EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22001A1222(02)

Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet għas-sajd u l-kumpens finanzjarju kif previsti fil-Ftehim dwar il-koperazzjoni fis-settur tas-sajd fl-ibħra bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' Awissu 2001 u l-31 ta' Lulju 2006

ĠU L 341, 22.12.2001, p. 128–159 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2001/2528/oj

Related Council regulation

22001A1222(02)



Official Journal L 341 , 22/12/2001 P. 0128 - 0159


Protokoll

li jistabbilixxi l-opportunitajiet għas-sajd u l-kumpens finanzjarju kif previsti fil-Ftehim dwar il-koperazzjoni fis-settur tas-sajd fl-ibħra bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' Awissu 2001 u l-31 ta' Lulju 2006

Artikolu 1

Għall-perjodu ta' ħames snin li jibda fl-1 ta' Awissu 2001, l-opportunitajiet għas-sajd mogħtija skond l-Artikolu 5 tal-Ftehim għandhom ikunu skond kif inhuma stabbiliti fl-iskedi tekniċi dwar is-sajd inklużi ma' dan il-Protokoll.

Artikolu 2

1. Għall-perjodu li fih japplika dan il-Protokoll, il-kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim għandha tkun ta' EUR 86 miljun fis-sena (jiġifieri, EUR 82 miljun bħala kumpens finanzjarju u EUR 4 miljuni bħala l-kontribuzzjonijiet finanzjarji stabbiliti fl-Artikolu 5 ta' dan il-Protokoll).

2. Il-Gvern tar-Repubblika tal-Mawritanja għandu jkollu diskrezzjoni sħiħa dwar kif jagħmel użu mill-kumpens finanzjarju.

Artikolu 3

1. Il-kumpens finanzjarju għandu jitħallas f’kont miħtuħ mill-Bank Ċentrali tal-Mawritanja ma istituzzjoni finanzjarja magħżula mill-awtoritajiet tal-Mawritanja.

2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-ewwel sena, kif stabbilita fl-Artikolu 2(1) għandha titħallas mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2001. Il-kontribuzzjoni għas-snin ta' wara għandha titħallas mhux aktar tard mill-1 ta' Awissu ta' kull sena.

Artikolu 4

Il-kondizzjoni tar-riżorsi għandha tkun eżaminata mill-ġdid perjodikalment mill-Kumitat Konġunt a bażi tad-data xjentifika li tkun għad-disposizzjoni tiegħu.

L-opportunitajiet għas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jkunu aġġustati, bi ftehim bejn iż-żewġ Partijiet, fid-dawl tal-kondizzjoni tar-riżorsi tas-sajd minn wara l-1 ta' Jannar 2004. F'dak il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja totali msemmija fl-Artikolu 2 għandha tkun aġġustata proporzjonalment bi ftehim komuni.

Sakemm japplika dan il-Protokoll, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Mawritanja għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jagħmlu stima tal-kondizzjoni ta' l-iskorti taċ-ċefalopodu fiż-żona tas-sajd tal-Mawritanja. Għal dan il-għan għandu jitwaqqaf grupp ta' ħidma xjentifiku konġunt sabiex jiltaqa’ regolarment, mill-anqas darba fis-sena, taħt il-patroċinju taċ-Ċentru Nazzjonali tal-Mawritanja għar-Riċerka Oċeanografika u s-Sajd (CNROP). Dan il-grupp ta' ħidma għandu jkun magħmul minn xjenzati magħżula bi ftehim reċiproku bejn iż-żewġ Partijiet.

Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lill-Kumitat Konġunt imwaqqaf fl-Artikolu 10 tal-Ftehim ta' Koperazzjoni fit-tieni nofs tas-sena 2003 bl-għan li jaġġustaw bi ftehim reċiproku, jekk ikun hemm il-bżonn, l-opportunitajiet għas-sajd u l-kondizzjonijiet tas-sajd għaċ-ċefalopodi a bażi tal-konklużjonijiet tal-grupp ta' ħidma xjentifiku u fid-dawl ta' l-aħjar parir xjentifiku disponibbli. Deċiżjoni sabiex issir eżaminazzjoni mill-ġdid għandha tittieħed mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2003.

Iż-żewġ Partijiet jintrabtu illi jaħtru l-membri tal-grupp ta' ħidma qabel il-31 ta' Diċembru 2001. Huma għandhom ukoll jiskedaw laqgħa tal-Kumitat Konġunt kemm jista’ jkun malajr ħalli jiddetermina l-proċedura neċessarja għall-eżaminazzjoni mill-ġdid u wkoll kalendarju ddettaljat.

Artikolu 5

Il-miżuri stabbiliti hawn taħt għandhom ikunu ffinanzjati mill-kumpens finanzjarju previst fl-Artikolu 2(1) b'dan il-mod:

(a) EUR 800000 fis-sena għall-assistenza għar-riċerka sabiex tittejjeb l-informazzjoni dwar riżorsi tas-sajd, għall-kontroll tal-bidliet fil-kondizzjoni ta' dawn ir-riżorsi fiż-żona tas-sajd tal-Mawritanja, għall-ġestjoni tac-CNROP u għat-titjib fil-kondizzjonijiet tas-saħħa fis-settur tas-sajd;

(b) EUR 1,5 miljun fis-sena għall-appoġġ ta' sorveljanza tas-sajd, għall-iffinanzjar ta' l-ispejjeż ta' l-operazzjoni tad-DSPCM u possibilment għall-iffinanzjar ta' l-introduzzjoni ta' mezzi ġodda għas-sorveljanza;

(ċ) EUR 300000 fis-sena għall-appoġġ istituzzjonali tat-taħriġ marittimu bl-għan li jiġu żviluppati u msaħħa r-riżorsi umani;

(d) EUR 50000 fis-sena għall-aġġoġġ istituzzjonali ta' l-iżvilupp ta' statistika dwar is-sajd;

(e) EUR 50000 fis-sena għall-appoġġ istituzzjonali tas-servizzi tas-salvataġġ fuq il-baħar;

(f) EUR 50000 fis-sena għall-appoġġ istituzzjonali ta' l-arranġamenti dwar il-ġestjoni ta' liċenzji tas-sajd;

(g) EUR 50000 fis-sena għall-appoġġ istituzzjonali ta' l-immaniġġjar tal-baħħara;

(h) EUR 400000 fis-sena sabiex ikopru l-ispejjeż ta' l-organizzazzjoni ta' u tal-parteċipazzjoni f'seminars u laqgħat internazzjonali;

(i) EUR 800000 fis-sena għall-appoġġ ta' l-iżvilupp tas-sajd fuq skala żgħira.

Dawn il-miżuri, u l-ammonti li għandhom ikunu assenjati lilhom kull sena, għandhom ikunu deċiżi mill-Ministeru, li għandu jinforma lill-Kummissjoni dwarhom. L-ammonti annwali għandhom jitħallsu f'kont tal-Bank Ċentrali tal-Mawritanja miftuħ f'istituzzjoni finanzjarja magħżula mill-awtoritajiet tal-Mawritanja, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru fl-ewwel sena, u fis-snin ta' wara, mhux aktar tard mid-data ta' l-anniversarju tal-Protokoll.

Artikolu 6

Mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-anniversarju tad-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll, il-Ministeru tal-Mawritanja għandu jibgħat, lid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni, rapport annwali dwar l-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri, dwar ir-riżultati milħuqa u dwar xi problemi li nqalgħu.

Il-Kummissjoni qiegħda tirriserva d-dritt li titlob aktar informazzjoni dwar dawn ir-riżultati mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u, jekk ikun hemm bżonn, tagħmel eżaminazzjoni mill-ġdid tal-pagamenti kkonċernati fid-dawl ta' l-implimentazzjoni attwali tal-miżuri wara li tikkonsulta l-awtoritajiet tal-Mawritanja fil-Kumitat Konġunt imwaqqaf fl-Artikolu 10 tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni.

Artikolu 7

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma tagħmilx il-pagamenti stabbiliti fl-Artikolu 2 ta' dan il-Protokoll, il-Mawritanja qiegħda tirriserva d-dritt li tissospendi l-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Koperazzjoni.

Artikolu 8

Il-Partijiet Kontraenti għandhom irawmu koperazzjoni reċiproka fis-settur tas-sajd. Huma għandhom jinkoraġġixxu l-konverġenza ta' interessi tas-setturi privati tal-Komunità u tal-Mawritanja permezz ta' assoċjazzjonijiet ta' impriżi, joint ventures u forom oħra ta' assoċjazzjoni sabiex ikunu esplojtjati r-riżorsi tas-sajd u sabiex ikunu pproċessati u mibjugħa fis-suq prodotti tas-sajd.

Artikolu 9

Proprjetarji ta' vapuri mill-Komunità għandhom id-dritt għall-qabdiet awtorizzati, kollha kemm huma, li jagħmlu l-vapuri tagħhom u għandhom ikunu liberi li jiddeċiedu dwar il-bejgħ ta' dawn il-qabdiet. Madankollu, il-Partijiet Kontraenti għandhom jinkoraġġixxu lill-operaturi tagħhom involuti fil-bejgħ ta' prodotti tas-sajd sabiex jistabbilixxu konsultazzjoni konġunta permanenti sabiex tkun evitata kompetizzjoni li tiddistabilizza s-suq. Il-proprjetarji tal-vapuri għandhom, kull fejn ikun possibbli, jużaw is-servizzi tal-port u servizzi oħra offruti mill-Mawritanja.

Artikolu 10

Proprjetarji ta' vapuri mill-Komunità għandhom ikunu liberi li jagħżlu l-aġenti lokali tal-vapuri tagħhom. Madankollu, dawn l-aġenti jridu jkunu ta' nazzjonalità Mawritanja.

L-ismijiet u l-indirizzi ta' dawn l-aġenti għandhom jintbagħtu lill-Ministeru.

Artikolu 11

Dan il-Protokoll u l-Annessi tiegħu għandhom jidħlu fis-seħħ fil-ġurnata li fiha l-Partijiet Kontraenti jinnotifikaw lil xulxin illi l-proċeduri meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom kienu konklużi.

Il-Protokoll għandu jibda japplika mill-1 ta' Awissu 2001.

SKEDA TEKNIKA TAS-SAJD Nru 1

KATEGORIJA TAS-SAJD: VAPURI TAS-SAJD LI JISPEĊJALIZZAW FI KRUSTAĊEJI MINBARRA L-AWWISTI MXEWWKA

1. Kategorija tas-sajd :

1.1. Fit-Tramuntana tal-latitudni 19° 21′ T, barra ż-żona mmarkata fil-punti li ġejjin:

20° 46,3′ T | 17° 03′ P |

20° 40′ T | 17° 07,5′ P |

20° 05′ T | 17° 07,5′ P |

19° 35,5′ T | 16° 47′ P |

19° 28′ T | 16° 45′ P |

19° 21′ T | 16° 45′ P |

1.2. Fin-Nofsinhar tal-latitudni 19° 21′ T: fil-Punent tal-linja li tindika distanza ta' sitt mili mill-punt l-aktar baxx milħuq minn marea baxxa.

2. Apparat awtorizzat: Xibka tat-tkarkir fil-qiegħ għall-gambli

L-irdoppjar ta' l-ixkora tax-xibka huwa pprojbit.

L-irdoppjar tal-fili li jiffurmaw l-ixkora tax-xibka huwa pprojbit.

3. L-iżgħar daqs awtorizzat għall-malji tax-xibka: 50 mm

4. Irkupru bijoloġiku: Xahrejn: Settembru u Ottubru

Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jiddeċiedu, permezz ta' ftehim komuni fil-Kumitat Konġunt, sabiex jaġġustaw, iżidu jew inaqqsu il-perjodu ta' rkupru bijoloġiku msemmi hawn fuq.

5. Qabdiet sekondarji 20 % ħut u 15 % ċefalopodi

6. Tunnellaġġ awtorizzat/Miżati:

| ta' l- 1.8.2001 -tal- 31.7.2002 | ta' l- 1.8.2002 -tal- 31.7.2003 | ta' l- 1.8.2003 -tal- 31.7.2004 | ta' l- 1.8.2004 -tal- 31.7.2005 | ta' l- 1.8.2005 -tal- 31.7.2006 |

Tunnellaġġ awtorizzat (GRT) fis-sena | 6000 | 6000 | 6000 | 6000 | 6000 |

Miżati f'EUR skond il-GRT fis-sena | 355 | 358 | 361 | 364 | 367 |

7. Kummenti:

-/-

SKEDA TEKNIKA TAS-SAJD Nru 2

KATEGORIJA TAS-SAJD: VAPURI GĦAS-SAJD BIT-TKARKIR GĦALL-MERLOZZ ISWED (1) U VAPURI GĦAS-SAJD TAL-QIEGĦ B’ PALANGARI

1. Żona għas-sajd:

1.1. Fit-Tramuntana tal-latitudni 19° 15,6′ T, fil-Punent tal-linja li tgħaqqad il-punti li ġejjin:

20° 46,3′ T | 17° 03′ P |

20° 36′ T | 17° 11′ P |

20° 36′ T | 17° 36′ P |

20° 03′ T | 17° 36′ P |

19° 45,7′ T | 17° 03′ P |

19° 29′ T | 16° 51,5′ P |

19° 15,6′ T | 16° 51,5′ P |

19° 15,6′ T | 16° 49,6′ P |

1.2. Fin-Nofsinhar tal-latitudni 19° 15,6′ T sal-latitudni 17° 50′ T, fil-Punent tal-linja li tindika distanza ta' 18-il mil mill-punt l-aktar baxx milħuq minn marea baxxa.

