EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22003A1114(01)

Protokoll għall-Ftehim ta’ Madrid dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta’ marki, adottat f’Madrid fis-27 ta’ Ġunju 1989.

ĠU L 296, 14.11.2003, p. 22–30 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2003/793/oj

Related Council decision

22003A1114(01)



Official Journal L 296 , 14/11/2003 P. 0022 - 0030


Protokoll

għall-Ftehim ta’ Madrid dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta’ marki, adottat f’Madrid fis-27 ta’ Ġunju 1989.

Artikolu 1

Sħubija fl-Unjoni ta’ Madrid

L-Istati sħab f’dan il-Protokoll (minn hawn ‘il quddiem imsejħa Stati kontraenti), ukoll fejn mhumiex sħab fil-Ftehim ta’ Madrid dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta’ marki kif irrivedut fi Stokkolma fl-1967 u kif emendat fl-1979 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-Ftehim ta’ Madrid (Stokkolma)), u l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 14(1)(b) li huma sħab f’dan il-Protokoll (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-organizzazzjonijiet kontraenti) se jkunu membri ta’ l-istess Unjoni li huma membri tagħha l-pajjiżi sħab fil-Ftehim ta’ Madrid (Stokkolma). Kull referenza għal "partijiet kontraenti" f’dan il-Protokoll għandha tinftiehem bħala referenza kemm għal Stati kontraenti kif ukoll għall-organizzazzjonijiet kontraenti.

Artikolu 2

Ksib ta’ protezzjoni bir-reġistrazzjoni internazzjonali

1. Meta ssir applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ marka għand l-uffiċċju ta’ parti kontraenti, jew meta marka tkun irreġistrata fl-uffiċċju tar-reġistrazzjoni ta’ parti kontraenti, il-persuna li f’isimha tkun saret l-applikazjoni (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-applikazzjoni bażika) jew ir-reġistrazzjoni (minn hawn ‘il quddiem imsejħa r-reġistrazzjoni bażika) tista’, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll, tikseb protezzjoni għall-marka tagħha fit-territiorju tal-partjiet kontraenti, bill tirreġistra dik il-marka fir-reġistru ta’ l-Uffiċċju Internazzjonali ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Propjeta (minn hawn ‘il quddiem imsejħa "r-reġistrazzjoni internazzjonali", "ir-Reġistru Internazzjonali", "l-Uffiċċju Internazzjonali" u l-"Organizzazzjoni" rispettivament), sakemm:

(i) meta l-applikazzjoni bażika tkun saret għand l-uffiċċju ta’ Stat kontraenti jew meta reġistrazzjoni bażika tkun saret minn tali uffiċċju, il-persuna li l-applikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni jkunu saru f’isimha tkun ċittadin ta’ dak l-Istat kontraenti, jew toqgħod, jew għandha stabbiliment kummerċjali jew industrijali veru u effettiv fl-Istat kontraenti msemmi;

(ii) meta l-applikazzjoni bażika tkun saret għand l-uffiċċju ta’ organizzazzjoni kontraenti jew meta r-reġistrazzjoni bażika tkun saret minn tali uffiċċju, il-persuna li l-applikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni jkunu saru f’isimha tkun ċittadin ta’ Stat membru fl-organizzazzjoni kontraenti, jew toqgħod, jew għandha stabbiliment kummerċjali jew industrijali veru u effettiv fit-territorju ta’ l-organizzazzjoni kontraenti msemmija.

2. L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni internazzjonali (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-applikazzjoni internazzjonali) ser issir għand l-Uffiċċju Internazzjonali permezz ta’ l-uffiċju li laqa’ l-applikazzjoni bażika jew li minnu saret ir-reġistrazzjoni bażika (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ l-offiċċju ta’ l-oriġni).

3. Kull referenza għal "uffiċċju" jew "uffiċċju ta’ parti kontraenti" f’dan il-Protokoll għandha tinftiehem bħala referenza għall-uffiċċju li jieħu ħsieb, f’isem il-parti kontraenti, tar-reġistrazzjoni tal-marki, u kull referenza għal "marki" f’dan il-Protokoll għandha tinftiehem bħala referenza għall-marki tal-fabbrika u marki ta’ servizz.

4. Għall-iskopijiet ta’ dan il-Protokoll, "territorju ta’ parti kontraenti" tfisser, meta l-parti kontraenti hi Stat, it-territorju ta’ dak l-Istat u, fejn il-parti kontraenti hi organizzazzjoni ta’ bejn il-gvernijiet, it-territorju ta’ fejn jgħodd t-trattat li jifforma dik l-organizzazzjoni ta’ bejn il-gvernijiet.

Artikolu 3

Applikazzjoni Internazzjonali

1. Kull applikazzjoni internazzjonali taħt dan il-Protokoll għandha titressaq fuq il-formola preskritta mir-regolamenti. L-Uffiċċju ta’ l-Oriġini jiċċertifika li l-partikolarijiet li jidhru fuq l-applikazzjoni internazzjonali jaqblu mal-partikolarijiet li jidhru, fiż-żmien taċ-ċertifikazzjoni, fl-applikazzjoni bażika jew reġistrazzjoni bażika, skond il-każ. Barra min hekk, l-Uffiċċju msemmi jindika:

(i) f’każ ta’ applikazzjoni bażika, id-data u n-numru ta’ dik l-applikazzjoni;

(ii) f’każ ta’ reġistrazzjoni bażika, id-data u n-numru ta’ dik ir-reġistrazzjoni kif ukoll id-data u n-numru ta’ l-applikazzjoni li minnha ħarġet ir-reġistrazzjoni bażika. L-Uffiċċju ta’l-Oriġini irid jindika ukoll id-data ta’ l-applikazzjoni internazzjonali.

2. L-applikant irid jindika l-merkanzija u s-servizzi li għalihom qed tintalab il-protezzjoni tal-marka kif ukoll, jekk possibbli, il-klassi jew klassijiet korrispondenti skond il-klassifikazzjoni stabbilita mill-Ftehim ta’ Nizza dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ merkanzija u servizzi għal skopijiet ta’ reġistrazzjoni ta’ marki. Jekk l-applikant ma jagħtix dawn l-indikazzjonijiet, l-Uffiċċju Internazzjonali jikklassifika l-merkanzija u s-servizzi fil-klassijiet xierqa tal-klassifikazzjoni msemmija. L-indikazzjoni tal-klassijiet mogħtija mill-applikant tkun suġġetta għal kontrolli mill-Uffiċċju Internazzjonali, li jeżerċita l-kontroll imsemmi flimkien ma’ l-uffiċċju ta’ l-Oriġini. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-Uffiċċju msemmi u l-Uffiċċju Internazzjonali, tgħodd l-opinjoni ta’ l-imsemmi l-aħħar.

3. Jekk l-applikant jitlob li l-kulur jingħaraf bħala karatteristika tal-marka tiegħu, irid:

(i) jiddikjara l-fatt, u jżid nota mal-applikazjoni li tispeċifika l-kulur jew it-taħlita ta’ kuluri li qed tissemma;

(ii) jehmeż numru ta’ kopji bil-kulur tal-marka msemmija mal-applikazzjoni internazzjonali, dawn il-kopji jkunu mehmużin man-notifiki maħruġa mill-Uffiċju Internazzjonali, l-għadd tagħhom ikun skond ir-regolamenti.

