija — Ungerija";

    - Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Taljana u l-Gvern ta’ l-Albanija dwar is-Servizzi ta' l-Ajru ffirmat f’Tirana fit- 18 ta’ Diċembru 1992, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "Il-Ftehim Albanija — Italja";

    - Il-Ftehim bejn ir-Renju ta' l-Olanda u r-Repubblika ta’ l-Albanija dwar is-Servizzi ta' l-Ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom iffirmat fl-Aja fil- 25 ta’ Settembru 1996, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "Il-Ftehim Albanija — Olanda";

    - Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu Pollakka u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta’ l-Albanija dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru ffirmat f’Tirana fit- 8 ta’ Lulju 1957, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "Il-Ftehim Albanija — Polonja";

    - Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tas-Slovenja u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Albanija dwar is-Servizzi ta' l-Ajru Skedati ffirmat f’Ljubljana fl- 10 ta’ Novembru 1992, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "Il-Ftehim Albanija — Slovenja";

    - Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Albanija dwar is-Servizzi ta' l-Ajru ffirmat f'Londra fit- 30 ta’ Marzu 1994, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "Il-Ftehim Albanija — Renju Unit";

    Li għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f’Londra fl- 14 ta’ Novembru 2002.

    (b) Ftehim dwar servizzi ta' l-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn ir-Repubblika ta' l-Albanija u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-firma ta' dan il-Ftehim, għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati b'mod provviżorju.

    --------------------------------------------------

    20060327

    ANNESS II

    Lista ta’ artikoli fil-Ftehim imniżżla fl-Anness I u msemmija fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim

    (a) Ħatra minn Stat Membru:

    - Artikolu 3 (5) tal-Ftehim Albanija — Awstrija;

    - L-Artikolu 3 tal-Ftehim Albanija — Ġermanja;

    - L-Artikolu 3 (1) u (2), tal-Ftehim Albanija — Greċja;

    - L-Artikolu 6 tal-Ftehim Albanija — Franza;

    - L-Artikolu 2 tal-Ftehim Albanija — Ungerija;

    - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Albanija — Italja;

    - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Albanija — Olanda;

    - L-Artikolu 2 u 3 u l-Anness II punt 1, tal-Ftehim Albanija — Polonja;

    - L-Artikolu 7 tal-Ftehim Albanija — Slovenja;

    - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Albanija — Renju Unit;

    (b) Ċaħda, Revoka, Sospensjoni jew Limitazzjoni ta' Awtorizzazzjonijiet jew Permessi:

    - L-Artikolu 4 (1a) tal-Ftehim Albanija — Awstrija;

    - L-Artikolu 5 tal-Ftehim Albanija — Belġju;

    - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Albanija — Ġermanja;

    - L-Artikolu 3 (3) tal-Ftehim Albanija — Greċja;

    - L-Artikolu 7 tal-Ftehim Albanija — Franza;

    - L-Artikolu 5 tal-Ftehim Albanija — Italja;

    - L-Artikolu 5 tal-Ftehim Albanija — Olanda;

    - L-Artikolu 8 tal-Ftehim Albanija — Slovenja;

    - L-Artikolu 5 tal-Ftehim Albanija — Renju Unit;

    (ċ) Kontroll regolatorju:

    (d) Tassazzjoni tal-Karburant ta' l-Avjazzjoni:

    - L-Artikolu 7 tal-Ftehim Albanija — Awstrija;

    - L-Artikolu 10 tal-Ftehim Albanija — Belġju;

    - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Albanija — Repubblika Ċeka;

    - L-Artikolu 10 tal-Ftehim Albanija — Ġermanja;

    - L-Artikolu 7 tal-Ftehim Albanija — Greċja;

    - L-Artikolu 13 tal-Ftehim Albanija — Franza;

    - L-Artikolu 6 tal-Ftehim Albanija — Italja;

    - L-Artikolu 10 tal-Ftehim Albanija — Olanda;

    - L-Artikolu 6 tal-Ftehim Albanija — Polonja;

    - L-Artikolu 10 tal-Ftehim Albanija — Slovenja;

    - L-Artikolu 8 tal-Ftehim Albanija — Renju Unit;

    (e) Tariffi għat-trasport ġewwa l-Komunità Ewropea:

    - L-Artikolu 11 tal-Ftehim Albanija — Awstrija;

    - L-Artikolu 13 tal-Ftehim Albanija — Belġju;

    - L-Artikolu 2 tal-Ftehim Albanija — Repubblika Ċeka;

    - L-Artikolu 14 tal-Ftehim Albanija — Ġermanja;

    - L-Artikolu 6 tal-Ftehim Albanija — Greċja;

    - L-Artikolu 17 tal-Ftehim Albanija — Franza;

    - L-Artikolu 8 tal-Ftehim Albanija — Italja;

    - L-Artikolu 6 tal-Ftehim Albanija — Olanda;

    - L-Artikolu 7 tal-Ftehim Albanija — Polonja;

    - L-Artikolu 14 tal-Ftehim Albanija — Slovenja;

    - L-Artikolu 7 tal-Ftehim Albanija — Renju Unit.

    --------------------------------------------------

    20060327

    ANNESS III

    Lista ta’ Stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim

    (a) Ir-Repubblika ta’ l-Islanda (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea);

    (b) Il-Prinċipat tal-Liechtenstein (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea);

    (ċ) Ir-Renju tan-Norveġja (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea);

    (d) Il-Konfederazzjoni Svizzera (taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru).

    --------------------------------------------------

    Top