This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22000A0111(02)
Agreement for scientific and technological cooperation between the European Community and the Government of the People's Republic of China
Ftehim għall-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
Ftehim għall-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
ĠU L 6, 11.1.2000, p. 40–45
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2000/16/oj
Official Journal L 006 , 11/01/2000 P. 0040 - 0045
Ftehim għall-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn "il quddiem referuta bħala" il-Komunità, minn naħa l-waħda, u IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA, Min-naħa l-oħra, minn hawn il-quddiem referuti bħala "il-Partijiet", JIKKONSIDRAW il-Ftehim tal-1985 dwar il-kummerċ u l-koperazzjoni ekonomika bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina; JIKKONSIDRAW l-importanza tax-xjenza u t-teknoloġija għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħhom; JIKKONSIDRAW il-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika kurrenti bejn il-Komunità u ċ-Ċina; JIKKONSIDRAW li l-Komunità u ċ-Ċina huma bħal issa jsegwu attivitajiet tar-riċerka u tat-teknoloġija, inklużi l-attivitajiet ta' demostrazzjoni, f'numru ta' oqsma ta' interes komuni u li l-parteċipazzjoni fl-attivitajjiet tar-riċerka u l-iżvilupp ta' kull waħda minnhom fuq il-bażi ta' reċiproċità għandhom jipprovdu benefiċċji reċiproċi. MIXTIEQA li jistabbilixxu bażi formali għall-koperazzjoni fir-riċerka xjentifika u teknoloġika li għandha testendi u ssaħħaħ it-twettiq ta' l-attivitajiet ta' koperazzjoni fl-oqsma ta' interess komuni u jinkorraġixxu l-applikazzjoni tar-riżultati ta' tali koperazzjoni għall-benefiċċju ekonomiku u soċjali tagħhom; JIKKONSIDRAW li dan il-Ftehim għal koperazzjoni xjentifika u teknoloġika huwa fi ħdan il-kuntest tal-koperazzjoni globali bejn iċ-Ċina u l-Komunità, FTIEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 Skop Il-Partijiet għandhom jinkorraġġixxu, jiżviluppaw u jiffaċilitaw l-attivitajiet koperattivi bejn il-Komunità u ċ-¬ina fl-oqsma ta' l-interess komuni meta huma jkunu jsegwu l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp fix-xjenza u t-teknoloġija. Artikolu 2 Definizzjoni Għall-iskop ta' dan il-Ftehim: (a) "attività kooperattiva" tfisser kwalunkwe attività li l-Partijiet jinvolvu rwieħhom fiha jew li jappoġġjaw, bis-saħħa ta' dan il-Ftehim u tinkludi r-riċerka konġunta; (b) "informazzjoni" tfisser id-data xjentifika u teknika, ir-riżultati jew il-metodi tar-riċerka u l-iżviluppi li jirriżultaw minn riċerka konġunta u xi data oħra meqjusa bħala meħtieġa mill-parteċipanti għall-koperazzjoni ta' l-attivitajiet; inkluż, jekk meħtieġ, mill-Partijiet infushom; (ċ) "proprjetà intellettwali" għandha jkollha t-tifsira kif definita fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li tistabbilixxi Organizzazzjoni Dinjija għall-Propjetà Intellettwali, li saret fi Stokkolma, fl-14 ta' Lulju 1967; (d) "riċerka konġunta" tfisser ir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku jew id-demostrazzjoni li hija implementata bi jew mingħajr sostenn finanzjarju minn waħda jew miż-żewġ Partijiet u li tinvolvi l-kollaborazzjoni mill-parteċipanti kemm mill-Komunità u miċ-Ċina