1.3. Fin-Nofsinhar tal-latitudni 17° 50′ T: fil-Punent tal-linja li tindika distanza ta' 12-il mil mill-punt l-aktar baxx milħuq minn marea baxxa.

2. Apparat awtorizzat:

- xibka tat-tkarkir fil-qiegħ

- xibka tat-tkarkir fil-qiegħ għall-merluzz

L-irdoppjar ta' l-ixkora tax-xibka huwa pprojbit.

L-irdoppjar tal-fili li jiffurmaw l-ixkora tax-xibka huwa pprojbit.

3. L-iżgħar daqs awtorizzat għall-malji tax-xibka: 70 mm għax-xibka tat-tkarkir.

4. Irkupru bijoloġiku: Settembru u Ottubru

Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jiddeċiedu, permezz ta' ftehim komuni fil-Kumitat Konġunt, sabiex jaġġustaw, iżidu jew inaqqsu l-perjodu ta' rkupru bijoloġiku msemmi hawn fuq.

5. Qabdiet sekondarji 25 % ħut għall-vapuri tas-sajd bit-tkarkir u 50 % ħut għall-vapuri tas-sajd fil-qiegħ b'palangari; 0 % ċefalopodi u 0 % krustaċeji

6. Tunnellaġġ awtorizzat/Miżati:

| ta' l- 1.8.2001 -tal- 31.7.2002 | ta' l- 1.8.2002 -tal- 31.7.2003 | ta' l- 1.8.2003 -tal- 31.7.2004 | ta' l- 1.8.2004 -tal- 31.7.2005 | ta' l- 1.8.2005 -tal- 31.7.2006 |

Tunnellaġġ awtorizzat (GRT) fis-sena | 8500 | 8500 | 8500 | 8500 | 8500 |

Miżati f'EUR skond il-GRT fis-sena | 154 | 159 | 163 | 167 | 172 |

7. Kummenti:

() Din il-kategorija ma tinkludix vapuri għas-sajd bit-tkarkir li għandhom friżer.

SKEDA TEKNIKA TAS-SAJD Nru. 3

KATEGORIJA TAS-SAJD: VAPURI LI JISTADU GĦAL SPEĊI TAL-QIEGĦ MINBARRA GĦALL-MERLOZZ ISWED B'APPARAT LI MA JINKLUDIX XBIEKI TAT-TKARKIR

1. Żona tas-sajd:

1.1. Fit-Tramuntana tal-latitudni 19° 48,5′ T: 3 mili nawtiċi mil-linja ta' bażi Cap Blanc - Cap Timiris;

1.2. Fin-Nofsinhar tal-latitudni 19° 48,5′ T sal-latitudni 19° 21′ T, fil-Punent tal-lonġitudni 16° 45′ P

1.3. Fin-Nofsinhar tal-latitudni 19° 21′ T: minn 3 mili nawtiċi mill-punt l-aktar baxx milħuq minn marea baxxa.

2. Apparat awtorizzat (1):

- palangari

- xbieki iffissati li fihom l-ħut jeħel mal-garġi li jkollhom fond massimu ta' 7 m u tul massimu ta' 100 m. Xbieki ta' dan it-tip magħmula minn filamenti waħdanija tal-poliamide huma awtorizzati.

- lenza ta' l-idejn

- nassa

- tartarun użat għas-sajd ta' lixka ħajja

3. L-iżgħar daqs awtorizzat għall-malji tax-xibka 120 mm għall-ixbieki li fihom il-ħut jeħel mal-garġi.

4. Irkupru bijoloġiku: xahrejn: Settembru u Ottubru

Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jiddeċiedu, permezz ta' ftehim komuni fil-Kumitat Konġunt, sabiex jaġġustaw, iżidu jew inaqqsu l-perjodu ta' rkupru bijoloġiku msemmi hawn fuq.

5. Qabdiet sekondarji: 0 % ċefalopodi u 0 % krustaċeji.

6. Tunnellaġġ awtorizzat/Miżati:

| ta' l- 1.8.2001-tal- 31.7.2002 | ta' l- 1.8.2002 -tal- 31.7.2003 | ta' l- 1.8.2003-tal- 31.7.2004 | ta' l- 1.8.2004 -tal- 31.7.2005 | ta' l- 1.8.2005 -tal- 31.7.2006 |

Tunnellaġġ awtorizzat (GRT) fis-sena | 3300 | 3300 | 3300 | 3300 | 3300 |

Miżati f'EUR skond il-GRT fis-sena | 174 | 178 | 182 | 186 | 190 |

Miżati f'EUR skond il-GRT fis-sena | 259 | 263 | 267 | 271 | 275 |

7. Kummenti:

(1)

Meta ssir l-applikazzjoni għal-liċenzja għandha ssir notifikazzjoni ta’ x’tip ta’ apparat għas-sajd ħa jiġi użat.

Xbieki li fih il-ħut jeħel mal-garġi magħmul minn filamenti waħdanija tal-poliamide huma awtorizzati sakemm ma humiex ipprojbiti minn leġislazzjoni tal-Komunità jew mil-leġislazzjoni ta’ wieħed mill-Istati Membri.

Tartaruni jistgħu jintużaw biss għas-sajd ta’ lixka ħajja sabiex din tintuża fis-sajd bil-lenza jew bin-nassa.

L-użu tan-nases huwa awtorizzat għal mhux aktar minn seba’ vapuri ta’ anqas minn 80 GRT kull wieħed.

SKEDA TEKNIKA GĦAS-SAJD Nru 4

KATEGORIJA TAS-SAJD: VAPURI GĦAS-SAJD BIT-TKARKIR ARMATI BI FRIŻER LI JISTADU GĦAL SPEĊI TAL-QIEGĦ

1. Żona tas-sajd:

1.1. Fit-Tramuntana tal-latitudni 19° 15,6′ T, fil-Punent tal-linja li tgħaqqad il-punti li ġejjin:

20° 46,3′ T | 17° 03′ P |

20° 36′ T | 17° 11′ P |

20° 36′ T | 17° 36′ P |

20° 03′ T | 17° 36′ P |

19° 45,7′ T | 17° 03′ P |

19° 29′ T | 16° 51,5′ P |

19° 15,6′ T | 16° 51,5′ P |

19° 15,6′ T | 16° 49,6′ P |

1.2. Fin-Nofsinhar tal-latitudni 19° 15,6′ T sal-latitudni 17° 50′ T, fil-Punent tal-linja li tindika distanza ta' 18-il mil mill-punt l-aktar baxx milħuq minn marea baxxa.

1.3. Fin-Nofsinhar tal-latitudni 17° 50′ T: fil-Punent tal-linja li tindika distanza ta' 12-il mil mill-punt l-aktar baxx milħuq minn marea baxxa.

2. Apparat awtorizzat: xibka tat-tkarkir

L-irdoppjar ta' l-ixkora tax-xibka huwa pprojbit.

L-irdoppjar tal-fili li jiffurmaw l-ixkora tax-xibka huwa pprojbit.

3. L-iżgħar daqs awtorizzat għall-malji tax-xibka: 70 mm

4. Irkupru bijoloġiku: xahrejn: Settembru u Ottubru.

Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jiddeċiedu, permezz ta' ftehim komuni fil-Kumitat Konġunt, sabiex jaġġustaw, iżidu jew inaqqsu l-perjodu ta' rkupru bijoloġiku msemmi hawn fuq.

5. Qabdiet sekondarji: 10 % li minnhom jista’ jkun hemm massimu ta' 5 % gambli u 5 % klamari u siċċ (0 % qarnit)

6. Tunnellaġġ awtorizzat/Miżati:

| ta' l- 1.8.2001 -tal- 31.7.2002 | ta' l- 1.8.2002 -tal- 31.7.2003 | ta' l- 1.8.2003 -tal- 31.7.2004 | ta' l- 1.8.2004 -tal- 31.7.2005 | ta' l- 1.8.2005 -tal- 31.7.2006 |

Tunnellaġġ awtorizzat (GRT) fis-sena | 4000 | 4000 | 4000 | 4000 | 4000 |

Miżati f'EUR skond il-GRT fis-sena | 203 | 207 | 211 | 215 | 219 |

7. Kummenti:

-/-

SKEDA TEKNIKA TAS-SAJD Nru 5

KATEGORIJA TAS-SAJD: ĊEFALOPODI

1. Żona tas-sajd: L-istess bħal ma hija stabbilita fil-liġi tal-Mawritanja li tapplika għall-vapuri nazzjonali tagħha.

Fit-Tramuntana tal-latitudni 19° 15,6′ T, barra ż-żona indikata bil-punti li ġejjin:

20° 46,3′ T | 17° 03′ P |

20° 40′ T | 17° 07,5′ P |

19° 57′ T | 17° 07,5′ P |

19° 28,2′ T | 16° 48′ P |

19° 18,5′ T | 16° 48′ P |

19° 18,5′ T | 16° 40,5′ P |

19° 15,6′ T | 16° 38′ P |

Fin-Nofsinhar tal-latitudni 19° 15,6′ T sal-latitudni 17° 50′ T, fil-Punent tal-linja li tindika distanza ta' 9 mili mill-punt l-aktar baxx milħuq minn marea baxxa.

Fin-Nofsinhar tal-latitudni 17° 50′ T: fil-Punent tal-linja li tindika distanza ta' 6 mili mill-punt l-aktar baxx milħuq minn marea baxxa.

2. Apparat awtorizzat: xbiek tat-tkarkir għall-qiegħ

L-irdoppjar ta' l-ixkora tax-xibka huwa pprojbit.

L-irdoppjar tal-fili li jiffurmaw l-ixkora tax-xibka huwa pprojbit.

3. L-iżgħar daqs awtorizzat għall-malji tax-xibka: 70 mm

4. Irkupru bijoloġiku: xahrejn: Settembru u Ottubru

Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jiddeċiedu, permezz ta' ftehim komuni fil-Kumitat Konġunt, sabiex jaġġustaw, iżidu jew inaqqsu l-perjodu ta' rkupru bijoloġiku msemmi hawn fuq.

5. Qabdiet sekondarji: -/-

6. Tunnellaġġ awtorizzat/Miżati:

| ta' l- 1.8.2001 -tal- 31.7.2002 | ta' l- 1.8.2002 -tal- 31.7.2003 | ta' l- 1.8.2003 -tal- 31.7.2004 | ta' l- 1.8.2004 -tal- 31.7.2005 | ta' l- 1.8.2005 -tal- 31.7.2006 |

Tunnellaġġ awtorizzat (GRT) fis-sena (1) | 16500 | 16500 | 16500 | 16500 | 16500 |

Numru ta' vapuri | 55 | 55 | 55 | 55 | 55 |

Miżati f'EUR skond il-GRT fis-sena | 447 | 450 | 453 | 456 | 459 |

7. Kummenti:

() It-tunnellaġġ awtorizzat (GRT) jista’ jvarja b’massimu ta’ 2 %.

SKEDA TEKNIKA TAS-SAJD Nru 6

KATEGORIJA TAS-SAJD: AWWISTA MXEWKA

1. Żona tas-sajd:

1.1. fit-Tramuntana tal-latitudni 19° 21′ T: 20 mil nawtiku mil-linja ta' bażi Cap Blanc - Cap Timiris

1.2. fin-Nofsinhar tal-latitudni 19° 21′ T: 15-il mil nawtiku mill-punt l-aktar baxx milħuq minn marea baxxa

2. Apparat awtorizzat: nases

3. L-iżgħar daqs awtorizzat għall-malji tax-xibka: -/-

4. Irkupru bijoloġiku: xahrejn: Settembru u Ottubru.

Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jiddeċiedu, permezz ta' ftehim komuni fil-Kumitat Konġunt, sabiex jaġġustaw, iżidu jew inaqqsu l-perjodu ta' rkupru bijoloġiku msemmi hawn fuq.

