Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21993A0527(01)

    Konvenzjoni dwar id-dħul temporanju

    ĠU L 130, 27.5.1993, p. 4–75 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/convention/1993/329/oj

    Related Council decision

    21993A0527(01)



    Official Journal L 130 , 27/05/1993 P. 0004 - 0075
    Finnish special edition: Chapter 2 Volume 9 P. 0071
    Swedish special edition: Chapter 2 Volume 9 P. 0071


    ANNESS I

    Konvenzjoni dwar id-dħul temporanju

    PREAMBLU

    IL-PARTIJIET KONTRAENTI ta' din il-Konvenzjoni, mwaqqfa taħt il-patroċinju tal-Kunsill tal-Koperazzjoni Doganali,

    IKKUNSIDRATA s-sitwazzjoni preżenti li ma hiex sodisfaċenti minħabba ż-żiegħda u n-natura mxerrda tal-Konvenzjonijiet Doganali nternazzjonali dwar id-dħul temporanju,

    IKKUNSIDRAT li din is-sitwazzjoni tista' tmut għal għar fil-futur jekk każijiet oħra ta' dħul temporanju jsiru oġġett ta' liġijiet internazzjonalment,

    IKKUNSIDRAT il-voti espressi mir-rappreżentanti tal-kummerċ u minn partijiet oħra interessati, li juru x-xewqa li jkunu adottati faċilitajiet biex jkunu mwettqa l-formalitajiet tad-dħul temporanju,

    IKKUNSIDRAT li s-semplifikazzjoni u l-armoniżazzjoni fil-proċeduri doganali, u partikolarment, l-addozzjoni ta' strument internazzjonali wieħed li jiġbor il-konvenzjonijiet eżistenti kolla dwar id-dħul temporanju, jistghu jħaffu l-aċċess għall-operaturi tad- dispożizzjonijiet internazzjonali u effettivament jikkontribwixxu biex il-kummerċ internazzjonali u forom oħra ta' relazzjonijiet internazzjonali jiżviluppaw,

    PERSWAŻI li strument internazzjonali wieħed li jkun fih dispożizzjonijiet uniformi dwar id-dħul temporanju jista jkun ta' benefiċċju sostanzjali għat-trasferiment internazzjonali u jiżgura s-semplifikażjoni u l-armoniżazzjoni tal-proċeduri doganali, li hija waħda mill-għaniet prinċipali tal-Kunsill tal-Koperazzjoni Doganali,

    IDDEĊIDEW li jiffaċilitaw l-ammmissjoni temporanja billi jissemplifikaw u jarmonizzaw il-proċeduri relativi, billi jħaddnu skopijiet ekonomiċi, umanitarji, kulturali, soċjali jew turistiċi,

    IKKUNSIDRAT li l-l-adożjoni ta' mudell wieħed ta'titlu tad-dħul temporanju, bħala dokumenti doganali internazzjonali li jkun fih il-garanzija nternazzjonali, jikkontribwizzi biex iħaffef il-proċedura tad-dħul temporanju fejn ikun meħtieġa dokument doganali u garanzija,

    FTIEHMU dan li ġej:

    KAPITOLU I

    DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

    Definizzjonijiet

    Artikolu 1

    Għall-finijiet ta' din il-konvenzjoni:

    (a) dħul temporanju jfisser:

    il-proċedura doganali li tagħti l-kunsens biex tirċievi ġewwa territorju doganali, mingħajr ħlas ta' dazji u taxxi ma l-importazzjoni u mingħajr ma jkunu applikati l-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet ma l-importazzjoni ta' natura kummerċjali (inklużi l-mezzi ta' t-trasport), impurtati għal skopijiet preċiżi u ddestinati biex ikunu riesportati, fi żmien stipulat, mingħajr ma jkunu mibdula, ħlief għat-tnaqqis fil-valur minħabba l'użu tagħhom

