EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22005D0917

2005/917/KE: Deċiżjoni Nru 2/2005 tal-Kumitat Konġunt stabbilita taħt il-Ftehim dwar l-Għarfien Reċiproku li Għandu x’jaqsam ma’ l-evalwazzjoni tal-Konformità, ċertifikati u marki bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja tal- 11 ta’ Novembru 2005 biex jingħata effett lill-applikazzjoni ta’ reġistrazzjoni ta’ Korp għal Valutazzjoni tal-Konformità taħt l-Anness Settorjali għall-Kompatibilità Elettromanjetika

ĠU L 333, 20.12.2005, p. 53–54 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 685–686 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/917/oj

12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

685


DEĊIŻJONI Nru 2/2005 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILITA TAĦT IL-FTEHIM DWAR L-GĦARFIEN REĊIPROKU LI GĦANDU X’JAQSAM MA’ L-EVALWAZZJONI TAL-KONFORMITÀ, ĊERTIFIKATI U MARKI BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-AWSTRALJA

tal-11 ta’ Novembru 2005

biex jingħata effett lill-applikazzjoni ta’ reġistrazzjoni ta’ Korp għal Valutazzjoni tal-Konformità taħt l-Anness Settorjali għall-Kompatibilità Elettromanjetika

(2005/917/KE)

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar l-Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja u partikolarment l-Artikolu 12;

Billi l-Kumitat Konġunt għandu jieħu deċiżjoni biex jingħata effett lir-reġistrazzoni ta' Korp jew Korpi għal Valutazzjoni tal-Konformità taħt Anness Settorjali;

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

1.

Il-Korp għal Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness A huwa miżjud mal-lista ta' Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità fit-Taqsima II ta' l-Anness Settorjali dwar il-Kompatibilità Elettromanjetika.

2.

Il-firxa speċifika tar-reġistrazzjoni, f'termini ta' proċeduri ta' evalwazzjoni ta' prodotti u tal-konformità, tal-Korp għall-Evalwazzjoni tal-Konformità indikata fl-Anness A, ġiet miftehma mill-Partijiet u se tinżamm minnhom.

Din id-Deċiżjoni, magħmula f'żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata minn rappreżentanti tal-Kumitat Konġunt li huma awtorizzati li jaħdmu f'isem il-Partijiet għall-għanijiet li jemendaw il-Ftehim. Din id-Deċiżjoni se tidħol fis-seħħ mid-data li fiha titniżżel l-aħħar firma.

Iffirmat f’Kanberra, nhar il-11 ta’ Novembru 2005.

F’isem l-Awstralja

Brian PHILLIPS

Iffirmat fi Brussell, nhar il-21 ta’ Ottubru 2005.

F’isem il-Komunità Ewropea

Andra KOKE


ANNESS

Il-Korp Finlandiż għal Valutazzjoni tal-Konformità miżjud mal-lista ta' Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità fit-Taqsima II ta' l-Anness Settorjali dwar il-Kompatibilità Elettromanjetika

Nordic Accredited Testing Laboratories Oy
NATLABS
P.O. BOX 677 (Koneenkatu 12)
05801 HYVINKÄÄ, Finland
Tel. +358 20 475 2600
Fax: +358 20 475 2719

Top