5. Qabdiet sekondarji: 0 %

6. Tunnellaġġ awtorizzat/Miżati:

| ta' l- 1.8.2001 -tal- 31.7.2002 | ta' l- 1.8.2002 -tal- 31.7.2003 | ta' l- 1.8.2003 -tal- 31.7.2004 | ta' l- 1.8.2004 -tal- 31.7.2005 | ta' l- 1.8.2005 -tal- 31.7.2006 |

Tunnellaġġ awtorizzat (GRT) fis-sena | 200 | 200 | 200 | 200 | 200 |

Miżati f'EUR skond il-GRT fis-sena | 315 | 321 | 327 | 333 | 339 |

7. Kummenti:

-/-

SKEDA TAS-SAJD Nru 7

KATEGORIJA TAS-SAJD: VAPURI LI JUŻAW TARTARUNI GĦAS-SAJD TAT-TONN U LI HUMA ARMATI BI FRIŻER

1. Żona tas-sajd:

1.1. fit-Tramuntana tal-latitudni 19° 21′ T: 30 mil nawtiku mil-linja ta' bażi Cap Blanc - Cap Timiris

1.2. fin-Nofsinhar tal-latitudni 19° 21′ T: 30 mil nawtiku mill-punt l-aktar baxx milħuq minn marea baxxa

2. Apparat awtorizzat tartaruni

3. L-iżgħar daqs awtorizzat għall-malji tax-xibka: l-istandard irrakkomandat mill-ICCAT

4. Irkupru bijoloġiku: -/-

5. Qabdiet sekondarji: 0 %

6. Numru ta' vapuri/Miżati:

| ta' l- 1.8.2001-tal- 31.7.2002 | ta' l- 1.8.2002-tal- 31.7.2003 | ta' l- 1.8.2003 -tal- 31.7.2004 | ta' l- 1.8.2004 -tal- 31.7.2005 | ta' l- 1.8.2005 -tal- 31.7.2006 |

Numru ta' vapuri awtorizzati biex jistadu | 36 | 36 | 36 | 36 | 36 |

Ħlas antiċipat f'EUR għal kull vapur fis-sena | 1250 | 1250 | 1250 | 1250 | 1250 |

7. Kummenti:

-/-

SKEDA TEKNIKA TAS-SAJD Nru 8

KATEGORIJA TAS-SAJD: VAPURI LI JISTADU GĦAT-TONN BIL-QASAB U BIL-LENZA U VAPURI B'PALANGARI GĦAS-SAJD FIL-WIĊĊ

1. Żona tas-sajd:

1.1. fit-Tramuntana tal-latitudni 19° 21′ T: 15-il mil nawtiku mil-linja ta' bażi Cap Blanc - Cap Timiris

1.2. fin-Nofsinhar tal-latitudni 19° 21′ T: 12-il mil nawtiku mill-punt l-aktar baxx milħuq minn marea baxxa

2. Apparat awtorizzat: Qasab bil-lenza u palangari tal-wiċċ

3. L-iżgħar daqs awtorizzat għall-malji tax-xibka -/-

4. Irkupru bijoloġiku: -/-

5. Qabdiet sekondarji: 0 %

6. Numru ta' vapuri/Miżati:

| ta' l- 1.8.2001 -tal- 31.7.2002 | ta' l- 1.8.2002 -tal- 31.7.2003 | ta' l- 1.8.2003 -tal- 31.7.2004 | ta' l- 1.8.2004 -tal- 31.7.2005 | ta' l- 1.8.2005 -tal- 31.7.2006 |

Numru ta' vapuri awtorizzati biex jistadu | 31 | 31 | 31 | 31 | 31 |

Ħlas antiċipat f'EUR għal kull vapur fis-sena | 2500 | 2500 | 2500 | 2500 | 2500 |

7. Kummenti:

Sajd b'lixka ħajja

7.1. Żona tas-sajd awtorizzata għas-sajd b'lixka ħajja:

Fit-tramuntana tal-latitudni 19° 48,5′ T: 3 mili nawtiċi mil-linja ta' bażi ta' Cap Blanc - Cap Timiris;

Fin-Nofsinhar tal-latitudni 19° 48,5′ T sal-latitudni 19° 21′ T, fil-Punent tal-lonġitudni 16° 45′ P

Fin-Nofsinhar tal-latitudni 19° 21′ T: minn 3 mili nawtiċi mill-punt l-aktar baxx milħuq minn marea baxxa.

7.2. L-iżgħar daqs awtorizzat għall-malji tax-xibka meta tkun qed tintuża lixka ħajja għas-sajd 8 mm

7.3. Skond ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti ta' l-ICCAT u tal-FAO, sajd għall-gabdoll (Cetorhinus maximus), għall-kelb il-baħar ta' l-ispeċi white shark (Carcharodon carcharias), għall-kelb il-baħar ta' l-ispeċi sand tiger shark (Carcharias taurus) u għall-kelb il-baħar ta' l-ispeċi tope shark (Galeorhinus galeus) huwa pprojbit.

SKEDA TEKNIKA TAS-SAJD Nru 9

KATEGORIJA TAS-SAJD: VAPURI ARMATI BI FRIŻER GĦAS-SAJD BIT-TKARKIR FIL-WIĊĊ

1. Żona tas-sajd:

1.1. Fit-Tramuntana tal-latitudni 19° 21′ T, barra ż-żona ż-żona immarkata bil-punti li ġejjin:

20° 46,3′ T | 17° 03′ P |

20° 36′ T | 17° 11′ P |

20° 36′ T | 17° 24,1′ P |

19° 57′ T | 17° 24,1′ P |

19° 45,7′ T | 17° 03′ P |

19° 29′ T | 16° 51,5′ P |

19° 21′ T | 16° 45′ P |

1.2. Fin-Nofsinhar tal-latitudni 19° 21′ T sa’ 17° 50′ T: minn 13-il mil nawtiku mill-punt l-aktar baxx milħuq minn marea baxxa.

1.3. Fin-Nofsinhar tal-latitudni 17° 50′ T sa’ 16° 04′ T: minn 12-il mil nawtiku mill-punt l-aktar baxx milħuq minn marea baxxa.

2. Apparat awtorizzat: Xibka tat-tkarkir għall-wiċċ

3. L-iżgħar daqs awtorizzat għall-malji tax-xibka: 40 mm

4. Irkupru bijoloġiku: -/-

5. Qabdiet sekondarji: 3 % ħut, 0 % ċefalopodi u 0 % krustaċeji

6. Tunnellaġġ awtorizzat/Numru ta' vapuri/Miżati:

| ta' l- 1.8.2001-tal- 31.7.2002 | ta' l- 1.8.2002-tal- 31.7.2003 | ta' l- 1.8.2003-tal- 31.7.2004 | ta' l- 1.8.2004-tal- 31.7.2005 | ta' l- 1.8.2005-tal- 31.7.2006 |

Numru ta' vapuri awtorizzati sabiex jistadu fl-istess żmien | 15 | 15 | 15 | 15 | 15 |

Miżati f'EUR skond il-GRT fix-xahar | 2,5 | 2,5 | 2,5 | 2,5 | 2,5 |

7. Kummenti:

Il-vapuri jaqgħu fi tliet kategoriji:

- Kategorija 1: tunnellaġġ gross ta' jew inqas minn 3000 GT; limiti: 12500 T/vapur/sena.

- Kategorija 2: tunnellaġġ gross ta' aktar minn 5000 GT imma inqas minn jew daqs 8000 GT; limiti: 17500 T/vapur/sena.

- Kategorija 3: tunnellaġġ gross ta' aktar minn 5000 GT imma anqas minn jew daqs 9500 GT; limiti: 22500 T/vapur/sena.

Matul l-ewwel sena ta' l-applikazzjoni ta' dan il-protokoll, il-Partijiet Kontraenti għandhom jeżaminaw il-possibbiltà li jinkludu taħt dan il-Ftehim ta' Koperazzjoni sajd b'vapuri ta' aktar minn 9500 GT li jkunu diġà stadu fiż-ŻEE tal-Mawritanja qabel il-31 ta' Lulju 2001.

Din id-deċiżjoni tittieħed a bażi tas-sitwazzjoni ta' l-iskorti tal-ħut, l-esplojtazzjoni razzjonali tagħhom, il-karatteristiċi tekniċi tal-vapuri, il-passat ta' dawk il-vapuri fiż-ŻEE tal-Mawritanja u għandha tieħu in konsiderazzjoni l-vantaġġi li tieħu l-Mawritanja jekk dawn il-vapuri jitħallew joperaw fiż-żona tal-Mawritanja.

--------------------------------------------------

ANNESS I

KONDIZZJONIJIET GĦALL-EŻERĊIZZJU TA' ATTIVITÀ TA' SAJD MINN VAPURI TAL-KOMUNITÀ FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TAL-MAWRITANJA

Kapitolu I

DOKUMENTI MEĦTIEĠA SABIEX ISSIR APPLIKAZZJONI GĦAL-LIĊENZJA

1. Meta ssir l-ewwel applikazzjoni għal-liċenzja ta' vapur, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Ministeru formola ta' applikazzjoni mimlija kif suppost dwar kull vapur li għalih tkun mitluba liċenzja. Din il-formola għandha tkun skond il-mudell li jinsab f'Appendiċi 1 ta' dan l-Anness. Id-dettalji dwar l-isem tal-vapur, it-tunnellaġġ tiegħu f'GRT, in-numru ta' reġistrazzjoni li jidher fuq l-estern tal-vapur, l-isem li hu magħruf bih il-vapur minn fuq ir-radju, is-saħħa tal-magni, it-tul totali tal-vapur u l-port fejn hu rreġistrat il-vapur, għandhom jinżammu fir-reġistru tal-vapuri tas-sajd tal-Komunità.

2. Meta ssir l-ewwel applikazzjoni għal-liċenzja, il-proprjetarji tal-vapur għandu jinkludi ma’ l-applikazzjoni:

- kopja awtentikata mill-Istat Membru taċ-ċertifikat tal-kejl tat-tunnellaġġ li jindika t-tunnellaġġ tal-vapur imfisser f'GRT;

- ritratt bil-kulur, riċenti u awtentikat, li juri l-ġenb tal-vapur fl-istat preżenti tiegħu. Ir-ritratt għandu jkun mill-anqas tad-daqs ta' 15ċm b'10ċm.

3. Jekk issir xi bidla fit-tunnellaġġ tal-vapur, il-proprjetarju tal-vapur ikkonċernat huwa marbut li jibgħat kopja awtentikata mill-Istat Membru taċ-ċertifikat ġdid tal-kejl tat-tunnellaġġ flimkien ma’ xi dokumenti li jappoġġjaw ix-xhieda ta' din il-bidla u, b'mod partikolari, kopja ta' l-applikazzjoni magħmula mill-proprjetarju tal-vapur lill-awtoritajiet kompetenti, il-qbil ta' dawk l-awtoritajiet u d-dettalji tal-bidliet li saru.

Fejn il-bidla tikkonċerna l-istruttura jew l-apparenza esterna tal-vapur, għandu jintbagħat ukoll ritratt ġdid.

4. Applikazzjonijiet għal-liċenzji tas-sajd għandhom isiru għal dawk il-vapuri li għalihom ikunu ntbagħtu d-dokumenti meħtieġa taħt il-punti 1, 2 u 3.

5. Il-Partijiet Kontraenti jobbligaw ruħhom li, qabel l-aħħar ta' l-2003 u permezz ta' azzjoni mill-Kumitat Konġunt, jibdlu r-referenzi kollha f'dan il-Protokoll għal GRT b'GT u li jadattaw id-disposizzjonijiet affettwati b'din il-bidla skond il-bżonn. Din il-bidla tkun ippreċeduta b'konsultazzjonijiet tekniċi xierqa bejn il-partijiet.

Kapitolu II

LIĊENZJI - APPLIKAZZJONI, ĦRUĠ U VALIDITÀ

1. Eliġibilità għas-sajd

1.1. Kull vapur li jixtieq jistad skond dan il-Ftehim irid ikun eliġibbli li jistad fiż-żona tas-sajd tal-Mawritanja.

1.2. Sabiex vapur ikun eliġibbli, la l-proprjetarju, la l-kaptan u lanqas il-vapur innifsu ma jistgħu jkunu ipprojbiti milli jistadu fil-Mawritanja. Huma jrid ikollhom kollox f'postu fir-rigward ta' l-awtoritajiet tal-Mawritanja fis-sens li jridu jkunu ssodisfaw l-obbligi preċedenti li jirriżultaw mill-attivitajiet ta' sajd tagħhom fil-Mawritanja taħt ftehim dwar is-sajd konklużi mal-Komunità.

2. Applikazzjonijiet għal-liċenzja

2.1. Fil-każ ta' liċenzji ta' vapuri għas-sajd bit-tkarkir li huma armati fi friżer u li jbaħħru fuq l-oċean, il-Kummissjoni għandha tibgħat l-applikazzjonijiet lill-Ministeru tas-Sajd mill-anqas tmint ijiem qabel il-bidu ta' l-operazzjonijiet tas-sajd flimkien mad-dokumenti li jiċċertifikaw il-karatteristiċi tekniċi. Fil-każijiet l-oħra, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Ministeru, erba’ darbiet fis-sena, listi tal-vapuri li jixtiequ jistadu fil-limiti speċifikati għal kull kategorija tas-sajd fl-iskedi tekniċi dwar is-sajd inklużi ma’ dan il-Protokoll. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dan mill-anqas 30 jum qabel il-bidu tal-perjodu ta' validità tal-liċenzji mitluba. Dawn il-listi għandhom ikunu akkumpanjati bi prova li l-pagament sar. Applikazzjonijiet għal-liċenzji li jaslu tard ma jiġux ipproċessati.

2.2. Dawn il-listi għandhom jispeċifikaw b'mod ċar, skond il-kategorija tas-sajd, it-tunnellagg, in-numru ta' vapuri u, għal kull vapur, il-karatteristiċi prinċipali tiegħu, inklużi l-apparat għas-sajd li għandu, l-ammont ta' miżati u l-ispejjeż ta' l-osservaturi xjentifiċi dovuti għall-perjodu kkonċernat u n-numru ta' baħħara mill-Mawritanja.

Jekk isiru xi bidliet fid-dettalji tal-vapur jew wara li tkun intbagħtet il-formula ta' l-applikazzjoni għal-liċenzja jew wara l-aħħar applikazzjoni għal-liċenzja għal dawn il-vapuri, dawn għandhom jiġu indikati fuq lista supplimentari. Ma jistgħux isiru emendi dwar id-dettalji miżmuma fir-reġistru ta' vapuri tas-sajd tal-Komunità qabel ir-reġistru nnifsu ma jkunx aġġornat.

2.3. Ma’ l-applikazzjoni għal-liċenzja għandu jintbagħat fajl bid-data li jinkludi d-dettalji kollha meħtieġa sabiex ikunu magħmula l-liċenzji għas-sajd, inklużi kull emendi li saru fid-data dwar il-vapur. Dan il-fajl għandu jkun kompatibbli mas-software użat mill-Ministeru.

2.4. Applikazzjonijiet għal-liċenzja għandhom jiġu aċċettati biss fir-rigward ta' vapuri eliġibbli li ssodisfaw il-formalitajiet speċifikati fil-punti 2.1, 2.2 u 2.3.