    (b) dażji u taxxi ma l-importazzjoni tfisser:

    id-dażji doganali u dażju oħra, taxxi, ħlasijiet jew spejjeż oħra li jridu jitħallsu fuq jew ma l-importazzjoni tal-merkanzija (inklużi l-mezzi ta't-transport), bl-eċċezzjoni tal-ħlasijiet jew spejjeż li l-ammont tagħhom ikun limitat approssimattivament ma l-ammont ta' servizzi magħmula;

    (ċ) garanzija tfisser:

    dik li tiżgura skond il-ġudizzju ta' l-amministrazzjoni doganali, l-eżekuzzjoni ta' obbligazzjoni fil-konfront tagħha. Il-garanzija hija deskritta bħala "ġenerali"' meta tiggarantixxi l-eżekuzzjoni ta' l-obligazzjonijiet li jirriżultaw minn ħafna operazzjonijiet:

    (d) karti tad-dħul temporanju tfisser:

    id-dokument doganali nternazzjonali li huwa aċċettat bħala dikjarazzjoni doganali li jħalli li l-merkanzija tkun identifikata (inkluzi l-mezzi tat-trasport) u li jkun fih garanzija li tkun valida internazzjonalment biex tkopri d-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni;

    (e) unjoni doganali jew ekonomika tfisser:

    l-unjoni kostitwita u magħmula mill-Membri, kif msejħa fl-Artikolu 24(1), ta' din il-Konvenzjoni, li għandha l-kompetenza li taddotta l-liġiijiet tagħha li jorbtu lill-Membri tagħha, dwar affarijiet li huma jaqghu taħt din il-Konvenzjoni, u għandha l-kompetenza li tiddeciedi, skond il-proċeduri interni tagħha, li tiffirma, tirratifika jew taderixxi ma din il-Konvenzjoni;

    (f) persuna tfisser:

    kemm persuna naturali kif ukoll legali, sakemm l-kuntest ma jkunx jitlob mod ieħor;

    (g) il-Kunsill ifisser:

    L-organiżazzjoni mwaqqfa mill-Konvenzjoni li tistabbilixxi Kunsill tal-Koperazzjoni Doganali, Brussell, 15 ta' Diċembru 1950:

    (h) ratifika tfisser:

    ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni.

    KAPITOLU II

    Skop tal-Konvenzjoni

    Artikolu 2

    1. Kull Parti Kontraenti f'din il-Konvenzjoni tobbliga ruħha li tagħti l-permess għad-dħul temporanju, skond il-kondizzjonijiet mnizzla f'din il-Konvenzjoni, lill-merkanziji (nkluzi l-mezzi tat-trasport) msemmija fl-Annessi ta' din il-Konvenżjoni.

    2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Anness E, Id-dħul temporanju jingħata mingħajr ħlas ta' dazji u taxxi ma l-importazzjoni u mingħajr projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet ta' natura ekonomika.

    Struttura ta' l-Annessi

    Artikolu 3

    Kull Anness ta' din il-Konvenzjoni, jikkonsisti, prinċipalment:

    (a) f'definizjoni tat-terminoloġija prinċipali doganali wżati fl-Anness;

    (b) fid-dispożizzjonijiet partikolari li japplikaw għall-merkanziji (Inklużi l-mezzi tat-transport) li jifformaw parti mill-Anness.

    KAPITOLU III

    DISPOSIZZJONIJIET SPEĊJALI

    Dokument u Garanzija

    Artikolu 4

    1. Sakemm l-Anness ma jipprovdix mod ieħor, kull Parti f'din il-Konvenzjoni għandha d-dritt li tħalli d-dħul temporanju lill-merkanziji (inklużi l-mezzi tat-trasport) taħt il-kunidizzjoni li jkun ippreżentat dokument doganali u tkun ikkostitwita garazija.

    2. Meta (skond dak li jgħid il-paragrafu 1) tkun meħtieġa l-garanzija, l-persuni li regolarment jagħmlu użu mid-dħul temporanju jistgħu jkunu awtorizzati li jikkostitwixxu garanzija ġenerali.

    3. Sakemm ma jkunx ipprovdud mod ieħor f'xi Anness, l-ammont ta' garanzija ma għandhiex teċċedi l-ammont ta' dazji u taxxi ma l-importazzjoni tal-merkaziji (inklużi l-mezzi tat-trasport) li huma temporanjament sospiżi.