4. L-Uffiċċju Internazzjonali jirreġistra mill-ewwel il-marki milqugħa skond l-Artikolu 2. Ir-reġistrazzjoni internazzjonali jkollha d-data ta’ meta l-Uffiċċju ta’ l-Oriġini laqa’ l-applikazzjoni internazzjonali, sakemm l-applikazzjoni internazzjonali intlaqgħet mill-Uffiċċju Internazzjonali sa xahrejn minn dik id-data. Jekk l-applikazzjoni internazzjonali ma tkunx intlaqgħet sa dak iż-żmien, ir-reġistrazzjoni internazzjonali ikollha d-data ta’ meta tkun intlaqgħet mill-Uffiċċju Internazzjonali. L-Uffiċċju Internazzjonali se jinnotifika r-reġistrazzjoni internazzjonali lill-uffiċċji ikkonċernati bla dewmien. Marki irreġistrati fir-Reġistru Internazzjonali ikunu ippubblikati f’gazzetta perjodika maħruġa mill-Uffiċċju Internazzjonali, skond il-partikolari li jkunhemm fl-applikazzjoni internazzjonali.

5. Minħabba r-reklamar li se jingħata lill-marki fir-reġistru internazzjonali, kull uffiċċju se jirċievi għadd ta’ kopji tal-gazzetta bla ħlas mill-Uffiċċju Internazzjonali u għadd ta’ kopji bi prezz imnaqqas, taħt il-kundizzjonijiet fissi mill-assemblea imsemmija fl-Artikolu 10 (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-assemblea). Tali reklamar se jitqies biżżejjed għall-iskopijiet tal-partjiet kontraenti kollha, u l-ebda reklamar ieħor ma hu meħtieġ minn sid ir-reġistrazzjoni internazzjonali.

Artikolu 3bis

Effett Territorjali

Il-Protezzjoni li tirriżulta mir-reġistrazzjoni internazzjonali tkun estiża għal kull parti kontraenti biss fuq talba tal-persuna li tefgħet l-applikazzjoni internazzjonali jew li hi sid ir-reġistrazzjoni internazzjonali. Madankollu, ma tistax issir talba ta’ dan it-tip għal parti kontraenti li l-uffiċċju tagħha hu l-uffiċċju ta’ l-oriġini.

Artikolu 3ter

Talba għal "estensjoni territorjali"

1. Kull talba għall-estensjoni tal-protezzjoni li toħroġ mir-reġistrazzjoni internazzjonali lil kull parti kontraenti tissemma b’mod speċjali fl-applikazjoni internazzjonali.

2. Talba għal estensjoni territorjali tista’ ssir ukoll wara r-reġistrazzjoni internazzjonali. Kull talba ta’ dan it-tip għandha ssir fuq il-formola preskritta mir-regolamenti. Tkun irreġistrata minnufih mill-Uffiċċju Internazzjonali, li jinnotifika tali reġistrazzjoni bla dewmien lill-uffiċċju jew uffiċċji ikkonċernati. Tali reġistrazzjoni tkun ippubblikata fil-gazzetta perjodika tal-Uffiċċju Internazzjonali. Tali estensjoni territorjali issir effettiva mid-data ta’ meta kienet irreġistrata fir-Reġistru Internazzjonali; ma tibqax tgħodd kif tagħlaq ir-reġistrazzjoni internazzjonali tagħha.

Artikolu 4

Effetti tar-reġistrazzjoni internazzjonali

1. (a) Mid-data tar-reġistrazzjoni jew rekord li jkunu saru skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 3 u 3 ter, il-protezzjoni tal-marka f’kull waħda mill-partjiet kontraenti tkun daqs li kieku l-marka kienet iddepożitata direttament fl-uffiċċju ta’ dik il-parti kontraenti. Jekk l-ebda rifjut ma jkun mgħarraf lill-Uffiċċju Internazzjonali skond l-Artikolu 5(1) u (2) jew jekk rifjut mgħarraf skond l-Artikolu msemmi ikun irtirat wara, il-protezzjoni tal-marka fil-parti kontraenti ikkonċernata, mid-data msemmija, tkun l-istess daqs li kieku il-marka kienet irreġistrata mill-uffiċċju ta’ dik il-parti kontraenti.

(b) L-indikazzjoni tal-klassijiet tal-merkanzija u tas-servizzi previsti fl-Artikolu 3 ma jorbtux lill-partijiet kontraenti rigward id-determinazzjoni ta’ l-iskop tal-protezzjoni tal-marka.

2. Kull reġistrazzjoni internazzjonali ikollha d-dritt ta’ prijorità previst mill-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni ta’ PariġI għall-protezzjoni ta’ propjeta industrijali, mingħajr ma jkun meħtieġ li jħares il-formalitajiet preskritti fit-Taqsima D ta’ dak l-Artikolu.

Artikolu 4bis

Tibdil ta’ reġistrazzjoni nazzjonali jew reġjonali ma’ reġistrazzjoni internazzjonali

1. Meta marka suġġetta għal reġistrazzjoni nazzjonali jew reġjonali hi ukoll suġġett ta’ reġistrazzjoni internazzjonali u ż-żewġ reġistrazzjonijiet qegħdin f’isem l-istess persuna, ir-reġistrazzjoni internazzjonali tieħu post ir-reġistrazzjoni nazzjonali jew reġjonali, mingħajr ħsara lil kull dritt mogħti mill-imsemmija l-aħħar, sakemm:

(i) il-protezzjoni li toħroġ mir-reġistrazzjoni internazzjonali testendi sal-parti kontraenti imsemmija taħt l-Artikolu 3ter(1) jew (2);

(ii) il-merkanzija u s-servizzi kollha mniżżlin fir-reġistrazzjoni nazzjonali jew reġjonali huma mniżżlin ukoll fir-reġistrazzjoni internazzjonali għall-parti kontraenti imsemmija;

(iii) tali estensjoni tidħol fis-seħħ wara d-data tar-reġistrazzjoni nazzjonali jew reġjonali.

2. L-uffiċċju imsemmi fil-paragrafu 1, mat-talba, irid jinnota ir-reġistrazzjoni internazzjonali fir-reġistru tiegħu.

Artikolu 5

Rifjut u invalidazzjoni ta’ l-effetti tar-reġistrazzjoni internazzjonali dwar ċerti partjiet kontraenti

1. Meta l-leġislazzjoni applikabbli tawtorizza, kull uffiċċju ta’ parti kontraenti li kien mgħarraf mill-Uffiċċju Internazzjonali dwar estensjoni għal dik il-parti kontraenti, skond l-Artikolu 3ter(1) jew (2), dwar il-protezzjoni li tirriżulta mir-reġistrazzjoni internazzjonali jkollha d-dritt li tiddikjara f’notifikazzjoni ta’ rifjut li l-protezzjoni ma tistax tingħata lill-marka suġġetta għal tali estensjoni fil-parti kontraenti msemmija. Kull rifjut ta’ dan it-tip jista’ jkun ibbażat biss fuq l-argumenti li japplikaw, skond il-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-protezzjoni ta’ propjeta industriali, fil-każ ta’ marka iddepożitata direttament ma’ l-uffiċċju li jinnotifika r-rifjut. Madankollu, il-protezzjoni ma tistax tkun irrifjutata, lanqas parzjalment, minħabba li l-leġislazzjoni applikabbli tħalli r-reġistrazzjoni biss f’numru limitat ta’ klassijiet jew għal numru limitat ta’ merkanzija jew servizzi.

