EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22000D0921(08)

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 55/2000 tat-28 ta' Ġunju 2000 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 237, 21.9.2000, p. 70–71 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/55/oj

22000D0921(08)



Official Journal L 237 , 21/09/2000 P. 0070 - 0071


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 55/2000

tat-28 ta' Ġunju 2000

li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) l-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 26/2000 tal-31 ta' Marzu 2000 [1].

(2) ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1804/1999 tad-19 ta' Lulju 1999 li jissuplimenta r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u indikazzjonijiet li jirreferu għalihom dwar prodotti u affarijiet ta' l-ikel agrikoli sabiex jinkludu l-produzzjoni tal-bhejjem ħajjin [2] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3) L-addattamenti għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta' l-24 ta' Ġunju 1991 [3] dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli teħtieġ illi tiġi aġġustata wara l-adeżjoni ta' l-Awstrija, tal-Finlandja u l-Isvezja għall-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 54b (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91) fil-Kapitolu XII ta' l-Anness II għall-Ftehim:

- "— 399 R 1804: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1804/1999 tad-19 ta' Lulju 1999 (ĠU L 222, tat-13.2.1999, p. 1)."

Artikolu 2

Il-punt 54b fil-Kapitolu XII ta' l-Anness II għall-Ftehim, l-addattamenti għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 għandhom jiġu emendati kif ġej:

(1) Fl-addattament (a), id-daħliet għall-Finlandja u l-Isvezja, li jinkludu d-dispożizzjonijiet, għandhom jitħassru.

(2) L-addattamenti (b) u (ċ) għandhom jitħassru.

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1804/1999 fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar id-29 ta' Ġunju 2000, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4].

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Ġunju 2000.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

F. Barbaso

[1] ĠU L 141, tal-15.6.2000, p. 46.

[2] ĠU L 222, ta' l-24.8.1999, p. 1.

[3] ĠU L 198, ta' l-22.7.1991, p. 1.

[4] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------

Top