u hija iddisinjata bħala riċerka konġunta, bil-kitba, bejn il-Partijiet jew bejn l-organizzazzjonijiet u l-aġenziji xjentifiċi u teknoloġiċi tagħhom li jimplimentaw il-programmi ta' riċerka xjentifika. Fil-każ meta il-provvediment tal-fondi minn Parti waħda biss, id-designazzjoni hija magħmula minn dik il-Parti u l-parteċipant f'dak il-proġett; (e) "parteċipant" jew "entitajiet tar-riċerka" tfisser kwalunkwe persuna legali jew privata, kwalunkwe istitut tar-riċerka jew xi entità jew ditta legali oħrja stabbilita fil-Komunità jew fiċ-Ċina involuta fl-attivitajiet ta' koperazzjoni, inklużi l-Partijiet infushom. Artikolu 3 Prinċipji L-attivitajiet ta' koperazzjoni għandhom ikunu mwettqa fuq il-bażi ta' dawn il-prinċipji li ġejjin: (a) benefiċju reċiproku ibbażat fuq bilanċ totali ta' vantaġġi; (b) aċċess reċiproku għall-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku meħud b'impenn minn kwalunkwe Parti; (ċ) L-iskambju f'waqqtu ta' l-informazzjoni li tista taffettwa l-attivitajiet koperattivi. (d) il-protezzjoni xierqa tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Artikolu 4 Oqsma ta' l-attivitajiet ta' koperazzjoni Koperazzjoni permezz ta' dan il-Ftehim tista tkopri l-attivitajiet kollha tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-demostrazzjoni, minn hawn ‘il quddiem referuti bħala "RTD", inkluża l-ewwel attività fil-programm gwarniċ permezz ta' l-Artikolu 130g tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u attivitajiet RTD simili fiċ-Ċina fl-oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi korrespondenti. Dan il-Ftehim ma jaffettwax il-parteċipazzjoni taċ-Ċina, bħala pajjiż li għadu jiżviluppa, fl-attivitajiet tal-Komunità fil-qasam tar-riċerka għall-iżvilupp. Artikolu 5 Għamliet ta' l-attivitajiet ta' koperazzjoni (a) Suġġett għal-liġijiet, ir-regolament u l-istrateġiji applikabbli, il-Partijiet għandhom iħeġġu, sal-limitu massimu prattikabbli, l-involviment ta' parteċipanti fl-attivitajiet koperattivi permezz ta' dan il-Ftehim bil-għan li jipprovdu opportunitajiet komparabbli għall-parteċipazzjoni fir-riċerka xjentifika u teknoloġija tagħhom u l-attivitajiet ta' l-iżvilupp. (b) Attivitajiet koperattivi jistgħu jkollhom dawn l-għamliet li ġejjin: - parteċipazzjoni ta' l-entitajiet Ċiniżi tar-riċerka fil-proġetti RTD permezz ta' l-ewwel attività fil-programm gwarniċ u l-parteċipazzjoni reċiproka ta' l-entitajiet ta' riċerka stabbiliti fil-Komunità mal-proġetti Ċiniżi f'setturi simili ta' RTD. Tali parteċipazzjoni hija suġġetta għar-regoli u l-proċeduri applikabbli għal kull Parti, - il-ġbir flimkien tal-proġetti RTD diġà implementati skond il-proċeduri applikabbli fil-programmi RTD ta' kull Parti, - żjajjar u skambju ta' xjenzati u esperti tekniċi, - organizzazzjoni konġunta ta' seminars, konferenzi u simposja u laqgħat ta' xogħol xjentifiċi, kif ukoll il-parteċipazzjoni ta' esperti f'dawk l-attivitajiet, - azzjonijiet konċentrati, - skambju u tqassim ta' l-apparat u l-materjali, - skambji ta' l-informazzjoni dwar il-prattika, il-liġijiet, ir-regolamenti u l-programmi relevanti għall-koperazzjoni permezz ta' dan il-Ftehim, - kwalunkwe modalità oħra li tkun irrakkommandata mill-Kumitat tat-Tmexxija u meqjusa b'konformità mal-istrateġiji u l-proċeduri applikabli