    4. Fil-każ ta' merkanziji (inklużi l-mezzi tat-trasport) li jkunu suġġetti għal projbizzjonijiet jew restrizjonijiet ma l-importazzjoni taħt il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, tista' tkun mitluba garanzija kumplimantari għal kunidzzjonijiet stabbiliti mill-liġijiet nazzjonali.

    Karti tad-dħul temporanju

    Artikolu 5

    Mingħajr preġudizju għall-proċedura tad-dħul temporanju taħt l-Anness E, kull Parti Kontraenti f'din il-konvenzjoni aċċettat, minflok id-dokumenti doganali u l-garanzija għas-sommom msemmija fl-Artikoli 8 ta' l-Anness A, kull karta tad-dħul temporanju li tkun validà fit-territorju tagħha u maħruġa u wżata skond il-kondizzjonijiet li qegħdin fl-imsemmi Anness għall-merkanziji (inkluzi l-mezzi tat-trasport) importati temporanjament taħt l-applikazzjoni ta' l-Annessi l-oħra ta' din il-Konvenzjoni li aċċettathom.

    Identifikazzjoni

    Artikolu 6

    Kull Parti Kontraenti f'din il-Konvenzjoni tista' tħalli d-dħul temporanju tal-merkanziji (inkluzi l-mezzi tat-trasport) taħt il-kondizzjoni li dawn ikunu identifikati fil-mument meta d-dħul temporanju jkun imwaqqaf.

    Terminu taż-żmien għar-re-esportazzjoni

    Artikolu 7

    1. Il-merkanziji (inkluzi l-mezzi tat-trasport) li jidħlu taħt il-proċedura tad-dħul temporanju jridu jkun re-esportati fi żmien stabbilit, li hu meqjus bizzejjed biex jintlaħaq l-għan tad-dħul temporanju. Dan iż-żmien huwa mnizzel separatament f'kull Anness.

    2. L-awtoritajiet doganali jistgħu' jagħtu perjodu ta' żmien itwal minn dak li jinsab f'kull l-Anness, jew jagħtu estensjoni tal-perjodu inizjali.

    3. Meta l-merkanziji (inkluzi l-mezzi tat-traport) li jkunu ngħataw il-permess għad-dħul temporanju ma jistgħux ikunu re-esportata minħabba li jkunu sekwestrati u tali sekwestru ma jkunx magħmul fuq talba ta' persuna privata, l-obbligazzjoni ta' r-re-esportazzjoni tibqa sospiża matul il-perjodu li fih il-l-merkazija tkun taħt sekwestru.

    Trasferiment tad-dħul temporanju

    Artikolu 8

    Kull Parti Kontraenti f'din il-konvenzjoni, tista, fuq talba, tawtorizza t-trasferiment tal-benefiċċju tal-proċedura tad-dħul temporanju fuq persuna oħra, meta din il-persuna:

    (a) tissodisfa l-kondizzjonijiet taħt din il-Konvenzjoni; u

    (b) taċċetta l-obbligazzjonijiet ta' l-ewwel benefikarju tad-dħul temporanju.

    Tmiem tad-dħul temporanju

    Artikolu 9

    Id-dħul temporanju normalment jintemm meta jkun hemm re-esportazzjoni tal-merkanziji (inklużi l-mezzi tat-trasport) li jkunu ngħataw il-permess għad-dħul temporanju.

    Artikolu 10

    Il-merkanziji (nklużi l-mezzi tat-trasport) li jaqghu taħt il-proċedura tad-dħul temporanju jistgħu jkunu riesportati f'kunsinna waħda jew aktar minn waħda.

    Artikolu 11

    Il-merkanziji (inklużi l-mezzi tat-trasport)li jidħlu taħt il-proċedura tad-dħul temporanju jistgħu jkunu re-esportati minn uffiċju doganali li ma jkunx dak ta' l-importazzjoni.