2.5. Sabiex jiffaċilitaw l-ispezzjonijiet li jsiru meta l-vapur ikun qed jidħol f'jew joħrog miż-żona, vapuri li għandhom liċenzji biex jistadu f'pajjiżi ġirien, għandhom jindikaw fl-applikazzjoni għal-liċenzja l-pajjiż u l-ispeci kkonċernati kif ukoll il-perjodu ta' validità tal-liċenzji.

3. Ħruġ ta' liċenzji

3.1. Il-Ministeru għandu joħroġ il-liċenzji lill-vapur, mill-anqas 10 t'ijiem qabel il-bidu tal-perjodu ta' validità tagħhom, wara li jkun irċieva l-pagamenti dovuti msemmija fil-Kapitolu 4. Fil-każ ta' vapuri li jbaħħru fuq l-oċean, iż-żmien li fih għandha tinħareġ il-liċenzja għandu jkun ta' ħamest’ ijiem. Il-liċenzji jkunu jistgħu jinkisbu mill-uffiċċji tal-Ministeru f'Nouadhibou jew Nouakchott.

3.2. Il-liċenzji għandhom isiru skond id-data fl-iskedi tekniċi dwar is-sajd inklużi ma’ dan il-Protokoll. Minbarra dan, il-liċenzji għandhom isemmu wkoll il-perjodu ta' validità, il-karatteristiċi tekniċi tal-vapur, in-numru ta' baħħara mill-Mawritanja u r-referenzi tal-pagament tal-miżati.

3.3. Liċenzji għas-sajd jistgħu jinħarġu biss għal vapuri li ssodisfaw il-formalitajiet amministrattivi kollha meħtieġa sabiex jinħarġu l-liċenzji.

3.4. Id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni għandha tkun mgħarrfa dwar applikazzjonijiet għal-liċenzji li ma kinux aċċettati mill-awtoritajiet tal-Mawritanja. Fejn ikun xieraq, il-Ministeru għandu joħroġ nota ta' kreditu biex tpatti għall-pagamenti li jkunu saru flimkien ma’ l-applikazzjonijiet li ma kinux aċċettati. Din in-nota għandha tinħareġ wara li jkun tnaqqas il-bilanċ ta' multi li jkunu għadhom ma ġewx imħallsa.

4. Validità u l-utilizzazzjoni tal-liċenzji

4.1. Il-liċenzji għandhom ikunu validi biss għall-perjodu kopert mill-miżati mħallsa u għaż-żona ta' sajd, tip ta' apparat u kategorija tas-sajd speċifikati fil-liċenzji in kwestjoni.

Il-liċenzji għandhom jinħarġu għal perjodi ta' tliet xhur, sitt xhur jew tnax-il xahar. Il-liċenzji jistgħu jiġu mġedda.

Liċenzji għal vapuri għas-sajd bit-tkarkir li jbaħħru fuq l-oċean jistgħu jinħarġu għal xahar.

Il-perjodu ta' validità tal-liċenzji għandu jiġi ddeterminat a bażi tal-perjodi annwali li ġejjin:

l-ewwel perjodu: mill-1 ta' Awissu 2001 sal-31 ta' Diċembru 2001

it-tieni perjodu: mill-1 ta' Jannar 2002 sal-31 ta' Diċembru 2002

it-tielet perjodu: mill-1 ta' Jannar 2003 sal-31 ta' Diċembru 2003

ir-raba’ perjodu: mill-1 ta' Jannar 2004 sal-31 ta' Diċembru 2004

il-ħames perjodu: mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005

is-sitt perjodu: mill-1 ta' Jannar 2006 sal-31 ta' Lulju 2006

Ma jistgħux jinħarġu liċenzji li jibdew japplikaw f'perjodu annwali wieħed u li jagħlqu f'perjodu ieħor.

4.2. Il-liċenzji għandhom jinħarġu għal vapur partikolari u ma jistgħux jiġu trasferiti.. Madankollu, fil-każ ta' forza maġġuri stabbilita mill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru fejn hu rreġistrat il-vapur u wara li ssir talba mill-Kummissjoni, liċenzja maħruġa għall-vapur partikolari għandha tkun mibdula kemm jista’ jkun malajr b'liċenzja maħruġa għal vapur ieħor ta' l-istess kategorija u dan bil-kondizzjoni illi t-tunnellaġġ awtorizzat għal din il-kategorija ma jinqabiżx.

4.3. Il-liċenzja li ħa tkun mibdula għandha tintbagħat lura lill-Ministeru. Il-Ministeru għandu, imbagħad, joħroġ il-liċenzja l-ġdida.

4.4. Kull aġġustamenti fl-ammonti mħallsa li jkun hemm bżonn minħabba rtirar qabel l-ewwel ġurnata tal-validità tal-liċenzja jew minħabba liċenzja li tkun trasferita għandhom isiru qabel tinħareġ il-liċenzja l-ġdida.

4.5. Il-liċenzji għandhom jinżammu abbord il-vapur eliġibbli l-ħin kollu u għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet li jagħmlu spezzjoni fil-każ li ssir spezzjoni.

Kapitolu III

MIŻATI

1. Il-miżati għandhom ikunu kkalkolati għal kull vapur skond ir-rati annwali stipulati fl-iskedi tekniċi dwar is-sajd inklużi fil-Protokoll. Fil-każ ta' liċenzji maħruġa għal tliet xhur u għal sitt xhur, il-miżati għandhom ikunu kkalkolati fuq bażi pro rata skond it-tul ta' żmien, b'żida ta' 2 % u 3 % rispettivament.

2. Dawn il-miżati għandhom jitħallsu kull kwart tas-sena, minbarra fil-każ ta' perjodi iqsar kif stipulati fil-Ftehim jew wara l-applikazzjoni tiegħu. F'dan il-każ, il-miżati għandhom jitħallsu pro rata skond it-tul proprju tal-liċenzja.

3. Perjodu ta' kwart ta' sena għandu jikkonsisti f'wieħed mill-perjodi ta' tliet xhur li jibdew fl-1 ta' Ottubru, fl-1 ta' Jannar, fl-1 ta' April jew l-1 ta' Lulju, minbarra l-ewwel perjodu tal-Protokoll li jibda fl-1 ta' Awissu 2001.

Kapitolu IV

KIF ISIRU L-PAGAMENTI

1. Il-pagamenti għandhom isiru f’euros kif ġej:

(a) miżati:

- permezz ta' trasferiment għall-wieħed mill-kontijiet barranin tal-Bank Ċentrali tal-Mawritanja u li jkunu pagabbli lit-Trésor de la Mauritanie;

(b) spejjeż ta' l-osservaturi xjentifiċi

- permezz ta' trasferiment għall-wieħed mill-kontijiet barranin tal-Bank Ċentrali tal-Mawritanja u li jkunu pagabbli lill-Ministeru;

(ċ) multi

- permezz ta' trasferiment għall-wieħed mill-kontijiet barranin tal-Bank Ċentrali tal-Mawritanja u li jkunu pagabbli lit-Trésor de la Mauritanie.

2. L-ammonti msemmija fil-punt 1 għandhom jitqiesu bħala fil-fatt riċevuti meta tkun riċevuta konfermazzjoni mit-Teżor jew mill-Ministeru wara li jkunu mgħarrfa mill-Bank Ċentrali tal-Mawritanja.

Kapitolu V

KOMUNIKAZZJONI TA' DATA DWAR IL-QABDA

1. It-tul ta' vjaġġ magħmul minn vapur tal-Komunità għandu jkun iddefinit kif ġej:

- jew skond il-perjodu li jgħaddi bejn id-dħul f'u l-ħrug miż-żona tas-sajd tal-Mawritanja;

- jew skond il-perjodu li jgħaddi bejn id-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Mawritanja u t-tqegħid tal-qabda fuq vapur ieħor;

- jew il-perjodu li jgħaddi bejn id-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Mawritanja u l-iżbarkament fil-Mawritanja.

2. Ġurnal tas-sajd

2.1. Il-kaptani tal-vapuri għandhom iżommu rekord kuljum ta' l-operazzjonijiet kollha speċifikati fil-ġurnal tas-sajd kif spjegat fil-mudell li jinsab bħala Appendiċi 2 ta' dan l-Anness. Dan id-dokument għandu jinkiteb b'mod li jista’ jinqara u għandu jkun iffirmat mill-kaptan tal-vapur. Fil-każ ta' vapuri li jkunu qed jistadu għal speċi ta' ħut li jpassi ħafna għandu japplika l-Kapitolu XIV ta' dan l-Anness.

2.2. Jekk xi annotazzjonijiet jitħallew barra l-ġurnal tas-sajd jew jekk il-ġurnal tas-sajd ikun fih xi informazzjoni li ma tkunx valida, il-ġurnal tas-sajd għandu jitqies bħala li ma kienx miżmum kif suppost.

2.3. Fl-aħħar ta' kull vjaġġ, il-kopja oriġinali tal-ġurnal tas-sajd għandha tintbagħat mill-kaptan tal-vapur direttament lill-awtoritajiet ta' sorveljanza. Il-proprjetarju tal-vapur għandu jibgħat kopja tal-ġurnal lid-Delegazzjoni.

2.4. Nuqqas ta' ħarsien tal-punti 2.1, 2.2 jew 2.3 iwassal għas-sospensjoni awtomatika tal-liċenzja tas-sajd sakemm il-proprjetarju tal-vapur jissodisfa dawn l-obbligi u dan irrispettivament mill-pieni stabbiliti fil-liġi tal-Mawritanja.

3. L-anness mal-ġurnal tas-sajd

3.1. Il-kaptani tal-vapuri għandhom iżommu anness mal-ġurnal tas-sajd skond il-mudell f'Appendiċi 3 ta' dan l-Anness. Dan l-anness mal-ġurnal tas-sajd għandu jkun mimli b’mod li jkun jista’ jinqara kull darba li l-vapur jiżbarka jew kull darba li jkun hemm trasbord minn vapur għall-ieħpr u għandu jkun iffirmat mill-kaptan tal-vapur.

3.2. Fl-aħħar ta' kull żbarkament, il-proprjetarju tal-vapur għandu jibgħat l-oriġinali ta' l-anness tal-ġurnal tas-sajd lill-awtoritajiet ta' sorveljanza bil-posta. Dan għandu jagħmlu fi żmien ta' mhux aktar minn 30 ġurnata.

3.3. Wara kull trasbord awtorizzat, il-proprjetaru tal-vapur għandu jibgħat minnufih l-oriġinali ta' l-anness tal-ġurnal tas-sajd lill-awtoritajiet ta' sorveljanza.

3.4. Nuqqas ta' ħarsien tal-punti 3.1, 3.2 jew 3.3 iwassal għas-sospensjoni awtomatika tal-liċenzja tas-sajd sakemm il-proprjetaru tal-vapur jissodisfa dawn l-obbligi.

4. Dikjarazzjonijiet, li jsiru kull kwart tas-sena, dwar il-qabdiet

4.1. Sa l-aħħar tat-tielet xahar ta' kull kwart tas-sena, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Ministeru dwar il-kwantitajiet maqbuda fil-kwart tas-sena ta' qabel mill-vapuri tal-Komunità.

4.2. Din l-informazzjoni għandha tkun ippreżentata skond il-qabdiet li jsiru kull xahar, skond it-tip ta' sajd, skond il-vapur u skond l-ispeċi.

5. Kredibilità tad-data

L-informazzjoni fid-dokument imsemmija fil-punti 1, 2, 3 u 4 għandha tirrifletti s-sitwazzjoni tas-sajd attwali sabiex tkun tista’ tintuża bħala waħda mill-bażijiet fuq xiex ikunu ikkontrollati l-bidliet fir-riżorsi marini.

Kapitolu VI

QABDIET SEKONDARJI

1. Skond il-liġi tal-Mawritanja, il-persentaġġ tal-qabdiet sekondarji stabbiliti fl-iskedi tekniċi ta' dan il-Protokoll għandhom ikunu ikkalkulati fi kwalunkwe żmien matul is-sajd skond il-piż totali tal-qabda.

2. Fejn dawn il-persentaġġi jirriżultaw li huma aktar mill-qabdiet sekondarji awtorizzati, għandhom ikunu imposti penali skond il-liġi tal-Mawritanja u jista’jkun ukoll illi t-trasgressuri, kemm il-kaptani u kif ukoll il-vapuri, ikunu ipprojbiti minn kull attività ta' sajd fil-Mawritanja.

3. Ma jistgħux jinżammu awwisti mxewwka fuq vapuri għajr vapuri li jistadu għall-awwisti mxewwka bin-nases. Trasgressuri għandhom ikunu puniti skond il-liġi tal-Mawritanja.