fiż-żewġ Partijiet. Il-proġetti RTD konġunti għandhom ikunu implementati meta l-parteċipanti jkunu żviluppaw pjan ta' amministrazzjoni teknoloġika, kif indikat fl-Anness ta' dan il-Ftehim. Artikolu 6 Il-kordinazzjoni u l-faċilizzazzjoni ta' l-attivitajiet koperattivi (a) Il-kordinazzjoni u l-faċilizzazzjoni ta' l-attivitajiet koperattivi permezz ta' dan il-Ftehim għandhom ikunu mwettqa f'isem iċ-Ċina, mill-Ministeru tax-Xjenza u t-Teknoloġija u, f'isem il-Komunità, mis-servizzi tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, li jaġixxu bħala aġenti eżekuttivi. (b) L-aġenti eżekuttivi għandhom jistabbilixxu Kumitat tat-Tmexxiji għall-Koperazzjoni RTD, minn hawn ‘il quddiem referut bħala "il-Kumitat tat-Tmexxija" għall-amministrazzjoni ta' dan il-Ftehim; dan il-Kumitat għandu jkun magħmul minn numru egwali ta' rapreżentanti uffiċjali ta' kull Parti; dan għandu jistabbilixxi r-regoli tiegħu ta' proċedura. (ċ) Il-funzjonijiet tal-Kumitat tat-Tmexxija għandhom jinkludu: 1. it-tħeġġiġ u s-superviżjoni ta' l-attivitajiet koperattivi differenti kif imsemmija fl-Artikolu 4 kif ukoll dawk li jkunu implementati fil-qafas tal-koperazzjoni RTD għall-iżvilupp; 2. l-indikar, għas-sena segwenti, bis-saħħa ta' l-Artikolu 5(b), l-ewwel inċiż, fost is-setturi potenzali għall-koperazzjoni RTD, dawk is-setturi jew sub-setturi ta' prijorità ta' interess reċiproku li fihom il-koperazzjoni tkun imfittxija; 3. Il-proposti, bis-saħħa ta' l-Artikolu 5(b), it-tieni inċiż, lix-xjenzati taż-żewġ Partijiet, il-ġbir flimkien tal-proġetti tagħhom li jkunu ta' benefiċċju reċiproku u komplimentarju; 4. it-tressiq tar-rakkommandazzjonijiet bis-saħħa ta' l-Artikolu 5(b), is-seba’ inċiż; 5. l-avviż lill-Partijiet dwar il-metodi għat-tisħiħ u t-titjib tal-koperazzjoni konsistenti mal-prinċipji stabbiliti f'dan il-Ftehim; 6. ir-reviżjoni tal-funzjonament u l-implementazzjoni effiċjenti ta' dan il-Ftehim; 7. ta’ kull sena li jipprovdi rapport lejn il-Partijiet dwar l-istatus, il-livell milħuq u l-effettività tal-koperazzjoni involuta permezz ta' dan il-Ftehim. Dan ir-rapport għandu jkun trasmess lejn il-Kumitat Konġunt stabbilit permezz tal-Ftehim ta' l-1985 dwar il-kummerċ u l-koperazzjoni ekonomika bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina; (d) Il-Kumitat tat-Tmexxija għandu, bħala regola ġenerali, jiltaqa’ ta' kull sena, preferibilment qabel il-laqgħa tal-Kumitat Konġunt stabbilit permezz tal-Ftehim 1985 dwar il-kummerċ u l-koperazzjoni ekonomika bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u skond l-iskeda miftiehma flimkien; il-laqgħat għandhom ikunu miżmuma alternattivament fil-Komunità u fiċ-Ċina. Laqgħat straordinarji jistgħu ikunu organizzati mat-talba ta' waħda mill-Partijiet. (e) l-ispejjeż involuti mill-Kumitat tat-Tmexxija jew f'ismu għandhom jinġarru mill-Parti li magħha l-membri jkunu marbuta. L-ispejjeż apparti minn dawk għall-ivvjaġġar u l-akkommodazzjoni li huma direttament assoċċjati mal-laqgħat tal-Kumitat tat-Tmexxija għandhom jinġarru mill-Parti li tkun l-ospitu. Artikolu 7 Provvediment ta' fondi (a) L-attivitajiet koperattivi għandhom ikunu suġġetti għad-disponabbilità tal-fondi xierqa u tal-liġijiet applikabbli u tar-regolament, l-istrateġiji u l-programmi tal-Partijiet. L-ispejjeż