Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22005D0916

    2005/916/KE: Deċiżjoni Nru 1/2005 tal-Kumitat Konġunt stabbilit skond il-ftehim dwar l-għarfien reċiproku fir-rigward ta’ valutazzjoni ta’ konformità, ċertifikati u mmarkar bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja tal- 11 ta’ Novembru 2005 biex jingħata effett lir-reġistrazzjoni ta' Korp għall-Valutazzjoni ta’ Konformità taħt l-Anness Settorjali għall-Prodotti Awtomotivi

    ĠU L 333, 20.12.2005, p. 51–52 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 683–684 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/916/oj

    12.12.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    683


    DEĊIŻJONI Nru 1/2005 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKOND IL-FTEHIM DWAR L-GĦARFIEN REĊIPROKU FIR-RIGWARD TA’ VALUTAZZJONI TA’ KONFORMITÀ, ĊERTIFIKATI U MMARKAR BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-AWSTRALJA

    tal-11 ta’ Novembru 2005

    biex jingħata effett lir-reġistrazzjoni ta' Korp għall-Valutazzjoni ta’ Konformità taħt l-Anness Settorjali għall-Prodotti Awtomotivi

    (2005/916/KE)

    IL-KUMITAT KONĠUNT,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar l-Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja u b’mod partikolari l-Artikolu 12;

    Billi l-Kumitat Konġunt għandu jieħu deċiżjoni biex jingħata effett lir-reġistrazzoni ta' Korp jew Korpi għall-Valutazzjoni ta’ Konformità taħt Anness Settorjali;

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    1.

    Il-Korp għall-Valutazzjoni ta’ Konformità fl-Anness A jiżdied mal-lista ta' Korpi ta' Valutazzjoni ta’ Konformità f'Taqsima II ta' l-Anness Settorjali dwar il-Prodotti Awtomotivi.

    2.

    L-ambitu speċifiku ta' inklużjoni fil-lista, f'termini ta' proċeduri ta' evalwazzjoni u ta’ konformità ta' prodotti tal-Korp għall-Evalwazzjoni ta’ Konformità indikat fl-Anness A ġie miftiehem u se jinżamm mill-Partijiet.

    Din id-Deċiżjoni, magħmula f'żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata minn rappreżentanti tal-Kumitat Konġunt li huma awtorizzati li joperaw f'isem il-Partijiet għall-għanijiet li jiġi emendat il-Ftehim. Din id-Deċiżjoni se tidħol fis-seħħ mid-data li fiha titniżżel l-aħħar firma.

    Iffirmat f’Kanberra, nhar il-11 ta’ Novembru 2005.

    F’isem l-Awstralja

    Brian Phillips

    Iffirmat fi Brussell, nhar il-21 ta’ Ottubru 2005.

    F’isem il-Komunità Ewropea

    Andra KOKE


    ANNESS

    Korp Ġermaniż għall-Valutazzjoni ta’ Konformità miżjud mal-lista ta' Korpi ta' Valutazzjoni ta’ Konformità f'Taqsima II ta' l-Anness Settorjali dwar il-Prodotti Awtomotivi.

    DEKRA Automobil GmbH
    Technology Center
    Automobil Test Center
    Senftenberger Straße 30
    D-01998 Klettwitz
    Telefon: 49 357547344 500
    Fax: 49 35754 7345500

    Top