2. (a) Kull uffiċċju li jixtieq jeserċita tali dritt irid jinnotifika ir-rifjut tiegħu lill-Uffiċċju Internazzjonali, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ l-argumenti kollha, fi żmien preskritt mil-liġi li tgħodd għal dak l-uffiċċju u mhux wara, bla ħsara għas-Sottoparagrafi (b) u (ċ), li tkun għaddiet sena minn meta n-notifika ta’ l-estensjoni msemmija fil-Paragrafu 1 tkun intbagħtet lil dak l-uffiċċju mill-Uffiċċju Internazzjonali.

(b) Minkejja sottoparagrafu (a), kull parti kontraetni tista’ tiddikjara li, għal reġistrazzjonijiet internazzjonali magħmulin taħt dan il-Protokoll, is-sena msemmija fis-sottoparagrafu (a) tista’ tinbidel fi 18-il xahar.

(ċ) Tali dikjarazzjoni tista’ tispeċifika li, meta rifjut ta’ protezzjoni jista’ jkun riżultat ta’ opposizzjoni għall-għoti ta’ protezzjoni, tali rifjut jista’ jkun innotifikat mill-uffiċċju tal-parti kontraenti msemmija lill-Uffiċċju Internazzjonali wara l-għeluq tat-18-il xahar. Tali uffiċċju jista’, rigward kull reġistrazzjoni internazzjonali, jinnotifika rifjut ta’ protezzjoni wara li jagħlqu t-18-il xahar, iżda jekk:

(i) ikun informa lill-Uffiċċju Internazzjonali li jistgħu isiru oppożizzjonijiet qabel l-għeluq tat-18-il xahar; u

(ii) in-notifika tar-rifjut ibbażat fuq oppożizzjoni tkun saret mhux iktar tard minn seba’ xhur mid-data li jibda ż-żmien ta’ oppożizzjoni; jekk iż-żmien ta’ oppożizzjoni jagħlaq qabel dan il-limitu ta’ seba’ xhur, in-notifika trid tkun saret fi żmien xahar minn meta jagħlaq iż-żmien ta’ l-oppożizzjoni.

(d) Kull dikjarazzjoni taħt sottoparagrafu (b) jew (ċ) tista’ ssir fl-istrumenti imsemmijin fl-Artikolu 14(2), u d-data ta’ l-effett tad-dikjarazzjoni tkun l-istess bħad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll għall-Istat jew organizzazzjoni ta’ bejn il-gvernijiet li jkunu għamlu d-dikjarazzjoni. Kull dikjarazzjoni ta’ dan it-tip tista’ ssir ukoll wara, f’dan il-każ id-dikjarazzjoni tibda tgħodd tlett xhur wara li jkun laqagħha id-Direttur Ġenerali ta’ l-organizzazzjoni (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ id-Direttur Ġenerali), jew f’ kull data iktar tard murija fid-dikjarazzjoni, għal kull reġistrazzjoni internazzjonali li d-data tagħha hi l-istess jew wara d-data ta’ l-effett tad-dikjarazzjoni.

(e) Kif jgħaddu 10 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll, l-Assemblea teżamina kif qed taħdem is-sistema stabbilita fis-sottoparagrafi (a) sa (d). Minn hemm ‘il quddiem, id- dispożizzjonijiet tas-sottoparagrafi jistgħu jinbidlu b’deċiżjoni unanima ta’ l-Assemblea.

3. L-Uffiċċju Internazzjonali, mingħajr dewmien, jgħaddu kopja waħda tan-notifika tar-rifjut lil min għandu r-reġistrazzjoni internazzjonali. Is-sid imsemmi ikollu l-istess rimedji daqs li kieku l-marka kien iddepożitaha hu direttament mal-uffiċċju li nnotifika r-rifjut. Meta l-Uffiċċju Internazzjonali jirċievi l-informazzjoni taħt paragrafu 2(ċ)(i), mingħajr dewmien, jgħaddi l-informazzjoni msemmija lil min għandu r-reġistrazzjoni internazzjonali.

4. L-argumenti għalfejn marka tkun irrifjutata mill-Uffiċċju Internazzjonali jistgħu isiru magħrufa lil kull parti interessata li ssaqsi li tkun taf.

5. Kull uffiċċju li ma jkunx innotifika lill-Uffiċċju Internazzjonali, dwar xi reġistrazzjoni internazzjonali, kull rifjut proviżjonali jew finali, skond il-paragrafi 1 u 2, għal dik ir-reġistrazzjoni internazzjonali, jitlef il-benefiċċju tad-dritt mogħti fil-Paragrafu 1.

6. Invalidazzjoni, mill-awtoritajiet kompetenti ta’ parti kontraenti, ta’ l-effetti, fit-territorju ta’ dik il-parti kontraenti, ta’ reġistrazzjoni internazzjonali, ma tistax issir jekk minn għandu r-reġistrazzjoni internazzjonali, ma jkunx ingħata l-opportunita fi żmien xieraq li jiddefendi d-drittijiet tiegħu. L-invalidazzjoni trid tkun mgħarrfa lill-Uffiċċju Internazzjonali.

Artikolu 5bis

Xiehda dokumentata tal-leġittimita ta’ l-użu ta’ wħud mill-elementi tal-marka

Xiehda dokumentata tal-leġittimita ta’ l-użu ta’ wħud mill-elementi inkorporati f’marka bħal ma huma stemmi araldiċi, tarki bl-armi tar-razza, ritratti, distinzjonijiet onorarji, titli, marki tal-fabbrika, ismijiet ta’ nies li mhumiex l-applikant, jew iskrizzjonijiet oħrajn ta’ dan it-tip, li jista’ jkollhom bżonnhom l-uffiċċji tal-partjiet kontraenti, ikunu eżenti minn kull leġislazzjoni kif ukoll minn kull ċertifikazzjoni ħlief dik mill-uffiċċju ta’ l-oriġini.

Artikolu 5ter

Kopji ta’ annotazzjonijiet fir-Reġistru internazzjonali; tiftix għal antiċipazzjonijiet, estratti mir-Reġistru Internazzjonali

1. L-Uffiċċju Internazzjonali joħroġ kopja ta’ l-annotazzjonijiet fir-Reġistru Internazzjonali dwar marka speċifika lil kull min jitlobha, bi ħlas skond ir-regolamenti.

2. L-Uffiċċju Internazzjonali jista’, bi ħlas, ifittex għal antiċipazzjonijiet fost marki suġġetti għar-reġistrazzjonijiet internazzjonali.

3. Estratti mir-Reġistri Internazzjonali mitlubin bl-għan biex ikunu prodotti f’waħda mill-partijiet kontraenti ikunu eżenti minn kull leġislazzjoni.