involuti mill-parteċipanti fl-attivitajiet koperattivi m'għandhomx iwasslu għal xi trasferiment ta' fondi minn xi parti lejn l-oħra. (b) Meta l-iskemi koperattivi speċifiċi ta' Parti waħda jipprovdu għal sostenn finanzjarju lill-parteċipanti mill-Parti l-oħra, tali għotjiet, finanzjarji jew kontribuzzjonijiet oħrajn minn Parti waħda lejn il-parteċipanti tal-Parti l-oħra b'sostenn ta' dawk l-attivitajiet, għandhom ikunu mogħtija eżentata mit-taxxa u mid-dwana bi qbil mal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli għat-territorji ta' kull Parti. Artikolu 8 Id-dħul tal-personal u ta' l-apparat Kull Parti għandha tieħu dawk il-passi raġjonevoli kollha u tuża l-aħjar sforzi tagħha, fi ħdan il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli fit-territorji ta' kull Parti, sabiex jiffaċilitaw id-dħul fil, is-soġġorn u l-ħruġ mit-territorju tagħha ta' persuni, materjali, data u apparat involuti fil, jew użati fl-attivitajiet koperattivi identifikati mill-Partijiet permezz tad-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim. Artikolu 9 Diffużjoni u utilizzazzjoni ta' l-informazzjoni L-entitajiet tar-riċerka stabbiliti fiċ-Ċina li huma involuti fil-proġetti RTD tal-Komunità għandhom isegwu, f'dak li jirrigwardja il-proprjetà, id-diffużjoni u l-utilizzazzjoni ta' l-informazzjoni u f'dak li jirrigwardja il-proprjetà intellettwali li tirriżulta minn dan l-involviment, ir-regoli ta' diffużjoni tar-riżultati li jirriżultaw minn programmi RTD speċifiċi tal-Komunità kif ukoll id-disposizzjonijiet ta' l-Anness f'dan il-Ftehim. L-entitajiet tar-riċerka stabbiliti fil-Komunità li huma involuti fil-proġetti RTD taċ-Ċina għandhom isegwu, f'dak li jirrigwardja l-proprjetà, id-diffużjoni u l-utilizzazzjoni ta' l-informazzjoni u f'dak li jirrigwardja il-proprjetà intellettwali li tirriżulta minn dan l-involviment, l-istess drittijiet u l-istess obbligi bħal ta' l-entitajiet Ċiniżi tar-riċerka u huma suġġetti għad-disposizzjonijiet ta' l-Anness f'dan il-Ftehim. L-Anness dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali huwa parti integrali ma’ dan il-Ftehim. Artikolu 10 Applikazzjoni territorjali Dan il-Ftehim għandu jkun applikabbli, min-naħa l-waħda, għat-territorji li fihom it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea huwa applikat permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra, fit-territorju tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Dawn m'għandhomx ifixklu t-twettiq ta' l-attivitajiet koperattivi fuq l-ibħra internazzjonali, fl-ispazju 'l barra mid-dinja, jew fit-territorju ta' pajjiżi terzi, bi qbil mal-liġi internazzjonali. Artikolu 11 Dħul fis-seħħ, terminazzjoni u twettiq ta' kwistjonijiet (a) Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet ikunu innotifikaw lil xulxin bil-kitba li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ikunu ġew imwettqa. (b) Dan il-Ftehim għandu jkun konkluż għal perijodu inizjali ta' ħames snin u jista’ jkun imġedded bi ftehim komuni bejn il-Partijiet (tiġdid taċitu) wara evalwazzjoni matul is-sena penultima ta' kull perijodu suċċessiv. (ċ) Dan il-Ftehim jista jkun emendat fi ftehim tal-Partijiet. L-Emendi għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha il-Partijiet ikunu innotifikaw lil xulxin bil-kitba