EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22000D0921(16)

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 63/2000 tat-28 ta' Ġunju 2000 li temenda l-Anness XXI (Statistika) għall-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 237, 21.9.2000, p. 81–82 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/63(2)/oj

22000D0921(16)



Official Journal L 237 , 21/09/2000 P. 0081 - 0082


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 63/2000

tat-28 ta' Ġunju 2000

li temenda l-Anness XXI (Statistika) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) l-Anness XXI għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 23/2000 tal-25 ta' Frar 2000 [1].

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2543/1999 ta' l-1 ta' Diċembru 1999 dwar in-nomenklatura tal-pajjiżi u territorji għal statistiċi ta' kummerċ barrani tal-Komunità u l-istatistiċi tal-kummerċ inkorporati fil-Ftehim [2].

(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2166/1999 tat-8 ta' Ottubru 1999 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2949/95 fir-rigward ta' standards minimi għat-trattament ta' prodotti fis-setturi tas-saħħa, edukazzjoni u protezzjoni soċjali fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet tal-Konsumatur [3] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/622/KE, Euratom, tat-8 ta' Settembru 1999 dwar it-trattament ta' ħlasijiet lura tal-VAT għal unitajiet mhux taxxabbli għall-attivitajiet eżenti tagħhom, għall-għanijiet ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom dwar l-armonizzazzjoni tal-kompilazzjoni tal-prodott gross nazzjonali fil-prezzijiet tas-suq [4] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-test tal-Punt 9 (Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2645/98) ta' l-Anness XXI għall-Ftehim għandu jiġi mibdul b'li ġej:

"399 R 2543: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2543/1999 ta' l-1 ta' Diċembru 1999 dwar in-nomenklatura tal-pajjiżi u territorji għall-istatistiċi tal-kummerċ barrani tal-Komunità u l-istatistiċi tal-kummerċ bejn Stati Membri (ĠU L 307, tat-2.12.1999, p. 46)."

Artikolu 2

Dawn il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 19h (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1617/1999) ta' l-Anness XXI għall-Ftehim:

"19i. 399 R 2166: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2166/1999 tat-8 ta' Ottubru 1999 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2949/95 fir-rigward ta' standards minimi għat-trattament ta' prodotti fis-setturi tas-saħħa, edukazzjoni u protezzjoni soċjali fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet tal-Konsumatur (ĠU L 266, ta' l-14.10.1999, p. 1).

19j. 399 D 0622: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/622/KE, Euratom, tat-8 ta' Settembru 1999 dwar it-trattament ta' ħlasijiet lura tal-VAT għal unitajiet mhux taxxabbli għall-attivitajiet eżenti tagħhom, għall-għanijiet ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom dwar l-armonizzazzjoni tal-kompilazzjoni tal-prodott gross nazzjonali fil-prezzijiet tas-suq (ĠU L 245, tas-17.9.1999, p. 51)."

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2543/1999 u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2166/1999 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/622/KE, Euratom fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar id-29 ta' Ġunju 2000, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [5].

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Ġunju 2000.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

F. Barbaso

[1] Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

[2] ĠU L 307, tat-2.12.1999, p. 46.

[3] ĠU L 266, ta' l-14.10.1999, p. 1.

[4] ĠU L 245, tas-17.9.1999, p. 51.

[5] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------

Top