Artikolu 6

Perjodu ta’ validità ta’reġistrazzjoni internazzjonali; dipendenza u indipendenza mir-reġistrazzjoni internazzjonali

1. Ir-Reġistrazzjoni ta’ marka fl-Uffiċċju Internazzjonali issir għal 10 snin, bil-possibbilita ta’ tiġdid skond il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 7.

2. Kif jgħaddu ħames snin mid-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali, tali reġistrazzjoni ma jibqgħux ikollhom x’jaqsmu mal-applikazzjoni bażika jew ir-reġistrazzjoni li toħroġ minnha, jew ir-reġistrazzjoni bażika, skond il-każ, suġġett għad-dispożizzjonijiet li ġejjin.

3. Il-protezzjoni li tirriżulta mir-reġistrazzjoni internazzjonali, kienet jew ma kinitx suġġett ta’ trasferiment, ma tistax tibqa’ tkun invokata jekk, qabel ma jgħaddu ħames snin mid-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali, l-applikazzjoni bażika jew ir-reġistrazzjoni li tirriżulta minnha, jew ir-reġistrazzjoni bażika, skond il-każ, tkun irtirata, għalqet, kienet irrinunzjata, jew kienet suġġett ta’ deċiżjoni finali ta’ riġezzjoni, revokazzjoni, kanċellazzjoni jew invalidazzjoni, għall-prodotti jew is-servizzi kollha, jew xi wħud minnhom, imniżżlin fir-reġistrazzjoni internazzjonali.. L-istess japplika jekk:

(i) appell kontra deċiżjoni li tirrifjuta l-effetti ta’ l-applikazzjoni bażika;

(ii) azzjoni li titlob l-irtirar ta’ l-applikazzjoni bażika jew ir-revokazzjoni, kanċellazzjoni jew invalidazzjoni tar-reġistrazzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni bażika jew mir-reġistrazzjoni internazzjonali; jew

(iii) oppożizzjoni għall-applikazzjoni bażika

jirriżulta, wara li jagħlqu l-ġames snin, f’deċiżjoni finali ta’ riġezzjoni, revokazzjoni, kanċellazzjoni jew invalidazzjoni, jew l-ordni ta’ rtirar, ta’ l-applikazzjoni bażika, jew ir-reġistrazzjoni li tirriżulta minnha, jew ir-reġistrazzjoni bażika, skond il-każ, sakemm tali appell, azzjoni jew oppożizzjoni inbdiet qabel l-għeluq taż-żmien imsemmi. L-istess jgħodd ukoll jekk l-applikazzjoni bażika tkun irtirata, jew ir-reġistrazzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni bażika jew ir-reġistrazzjoni bażika tkun irrinunċjata, wara l-għeluq tal-ħames snin, sakemm, fiż-żmien ta’ l-irtirar jew rinunzja, l-applikazzjoni jew reġistrazzjoni kienet is-suġġett ta’ azzjoni imsemmi f’punt (i), (ii) jew (iii) u li tali azzjoni inbdiet qabel l-għeluq taż-żmien imsemmi.

4. L- uffiċċju ta’ l-oriġini, kif preskritt fir-regolamenti, jgħarraf lill-Uffiċċju Internazzjonali dwar il-fatti u deċIżjonijiet rilevanti taħt il-Paragrafu 3, u l-Uffiċċju Internazzjonali, kif preskritt fir-regolamenti, jgħarraf lill-partijiet interessati u jippublika skond li jkun sar. L-uffiċċju ta’ l-oriġini, fejn jgħodd, jitlob lill-Uffiċċju Internazzjonali iħassar, kemm jista’ jkun, ir-reġistrazzjoni internazzjonali, u l-Uffiċċju Internazzjonali jimxi skond li jkun sar.

Artikolu 7

Tiġdid tar-reġistrazzjoni internazzjonali

1. Kull reġistrazzjoni internazzjonali tista’ tiġġedded għal 10 snin minn meta jagħlaq il-perjodu ta’ qabel billi titħallas il-miżata bażika u, suġġett għall-Artikolu8 (7), jew tal-miżati supplementarji u komplementarji previsti fl-Artikolu 8(2).

2. It-tiġdid ma jista’ jibdel xejn mill-aħħar forma tar-reġistrazzjoni internazzjonali.

3. Sitt xhur qabel ma jagħlaq it-term tal-protezzjoni, l-Uffiċċju Internazzjonali jibgħat nota mhux offiċjali biex ifakkar lil min għandu r-reġistrazzjoni internazzjonali u lir-rappreżentant tiegħu, jekk ikun hemm, dwar id-data ta’ l-għeluq.

4. Suġġett għal ħlas barrani skond ir-regolamenti, jistgħu jingħataw sitt xhur fuq ir-riħ biex tiġġedded ir-reġistrazzjoni internazzjonali.

Artikolu 9

Miżati għall-applikazzjoni internazzonali u reġistrazzjoni

1. L-uffiċċju ta’ l-Oriġini jista’ jiffissa, kif jidhirlu, u jiġbor, għall-benefiċċju tiegħu stess, miżata li jista’ jitlob lil min japplika għar-reġistrazzjoni internazzjonali jew lil min għandu r-reġistrazzjoni internazzjonali b’konnessjoni mal-iskedar ta’ l-applikazzjoni internazzjonali jew it-tiġdid tar-reġistrazzjoni internazzjonali.

2. Ir-reġistrazzjoni ta’ marka għand l-Uffiċċju Internazzjonali tkun suġġetta għal ħlas bil-quddiem ta’ miżata internazzjonali, li skond id-dispożizzjonijiet tal-Paragrafu 7(a), tinkludi:

(i) miżata bażika;

(ii) miżata supplimentari għal kull klassi tal-klassifikazzjoni internazzjonali, iktar minn tlieta, li fihom ikunu ikklassifikati l-merkanzija jew prodotti li għalihom tkun qed issir l-applikazzjoni;

(iii) miżata kumplimentari għal kull talba għal estensjoni ta’ protezzjoni taħt l-Artikolu 3ter.

3. Madankollu, il-miżata supplimentari msemmija fil-Paragrafu 2(ii), mingħajr preġudizzju għad-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali, tista’ titħallas fiż-żmien iffissat mir-regolamenti jekk in-numru ta’ klassijiet ta’ merkanzija jew servizzi kien iffissat jew iddisputat mill-Uffiċċju Internazzjonali. Jekk sa l-għeluq taż-żmien imsemmi il-miżata supplimentari ma tkunx tħallset jew il-lista tal-merkanzija jew servizzi ma tnaqqsitx kemm suppost mill-applikant, l-applikazzjoni titqies li kienet abbandunata.

4. L-Uffiċċju Internazzjonali iqassam il-prodott ta’ kull sena tar-riċevuti varji mir-reġistrazzjonijiet internazzjonali, ħlief dawk ġejjin mill-miżati imsemmijin fil-Paragrafu 2(ii) u (iii), bejn il-partjiet kontraenti indaqs, wara li jitnaqqsu l-ispejjeż u li jitħallas kull ma jkun hemm bżonn isir għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll.

