Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22000D0921(15)

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 62/2000 tat-28 ta' Ġunju 2000 li temenda l-Anness XXI (Statistika) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 237, 21.9.2000, p. 79–80 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/62(2)/oj

    22000D0921(15)



    Official Journal L 237 , 21/09/2000 P. 0079 - 0080


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE

    Nru 62/2000

    tat-28 ta' Ġunju 2000

    li temenda l-Anness XXI (Statistika) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar i-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness XXI li jinsab mal-Ftehim kiene emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 23/2000 tal-25 ta' Frar 2000 [1].

    (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/1999 tat-23 ta' Lulju 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2214/96, jikkonċerna s-subindiċi ta'l-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tal-konsumatur [2], kif korrett bil-ĠU L 267 tal-15.10.1999, p. 59, għandu jiġi inkorporat f'dan il-Ftehim.

    (3) r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1617/1999 tat-23 ta' Lulju 1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 - fir-rigward ta' l-istandards minimi għat-trattament ta' l-assigurazzjoni fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet tal-Konsumatur u li jimmodifika r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2214/96 [3] għandu jiġi inkotporat fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 19ċ (Regolament tal-Kummissjjoni (KE) Nru 2214/96) ta' l-Anness XXI li jinsab mal-Ftehim:

    ", kif emendat b':

    - 399 R 1749: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/1999 tat-23 ta' Lulju 1999 (ĠU L 214, tat-13.8.1999, p. 1), kif korrett b'ĠU L 267, tal-15.10.1999, p. 59,

    - 399 R 1617: r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1617/1999 tat-23 ta' Lulju 1999 (ĠU L 192, ta' l-24.7.1999, p. 9)."

    Artikolu 2

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 19g (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2646/98) ta' l-Anness XXI li jinsab mal-Ftehim:

    "19h. 399 R 1617: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1617/1999 tat-23 ta' Lulju 1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 - fir-rigward ta' l-istandards minimu għat-trattament ta' assigurazzjoni fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet tal-Konsumatur u li jimmodifika r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2214/96 (ĠU L 192, ta' l-24.7.1999, p. 9)."

    Artikolu 3

    It-testi tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/1999 kif korrett b'ĠU L 267, tal-15.10.1999, p. 59 u (KE) Nru 1617/1999 fil-lingwi ta' l-Islanda u tan-Norveġja, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta' Ġunju 2000, kemm-il darba n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu intgħamlu lill-Kumitat Konġunt ŻEE [4].

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-Taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', l-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Ġunju 2000.

    Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

    Il-President

    F. Barbaso

    [1] Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

    [2] ĠU L 214, tat-13.8.1999, p. 1.

    [3] ĠU L 192, ta' l-24.7.1999, p. 9.

    [4] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali ma huma indikati.

    --------------------------------------------------

    Top