Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22000D0921(01)

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 48/2000 tal-31 ta' Mejju 2000 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 237, 21.9.2000, p. 58–59 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/48(2)/oj

    22000D0921(01)



    Official Journal L 237 , 21/09/2000 P. 0058 - 0059


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 48/2000

    tal-31 ta' Mejju 2000

    li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) l-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 42/2000 tad-19 ta' Mejju 2000 [1],

    (2) id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 1999 dwar l-apparat tar-radju u apparat terminali tat-telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent komuni tal-konformità tagħhom [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim;

    (3) id-Direttiva 1999/5/KE tirrevoka, b'effett mit-8 ta' April 2000, id-Direttiva 98/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 1998 dwar l-apparat terminali tat-telekomunikazzjonijiet u l-apparat ta' l-earth station tas-satellita, inkluż ir-rikonoxximent komuni tal-konformità tagħhom [3] li hija nkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha tinbidel bid-Direttiva 1999/5/KE;

    (4) L-addattament għad-Direttiva tal-Kunsill 73/23/KEE tad-19 ta' Frar 1973 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar apparat elettriku iddisinjat għal użu fi ħdan ċerti limiti ta' vultaġġ jeħtieġ jiġi aġġustat wara l-adeżjoni ta' l-Awstrija, tal-Finlandja u ta' l-Isvezja għall-Unjoni Ewropea,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    It-test tal-punt 4zg (Direttiva 98/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Kapitolu XVIII ta' l-Anness II għal-Ftehim għandu jiġi mibdul b'li ġej:

    "399 L 0005: Id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 1999 dwar l-apparat tar-radju u apparat terminali tat-telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent komuni tal-konformità tagħhom (ĠU L 91, tas-7.4.1999, p. 10)."

    Artikolu 2

    Il-punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 73/23/KEE) fil-Kapitolu X ta' l-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    1. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud:

    "- 399 L 0005: Id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 1999 (ĠU L 91, tas-7.4.1999, p. 10).";

    2. Fl-addattament, il-kelmiet "Il-Finlandja," u "u l-Isvezja" għandhom jitħassru.

    Artikolu 3

    L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 6 (Direttiva tal-Kunsill 89/336/KEE) fil-Kapitolu X ta' l-Anness II għall-Ftehim:

    "- 399 L 0005: Id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 1999 (ĠU L 91, tas-7.4.1999, p. 10)."

    Artikolu 4

    It-testi tad-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Ġunju 2000, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4].

    Artikolu 6

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fil-31 ta' Mejju 2000.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    F. Barbaso

    [1] ĠUL 174, tat-13.7.2000, p. 53.

    [2] ĠU L 91, tas-7.4.1999, p. 10.

    [3] ĠU L 74, tat-12.3.1998, p. 1.

    [4] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

    --------------------------------------------------

    Top