5. L-ammonti ġejjin mill-miżati supplimentari previsti fil-paragrafu 2(ii) jitqassmu, fl-għeluq ta’ kull sena, bejn il-partjiet kontraenti interessati skond kemm ikollhom applikazzjonijiet ta’ protezzjoni ta’ marki kull wieħed matul dik is-sena, dan in-numru ikun immultiplikat, fil-każ ta’ partijiet kontraenti li jagħmlu eżami, b’numru li jkjun iddeterminat mir-regolamenti.

6. L-ammonti ġejjin mill-miżati kumplimentarji jitqassmu skond l-istess regoli previsti fil-Paragrafu 5.

7. (a) Kull parti kontraenti tista’ tiddikjara, b’konnessjoni ma’ kull reġistrazzjoni internazzjonali li tissemma’ fiha skond l-Artikolu 3ter, u b’konnessjoni mat-tiġdid ta’ kull reġistrazzjoni internazzjonali ta’ dan it-tip, li minnflok ikollha sehem mid-dħul mill-miżati supplimentari u kumplimentarji tixtieq tirċievi miżata (minn hawn ‘il quddiem imsejħa miżata individwali) li d-daqs tagħha jkun indikat fid-dikjarazzjoni nnifisha, u tista’ tinbidel f’dikjarazzjonijiet oħrajn, imma ma tistax tkun iżjed mill-ammont li l-uffiċċju tal-parti kontraenti msemmija kien intitolat għalih minn applikant għal reġistrazzjoni ta’ 10 snin, jew mingħand min għandu r-reġistrazzjoni għal tiġdid ta’ 10 snin ta’ dik ir-reġistrazzjoni, tal-marka fir-reġistru ta’ l-uffiċċju msemmi, l-ammont imsemmi jitnaqqas b’daqs it-tfaddil li jirriżulta mill-proċedura internazzjonali. Fejn titħallas tali miżata individwali:

(i) ma jitħallsux il-miżati supplimentari msemmija fil-paragrafu 2(ii) jekk fl-Artikolu 3ter jissemmew biss partjiet kontraenti li għamlu dikjarazzjoni taħt dan is-sottoparagrafu; u

(ii) ma jitħallsux miżati kumplimentari msemmija fil-paragrafu 2(iii) lill-ebda parti kontraenti li għamlet dikjarazzjoni taħt dan is-sottoparagrafu.

(b) Kull dikjarazzjoni taħt (a) tista’ ssir fl-istrumenti msemmija fl-Artikolu 14(2), u d-data tad-dikjarazzjoni tkun l-istess bħad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll għall-Istat jew organizzazzjoni ta’ bejn il-gvernijiet li għamlu d-dikjarazzjoni. Kull dikjarazzjoni ta’ dan it-tip tista’ ssir ukoll iktar tard, f’dan il-każ id-dikjarazzjoni tibda tgħodd tlett xhur wara li jirċeviha d-Direttur Ġenerali, jew f’data iktar tard imsemmija fid-dikjarazzjoni, għal kull reġistrazzjoni internazzjonali li d-data tagħha hi l-istess jew wara d-data effettiva tad-dikjarazzjoni.

Artikolu 9

Reġistrazzjoni ta’ bdil tad-dritt tal-pussess ta’ reġistrazzjoni internazzjonali

Fuq it-talba tal-persuna li r-reġistrazzjoni internazzjonali qiegħda f’isimha, jew fuq talba ex officio ta’ uffiċċju interessat jew fuq talba ta’ persuna interessata, l-Uffiċċju Internazzjonali jirreġistra fir-Reġistru Internazzjonali kull bidla fid-dritt tal-pussess ta’ dik ir-reġistrazzjoni, għal partjiet kontraenti kollha jew uħud minnhom li r-reġistrazzjoni għandha effett fit-territorju tagħhom u għall-merkanzija u servizzi kollha jew uħud minnhom imniżżlin fir-reġistrazzjoni, sakemm is-sid il-ġdid hu persuna li, skond l-Artikolu 2(1) intitolat jitfa’ applikazzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 9bis

Reġistrazzjoni ta’ xi kwistjonijiet dwar reġistrazzjoni internazzjonali

L-Uffiċċju Internazzjonali jirreġistra fir-Reġistru Internazzjonali:

(i) kull bidla fl-isem jew l-indirizz ta’ min għandu r-reġistrazzjoni internazzjonali;

(ii) il-ħatra ta’ rappreżentant ta’ min għandu r-reġistrazzjoni internazzjonali u kull fatt ieħor li għandu x’jaqsam mar-rappreżentant;

(iii) kull limitazzjoni, għall-partijiet kontraenti kollha jew uħud minnhom, tal-merkanzija u s-servizzi mniżżlin fir-reġistrazzjoni internazzjonali;

(iv) kull rinunzja, kanċellazzjoni jew invalidazzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali għall-partjiet kontraenti kollha jew uħud minnhom;

(v) kull fatt rilevanti ieħor imsemmi fir-regolamenti, li jikkonċerna d-drittijiet ta’ marka li hi suġġett ta’ reġistrazzjoni internazzjonali.

Artikolu 9ter

Miżati għal xi reġistrazzjoni

Kull reġistrazzjoni taħt l-Artikolu 9 jew taħt l-Artikolu 9bis jista’ jkun suġġett għal ħlas ta’ miżata.

Artikolu 9quater

Uffiċċju komuni ta’ diversi Stati kontraenti

1. Jekk diversi Stati kontraenti jaqblu li jgħaqqdu l-leġislazzjoni domestika tagħhom fuq il-marki, jistgħu jgħarrfu lid-Direttur Ġenerali li:

(i) uffiċċju komuni se jieħu post l-uffiċċji nazzjonali ta’ kull wieħed minnhom, u

(ii) it-territorji rispettivi tagħhom jistgħu jitqiesu bħala stat wieħed għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni tal-proviżjonijiet kollha jew uħud mill-proviżjonijiet li jiġu qabel dan l-Artikolu kif ukoll il-proviżjonijiet ta’ l-Artikolu 9 quinquies u 9 sexies.

2. Tali notifikazzjoni ma tibdiex tgħodd sa tlett xhur wara d-data tal-komunikazzjoni tagħha mid-Direttur Ġenerali lill-partjiet kontraenti l-oħrajn.

Artikolu 9quinquies

Transformazzjoni ta’ reġistrazzjoni internazzjonali f’reġistrazzjoni nazzjnali jew reġjonali

Meta, fil-każ li r-reġistrazzjoni internazzjonali titħassar fuq talba ta’ l-uffiċċju ta’ l-oriġini taħt l-Artikolu 6(4), minħabba l-merkanzija u s-servizzi kollha jew uħud minnhom imniżżlin fir-reġistrazzjoni msemmija, il-persuna li kellha r-reġistrazzjoni internazzjonali tapplika għar-reġistrazzjoni ta’ l-istess marka għand l-uffiċċju ta’ kwalunkwe mill-partjiet kontraenti li r-reġistrazzjoni internazzjonali kienet tgħodd għat-territorju tagħhom, dik l-applikazzjoni titqies daqs li kieku saret fid-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali skond l-Artikolu 3(4) jew fid-data tar-rekord ta’ l-estensjoni territorjali skond l-Artikolu 3ter(2) u, jekk ir-reġistrazzjoni internazzjonali kellha priorita, tibqa’ tgawdi l-istess priorita, sakemm:

(i) tali applikazzjoni ssir fi żmien tlett xhur minn meta tħassret ir-reġistrazzjoni internazzjonali;

(ii) il-merkanzija u s-servizzi mniżżlini fl-applikazzjoni jinsabu fil-lista ta’ merkanzija u servizzi fir-reġistrazzjoni internazzjonali tal-parti kontraenti ikkonċernata; u

(iii) tali applikazzjoni taqbel mal-ħtiġiet kollha tal-liġi applikabbli, inklużi l-ħtiġiet ta’ miżati.