Kapitolu VII

ŻBARKAMENTI FIL-MAWRITANJA

Vapuri ma humiex marbuta illi jħottu prodotti tas-sajd, minbarra fil-każijiet ta' żbarkament ta' bilfors kif stabbilit hawnhekk:

Vapuri ta' Kategorija 4, jiġifieri, vapuri għas-sajd bit-tkarkir għall-qiegħ, għandhom ikunu marbuta illi jħottu l-qabdiet skond dan li ġej:

fl-ewwel sena tal-Protokoll 8 żbarkamenti

fit-tieni sena tal-Protokoll: 11-il żbarkament

fit-tielet sena tal-Protokoll: 14-il żbarkament

fir-raba’ sena tal-Protokoll: 17-il żbarkament

fil-ħames sena tal-Protokoll: 20-il żbarkament

Kondizzjonijiet ġenerali u inċentivi finanzjarji

1. L-iżbarkamenti għandhom isiru fil-port Mawritanju ta' Nouadhibou. Il-proprjetari tal-vapuri għandhom jagħżlu d-dati ta' l-iżbarkament. Huma għandhom, 72 siegħa qabel il-wasla mistennija tagħhom, jgħarrfu lill-awtoritajiet tal-port tal-Mawritanja dwar id-data li għażlu u għandhom jagħtu indikazzjoni tal-kwantità totali li qed jikkalkolaw li jħottu. L-awtoritajiet tal-port għandhom, fi żmien 24 siegħa, jikkonfermaw permezz ta' fax mibgħuta lill-proprjetarju tal-vapur jew lill-aġent tiegħu, illi l-operazzjonijiet ta' żbarkament jistgħu jibdew fi żmien 24 siegħa mill-wasla tal-vapur fil-port. Meta l-awtoritajiet tal-port ma jikkonfermawx in-notifika dwar l-iżbarkament fil-perjodu stipulat, l-obbligu tal-vapur ikkonċernat fir-rigward ta' l-iżbarkament għandu jitqies bħala sodisfatt.

2. L-operazzjonijiet ta' żbarkament għandhom ikunu kompletati f'24 siegħa mill-wasla tal-vapur fil-port. Jekk ma jkunux ikkompletati, l-vapur jista’ joħroġ mill-port u l-obbligu tal-vapur fir-rigward ta' l-iżbarkament għandu jitqies bħala sodisfatt. Ċertifikat ekwivalenti għaċ-ċertifikat stabbilit fil-punt 3 hawn taħt għandu jinħareġ lill-kaptan.

3. Fl-aħħar ta' l-operazzjonijiet ta' żbarkament, l-awtoritajiet tal-port kompetenti għandhom joħorġu ċertifikat ta' żbarkament lill-kaptan.

4. Jekk in-numru ta' żbarkament stabbilit f’dan il-Protokoll ma jkunx intlaħaq sa l-aħħar tat-tielet kwart ta' sena partikolari, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Ministru bil-lista ta' vapuri li huma mistennija li jagħmlu żbarkamenti matul ir-raba’ kwart tas-sena meta tagħmel l-applikazzjonijiet għal-liċenzji għal dak il-kwart tas-sena.

5. Meta vapur li jkun imniżżel fil-lista msemmija f'punt 4 ma jkunx jista’ jagħmel żbarkament huwa jkun jista’ jew iħalli l-iżbarkament għall-vjaġġ ieħor jew inkella jista’ jagħmel arranġamenti sabiex vapur ieħor fl-istess kategorija jagħmel żbarkament minfloku. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħarrfa b'dan minnufih u hija għandha tgħarraf b'dan lill-Ministeru.

6. Kull vapur li ma jħarisx il-punt ta' ħruġ u li ma jissodisfax l-obbligu tiegħu fir-rigward ta' l-iżbarkament għandu jkun punit skond il-Kapitolu 1 ta' l-Anness II ta' dan il-Protokoll.

7. Sajjieda li jbaħħru fuq il-baħar għandhom ikunu intitolati għal transitu ħieles b'liċenzja ta' baħħara.

8. Vapuri tal-Komunità li jagħmlu żbarkamenti f'Nouadhibou għandu jkollhom il-miżati tal-liċenzja tagħhom imnaqqsin għall-perjodu li fih isiru l-iżbarkamenti. Dan it-tnaqqis għandu jkun ta' 25 % mill-kost tal-liċenzja kurrenti.

9. Regoli dettaljati: Kopji taċ-ċertifikat jew ċertifikati ta' l-iżbarkament dwar l-operazzjonijiet ta' żbarkament magħmula mill-vapur ikkonċernat għandhom jitbagħtu lid-Delegazzjoni. Meta d-Delegazzjoni tagħmel applikazzjoni ġdida għal-liċenzja tal-vapur in kwestjoni, hija għandha tibgħat lill-Ministeru il-kopji ta' dawn iċ-ċertifikati flimkien ma’ talba għat-tnaqqis fil-miżati. Sakemm il-Ministeru ma jiddeċidix mod ieħor, it-tnaqqis għandu jiġi applikat awtomatikament fuq l-ammont tal-miżata għal-liċenzja l-ġdida.

Qabel jgħaddu l-ewwel tliet xhur ta' applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, il-Ministeru għandu jibgħat lid-Delegazzjoni din l-informazzjoni:

- ir-regoli ġenerali dwar l-iżbarkament, inklużi l-ħlasijiet tal-port;

- l-istabbilimenti approvati skond ir-regolamenti rilevanti tal-Komunità;

- l-imħażen tad-dwana fejn tinżamm il-merkanzija sakemm jitħallas id-dazju;

- id-daqs massimu tal-vapuri u n-numru ta' vapuri li jistgħu jagħmlu użu minn dawn l-imħażen;

- kondizzjonijiet tal-ħażna u l-kapaċità li jinħażnu prodotti friski, imkessħa u ffriżati (-22o C);

- il-mezzi ta' trasport u l-frekwenza ta' trasport sabiex prodotti friski tas-sajd jittieħdu fi swieq barranin;

- prezzijiet medji u t-termini tal-provvisti (karburant, provvisti ta' ikel u xorb, eċċ.)

- l-isem li hu magħruf bih il-vapur minn fuq ir-radju, numri tat-telefon u tal-fax, indirizzi tat-telex, ħinijiet tal-ftuħ ta' l-uffiċċji ta' l-awtoritajiet tal-port;

- kull informazzjoni oħra li tista’ tħaffef l-operazzjonijiet ta' żbarkament.

Taxxa u kondizzjonijiet finanzjarji

Vapuri tal-Komunità li jiżbarkaw f'Nouadhibou għandhom ikunu eżenti minn kull taxxa jew piżijiet li għandhom effett ekwivalenti, minbarra miżati tal-port u piżijiet li japplikaw fuq l-istess termini għall-vapuri tal-Mawritanja.

Il-prodotti tas-sajd li jkunu żbarkati jaqgħu taħt l-arranġamenti għall-kontrol doganali skond il-leġislazzjoni tal-Mawritanja. Għaldaqstant, il-prodotti tas-sajd għandhom ikunu eżenti mill-proċeduri doganali kollha u mid-dazji jew piżijiet li għandhom effett ekwivalenti meta jidħlu fil-port tal-Mawritanja jew meta jkunu qed jesportaw, u għandhom ikunu meqjusa bħala "merkanzija mdaħħla b'mod temporanju" (ħażna temporanja).

Il-proprjetarji tal-vapuri għandhom jiddeċiedu dwar id-destinazzjoni tal-prodotti tal-vapuri tagħhom. Il-prodotti jistgħu jiġu pproċessati, maħżuna taħt il-kontrol tad-dwana, mibjugħa fil-Mawritanja jew esportati (f'munita barranija).

Bejgħ li jsir fil-Mawritanja u li hu mmirat għas-suq tal-Mawritanja għandu jkun suġġett għall-istess piżijiet u imposti bħall-prodotti Mawritanji tas-sajd.

Il-profitti jistgħu jiġu esportati mingħajr piżijiet addizzjonali (eżenti minn dazji doganali u piżijiet li għandhom effett ekwivalenti).

Il-vapuri li mhumiex obbligati li jiżbarkaw taħt dan il-Protokoll, minkejja li jagħżlu li jiżbarkaw il-qabda fil-Mawritanja jirċievu trattament preferenzjali.

Kapitolu VIII

IMBARKAZZJONI TA' BAĦĦARA MAWRITANJI

1. Kull vapur tal-Komunità għandu jimpjega abbord il-vapur baħħara Mawritanji, inklużi uffiċjali, uffiċjali li għadhom fil-proċess ta' taħriġ u l-osservatur xjentifiku għat-tul tal-vjaġġ. Għandu jkun hemm mill-anqas:

1.1. - 4 baħħara fuq vapuri ta' anqas minn 200 GRT;

- 5 baħħara fuq vapuri ta' bejn il-200 u l-250 GRT;

- 6 baħħara fuq vapuri ta' bejn il-250 u t-300 GRT;

- 7 baħħara fuq vapuri ta' bejn it-300 u t-350 GRT;

- vapuri ta' 350 GRT jew aktar għandu jkollhom abbord numru ta' baħħara ekwivalenti għall-35 % ta' l-ekwipaġġ, iżda mhux anqas minn 7.

1.2. Il-proprjetarji tal-vapuri għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jieħu abbord baħħara Mawritanja addizzjonali.

1.3. Il-proprjetarji tal-vapuri għandhom ikunu liberi fl-għażla ta' liema baħħara, uffiċjali u uffiċjali li għadhom fil-proċess ta' taħriġ mill- Mawritanja jieħdu abbord il-vapuri tagħhom.

2. Il-kuntratti ta' l-impjieg tal-baħħar għandhom isiru fil-Mawritanja bejn il-proprjetarji tal-vapuri jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-baħħara. Il-kuntratti għandhom ikopru l-arranġamenti dwar is-sigurtà soċjali li japplikaw għall-baħħara kkonċernati, inklużi l-assigurazzjoni tal-ħajja, l-assigurazzjoni kontra inċidenti u l-assigurazzjoni tas-saħħa.

3. Il-kondizzjonijiet tal-paga ma jistgħux ikunu inqas minn dawk li japplikaw għall-ekwipaġġ ta' vapuri Mawritanji. Sabiex tkun evitata diskriminazzjoni, il-pagi miftiehma għandhom jitħallsu skond id-disposizzjonijiet tal-kuntratt ta' l-impjieg.

4. Il-proprjetarji tal-vapuri tal-Komunità għandhom jassiguraw illi l-baħħara, l-uffiċjali u l-uffiċjali li għadhom fil-proċess ta' taħriġ mill-Mawritanja jkunu impjegati fuq l-istess termini bħal u jkunu afdati b'kompiti ekwivalenti għal dawk mogħtija lill-baħħara, uffiċjali u uffiċjali minn pajjiżi oħra.

5. Il-baħħara għandhom jirrappurtaw għax-xogħol mal-kaptan tal-vapur ikkonċernat fil-ġurnata ta' qabel id-data proposta tat-tluq. Jekk baħħar jonqos milli jirrapporta għax-xogħol sal-ħin skedat għat-tluq tal-vapur, il-vapur huwa awtorizzat li jitlaq mill-port tal-Mawritanja la darba jkollu ċertifikat ta' assenza fir-rigward tal-baħħar ikkonċernat, liema ċertifikat irid jinħareġ mill-awtoritajiet ta' sorveljanza.

Il-proprjetarju tal-vapur għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex jassigura illi sa mhux aktar tard mill-vjaġġ ta' wara n-numru ta' baħħara mitlub minn dan il-Protokoll ikunu ffirmaw li jaħdmu fuq il-vapur tiegħu.

6. Il-proprjetarji tal-vapuri għandhom, darbtejn fis-sena fl-1 ta' Jannar u fl-1 ta' Lulju, jibagħtu lill-Ministeru lista, għal kull vapur, tal-baħħara Mawritanja li jaħdmu abbord il-vapuri tagħhom.

Sakemm tasal din il-lista, il-ħruġ tal-liċenzja għandu jkun sospiż.

7. Nuqqas ta' ħarsien ta' xi waħda mid-disposizzjonijiet imniżżla fil-punt 1 għandu jiġi penalizzat skond il-liġi tal-Mawritanja u jista' jwassal għal sospensjoni jew għall-irtirar definittiv tal-liċenzja fil-każ ta' offiżi repetuti.

Kapitolu IX

SPEZZJONI TEKNIKA

1. Darba fis-sena u wara kull bidla fit-tunnellaġġ jew fil-kategorija tas-sajd li titlob l-użu ta' tip differenti ta' apparat, il-vapuri kollha tal-Komunità għandhom jirrapurtaw fil-port ta' Nouadhibou sabiex ikunu spezzjonati kif mitlub mil-leġislazzjoni li tkun fis-seħħ. Dawn l-ispezzjonijiet għandhom isiru fi żmien 48 siegħa minn meta l-vapur jidħol fil-port.

B'eċċezzjoni għall-paragrafu ta' qabel, il-proċedura għal spezzjonijiet tekniċi fil-każ ta' vapuri li jistadu għat-tonn, vapuri li jistadu b'palangari fil-wiċċ, u vapuri armati bi friżer li jistadu bit-tkarkir fil-qiegħ, għandha tkun kif stabbilita fil-Kapitoli XIV u XV ta' dan l-Anness.

2. Meta l-ispezzjoni teknika tkun kompluta b'mod sodisfaċenti, il-kaptan tal-vapur għandu jinħariġlu ċertifikat li jkollu l-istess perjodu ta' validità bħal-liċenzja u li għandu jkun awtomatikament imġedded fil-każ ta' vapuri li jġeddu l-liċenzja tagħhom fi żmien sena. Madankollu, il-validità massima ma għandhiex tkun ta' aktar minn sena. Dan iċ-ċertifikat għandu jinżamm abbord il-ħin kollu.

3. L-ispezzjoni teknika għandha tikkontrolla l-konformità tal-karatteristiċi tekniċi tal-vapur u ta' l-apparat u għandha tassigura illi d-disposizzjonijiet dwar l-ekwipaġġ mill-Mawritanja kienu rrispettati.

4. L-ispiża ta' l-ispezzjoni għandha titħallas mill-proprjetarju tal-vapur skond ir-rati stipulati fil-liġi tal-Mawritanja. Din ir-rata ma għandhiex tkun ogħla mill-ammont normalment imħallas minn vapuri oħra għall-istess servizzi.

