Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22005D0079

    Id-Deċiżjoni nru 1/2005 tal-kumitat konġunt UE-żvizzera ta' l- 1 ta' Frar 2005 li tibdel it-tabelli III u IV(b) ta' Protokoll 2

    ĠU L 29, 2.2.2005, p. 42–44 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 269M, 14.10.2005, p. 322–324 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/10/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/79(1)/oj

    14.10.2005   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    322


    ID-DEĊIŻJONI Nru 1/2005 TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-ŻVIZZERA

    ta' l-1 ta' Frar 2005

    li tibdel it-tabelli III u IV(b) ta' Protokoll 2

    (2005/79/KE)

    IL-KUMITAT KONĠUNT,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, min-naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera min-naħa l-oħra ffirmat fi Brussell nhar it-22 ta' Lulju 1972, hawnhekk riferut bħala ’il-Ftehim’, kif emendat bil-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jemenda l-ftehim f'dawk li huma proviżjonijiet applikabbli għal prodotti agrikoli proċessati ffirmat fil-Lussemburgu nhar is-26 ta' Otubru 2004, u l-protokoll 2 tiegħu, partikolarment Artikolu 5,

    (1)

    Billi fl-implimentazzjoni ta' protokoll 2 mal-ftehim, prezzijiet ta' riferenza interni huma ffisati għall-partijiet kontraenti mill-kumitat konġunt.

    (2)

    Billi l-prezzijiet propja tal-partijiet kontraenti nbidlu fis-swieq domestiċi f'dak li għandu x'jaqsam mal-materjali ta' materja prima li għalihom jgħoddu miżuri ta' kumpens.

    (3)

    Billi huwa għalhekk meħtieġ li jaġġornaw il-prezzijiet ta' riferenza u l-ammonti mniżżla fil-listi III u IV(b) ta' protokoll 2.

    (4)

    Billi din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data meta l-applikazzjoni proviżjonali ta' l-emenda tal-ftehim iffirmata fis-26 ta' Ottubru 2004 tidħol fis-seħħ, i.e. l-ewwel jum tar-raba' xahar wara d-data tal-firma, basta l-miżuri ta' l-implimentazzjoni kif spjegati f'Artikolu 5(4) ta' protokoll 2 jiġu adottati fl-istess data,

    ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI

    Artikolu 1

    It-tabella III u t-tabella ta' taħt tabella IV(b) ta' protokoll 2 huma mibdula bit-tabelli ta' l-Anness I u l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Frar 2005.

    Magħmula fi Brussell, nhar l-1 ta' Frar 2005.

    Għall-Kumitat Konġunt

    Iċ-Ċermen

    Richard WRIGHT


    ANNESS I

    Tabella III

    Prezzijiet ta' referenza Svizzeri u tal-KE

    Materjal agrikolu

    Prezz ta' referenza

    Prezz ta' referenza

    Differenza: prezz ta'

    mhux ipproċessat

    ta' l-Iżvizzera

    tal-KE

    referenza ta' l-Isvizzera/tal-KE

     

    CHF għal kull

    CHF għal kull

    CHF għal kull

     

    100 kg netti

    100 kg netti

    100 kg netti

    Qamħ komuni

    58,34

    16,10

    42,24

    Qamħ durum

    37,85

    25,40

    12,45

    Segala

    48,01

    16,10

    31,91

    Barli

    27,14

    16,10

    11,04

    Mais

    31,79

    16,10

    15,69

    Dqiq tal-qamħ komuni

    103,38

    37,20

    66,18

    Trab tal-ħalib sħiħ

    590,00

    395,00

    195,00

    Trab tal-ħalib skimmed

    468,60

    333,00

    135,60

    Butir

    917,00

    468,00

    449,00

    Zokkor abjad

    0,00

    Bajd (1)

    255,00

    205,50

    49,50

    Patata Friska

    42,00

    21,00

    21,00

    Xaħam veġetali (2)

    390,00

    160,00

    230,00


    (1)  Ġejjin mill-prezzijiet għall-bajd likwidu ta' l-għasafar, mhux fil-qoxra, immoltiplikati b'fattur ta' 0,85.

    (2)  Prezzijiet għal xaħmijiet veġetali (għall-industrija tal-ħami u ta' l-ikel) b' kontenut ta' 100 % xaħam.


    ANNESS II

    Tabella IV

    b)

    L-ammonti bażiċi għal materjal agrikolu mhux ipproċessat huma kkunsidrati għall-kalkolu tal-komponenti agrikoli:

    Materjal agrikolu mhux ipproċessat

    Ammont bażiku applikat mid-data tad-dħul fis-seħħ

    Ammont bażiku applikat minn tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ

     

    CHF għal kull 100kg netti

    CHF għal kull 100kg netti

    Qamħ komuni

    38,00

    36,00

    Qamħ durum

    11,00

    10,00

    Segala

    29,00

    27,00

    Barli

    10,00

    9,00

    Mais

    14,00

    13,00

    Dqiq tal-qamħ komuni

    57,00

    54,00

    Trab tal-ħalib sħiħ

    176,00

    166,00

    Trab tal-ħalib skimmed

    122,00

    115,00

    Butir

    449,00  (1)

    449,00  (1)

    Zokkor abjad

    Xejn

    Xejn

    Bajd

    36,00

    36,00

    Patata Friska

    19,00

    18,00

    Xaħam veġetali

    207,00

    196,00


    (1)  Meta jitqiesu benefiċċji mill-assistenza għall-butir mogħtija taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2571/97 tal-15 ta' Diċembru 1997, l-ammont bażiku applikat ta' butir mhux imnaqqas meta mqabbel mad-differenza fil-prezzijiet fit-Tabella III.


    Top