Artikolu 9sexies

Salvagwardji tal-Ftehim ta’ Madrid (Stokkolma)

1. Fejn, rigward xi applikazzjoni internazzjonali jew xi reġistrazzjoni internazzjonali, l-uffiċċju ta’ l-oriġini hu l-uffiċċju ta’ Stat li hu sħab kemm f’dan il-Protokoll kif ukoll fil-Ftehim ta’ Madrid (Stokkolma), id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll ma jkunux jgħoddu fit-territorju ta’ Stat ieħor li jkun ukoll sħab ta’ dan il-Protokoll u l-Ftehim ta’ Madrid (Stokkolma).

2. L-Assemblea tista’, b’maġġoranza ta’ tlett kwarti, tneħħi l-Paragrafu 1, jew tirrestrinġi l-iskop tal-Paragrafu 1, wara li jgħaddu 10 snin minn meta dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ, imma mhux qabel ma jkunu għaddew ħames snin mid-data li l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi msieħba fil-Ftehim ta’ Madrid (Stokkolma) isiru sħab f’dan il-Protokoll. Fil-votazzjoni ta’ l-Assemblea jistgħu jieħdu sehem biss dawk il-pajjiżi li huma sħab fil-Ftehim imsemmi u f’dan il-Protokoll.

Artikolu 10

Assemblea

1. (a) il-partijiet kontraenti għandhom ikunu membri tal-istess Assemblea bħall-pajjiżi msieħba fil-Ftehim ta’ Madrid (Stokkolma).

(b) Kull parti kontraenti tkun irrappreżentata minn delegat wieħed, li jista’ jkun megħjun minn delegati alternattivi, konsulenti u esperti.

(ċ) L-ispiża ta’ kull delegazzjoni titħallas mill-parti kontraenti li tkun ħatritha, ħlief għall-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar u l-għajxien ta’ delegat wieħed għal kull parti kontraenti, li jitħallsu mill-fondi ta’ l-Unjoni.

2. L-Assemblea, minbarra l-funzjonijiet li għandha taħt il-Ftehim ta’ Madrid (Stokkolma), trid ukoll:

(i) tieħu ħsieb il-kwistjonijiet kollha li għanshom x’jaqsmu mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll;

(ii) tidderiġi lill-Uffiċċju Internazzjonali dwar il-preparamenti għall-konferenzi għar-reviżjoni ta’ dan il-Protokoll, u tieħu nota tal-kummenti li jagħmlu pajjiżi ta’ l-Unjoni li mhumiex imsieħba f’dan il-Protokoll;

(iii) taddotta u tibdel id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll;

(iv) taqdi funzjonijiet oħra kif inhu xieraq taħt dan il-Protokoll.

3. (a) Kull parti kontraenti ikollha vot wieħed fl-Assemblea. Partijiet kontraenti li mhux sħab fil-Ftehim ta’ Madrid (Stokkolma) m’għandhomx dritt jivvutaw fuq kwistjonijiet li jirrigwardaw biss pajjiżi li huma sħab fil-Ftehim imsemmi, filwaqt li, fuq kwistjonijiet li jirrigwardaw biss partijiet kontraenti, l-imsemmijin l-aħħar biss għandhom id-dritt li jivvutaw.

(b) Nofs il-Membri ta’ l-Assemblea li għandhom id-dritt li jivvutaw fuq xi kwistjoni jikkostitwixxu l-kworum għall-iskop tal-vot fuq dik il-kwistjoni.

(ċ) Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ sottoparagrafu (b), jekk, f’xi sessjoni, l-għadd ta’ membri ta’ l-Assemblea li għandu d-dritt jivvota fuq xi kwistjoni li huma irrapreżentati hu inqas minn nofs imma terz jew iktar mill-membri ta’ l-Assemblea li għandhom dritt jivvutaw fuq dik il-kwistjoni, l-Assemblea tista’ tieħu deċiżjonijiet imma, ħlief deċiżjonijiet dwar il-proċeduri tagħha stess, deċiżjonijiet ta’ dan it-tip ikunu effettivi biss jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti kif ġej ikunu sodisfatti. L-Uffiċċju Internazzjonali jikkomunika d-deċiżjonijiet imsemmijin lill-membri ta’ l-Assemblea li għandhom id-dritt li jivvutaw fuq il-kwsitjoni li ma kinux rapreżentati, u tistedinhom biex, bil-kitba, jesprimu l-vot jew astensjoni tagħhom fi żmien tlett xhur mid-data tal-komunikazzjoni. Jekk, meta jagħlaq dan iż-żmien, l-għadd tal-membri li jkunu esprimew il-vot jew l-astensjoni tagħhom b’dan il-mod, jilħaq l-għadd li kien jonqos biex jintlaħaq il-kworum fis-sessjoni nnifisha, d-deċiżjoni tgħaddi sakemm fl-istess żmien il-maġġoranza meħtieġa tinkiseb xorta.

(d) Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5(2)(e), 9bis(2), l-Artikolu 12 u l-Artikolu 13(2), id-deċiżjonijiet ta’ l-Assemblea jeħtieġu żewġ terzi mill-voti mixħutin.

(e) Astensjonijiet ma jitqiesux bħala voti.

(f) Delegat jista’ jirrappreżenta, u jivvota f’isem, membru wieħed ta’ l-Assemblea biss.

4. Minbarra li tiltaqa’ f’sessjonijiet ordinarji u straordinarji kif previst fil-Ftehim ta’ Madrid (Stokkolma), l-Assemblea tiltaqa’ f’sessjonijiet ordinarji fuq konvokazzjoni tad-Direttur Ġenerali, skond talba ta’ kwart mill-membri ta’ l-Assemblea li għandhom id-dritt li jivvutaw fuq kwistjonijiet proposti għall-inklużjoni fl-aġenda tas-sessjoni. L-aġenda ta’ tali sessjoni straordinarja tkun imħejjija mid-Direttur Ġenerali.

Artikolu 11

Uffiċċju Internazzjonali

1. Ir-reġistrazzjoni internazzjonali u dmirijiet relatati, kif ukoll kompiti amministrattivi oħrajn, taħt jew dwar dan il-Protokoll, isiru mill-Uffiċċju Internazzjonali.

2. (a) L-Uffiċċju Internazzjonali, skond id-direzzjonijiet ta’ l-Assemblea, jagħmel it-tħejjijiet għall-konferenzi għar-reviżjoni ta’ dan il-Protokoll.