5. Jekk il-proprjetarju tal-vapur ma jħarisx il-punti 1 u 2, dan in-nuqqas għandu jwassal għal sospensjoni awtomatika tal-liċenzja tas-sajd sakemm l-obbligi jkunu sodisfatti.

Kapitolu X

IDENTIFIKAZZJONI TAL-VAPUR

1. Il-marki ta' identifikazzjoni tal-vapuri kollha tal-Komunità għandhom ikunu konformi mal-leġislazzjoni rilevanti tal-Komunità. Il-Ministeru għandu jiġi mgħarraf b'din il-leġislazzjoni qabel dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ. Il-Ministeru għandu jiġi mgħarraf ukoll jekk tkun ħa ssir xi emenda f'din il-leġislazzjoni. Huwa għandu jiġi mgħarraf mill-anqas 30 ġurnata qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' l-emenda.

2. Kull vapur li jipprova jibdel id-dehra tal-marki esterni ta' identifikazzjoni għandu jkun suġġett għall-penali stipulati fil-leġislazzjoni li tkun fis-seħħ.

Kapitolu XI

SOSPENSJONI JEW IRTIRAR TA' LIĊENZJI

Meta l-awtoritajiet tal-Mawritanja, bl-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll u tal-liġi tal-Mawritanja, jiddeċiedu li jissospendu jew jirtiraw b'mod definittiv il-liċenzja ta' vapur tal-Komunità, il-kaptan tal-vapur ikkonċernat għandu jieqaf minn kull attività ta' sajd u jirritorna fil-port ta' Nouadhibou. Malli jasal f'Nouadhibou, huwa għandu jibgħat l-liċenzja oriġinali tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti.. Meta l-obbligi meħtieġa jkunu sodisfatti, il-Ministeru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni illi s-sospensjoni ġiet irtirata u l-liċenzja għandha tiġi rritornata

Kapitolu XII

KSUR TA' REGOLI OĦRA

1. Minbarra fil-każijiet imsemmija speċifikament f'dan il-Protokoll, ksur ta' regoli oħra għandu jkun penalizzat skond il-liġi tal-Mawritanja.

2. Fil-każ ta' ksur serju jew serja ħafna ta' regola dwar is-sajd li tkun stabbilita fil-liġi Mawritanja, il-Ministeru jirriserva d-dritt li jipprojbixxi, jew b'mod proviżorju jew b'mod definittiv, il-vapuri, il-kaptani u, fejn ikun applikabbli, il-proprjetarji tal-vapuri kkonċernati milli jwettqu attivitajiet ta' sajd fl-ibħra tal-Mawritanja.

Kapitolu XIII

MULTI

L-ammont ta' multi imposti fuq vapuri tal-Komunità għandu jkun ikkalkulat fil-limiti minimi u massimi stipulati fil-liġi tal-Mawritanja. Dan l-ammont għandu jiġi stabbilit skond il-proċedura stipulata f'punt 3 tal-Kapitolu VII ta' l-Anness II.

Kapitolu XIV

DISPOSIZZJONIJIET DWAR VAPURI LI JISTADU GĦAL SPEĊI LI JPASSU ĦAFNA

(VAPURI LI JISTADU GĦAT-TONN U VAPURI B'PALANGARI GĦALL-WIĊĊ)

1. Bħala eċċezzjoni għal Kapitoli I u II ta' l-Anness I, liċenzji għal vapuri li jistadu għat-tonn permezz ta' tartaruni għandhom jinħarġu għall-perjodi ta' 12-il xahar.

Il-liċenzja oriġinali għandha tinżamm abbord il-ħin kollu u għandha tkun ippreżentata meta tkun mitluba mill-awtoritajiet kompetenti tal-Mawritanja.

Madankollu, meta l-Kummissjoni tirċievi notifikazzjoni tal-pagament bil-quddiem magħmul lill-awtoritajiet Mawritanji, il-vapur għandu jitniżżel fil-lista ta' vapuri li huma awtorizzati biex jistadu u din il-lista għandha tintbagħat lill-awtoritajiet Mawritanji responsabbli għall-ispezzjonijiet dwar is-sajd. Tista’ tinkiseb kopja tal-liċenzja permezz ta' fax sakemm tasal il-liċenzja proprja; din il-kopja għandha tinżamm abbord il-vapur.

2. Qabel jingħata l-liċenzja, kull vapur għandu jkun ippreżentat għall-ispezzjonijiet mitluba mil-leġislazzjoni li tkun fis-seħħ. B'eċċezzjoni għal Kapitolu IX ta' dan l-Anness, jista’ jiġi miftiehem li dawn l-ispezzjonijiet isiru f'port barrani. L-ispejjeż kollha marbuta ma’ din l-ispezzjoni għandhom jitħallsu mill-proprjetarju tal-vapur.

3. Il-miżati li għandha titħallas mill-proprjetarju tal-vapur għandha tkun stabbilita bħala EUR 25 għal kull tunnellata maqbuda fiż-żona tas-sajd tal-Mawritanja.

4. Il-liċenzji għandhom jinħarġu wara li jsir il-pagament ta' somma waħda li tikkorrispondi mal-pagament bil-quddiem speċifikat fl-iskedi tekniċi tal-Protokoll. Dan il-pagament għandu jsir f'wieħed mill-kontijiet barranin tal-Bank Ċentrali tal-Mawritanja u għandu jkun pagabbli lit-Trésor de la Mauritanie.

5. Għandu jinżamm ġurnal skond il-mudell tal-ICCAT li jinsab fl-Appendiċi 4 ta' dan l-Anness. Dan il-ġurnal għandu jinżamm abbord il-vapur għal kull perjodu ta' sajd li jagħmel fl-ibħra tal-Mawritanja. Dan il-ġurnal għandu jinżamm anke jekk ma jsirux qabdiet.

Għall-perjodi meta l-vapur ma jkunx fl-ibħra tal-Mawritanja, il-kliem "Barra ż-ŻEE tal-Mawritanja" għandhom jitniżżlu f'dan il-ġurnal.

Il-ġurnali msemmija f'dan il-paragrafu għandhom jintbagħtu lill-awtoritajiet tal-Mawritanja fi żmien 15-il jum utli mill-wasla tal-vapur fil-port.

Kopji ta' dawn id-dokumenti għandhom jintbagħtu lill-istituzzjonijiet xjentifiċi msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 6 ta' hawn taħt.

6. L-awtoritajiet tal-Mawritanja għandhom jippreparaw rendikont tal-miżati li għandhom jitħallsu għas-sena kalendarja ta' qabel a bażi tal-qabdiet iddikjarati għal kull vapur tal-Komunità u kull informazzjoni oħra li jkollhom.

Ir-rendikont tas-sena ta' qabel għandu jasal għand il-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu. Huwa għandu jintbagħat fl-istess ħin lill-proprjetarji tal-vapuri u lill-awtoritajiet nazzjonali ta' l-Istati Membri kkonċernati sal-15 ta' April.

Fejn il-proprjetarji tal-vapuri ma jaqblux mar-rendikont ippreżentat mill-Mawritanja, huma jistgħu jitolbu lill-istituzzjonijiet xjentifiċi rilevanti, bħal per eżempju, l-Institut de Recherche pour le Développement (IRD) ta' Franza, l-Instituto Español de Oceanografía (IEO) u l-Insituto Português de Investigacão Marítima (IPIMAR), sabiex jivverifikaw id-data dwar il-qabdiet qabel jikkonsultaw ma' l-awtoritajiet tal-Mawritanja b-iskop li jiġi ppreparat rendikont finali sal-15 ta' Mejju tas-sena li jkunu qegħdin fiha. Jekk ma jsirux xi osservazzjonijiet min-naħa tal-proprjetarji tal-vapuri sa dik il-ġurnata, ir-rendikont ippreparat mill-awtoritajiet tal-Mawritanja għandu jitqies bħala dak finali. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni r-rendikonti finali dwar il-flotta tagħhom.

Jekk minbarra l-pagament bil-quddiem ikun dovut xi pagament addizzjonali, dan għandu jsir mill-proprjetarji tal-vapuri lill-awtoritajiet tas-sajd tal-Mawritanja sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju ta' dik is-sena.

Madankollu, jekk l-ammont fir-rendikont finali jkun anqas mill-pagament bil-quddiem imsemmi fil-paragrafu 4, il-bilanċ li jirriżulta ma jiġix rimborżat lill-proprjetarju tal-vapur.

7. B'eċċezzjoni għal Kapitolu I ta' l-Anness II, il-vapuri għandhom ikunu marbuta illi fi żmien tliet sigħat mid-dħul jew mill-ħruġ miż-żona jikkomunikaw il-pożizzjoni tagħhom u l-volum tal-qabda li jkollhom abbord direttament lill-awtoritajiet Marittimi permezz ta' fax, jew jekk ma jkollhomx fax, permezz tar-radju.

L-awtoritajiet ta' sorveljanza għandhom jinnotifikaw in-numru tal-fax u l-frekwenza tar-radju.

L-awtoritajiet tal-Mawritanja u l-proprjetarji tal-vapuri għandhom iżommu kopja tal-messaġġi tal-fax jew reġistrazzjoni tal-komunikazzjonijiet bir-radju sakemm iż-żewġ partijiet japprovaw ir-rendikont finali tal-miżati msemmi fil-paragrafu 6.

8. B'eċċezzjoni għal Kapitolu VIII ta' dan l-Anness, vapuri li jistadu għat-tonn b'tartaruni għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jimpjegaw ta' l-anqas baħħar wieħed mill-Mawritanja fuq kull vapur fil-waqt li vapuri li jistadu għat-tonn bil-qasab u bil-lenza għandhom jimpjegaw tliet baħħara mill-Mawritanja fuq kull vapur għat-tul tal-vjaġġ. Dan jinkludi uffiċjali, uffiċjali li għadhom fil-proċess ta' taħriġ u osservaturi xjentifiċi.

9. B'eċċezzjoni għall-punt I tal-Kapitolu V ta' l-Anness II, fuq talba ta' l-awtoritajiet tal-Mawritanja u bi qbil komuni mal-proprjetarji tal-vapur ikkonċernat, osservatur xjentifiku wieħed għal kull vapur jista’ jittieħed abbord vapuri li jistadu għat-tonn b'tartaruni għal perjodu miftiehem.

Kapitolu XV

REGOLI DWAR VAPURI GĦAS-SAJD BIT-TKARKIR ARMATI BI FRIŻER U LI JBAĦĦRU FUQ L-OĊEAN

1. Il-liċenzja tas-sajd għandha tinżamma abbord kull vapur. Jekk, minħabba xi raġuni prattika, il-liċenzja oriġinali ma tistax tinbagħat lill-vapur, tista' tinżamm kopja jew fax ta' din il-liċenzja.

2. B'eċċezzjoni għal Kapitolu IX ta' dan l-Anness, għandhom isiru spezzjonijiet tal-vapuri minn qabel, meta l-vapuri jkunu għadhom fl-Ewropa. Il-proprjetarji tal-vapur għandhom iħallsu l-ispejjeż tal-vjaġġ u ta' l-għajxien ta' żewġ persuni maħtura mill-Ministru sabiex jagħmlu dawn l-ispezzjonijiet.

3. Il-miżati, inklużi l-piżijiet u t-taxxi nazzjonali u lokali kollha, u l-limiti tal-qabdiet skond it-tip ta' vapur huma speċifikati fl-iskedi tekniċi f'dan il-Protokoll.

Il-proprjetarji tal-vapuri għandhom iħallsu s-somma ta' EUR 19 lit-teżor pubbliku tal-Mawritanja għal kull tunnellata maqbuda li taqbeż il-limitu stabbilit għal dak it-tip ta' vapur. Għandhom jiġu ppreparati dikjarazzjonijiet dwar il-qabdiet. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru bi qbil komuni u mhux aktar tard minn xahar wara t-tmiem ta' kull sena.

Il-miżati u kull ammonti addizzjonali li jkunu dovuti għandhom jitħallsu f'wieħed mill-kontijiet barranin tal-Banek Ċentrali tal-Mawritanja u għandhom ikunu pagabbli lit-Trésor de la Mauritanie.

4. B'eċċezzjoni għal Kapitolu I ta' l-Anness II, il-vapuri kollha għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet ta' sorveljanza bid-data, l-ħin u l-pożizzjoni tagħhom kull darba li jidħlu fil- jew joħorġu miż-żona tas-sajd tal-Mawritanja. Fil-każ ta' dħul huma għandhom jgħarrfu b'dan lill-awtoritajiet 12-il siegħa minn qabel u fil-każ ta' ħruġ huma għandhom jgħarrfu b'dan lill-awtoritajiet 24 siegħa qabel.

5. B'eċċezzjoni għal Kapitolu VIII ta' dan l-Anness, fl-ewwel tliet snin ta' l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, vapuri għandhom jimpjegaw mill-anqas dawn in-numri ta' baħħara mill-Mawritanja:

- 5, inklużi osservatur xjentifiku wieħed, abbord kull vapur li jkollu ekwipaġġ totali ta' 30 jew anqas;

- 6, inklużi osservatur xjentifiku wieħed, abbord kull vapur li jkollu ekwipaġġ totali ta' 30 jew aktar.

Fl-aħħar sentejn ta' l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, dawn il-figuri għandhom jiżdiedu b'wieħed.

6. Il-proprjetarji tal-vapuri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jittrasportaw il-baħħara mill-Mawritanja u l-osservaturi xjentifiċi. Huma għandhom iħallsu l-ispejjeż involuti.