li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għall-emendi ta' dan il-Ftehim ikunu ġew imwettqa. (d) Dan il-Ftehim jista’ jkun itterminat fi kwalunkwe waqt minn waħda mill-Partijiet bil-preżentazzjoni ta' avviż bil-miktub ta' sitt xhur. L-iskadenza u t-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim m'għandhomx jaffettwaw il-validità jew it-tul ta' xi arranġamenti li jkunu saru permezz tiegħu, jew ta' xi drittijiet u obbligi speċifiċi li jkunu akkumulaw b'konformità ma l-Anness. (e) Il-kwistjonijiet jew it-tħaqiq kollu li jirrigwardja l-interpretazzjoni jew l-implementazzjoni ta' dan il-Ftehim għandhom ikunu solvuti bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet. B'xhieda ta' dan, aħna li hawn taħt iffirmanja, awtorizzati kif meħtieġ, iffirmajna dan il-Ftehim. Magħmul fi Brussel, fit -22 ta' Diċembru 1998,f'żewġ kopji, fil-lingwi Daniż, Olandiż, Ingliż, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Taljan, Portugiż, Spanjol, Svediż u Ċiniż, kull wieħed mit-testi jkun egwalment awtentiku. Għall-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea +++++ TIFF +++++ Għall-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS ID-DRITTIJIET PROPRJETARJI INTELLETTWALI Iddrittijiet għall-proprjetà intellettwali maħluqa jew fornuti permezz tal-Ftehim għandhom ikunu allokati kif hemm provvediment dwar dan f'dan l-Anness. I. Applikazzjoni Dan l-Anness huwa applikabbli għar-riċerka konġunta mwettqa bis-saħħa tal-Ftehim, apparti milli kif mod ieħor mifthiem mill-Partijiet. II. Proprjetà, allokazzjoni u l-eżerċitar tad-drittijiet 1. Għall-iskopijiet ta' dan l-Anness "proprjetà intellettwali" hija definita fl-Artikolu 2(c) tal-Ftehim. 2. Dan l-Anness jindirizza l-allokazzjoni tad-drittijiet u l-interesi tal-Partijiet u tal-parteċipanti tagħhom. Kull Parti u l-parteċipanti tagħha għandhom jassiguraw li l-Parti l-oħra u l-parteċipanti tagħha jkunu jistgħu jakkwistaw id-drittijiet għall-proprjetà intellettwali allokati b'konformità ma’ dan l-Anness. Dan l-Anness m'għandux b'xi mod ieħor, jibdew jew jippreġudikaw l-allokazzjoni tad-drittijiet, l-interesi u d-drittijiet bejn Parti u ċ-ċittadini tagħha jew il-parteċipanti, li għandhom ikunu iddeterminati bil-liġijiet u l-prattiċi applikabbli għal kull Parti. 3. Il-Partijiet għandhom ukoll ikunu ggwidati bi, u l-arranġamenti kontrattwali għandhom ikun hemm provvediment dwarhom, b'dawn il-prinċipji li ġejjin: (a) il-protezzjoni effettiva tal-proprjetà intellettwali. Il-Partijiet għandhom jassiguraw li huma u/jew il-parteċipanti tagħhom, jinnotifikaw lil xulxin fi żmien raġjonevoli dwar il-ħolqien ta' xi proprjetà intellettwali li tirriżulta permezz tal-Ftehim, ta' l-implementazzjoni ta' l-arranġamenti u jfittxu protezzjoni għal tali proprjetà intellettwli f'għamla f'waqtha; (b) l-esplojtazzjoni effettiva tar-riżultati, billi jittieħed akkont tal-kontribuzzjonijiet tal-Partijiet u l-parteċipanti tagħhom; (ċ) it-trattament mhux diskriminatorju tal-parteċipanti mill-parti l-oħra kif imqabbel mat-trattament mogħti mill-parteċipanti tiegħu stess; (d) protezzjoni ta' l-informazzjoni ta' konfidenzjalità tan-negozju. 