(b) L-Uffiċċju Internazzjonali jista’ jikkonsulta ma’ organizzazzjonijiet ta’ bejn il-gvernijiet dwar tħejjijiet għal tali konferenzi ta’ reviżjoni.

(ċ) Id-Direttur Ġenerali u l-persuni li jinnomina, jieħdu sehem fid-diskussjonijiet f’tali konferenzi ta’ reviżjoni mingħajr ma jkollhom id-dritt li jivvutaw.

3. L-Uffiċċju Internazzjonali jaqdi kompiti oħrajn mogħtija lilu li għandhom x’jaqsmu ma’ dan il-Protokoll.

Artikolu 12

Finanzi

Sa fejn għandhom x’jaqsmu l-partijiet kontraenti, il-finanzi ta’ l-Unjoni jkunu irregolati bl-istess dispożizzjonijiet li hemm fl-Artikolu 12 tal-Ftehim ta’ Madrid (Stokkolma), sakemm kull referenza għall-Ftehim imsemmi ikun meqjus bħala referenza għall-Artikolu 8 ta’ dan il-Protokoll. Barra minn hekk, għall-iskop ta’ l-Artikolu 12(6)(b) tal-Ftehim imsemmi, organizzazzjonijiet kontraenti, sakemm ma jkunx hemm deċiżjoni unanima kuntrarja mill-Assemblea, jitqiesu li jappartjenu lill-kontribuzzjoni klassi 1 (wieħed) skond il-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-protezzjoni ta’ propjeta industrijali.

Artikolu 13

Emenda ta’ xi Artikoli tal-Protokoll

1. Proposti għall-emendi ta’ l-Artikoli 10, 11, 12 u l-Artikolu preżenti, jista’ jinbeda minn kull parti kontraenti, jew mid-Direttur Ġenerali. Tali proposti jkunu ikkomunikati mid-Direttur Ġenerali lill-organizzazzjonijiet kontraenti mill-inqas sitt xhur qabel ma tikkunsidrahom l-Assemblea.

2. Emendi lill-Artikoli msemmijin fil-paragrafu 1 ikunu adottati mill-Assemblea. Jinħtieġu tlett kwarti mill-voti mixħutin għall-Addozzjoni, kull emenda lill-Artikolu 10, u għall-Artikolu preżenti, jinħtieġu erbgħa minn kull ħames voti mixħutin.

3. Kull emenda għall-Artikolu msemmi fil-Paragrafu 1 tidħol fis-seħħ xahar wara notifikazzjoni bil-miktub ta’ l- aċċettazzjoni, li tkun saret skond il-proċessi kostituzzjonali rispettivi, ikunu milqugħin mid-Direttur Ġenerali mingħand tlett kwarti minn dawk l-Istati u organizzazzjonijiet ta’ bejn il-gvernijiet li fiż-żmien ta’ meta ddaħħlet l-emenda kienu membri ta’ l-Assemblea u kellhom id-dritt li jivvutaw fuq l-emenda. Kull emenda li ssir lill-Artikoli msemmijin u li tkun aċċettata kif imsemmi hawn fuq torbot lill-Istati u l-organizzazzjonijiet ta’ bejn il-gvernijiet li huma partjiet kontraenti meta l-emenda tkun daħlet fis-seħħ, jew li jsiru partjiet kontraenti wara.

Artikolu 14

Sħubija fil-Protokoll; dħul fis-seħħ

1. (a) Kull Stat li hu sħab fil-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-protezzjoni tal-propjeta industrijali jista’ jissoeħeb f’dan il-Protokoll.

(b) Barra minn hekk, kull organizzazzjoni ta’ bejn il-gvernijiet jistgħu ukoll jissieħbu f’dan il-Protokoll meta l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

(i) għallinqas wieħed mill-Istati membri ta’ dik l-organizzazzjoni tkun sħab fil-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-protezzjoni tal-propjeta industrijali;

(ii) dik l-organizzazzjoni jkollha uffiċċju reġjonali għall-iskopijiet tar-reġistrazzjoni tal-marki li jgħodd għat-territorju ta’ l-organizzazzjoni, sakemm tali uffiċċju ma jkunx suġġett ta’ notifikazzjoni taħt l-Artikolu 9quarter.

2. Kull Stat jew organizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jista’ jiffirma dan il-Protokoll. Tali Stat jew organizzazzjoni, jekk ikun iffirma l-Protokoll, jista’ jiddepożita strument ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni ta’ dan il-Protokoll jew, jekk ma jkunx iffirma dan il-Protokoll, jiddepożita strument ta’ adeżjoni ma’ dan il-Protokoll.

3. L-istrumenti msemmijin fil-paragrafu 2 ikunu iddepożitati mad-Direttur Ġenerali.

4. (a) Dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ tlett xhur wara li jkunu iddepożitati erba’ strumenti ta’ ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni, sakemm mill-inqas wieħed minn dawk l-istrumenti kien iddepożitat minn pajjiż imsieħeb fil-Ftehim ta’ Madrid (Stokkolma) u mill-inqas ieħor minn dawk l-istrumenti kien iddepożitat minn Stat mhux imsieħeb fil-Ftehim ta’ Madrid (Stokkolma) jew minn kull organizzazzjoni imsemmija fil-paragrafu 1(b).

(b) Għal kull Stat ieħor jew organizzazzjoni imsemmi fil-Paragrafu 1, dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ tlett xhur wara d-data li r-ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni tiegħu tkun innotifikata mid-Direttur Ġenerali.

5. Kull Stat jew organizzazzjoni imsemmi fil-paragrafu 1, meta jiddepożita l-istrument ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni ta’, jew adeżjoni ma’, dan il-Protokoll, jista’ jiddikjara li l-protezzjoni li toħroġ minn kull reġistrazzjoni internazzjonali li ssir taħt dan il-Protokoll qabel ma dan jidħol fis-seħħ għal dak l-Istat jew l-organizzazzjoni ma jistax isir jgħodd għal dak l-Istat jew dik l-organizzazzjoni.

Artikolu 15

Denunzja

1. Dan il-Protokoll jibqa’ fis-seħħ mingħajr limitazzjoni fiż-żmien.

2. Kull parti kontraenti tista’ tiddenunzja dan il-Protokoll b’notifikazzjoni indirizzata lid-Direttur Ġenerali.

3. Id-Denunzja tibda tgħodd sena fuq il-ġurnata li d-Direttur Ġenerali jkun irċieva n-notifika.

4. Id-dritt ta’ denunzja previst f’dan l-Artikolu ma jkunx eserċitat minn parti kontraenti qabel ma jgħaddu ħames snin minn meta dan il-Protokoll daħal fis-seħħ għal dik il-parti kontraenti.

