EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22004D0025

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru. 25/2004 tad-19 ta' Marzu 2004 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) mal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 127, 29.4.2004, p. 131–131 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/25(2)/oj

22004D0025



Official Journal L 127 , 29/04/2004 P. 0131 - 0131


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru. 25/2004

tad-19 ta' Marzu 2004

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) mal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jirrenġa l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness II mal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru. 150/2003 tas-7 ta' Novembru 2003 [1].

(2) Id-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni 2003/424/KE tas-6 ta' Ġunju 2003 li temendi d-Deċiżjoni Nru. 96/603/KE li tistabbilixxi l-lista tal-prodotti li jappartjenu lil Klassi A "M'hemmx kontribuzzjoni man-nar" prevista fid-Deċiżjoni 94/611/KE li timplimenta l-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE: fuq prodotti ta' kostruzzjoni [2]

għandha tiġi miżjuda fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied f'punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE) tal-Kapitolu XXI ta' l-Anness II mal-Ftehim:

"- 32003 D 0424: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/424/KE tas-6 ta' Ġunju 2003 (ĠU L 144, tat-12.6.2003, p. 9)."

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2003/424/KE fil-lingwa ta' l-Islanda u fil-lingwa Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta' Marzu 2004, previst li n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Supplimet taż-ŻEE, mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Marzu 2004.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 41, tat-12.2.2004, p. 39.

[2] ĠU L 144, tat-12.6.2003, p. 9.

[3] L-ebda liġi kostituzzjonali meħtieġa indikata.

--------------------------------------------------

Top