4. Il-parteċipanti għandhom b'mod konġunt jiżviluppaw pjan ta' amministrazzjoni teknoloġika (TMP) dwar il-proprjetà u l-użu, inkluża l-pubblikazzjoni ta' l-informazzjoni u l-propjetà intellettwali li jkun maħluq fil-korsa tar-riċerka konġunta. It-TMP għandu jkun approvat mill-aġenzija responsabbli tal-fondi, jew tad-dipartiment tal-Parti involuta fil-finanzjament tar-riċerka qabel il-konklużjoni ta' riċerka speċifika u ta' kuntratti ta' żvilupp ta' koperazzjoni li magħhom ikunu marbuta. It-TMP għandu jkun żviluppat fi ħdan ir-regoli u r-regolamenti eżistenti f'kull Parti billi jkunu meqjusa l-għanijiet tar-riċerka konġunta, il-kontrubuzzjonijiet finanzjarji relattivi jew xi kontribuzzjonijiet oħrajn tal-Partijiet u tal-Parteċipanti, il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-liċenzar bit-territorju jew bl-oqsma ta' l-użu, it-trasferimnt tad-data ikkontrollata bl-esportazzjoni, l-oġġetti jew is-servizzi, il-ħtiġiet imposti mil-liġijiet applikabli jew minn fatturi oħrajn meqjusa bħala xierqa mill-parteċipanti. Id-drittijiet u l-obbligi li jikkonċernaw ir-riċerka ġenerali minn riċerkaturi fuq żjara (i.e. riċerkaturi li ma jkunux ġejjin minn Parti jew parteċipant) fir-rigward tal-proprjetà intellettwali għandhom ukoll ikunu indirizzati fit-TMP konġunt. It-TMP huwa ftehim speċifiku li għandu jkun konkluż bejn il-parteċipanti dwar l-implementazzjoni ta' riċerka konġunta u d-drittijiet rispettivi u l-obbligi tal-parteċipanti. Fir-rigward tal-proprjetà intellettwali, it-TMP għandha normalment tindirizza, fost oġġetti oħrajn, il-proprjetà, il-protezzjoni, id-drittijiet ta' l-użu għall-iskopijiet tar-riċerka u ta' l-iżvilupp, l-esplojtazzjoni u d-dissiminazzjoni, inklużi l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni konġunta, id-drittijiet u l-obbligi tar-riċerkaturi fuq żjara u l-proċeduri għat-twettieq ta' kwistjonijiet. It-TMP jista’ wkoll jindirizza l-informazzjoni quddimija u fl-isfond, il-liċenzar u l-fornimenti. 5. L-informazzjoni jew il-proprjetà intellettwali maħluqa fil-korsa tar-riċerka konġunta u li ma tkunx indirizzata fit-TMP għandha tkun allokata, bl-approvazzjoni tal-Partijiet, skond il-prinċipji stabbiliti fit-TMP. Fil-każ ta' disgwid, tali informazzjoni jew proprjetà intellettwali għandha tkun tappartieni b'mod konġunt mill-parteċipanti kollha involuti fir-riċerka konġunta li minnha l-informazzjoni jew il-proprjetà intellettwali jirriżultaw. Kull parteċipant li dwaru din id-disposizzjoni hija applikabli għandu jkollu d-dritt li juża tali informazzjoni jew proprjetà intellettwali għal-esplojtazzjoni kummerċjali tiegħu mingħajr limitazzjoni ġeografika. 6. Kull Parti għandha tassigura li l-Parti l-oħra u l-parteċipamenti tagħha jkunu jistgħu jakkwistaw id-drittijiet għall-proprjetà intellettwali allokati lilhom b’konformità ma’ dawn il-prinċipji. 7. Waqt li jinżammu l-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni fl-oqsma affettwati bil-Ftehim, kull Parti għandha tagħmel sforz sabiex tassigura li d-drittijiet akkwistati bis-saħħa tal-Ftehim u l-arranġamenti magħmula permezz tiegħu jkunu eżerċitati b'tali mod hekk li jinkorraġġixxu, partikolarment (i) id-disiminazzjoni u l-użu ta' l-informazzi maħluqa, żvelata jew b'mod ieħor disponibbli, permezz tal-ftehim,u (ii) l-adozzjoni u l-implementazzjoni tan-normi internazzjonali. 