5. (a) Fejn marka taqa’ taħt reġistrazzjoni internazzjonali li tgħodd għall-Istat jew organizzazzjoni bejn il-gvernjiiet fejn tkun qed issir id-denunzja fiż-żmien li tibda tgħodd id-denunzja, min għandu tali reġistrazzjoni internazzjonali jista’ japplika għar-reġistrazzjoni ta’ l-istess marka ma’ l-uffiċċju ta’ l-Istat jew organizzazjoni ta’ bejn il-gvernijiet li jkunu qed jagħmlu d-denunzja, li titqies daqs li kienet irreġistrata fid-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali skond l-Artikolu 3(4) jew fid-data ta’ rekord ta’ l-estensjoni territorjali skond l-Artikolu 3ter(2) u, tibqa’ tgawdi l-istess priorita li kellha, jekk kellha, sakemm:

(i) tali applikazzjoni ssir fi żmien sentejn mid-data li d-denunzja bdiet tgħodd;

(ii) il-merkanzija u s-servizzi mniżżlin fl-applikazzjoni jinsabu fil-lista tal-merkanzija u s-servizzi fir-reġistrazzjoni internazzjonali għall-Istat jew organizzazzjoni ta’ bejn il-gvernijiet li qed jagħmel id-denunzja; u

(iii) tali applikazzjoni taqbel mal-ħtiġiet kollha tal-liġi applikabbli, inklużi l-ħtiġiet ta’ miżati.

(b) Id-dispożizzjonijiet tas-sottoparagrafu (a) tkun tgħodd ukoll għal kull marka li taqa’ taħt reġistrazzjoni internazzjonali li tkun tgħodd f’partjiet kontraenti li mhumiex l-Istat jew l-organizzazjoni ta’ bejn il-gvernijiet li jkunu qed jagħmlu d-denunzja fid-data li tidħol fis-seħħ id-denunzja, u li min għandu ir-reġistrazzjoni internazzjonali, minħabba d-denunzja, ma jistax jibqa’ jagħmel applikazzjonijiet internazzjonali skond l-Artikolu 2(1).

Artikolu 16

Firem; ilsna; funzjonijiet depożitorji

1. (a) Dan il-Protokoll ikun iffirmat f’kopja waħda bl-Ingliż, bil-Franċiż u bl-iSpanjol u jkun iddepożitata mad-Direttur Ġenerali meta ma tistax tibqa’ tkun iffirmata f’Madrid. It-testi f’dawn it-tlett ilsna awtentiċi daqs xulxin.

(b) Testi uffiċċjali ta’ dan il-Protokoll ikunu stabbiliti mid-Direttur Ġenerali, wara konsultazzjoni mal-gvernijiet u organizzazzjonijiet interessati, bl-Għarbi, Iċ-Ċiniż, il-Ġermaniż, it-Taljan, il-Ġappuniż, il-Portugiż u r-Russu u f’kull ilsien ieħor li tinnomina l-Assemblea.

2. Dan il- Protokoll jista’ jibqa’ jkun iffirmat f’Madrid sal-31 ta’ Diċembru 1989.

3. Id-Direttur Ġenerali jgħaddi żewġ kopji, iċċertifikati mill-Gvern ta’ Spanja, tat-test ta’ dan il-Protokoll iffirmat lill-Istati u organizzazzjonijiet ta’ bejn il-gvernijiet li jistgħu jissieħbu f’dan il-Protokoll.

4. Id-Direttur Ġenerali jirreġistra dan il-Protokoll mas-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti.

5. Id-Direttur Ġenerali jinnotifika l-Istati u l-organizzazzjonijiet ta’ bejn il-gvernijiet kollha li huma jew li jistgħu ikunu sħab f’dan il-Protokoll dwar firem, depożiti ta’ strumenti ta’ ratifika, aċċettazjoni, approvazzjoni jew adeżjoni, id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-protokoll u emendi tiegħu, kull notifika jew denunzja u kull dikjarazzjoni prevista f’dan il-Protokoll.

--------------------------------------------------

Dikjarazzjoni

fuq is-sistema ta’ miżati individwali

Il-President tal-Kunsill, meta jiddepożita l-istrument ta’ l-adeżjoni għand id-Direttur Ġenerali ta’ l-ODPI, jehmeż id-dikjarazzjoni li ġejja ma’ l-istrument ta’ l-adeżjoni:

"Il-Komunita Ewropea tiddikjara li, b’konessjoni ma’ kull reġistrazzjoni internazzjonali li tissemma fiha taħt l-Artikolu 3ter(1) jew (2) tal-Protokoll ta’ Madrid, u b’konnessjoni mat-tiġdid ta’ kull reġistrazzjoni internazzjonali ta’ dan it-tip, trid tirċievi, minnflok sehem fid-dħul prodott mill-miżata supplimentarja u l-miżata kumplementarja,,

għal marka individwali:

- miżata ta’ nomina ta’ EUR 1875 u, fejn jgħodd, EUR 400 għal kull klassi ta’ merkanzija jew servizzi ta’ iktar minn tlieta, jew, fejn jgħodd,

- miżata ta’ tiġdid ta’ EUR 2300 u, fejn jgħodd, EUR 500 għal kull klassi ta’ merkanzija jew servizzi ta’ iktar minn tlieta;

għal marka kollettiva:

- miżata ta’ nomina ta’ EUR 3675 u, fejn jgħodd, EUR 800 għal kull klassi ta’ merkanzija jew servizzi ta’ iktar minn tlieta, jew, fejn jgħodd,

- miżata ta’ tiġdid ta’ EUR 4800 u, fejn jgħodd, EUR 1000 għal kull klassi ta’ merkanzija jew servizzi ta’ iktar minn tlieta."

--------------------------------------------------

NOTIFIKA

Dwar il-konverżjoni ta’ deskrizzjoni tal-Komunita Ewropea għal deskrizzjonijiet ta’ l-Istati Membri tagħha

Il-President tal-Kunsill, meta jiddepożita dan l-istrument ta’ adeżjoni mad-Direttur Ġenerali ta’ l-ODPI, jehmeż mal-istrument ta’ l-adeżjoni n-notifikazzjoni li ġejja:

"Il-Komunità Ewropea tiddikjara li, meta deskrizzjoni tal- Komunità Ewropea kienet irreġistrata fir-Reġistru Internazzjonali, sakemm kienet irrifjutata jew ma baqgħetx tgħodd, dik id-deskrizzjoni tista’ tinqaleb f’deskrizzjoni għal kull wieħed mill-Istati Membri tagħha, sakemm taqbel mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 154 tar-Regolament dwar il-marka tal-fabbrika tal-Komunità kif emendat u d-dispożizzjonijiet taħt il-Ftehim ta’ Madrid u l-Protokoll."

--------------------------------------------------

Dikjarazzjoni

mill-Komunità Ewropea lill-Uffiċċju Internazzjonali dwar Iż-żmien għan-notifikazzjoni tar-rifjut ta’ protezzjoni fit-territorju ta’ parti kontraenti [1]

il-Komunitajiet Ewropej hawnhekk tiddikjara li, skond l-Artikolu 5(2)(b) tal-Protokoll relatat mal-Ftehim ta’ Madrid dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali tal-marki (1989), ż-żmien ta’ sena biex ikun eserċitat id-dritt li tinnotifika r-rifjut ta’ protezzjoni msemmi fl-Artikolu 5(2)(a) tiegħu jinbidel bi żmien ta’ 18-il xahar.

[1] Il-Komunita Ewropea tinnota li l-intenzjoni tagħha hi li d-dikjarazjoni preżenti tkun ta’ natura temporanja. Tkun irtirata meta l-elementi li jiġġustifikawha jintemmu.

--------------------------------------------------

Top