Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22004D0022

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru. 22/2004 tad-19 ta' Marzu 2004 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) mal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 127, 29.4.2004, p. 127–127 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/22(3)/oj

    22004D0022



    Official Journal L 127 , 29/04/2004 P. 0127 - 0127


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru. 22/2004

    tad-19 ta' Marzu 2004

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) mal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jirrenġa l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness II mal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru. 3/2004 tas-6 ta' Frar 2004 [1].

    (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1490/2003 tal-25 ta' Awissu 2003 li jemendi l-Anness II mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2377/90 li jniżżel il-proċedura tal-Komunità għall-istabilizzazzjoni tal-limitu massimu tar-residwi ta' prodotti mediċinali tal-veterinarju fl-għalf għall-annimali [2],

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jiżdied f'punt 14 (Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2377/90) tal-Kapitolu XIII ta' l-Anness II mal-Ftehim:

    "- 32003 R 1490: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru.1490/2003 tal-25 ta' Awissu 2003 (ĠU L 214, tas-26.8.2003, p. 3)."

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (KE) Nru. 1490/2003 fil-lingwa Islandiża u fil-lingwa Norvġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta' Marzu 2004, previst li n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE, fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Marzu 2004.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    P. Westerlund

    [1] ĠU L 116, tat-22.4.2004, p. 44.

    [2] ĠU L 214, tas-26.8.2003, p. 3.

    [3] L-ebda liġi kostituzzjonali meħtieġa indikata.

    --------------------------------------------------

    Top