7. Għandhom isiru ta' l-anqas 15-il trasbord fis-sena fl-ibħra territorjali tal-Mawritanja, skond il-proċedura stabbilita fil-Kapitolu III ta' l-Anness II ta' dan il-Protokoll.

8. Jekk waqt spezzjoni jkun osservat xi ksur tar-regoli, il-kaptan għandu jiffirma dikjarazzjoni li tiddokumenta dan. B'eċċezzjoni għall-punt 2 tal-Kapitolu VII ta' l-Anness II, wara li l-kaptan jiffirma din id-dikjarazzjoni, il-vapur għandu jitħalla jkompli l-attivitajiet tas-sajd. Il-proprjetarji tal-vapur għandhom jikkuntattjaw minnufih lill-Ministeru sabiex isibu soluzzjoni. Jekk ma tinstabx soluzzjoni fi żmien 72 siegħa, il-proprjetarji tal-vapuri għandhom jipprovdu garanzija bankarja li tkopri l-ammont tal-multi imposti fuqhom.

--------------------------------------------------

ANNESS II

KOPERAZZJONI FIL-KONTROLL TA' L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TAL-MAWRITANJA MINN VAPURI TAL-KOMUNITÀ

Kapitolu I

DĦUL U ĦRUĠ MIŻ-ŻONA TAS-SAJD

1. Il-vapuri tal-Komunità li qed joperaw taħt dan il-Ftehim, minbarra vapuri li jistadu għat-tonn, vapuri li jistadu fil-wiċċ b'palangari u vapuri armati bi friżer li jistadu għall-qiegħ bit-tkarkir, għandhom jidħlu u joħorġu miż-żona tas-sajd tal-Mawritanja minn żewġ passaġġi, fil-preżenza ta' l-awtoritajiet ta' sorveljanza:

- il-passaġġ fit-Tramuntana, bil-kordinati 20° 40' T - 17° 04' P

- fil-passaġġ fin-Nofsinhar, bil-kordinati 16° 20' T - 16° 40' P.

2. Il-proprjetarji tal-vapuri għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet ta' sorveljanza dwar id-dħul jew ħruġ tagħhom fiż- jew miż-żona tas-sajd tal-Mawritanja permezz ta' telex, fax jew ittra fuq in-numri jew fl-indirizz li jinsabu fl-Appendiċi I ta' dan l-Anness.

Id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni għandha tkun avżata li ħa jsiru xi bidliet f'dawn in-numri jew indirizzi 15-il jum qabel isiru dawn il-bidliet.

3. In-notifika msemmija fil-punt 2 għandha ssir b'dan il-mod:

(a) Id-dħul:

L-avviż għandu jingħata ta' l-anqas 24 siegħa minn qabel u għandu jinkludi dawn id-dettalji:

- il-pożizzjoni tal-vapur meta jsir l-avviż,

- il-punt tad-dħul,

- il-ġurnata, il-jum u l-ħin tad-dħul

- meta l-vapuri jkunu ddikjaraw minn qabel illi għandhom liċenzja tas-sajd għal żona oħra ta' sajd f'dak is-subreġjun, l-avviż għandu jinkludi wkoll dettalji dwar l-ammont u l-ispeċi ta' qabdiet miżmuma abbord f'dak il-mument. F'dan il-każ l-awtoritajiet ta' sorveljanza għandu jkollhom aċċess għall-ġurnal tas-sajd dwar dik iż-zona u l-kontrolli jistgħu jdumu aktar mill-perjodu stabbilit f'punt 5 ta' dan il-Kapitolu.

(b) Il-ħruġ

L-avviż għandu jingħata ta' l-anqas 48 siegħa minn qabel fil-każ ta' ħruġ mill-passaġġ tat-Tramuntana u ta' l-anqas 72 siegħa minn qabel fil-każ ta' ħruġ mill-passaġġ tan-Nofsinhar. Għandhom jingħataw dawn id-dettalji:

- il-pożizzjoni tal-vapur fil-mument li jsir l-avviż,

- il-punt tal-ħruġ,

- il-ġurnata, il-jum u l-ħin tad-dħul,

- l-ammont u l-ispeċi ta' qabdiet miżmuma abbord f'dak il-mument.

4. Ma' kull dħul u ħruġ il-vapuri għandhom jaqilbu l-frekwenza tar-radju tagħhom fuq il-frekwenza użata mill-awtoritajiet ta' sorveljanza ta' l-anqas sitt sigħat qabel il-ħin speċifikat fl-avviż.

5. Il-kontrolli, f'każijiet normali, ma għandhomx idumu aktar minn siegħa fil-każ ta' dħul u aktar minn tliet sigħat fil-każ ta' ħruġ.

6. Jekk jgħaddi l-ħin stabbilit fil-punt 5 u l-awtoritajiet ta' sorveljanza jkunu għadhom ma ġewx, il-vapuri jistgħu jkomplu fi triqthom.

F'każ li vapur jasal tard jew ma jmurx u l-ħinijiet stabbiliti fil-punt 5 jgħaddu, l-awtoritajiet ta' sorveljanza jistgħu jqisu l-avviż ta' dħul jew ta' ħruġ bħala wieħed null.

7. F'każ li jkun hemm diversi vapuri li qed jidħlu jew joħorġu fl-istess ħin, l-operazzjonijiet ta' kontroll għandhom ikunu mħaffa.

8. Nuqqas ta' ħarsien tad-disposizzjonijiet fil-punti 1 sa 6 jwassal għal dawn is-sanzjonijiet:

(a) l-ewwel darba:

- il-vapur għandu jkun imġiegħel jibdel ir-rotta,

- il-qabda li tinstab abbord għandha tinħatt u tkun ikkonfiskata f'isem it-Teżor,

- il-vapur għandu jħallas il-multa minima stabbilita fil-liġi tal-Mawritanja;

(b) it-tieni darba:

- il-vapur għandu jkun imġiegħel jibdel ir-rotta,

- il-qabda li tinstab abbord għandha tinħatt u tkun ikkonfiskata f'isem it-Teżor,

- il-vapur għandu jħallas multa skond il-liġi tal-Mawritanja,

- il-liċenzja għandha tkun irrevokata għall-kumplament tal-perjodu ta' validità tagħha;

(c) it-tielet darba:

- il-vapur għandu jkun imġiegħel jibdel ir-rotta,

- il-qabda li tinstab abbord għandha tinħatt u tkun ikkonfiskata f'isem it-Teżor,

- il-liċenzja għandha tkun irrevokata b'mod definittiv,

- il-kaptan u l-vapur għandhom ikunu ipprojbiti milli jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fil-Mawritanja.

Kapitolu II

PASSAĠĠ INNOĊENTI

Meta l-vapuri tal-Komunità jkunu qed jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-passaġġ innoċenti minn u għan-navigazzjoni fiż-żona tas-sajd tal-Mawritanja skond il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar u leġislazzjoni rilevanti kemm nazzjonali u kif ukoll internazzjonali, huma għandhom iżommu l-apparat tas-sajd kollu tagħhom stivat abbord b'tali mod li ma jkunx jista' jintuża immedjatament.

Kapitolu III

TRASBORD

1. Il-qabdiet tal-vapuri tal-Komunità għandhom jiġu ttrasbordati fil-portijiet tal-Mawritanja.

2. Kull vapur tal-Komunità li jixtieq jittrasborda l-qabdiet għandu jkun suġġett għall-proċedura stipulata f'punti 3 u 4 hawn taħt.

3. Il-proprjetarji ta' dawn il-vapuri għandhom, ta' l-anqas 24 siegħa qabel u permezz tal-mezzi ta' komunikazzjoni speċifikati fil-Kapitolu 1 ta' dan l-Anness, jgħarrfu lill-awtoritajiet ta' sorveljanza b'dan li ġej:

- il-vapuri tas-sajd li ħa jkunu involuti fit-trasbord,

- l-isem tal-vapuri tal-merkanzija,

- it-tunnellaġġ skond l-ispeċi li ħa jkun ittrasbordat,

- id-data, l-ġurnata u l-ħin tat-trasbord.

4. Trasbord għandu jitqies bħala ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Mawritanja. Għaldaqstant, il-vapuri għandhom jagħtu l-oriġinali tal-ġurnal tas-sajd u ta' l-anness tal-ġurnal tas-sajd lill-awtoritajiet ta' sorveljanza u jiddikjaraw jekk għandhomx l-intenzjoni li jkomplu jistadu jew inkella li jitilqu miż-żona tas-sajd tal-Mawritanja.

5. Kull trasbord ta' qabdiet li ma jkunx kopert mill-punti 1 sa 4 fiż-żona tas-sajd tal-Mawritanja għandu jkun ipprojbit. Kull persuna li ma tħarisx din id-disposizzjoni għandha tkun suġġetta għall-penali stabbiliti fil-liġi tal-Mawritanja.

Kapitolu IV

SPEZZJONI U KONTROLL

1. Kaptani ta' vapuri tas-sajd tal-Komunità għandhom iħallu u jiffaċilitaw it-tlugħ abbord ta' uffiċjali Mawritanji responsabbli għall-ispezzjoni u l-kontroll ta' attivitajiet ta' sajd u t-twettiq tal-kompiti tagħhom.

Dawn l-uffiċjali ma għandhomx jibqgħu abbord għal aktar milli hemm bżonn sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom.

Meta tkun ikkompletata l-ispezzjoni għandu jinħareġ ċertifikat lill-kaptan tal-vapur.

2. Il-Komunità hawnhekk tintrabat illi tmantni programm ta' kontroll speċifiku fil-portijiet tal-Komunità. Sommarji tar-rapporti dwar il-kontrolli magħmula għandhom jintbagħtu perjodikament lill-Ministeru.

Kapitolu V

OSSERVATURI XJENTIFIĊI MILL-MAWRITANJA ABBORD IL-VAPURI TAL-KOMUNITÀ

Sistem ta' osservazzjoni abbord vapuri tal-Komunità hija hawnhekk stabbilita.

1. Kull vapur tal-Komunità li għandu liċenzja biex jistad fiż-żona tas-sajd tal-Mawritanja, minbarra vapuri li jistadu għat-tonn b' tartaruni, għandu jkollu abbord osservatur xjentifiku mill-Mawritanja. Għandu jkun hemm osservatur wieħed fuq kull vapur f'ħin wieħed.

Il-Ministeru għandu jagħti lista tal-vapuri magħżula sabiex jieħdu abbord osservatur lill-Kummissjoni fil-kwart tas-sena qabel ma jinħarġu l-liċenzji.

2. Il-perjodu li l-osservatur xjentifiku jagħmel fuq il-vapur għandu jkun it-tul ta' vjaġġ. Madankollu, fuq talba tal-Ministeru, dan il-perjodu jista' jinqasam fuq diversi vjaġġi skond id-durata medja tal-vjaġġi ta' vapur partikolari. Din it-talba għandha ssir mill-Ministeru meta jgħarraf l-isem ta' l-osservatur magħżul biex imur abbord il-vapur in kwestjoni.

Bl-istess raġunament, meta vjaġġ jitqassar l-osservatur jista' jkollu bżonn jagħmel vjaġġ ieħor fuq l-istess vapur.

3. Il-Ministeru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bl-ismijiet ta' l-osservaturi magħżula, flimkien mad-dokumenti meħtieġa, ta' l-anqas sebat'ijiem utli qabel id-data skedata għall-imbarkazzjoni tagħhom.

4. Il-Ministeru għandu jħallas l-ispejjeż kollha marbuta ma' l-attivitajiet ta' l-osservaturi, inklużi s-salarji tagħhom u xi konċessjonijiet mogħtija lilhom. F'każ li l-osservatur jimbarka minn jew jiżbarka f'port barrani, l-ispejjeż tal-vjaġġ u l-ispejjeż ta' kuljum għall-għajxien għandhom jitħallsu mill-proprjetarju tal-vapur sakemm l-osservatur jitla' abbord il-vapur jew jasal f'port Mawritanju.

5. Il-kaptani tal-vapuri magħżula sabiex jieħdu abbord osservatur xjentifiku għandhom jagħmlu l-arranġamenti neċessarji kollha sabiex jiffaċilitaw l-imbark u l-iżbark ta' l-osservatur.

Meta abbord il-vapur l-osservaturi għandhom igawdu l-istess trattament bħall-uffiċjali tal-vapur.

L-osservaturi għandhom jingħataw il-faċilitajiet kollha li jkollhom bżonn sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom. Il-kaptan għandu jagħtihom aċċess għall-mezzi ta' komunikazzjoni li jkollhom bżonn sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom, għad-dokumenti li huma marbuta direttament ma' l-attivitajiet tas-sajd tal-vapur, jiġifieri għall-ġurnal tas-sajd, għall-anness tal-ġurnal tas-sajd u għall-ġurnal tan-navigazzjoni, u għal dawk il-partijiet tal-vapur meħtieġa sabiex jiffaċilitaw l-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom bħala osservaturi.

6. F'każijiet normali, l-osservaturi għandhom jimbarkaw (u jiżbarkaw) f'port tal-Mawritanja fil-bidu ta' l-ewwel vjaġġ wara li ssir notifika tal-lista tal-vapuri magħżula. Din in-notifikazzjoni għandha ssir ta' l-anqas 20 jum qabel il-bidu tal-vjaġġ.