    Każijiet possibbli oħra ta' tmiem

    Artikolu 12

    It-tmiem tad-dħul temporanju jista jintlaħaq bi qbil ma l-awtoritajiet kompetenti, billi l-merkanziji (inklużi l-mezzi tat-trasport) mdaħħla f'port ħieles jew żona ħielsa jew ġewwa depożiti doganali, bil-ħsieb li jkunu sussegwentement re-esportati jew trasportati f'desinazzjonijiet oħra li jkunu awtorizzati.

    Artikolu 13

    Id-dħul temporanju jista jintemm bl-iżdoganament għall-użu domestiku, meta ċ-cirċustanzi jiġġustifikaw dan l-użu u meta l-liġi nazzjonali tippermettih, sakemm ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet u l-formalitajiet li jkunu applikabbli għal dak il-każ.

    Artikolu 14

    1. Id-dħul termporanju jista jintemm jekk il-merkanziji (inklużi l-mezzi tat-trasport) li jkunu ġew serjament iddanneġġati f'inċident jew f'ċirkustanza ta' forza maġġura, u huma, skond id-deċiżjoni ta' l-awtoritajiet doganali:

    (a) suġġetti għal dażji u taxxi ma l-importazzjoni li jridu jitħallsu fil-ħin li l-merkanziji jkunu preżentati fl-istat mkisser li jkun fih lid-dwana biex jintemm id-dħul temporanju;

    (b) mogħtija b'xejn lill-awtoritajiet kompetenti tat-territorju tad-dħul temporanju, u f'dan il-każ, il-benefikatarju tad-dħul temporanju huwa ħieles mill-ħlas ta' dazji u taxxa ma l-importazzjoni: jew

    (ċ) imkissra, taħt kontroll u direzzjoni uffiċjali, bl-ispejjez għall-partijiet interessati, l-materjal li jifdal jew li jkun ġie salvat ikun suġġett, fil-każ ta' żdoganament għall-użu domestiku, għad-dazji u t-taxxi ma l-importazzjoni pagabbli fid-data u fl-istess kondizzjoni ta meta l-merkanzija tkun ippreżentata lid-dwana wara l-inċident jew iċ-ċirkustanza ta' forza maġġura.

    2. It-tmien tad-dħul temporanju jista jintlaħaq anki jekk, fuq it-talda tal-parti interessata u skond id-deċiżjoni ta' l-awtoritá doganali, l-merkanziji (nklużi l-mezzi tat-trasport) jkunu mogħtija waħda mill-iskopijiet msemmija fil-paragrafu 1 (b) jew (c).

    3. It-tmien tad-dħul temporanju jista jintlaħaq ukoll, fuq talba tal-persuna interessata, anki jekk dan jagħti raġuni, skond il-ġudizzju ta' l-awtoritá doganali, għall-ħsara jew it-telfa tal-merkanziji (inklużi l-mezzi tat-trasport) wara inċident jew każ ta' forza maġġura. F'dan il-każ, il-benefikatarju tad-dħul temporanju jkun eżenti milli jħallas dazji u taxxi ma l-importazzjoni.

    KAPITOLU IV

    DISPOSIZZJONIJIET MIXELLANJI

    Tnaqqis tal-formalitajiet

    Artikolu 15

    Kull Part Kontraenti f'din il-Konvenzjoni trid tnaqqas għal ammont minimu l-formalitajiet doganali meħtieġa b'konnessjoni ma din il-Konvenzjoni. Kull regolament li joħroġ minn dawn il-formalitajiet għandu jkun ippubblikat mill-ewwel.

    Awtoriżazzjoni preliminarja

    Artikolu 16

    1. Meta d-dħul temporanju jkun suġġett għall-awtoriżazzjoni preliminarja, din tkun mogħtija mill-aktar fis possibli mill-uffiċċju doganali kompetenti.

    2. Fejn, f'każijiet eċċezzjonali, tkun mitluba awtoriżazzjoni differenti mill-awtoriżazzjoni doganali, din għandha tingħata malajr kemm jista jkun.