8. It-terminazzjoni jew l-iskadenza tal-Ftehim m'għandhomx jaffettwaw id-drittijiet jew l-obbligi permezz ta' dan l-Anness. III. Xogħlijiet bid-drittijiet ta' l-awtur u xogħlijiet letterarji xjentifiċi Id-drittijiet ta' l-awtur li jappartienu għall-Partijiet jew għall-parteċipanti tagħhom għandhom ikunu mogħtija trattament konsistenti mal-Konvenzjoni ta' Berna (l-Att ta' Pariġi 1971). Il-protezzjoni tad-dritt ta' l-awtur għandha testendi għall-espresjonijiet u mhux għall-ideat, proċeduri, metodi jew operazzjoni jew konċetti matematiċi bħala tali. Limiti jew eċċezzjonijiet għal drittijiet esklussivi għandhom ikunu limitati għal ċerti każi speċjali li ma jkunux f'kunflitt ma’ l-esplojtazzjoni normali tax-xogħol u li ma jkunux raġonevolment ta' preġudizzju għall-interessi leġittimi tad-dritt tad-detentur. Mingħajr preġudizzju għas-Sezzjoni II, u sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor fit-TMP, il-publikazzjoni tar-riżultati tar-riċerka għandhom jitwettqu b'mod konġunt mill-Partijiet jew mill-parteċipanti fir-riċerka konġunta. Mingħajr ħsara għar-regola ġenerali msemmija qabel, il-proċeduri li ġejjin għandhom ikunu applikabbli: 1. Fil-każ tal-publikazzjoni minn Parti, jew minn korpi pubbliċi ta' dik il-Parti, ta' ġurnali xjentifiċi u tekniċi, artikoli, rapporti, kotba, inklużi l-video u s-software li jirriżultaw mir-riċerka konġunta bis-saħħa tal-Ftehim, il-Parti l-oħra għandha tkun intitolata madwar id-dinja kollha, għal dritt mhux-esklussiv, irrevokabbli, liċenza mingħajr dritt ta' l-awtur għat-traduzzjoni, r-riproduzzjoni, l-adattazzjoni, it-trasmissjoni u d-distribuzzjoni pubblika ta' tali xogħlijiet. 2. Il-Partijiet għandhom jassiguraw li x-xogħlijiet letterarji ta' karatturu xjentifiku li jirriżultaw minn riċerka konġunta permezz tal-Ftehim u ppubblikati minn pubblikaturi independenti, għandhom ikunu dissimninati fl-akbar wisa’ possibbli. 3. Il-kopji kollha ta' xogħol bid-dritt ta' l-awtur għandhom ikunu distribwiti pubblikament u ippreparati permezz ta' din id-disposizzjoni, għandhom jindikaw l-isem ta' l-awtur(i) tax-xogħol sakemm l-awtur ma jkunx espleċitament jiċħad milli jkun imsemmi. Dawn għandhom kjarament ikollhom rikonoxximent li jidher sewwa tas-sostenn kooperattiv tal-Partijiet. IV. Invenzjonijiet, skoperti u akkwisti xjentifiċi u teknoloġiċi oħrajn Invenzjonijiet, skoperti u akkwisti xjentifiċi u teknoloġiċi oħrajn maħluqa permezz ta' l-attivitajiet koperattivi bejn il-Partijiet infushom għandhom ikunu l-proprjetà tal-Partijiet, sakemm ma jkunx mifthiem mod ieħor mill-Partijiet. V. Informazzjoni mhux żvelata A. Informazzjoni dokumentarja mhux żvelata 1. Kull Parti, l-aġenziji tagħha jew il-parteċipanti tagħha, kif xieraq, għandhom jidentifikaw fil-waqt l-aktar kmieni possibli u preferibbilment fit-TMP, l-informazzjoni li huma jixtiequ li ma tkunx żvelata b'relazzjoni mal-Ftehim, billi jqisu, inter alia, dawn il-kriterji li ġejjin: (a) segretezza ta' l-informazzjoni fis-sens li din ma tkunx, bħala korp jew f'konfigurazzjoni preċiża jew f'assemblea tal-komponenti tagħha, ġeneralment magħrufa fost, jew aċċessibbli mingħajr tbatija b'mezzi leċiti għall-esperti f'dawk l-oqsma; (b) il-vaklur kummerċjali attwali jew potenzjali ta' l-informazzjoni bis-saħħa tas-segretezza tagħha; (ċ) protezzjoni preċedenti ta' l-informazzjoni fis-sens li din kienet suġġetta għal passi li raġonevolment kienu fiċ-ċirkostanzi minn persuni leċiti fil-kontroll, għaż-żamma tas-segretezza tagħha. Il-Partijiet u l-parteċipanti tagħhom jistħu f'ċertu każi jaqblu li, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, partijiet ta', jew l-informazzjoni kollha ipprovduta, skambjata jew maħluqa fil-korsa tar-riċerka konġunta bis-saħħa tal-Ftehim, ma tistax tkun żvelata. 