Il-proprjetarji tal-vapuri kkonċernati għandhom, permezz tal-mezzi ta' komunikazzjoni speċifikati fil-Kapitolu 1 ta' dan l-Anness, jinnotifikaw id-data u l-port magħżula sabiex l-osservatur jittieħed abbord. Din għandha ssir fi żmien 15-il jum mid-data tan-notifika tal-lista tal-vapuri magħżula.

7. L-osservaturi għandhom jirrappurtaw mal-kaptan tal-vapur magħżul fil-jum ta' qabel id-data proposta għall-imbarkazzjoni. Jekk l-osservatur jonqos milli jirrapporta fil-ħin speċifikat, il-vapur jista' jitlaq mill-port tal-Mawritanja b'ċertifikat maħruġ mill-awtorità ta' sorveljanza li jikkonferma l-assenza ta' l-osservatur.

8. Il-proprjetarji tal-vapur għandhom jikkontribbwixxu EUR 3,5 kull GRT kull kwart tas-sena għal kull vapur għall-ispejjeż ta' l-osservazzjoni xjentifika. Din il-kontribuzzjoni għandha titħallas ma', u għandha tkun addizzjonali għall-miżata mħallsa mill-proprjetarju tal-vapur.

Il-proprjetarji ta' vapuri li jbaħħru fuq l-oċean għandhom iħallsu kontribuzzjoni ta' EUR 350 kull xahar għal kull vapur għall-ispejjeż ta' l-osservaturi xjentifiċi, irrispettivament minn jekk ikunx hemm osservatur abbord jew le.

9. Jekk il-proprjetarju tal-vapur jonqos milli jħares id-disposizzjonijiet dwar l-osservaturi, il-liċenzja tas-sajd tkun sospiża awtomatikament sakemm il-proprjetarju tal-vapur jaderixxi ma' dawn l-obbligi.

10. Osservaturi xjentifiċi għandu jkollhom:

- kwalifika professjonali,

- esperjenza xierqa fis-sajd, u

- għarfien sħiħ ta' dan il-Protokoll u tar-regoli applikabbli tal-Mawritanja.

11. L-osservaturi xjentifiċi għandhom jassiguraw illi l-vapuri tal-Komunità li joperaw fiż-żona tas-sajd tal-Mawritanja jaderixxu mat-termini ta' dan il-Protokoll.

Huma għandhom jagħmlu rapport dwar dan is-suġġett. B'mod partikolari, huma għandhom:

- josservaw l-attivitajiet tas-sajd tal-vapuri

- jivverifikaw il-pożizzjoni tal-vapuri impenjati f'operazzjonijiet tas-sajd,

- jieħdu kampjuni bijoloġiċi bħala parti minn programmi xjentifiċi,

- iżommu rekord dwar dettalji ta' l-apparat tas-sajd u d-daqs tal-malji ta' l-ixbieki użati,

- jivverifikaw l-informazzjoni mniżżla fil-ġurnal tas-sajd.

12. L-osservazzjoni għandha tkun limitata għal attivitajiet tas-sajd u attivitajiet irrelatati rregolati minn dan il-Protokoll.

13. L-osservaturi xjentifiċi għandhom:

- jieħdu l-passi kollha li huma xierqa sabiex jassiguraw illi l-kondizzjonijiet ta' l-imbark tagħhom u tal-preżenza tagħhom abbord il-vapur la ttellef u lanqas tfixkel l-operazzjonijiet tas-sajd,

- jużaw l-istrumenti u l-proċeduri approvati sabiex jitkejlu d-daqs tal-malji ta' l-ixbieku użati skond dan il-Ftehim, u

- jittrattaw il-proprjetà u l-apparat abbord il-vapur bil-kura dovuta u għandhom jirrispettaw il-konfidenzjalità tad-dokumenti tal-vapur.

14. Fl-aħħar tal-perjodu ta' osservazzjoni u qabel ma jinżlu minn fuq il-vapur, l-osservaturi għandhom jagħmlu rapport skond il-mudell li jinsab f'Appendiċi 2 ta' dan l-Anness. Huma għandhom jiffirmaw dan ir-rapport fil-preżenza tal-kaptan. Il-kaptan, qabel ma jiffirma, jista' jżid jew jitlob li jkunu miżjuda xi osservazzjonijiet li huwa jqis bħala rilevanti. Meta l-osservatur jiżbarka għandha tingħata kopja tar-rapport lill-kaptan.

15. L-awtoritajiet kompetenti li jirċievu r-rapporti mingħand l-osservaturi xjentifiċi għandhom ikunu marbuta illi jikkontrollaw il-kontenut u l-konklużjonijiet tagħhom kemm jista' jkun malajr.

Meta l-awtoritajiet kompetenti jaraw illi kien hemm xi ksur ta' xi regoli, huma għandhom jieħdu dik l-azzjoni li tkun xierqa, inkluż, dejjem skond il-liġi nazzjonali tagħhom, il-bidu ta' proċeduri amministrattivi kontra l-persuni naturali jew legali responsabbli.. Il-proċeduri mibdija għandhom, skond id-disposizzjonijiet rilevanti fil-liġi nazzjonali, ikunu tali illi effettivament ma jħallux lil dawk responsabbli jieħdu xi vantaġġ materjali mill-ksur tar-regolament jew illi jipproduċu effett proporzjonali għall-gravità tal-ksur b'tali mod illi jiskoraġġixxu ksur ieħor ta' l-istess tip.

Meta l-port ta' żbarkament jinsab fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru fejn hu rreġistrat il-vapur, l-Istat Membru fejn isir l-iżbarkament għandu jinforma lill-Istat Membru fejn hu rreġistrat il-vapur dwar il-miżuri meħuda.

Kapitolu VI

SISTEMA TA' OSSERVAZZJONI REĊIPROKA GĦALL-KONTROLLI MILL-ART

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu illi jwaqqfu sistema ta' osservazzjoni reċiproka għall-kontrolli mill-art bl-għan li ttejjeb l-effiċjenza tal-kontrolli.

1. Għanijiet

Sabiex ikunu osservati l-kontrolli u l-ispezzjonijiet magħmula mill-awtoritajiet ta' spezzjoni nazzjonali biex tkun assigurata konformità ma' dan il-Protokoll.

2. L-istatus ta' l-osservaturi

L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Parti Kontraenti għandhom jagħżlu osservatur u għandhom jinnotifikaw l-isem tiegħu lill-Parti Kontraenti l-oħra.

Dan l-osservatur għandu jkollu:

- kwalifika professjonali,

- esperjenza xierqa tas-sajd, u

- għarfien sħiħ tad-disposizzjonijiet tal-Ftehim u ta' dan il-Protokoll.

L-ispezzjonijiet għandhom isiru mill-awtoritajiet ta' spezzjoni nazzjonali u l-osservatur li jkun preżenti ma jistax, b'inizjattiva tiegħu stess, jeżerċita l-poteri ta' spezzjoni mogħtija lill-uffiċjali nazzjonali.

Meta jkun akkumpanjat minn uffiċjali nazzjonali, l-osservatur għandu jkollu aċċess għall-vapuri, għall-proprjetà u għad-dokumenti li huma suġġetti għal spezzjoni minn dawn l-uffiċjali.

3. Il-kompiti ta' l-osservaturi

L-osservatur għandu jakkumpanja l-awtoritajiet ta' spezzjoni nazzjonali meta dawn iżuru l-portijiet, meta jmorru abbord vapuri li jkunu jinsabu f'baċiri, meta jżuru postijiet fejn isiru irkantijiet pubbliċi, meta jżuru ħwienet ta' bejjiegħa li jbiegħu l-ħut bl-ingrossa, meta jżuru mħażen imkessħa u meta jżuru postijiet oħra użati sabiex jinħattu u jinħażnu l-ħut qabel ma jitpoġġa fis-suq.

L-osservatur għandu jagħmel u jibgħat rapport kull erba' xhur dwar l-ispezzjonijiet li attenda għalihom. Dan ir-rapport għandu jkun indirizzat lill-awtoritajiet kompetenti. Dawn għandhom jibagħtu kopja lill-Parti Kontraenti l-oħra.

4. Implimentazzjoni

L-awtorità ta' spezzjoni kompetenti ta' kull Parti Kontraenti għandha tagħti avviż mil-miktub lill-Parti Kontraenti l-oħra dwar spezzjonijiet fuq l-art li hija bi ħsiebha tagħmel. Dan l-avviż għandu jsir għaxart' ijiem minn qabel.

Il-Parti Kontraenti l-oħra għandha tavża li għandha l-intenzjoni li tibgħat osservatur. Dan l-avviż għandu jsir ħamest' ijiem minn qabel.

It-tul tal-missjoni ta' l-osservatur ma għandux ikun ta' aktar minn 15-il jum.

5. Konfidenzjalità

L-osservatur għandu jirrispetta l-proprjetà u l-apparat li jinstab abbord il-vapur, kull installazzjoni oħra u kif ukoll il-konfidenzjalità tad-dokumenti li jingħata aċċess għalihom.

L-osservatur għandu jiżvela informazzjoni dwar ir-riżultati tax-xogħol lill-awtoritajiet kompetenti biss.

6. Lokalità

Dan il-programm għandu jkun implimentat fil-portijiet ta' żbark tal-Komunità u f'portijiet Mawritanji.

7. Finanzjar

Kull Parti Kontraenti għandu jħallas l-ispejjeż ta' l-osservatur tiegħu, inklużi l-ispejjeż tal-vjagg u ta' l-akkomodazzjoni.

Kapitolu VII

TLUGĦ ABBORD U L-APPLIKAZZJONI TA' PENALI

1. Trasmissjoni ta' informazzjoni

Il-Ministeru għandu jinforma lid-Delegazzjoni fi żmien 48 siegħa minn tlugħ abbord fuq jew minn applikazzjoni ta' penali fir-rigward ta' vapur tas-sajd tal-Komunità li jkun qed jopera fiż-żona tas-sajd tal-Mawritanja u għandhu jipprovdi rapport qasir dwar iċ-ċirkostanzi ta' u r-raġunijiet għat-tlugħ abbord.

2. Dikjarazzjoni dwar it-tlugħ abbord

Il-kaptan tal-vapur għandu jiffirma dikjarazzjoni dwar it-tlugħ abbord il-vapur liema dikjarazzjoni ssir mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tal-Mawritanja.

Din il-firma hija bla ħsara għad-drittijiet tal-kaptan jew għal xi difiża li jista' jagħmel għall-allegat ksur tar-regolamenti.

Il-kaptan għandu jieħu l-vapur fil-port ta' Nouadhibou. Fil-każ ta' ksur minuri l-awtoritajiet ta' sorveljanza jistgħu jawtorizzaw lill-vapur sabiex ikompli bl-attivitajiet tas-sajd tiegħu.

3. Riżoluzzjoni tat-tlugħ abbord

3.1. Skond dan il-Protokoll u l-liġi Mawritanja, ksur ta' xi regolament jista' jiġi riżolt b'mod amministrattiv jew permezz ta' proċeduri legali.

3.2. F'każ ta' riżoluzzjoni permezz ta' proċeduri amministrattivi, l-ammont tal-multa għandu jkun deċiż skond il-liġi tal-Mawritanja illi tistabbilixxi figuri minimi u massimi.

3.3. Jekk ma jkunx hemm riżoluzzjoni amministrattiva u l-kwistjoni tasal f'idejn organu ġudizzjarju kompetenti, il-proprjetarju tal-vapur għandu jagħmel garanzija bankarja ma' bank magħżul mill-Ministeru, liema garanzija għandha tkopri l-ammont, f'euros, tal-multa massima stabbilita fil-liġi tal-Mawritanja.

3.4. Il-garanzija bankarja għandha tkun irrevokabbli sakemm ikunu konklużi l-proċeduri legali. Hija għandha tkun irrilaxxata mill-Ministeru jekk il-proċeduri legal jispiċċaw u l-proprjetarju ma jinstabx ħati. Bl-istess mod, jekk il-proprjetarju jkun immultat somma li tkun inqas mill-garanzija, il-Ministeru għandu jirrilaxxa l-bilanċ.

3.5. Il-vapur għandu jkun irrilaxxat u l-ekwipaġġ tiegħu awtorizzat biex jitilqu mill-port:

- jew malli l-obbligi imposti mill-proċedura għar-riżoluzzjoni amministrattiva jkunu sodisfatti permezz tal-preżentazzjoni ta' l-irċevuta għar-riżoluzzjoni, jew

- meta l-garanzija bankarja msemmija fil-punt 3.3 tkun magħmula u aċċettata mill-Ministeru sakemm ikunu għadhom għaddejjin proċeduri legali.

Kapitolu VIII

RIMI FIL-BAĦAR

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkonsidraw il-problema ta' rimi minn vapuri tas-sajd u għandhom jeżaminaw metodi ta' kif jistgħu jagħmlu użu minn dan l-iskart.

Kapitolu IX

IL-ĠLIEDA KONTRA SAJD ILLEGALI

Fi sforz sabiex jitwaqqfu attivitajiet ta' sajd illegali fiż-żona ta' sajd tal-Mawritanja, liema attivitajiet jheddu l-politika ta' ġestjoni tas-sajd, il-Partijiet Kontraenti jaqblu illi jiskambjaw regolarment informazzjoni dwar dawn l-attivitajiet.

Minbarra l-miżuri li l-Partijiet Kontraenti diġà japplikaw permezz tal-liġi eżistenti, huma għandhom jikkonsultaw lil xulxin fuq il-possibbiltà li jieħdu azzjoni supplimentari konġunta jew individwali. Għal dan il-għan, huma għandhom iżidu l-koperazzjoni, b'mod partikolari, fil-ġlieda kontra s-sajd illegali.

--------------------------------------------------

Top