    Faċilitajiet minimi

    Artikolu 17

    Id-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni jistabbilixxu l-faċilitajiet minimi li jridu jingħataw. Dawn ma jostakolawx l-applikazzjoni ta' aktar faċilitajiet li kull Parti Kontraenti tagħti jew tista tagħti fil-futur b'dispożizzjonijiet unilaterali jew bi qbil bilaterali jew multilaterali.

    Unjonijiet doganali jew ekonomiċi

    Artikolu 18

    1. Għal fini ta' l-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni, t-territorji tal-Partjiet Kontraenti li jiffurmaw unjoni doganali jew ekonomika, jistgħu jitqiesu bħala territorju wieħed.

    2. L-ebda dispożizzjoni ta' din il-Konvenzjoni ma teskludi d-dritt tal-Partijiet Kontraeti li jifformaw unjoni doganali jew ekonomika pemezz ta' dispożizzjonijiet partikolari li japplikaw għall-operazzjonijiet tad-dħul temporanju fit-territorju ta' dik l-unjoni, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet ma jnaqqsux il-faċilitajiet provduti minn din il-Konvenżjoni.

    Projbizzjonijiet u restrizzjonijiet

    Artikolu 19

    Id-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni ma jeskludux l-applikazzjoni jew restrizzjonjiet imposti taħt il-liġijiet u regolamenti nazzjonali bażati fuq konsiderazzjonijiet li ma humiex ekonomiċi bħal konsiderazzjonijiet ta' moralitá jew ordni pubblika, sigurtá pubblika, u iġene jew saħħa pubblika, konsiderazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-veterinerija jew mas-saħħa tal-pjanti, konsiderazzjonijiet relatati mal-protezzjoni ta' l-ispeċi tal-fawna u flora salvaġġa li huma fil-perikolu, jew konsiderazzjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-jedd ta' l-awtur għal xogħol tiegħu letterarju u tal-propjetá industrijali.

    Ksur tad-dispożizzjonijiet

    Artikolu 20

    1. Kull ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni tagħmel lit-trasgressur ħati għall-piena preskritta mil-liġi tal-Parti Kontraenti fit-territorju tal-Parti Kontraenti fejn l-infrazzjoni tkun ġiet magħmula.

    2. Fejn ma jkunx possibli li tistabbilixxi t-territorju fejn l-offiża tkun twettqet, ikun hemm preżunzjoni li din ġiet imwettqa fit-territorju tal-Parti Kontraenti fejn l-offiża nstabet.

    Tpartit ta' informazzjoni

    Artikolu 21

    Il-Partijiet Kontraenti jikkomunikaw ma xulxin, fuq talba u fil-miżura li tkun permess mil-liġijiet nazzjonali, l-infomazzjoni neċessarja għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni.

    KAPITOLU V

    DISPOSIZZJONIJIET FINALI

    Kumitat Amministrattiv

    Artikolu 22

    1. Għandu jkun hemm imwaqqaf kumitat amministrattiv biex jieħu ħsieb l-implimentazzjoni ta' din il-Konvenzjoni, kull miżura biex tassigura l-unifomitá fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tagħha, u kull emeda li tiġi proposta. Il-kumitat amministrattiv għandhu jiddeċiedi dwar l-inkorporazzjoni ta' l-annessi ġodda ta' din il-Konvenzjoni.

    2. Il-Partijiet Kontraenti huma membri tal-kumitat amministrattiv. Il-kumitat jista jiddeċiedi li l-amministrazzjoni kompetenti ta' kull Membru, Stat jew territorju doganali msemmi fl-Artikolu 24 li ma humiex Partijiet Kontraenti, jew rappreżentant ta' l-organiżzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jattendu bħala osservaturi fil-laqgħat tal-kumitat għal domandi li jinteressawhom.

    3. Il-kunsill jrid jipprovdi s-servizz tas-segretarjat lill-kumitat.

    4. Il-kumitat, fl-okkazjoni ta' kull laqgħa, għandu jelegġi president u viċi-president.

    5. L-amministrazzjonijiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti jridu jikkomunikaw lill-Kunsill il-proposti għall-emendi ta' din il-Konvenzjoni u r-raġunijiet għalihom, flimkien mad-domandi biex ikunu inklużi punti fl-aġenda tas-sessjoni tal-laqgħat tal-kumitat. Il-Kkunsill jrid jinforma b'din il-komunikazzjoni lill-awtoritá kompetenti tal-Partijiet Kontraenti u tal-Membri, l-Istati jew territorji doganali tagħhom imsemmija fl-artikolu 24 ta' din il-Konvenzjoni li ma humiex Partijiet Kontraenti.