2. Kull Parti għandha tassigura li hija u l-parteċipanti tagħha kjarament jidentifikaw l-informazzjoni mhux żvelata, per eżempju permezz ta' markar xieraq jew leġġenda restrittiva. Dan japplika wkoll għal xi riproduzzjoni ta' l-imsemmija informazzjoni, fit-total jew parzjalment. Parti i tirċievi informazzjoni mhux żvelata bis-saħħa tal-Ftehim għandha tirrispetta n-natura privilieġġata tagħha. Dawn il-limiti għandhom awtomatikament jispiċċaw meta din l-informazzjoni tkun żvelata mid-detentur lejn id-dominju pubbliku. 3. Informazzjoni mhux żvelata li tkun ikkomunikata permezz tal-Ftehim tista’ tkun disseminata mill-Parti li tirċeviha lejn persuni fi ħdana jew lill-impjegati mill-Parti li tirċievi u lid-dipartimenti jew lill-aġenziji l-oħrajn ikkonċernati fil-Parti li tirċievi awtorizzati għal skopijiet speċifiċi tar-riċerka konġunta li tkun għadha għaddejja, basta li xi informazzjoni mhux żvelata hekk dissiminata għandha tkun bis-saħħa ta' ftehim ta' konfidenzjalità u għandha tkun mill-ewwel rikonoxxibbli bħala tali, kif stabbilit hawn fuq. 4. Bil-kunsens bil-miktub bil-quddiem tal-Parti li tipprovdi l-informazzjoni mhux żvelata, il-Parti li tirċievi tista’ twettaq id-disiminazzjoni ta' tali informazzjoni mhux żvelata f'medda aktar wiesgħa milli mod ieħor permissibbli fil-punt 3. Il-Partijiet għandhom jikkoperaw fl-iżvilupp ta' proċeduri għat-talba jew li jakkwistaw kunsens miktub bil-quddiem għal tali disiminazzjoni aktar wiesgħa, u kull Parti għandha tagħti tali approvazzjoni sal-limitu permissibbli skond l-istrateġiji, ir-regolament u l-liġijiet domestiċi. B. Informazzjoni mhux-dokumentarja mhux żvelata Informazzjoni mhux-dokumentarja jew informazzjoni konfidenzjali oħra ipprovduta waqt seminars jew laqgħat oħrajn irranġati permezz tal-ftehim, jew informazzjoni li tirriżulta mis-sekondament ta' persunal, l-użu ta' faċilitajiet jew proġetti konġunti, għandha tkun ittrattata mill-Partijiet jew mill-parteċipamenti tagħhom skond il-prinċipji speċifikati għall-informazzjoni dokumentarja fil-Ftehim; basta, b'dana kollu, li min jirċievi tali informazzjoni mhux żvelata jew b'mod ieħor konfidenzali jew privileġġjata, ikun sar konxju bil-karattru konfidenzjali ta' l-informazzjoni ikkomunika fil-waqt li tali komunikazzjoni tkun saret. C. Kontroll Kull parti għandha tagħmel sforz sabiex tassigura li l-informazzjoni mhux żvelata minnha permezz tal-Ftehim għandha tkun ikkontrollata kif hemm provvediment dwar dan. Jekk waħda mil-Partijiet issir konxja li hija tista’, jew li raġonevolment tkun mistennija li ssir konxja, ma tkunx tista’ tilħaq id-disposizzjonijiet tan-nuqqas ta' disiminazzjoni tas-Sezzjonijiet A u B, din għandha immedjatament tinforma lill-Parti l-oħra. Il-Partijiet għandhom wara dan jikkonsultaw bejniethom sabiex jiddefinixxu korsa xierqa ta' azzjoni. --------------------------------------------------