    6. Il-Kunsill għandu jsejjaħ il-laqgħa tal-kumitat f'data stabbilità mill-kumitat u wkoll fuq it-talba ta' l-amministrazzjonijiet kompetenti ta' mill-inqas żewġ Partijiet Kontraenti. Hu jrid jagħti nota tal-proġett li joħroġ mis-sessjoni lill-amministrazzjonijiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti u tal-Membri, l-Istati jew it-territorji doganali msemmija fl-Artikolu 24 ta' din il-Konvenzjoni li ma humiex Partijiet Kontraenti, mill-inqas fi żmien sitt ġimgħat qabel is-sessjoni tal-kumitat.

    7. Fuq id-deċiżjoni tal-kumitat, meħuda skond id-dispożizzjoni tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-Kunsill irid jistieden lill-amministrazzjonijiet kompetenti tal-Membri, ta' l-Istati jew tat-territorji doganali msemmija fl-Artikolu 24 ta' din il-Konvenżjoni li ma humiex Partijiet Kontraenti u lill-organiżazzjonijiet internazzjonali interessati, biex ikunu rappreżentati fis-sessjoni tal-kumitat minn osservaturi.

    8. Il-proposti għandhom jiġu mqiegħda għal voti. Kull Parti Kontraenti rappreżentata waqt il-laqgħa jkollha vot wieħed. Il-proposti li huma differenti mill-proposti li jemendaw din il-Konvenzjoni huma adottati mill-kumitat bil-vot tal-maġġoranza ta' dawk li jkunu preżenti u li għandhom dritt li jivvutaw. Il-proposti biex tkun emendata din il-Konvenzjoni għandhom ikunu addottati bil-maġġoranza ta' żewġ-terzi ta' dawk preżenti u li għandhom dritt li jivvutaw.

    9. Fejn ikun japplika l-Artikolu 24 ta' din il-Konvenzjoni, l-unjonijiet doganali jew ekonomiċi li jagħmlu Parti minn din il-Konvenzjoni jkollhom, fil-każ tal-votazzjoni, numru biss ta' voti li jkun daqs in-numru totali tal-voti mogħtija lill-Membri tagħhom li huma Partijiet Kontraenti ta' din il-Konvenzjoni.

    10. Qabel l-egħluq tal-laqgħa, l-kumitat għandhu jagħmel rapport.

    11. Fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet dwar dan l-Artikolu, fil-każijiet fejn ikun jixraq japplikaw ir-Regolamenti tal-Proċedura tal-Kunsill, salv meta l-kumitat jiddeċiedi mod ieħor.

    Rikonċiljazzjoni tal-kontroversji

    Artikolu 23

    1. Kull kontroversja bejn żewġ jekk aktar minn żewġ Partijiet Kontraenti dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni tkun irrikonċiljata, sakemm ikun possibli, bin-negozjati diretti bejn il-partijiet.

    2. Kull kontroversja li ma tkunx tista' tkun irrikonċiljata permezz tan-negozjati diretti trid tkun mressqa mill-Partijiet Kontraenti li jkollhom l-argument lill-kumitat amministrattiv, li għaldaqstant irid jeżamina l-argument u jifformula r-rakkomandazzjonijiet għar-rikonċiljazzjoni ta' l-argument.

    3. Il-Partijiet Kontraenti li jkollhom l-argument jistgħu jaqblu preventivament li jaċċettaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat amministrativ bħala obbligatorji.

    Iffirmar, ratifika u adeżjoni

    Artikolu 24

    1. Kull Membru tal-Kunsill u kull Membru tal-Ġnus Magħquda jew l-aġenti speċjalizzati tagħha jista jsir Parti Kontraenti ta' din il-Konvenzjoni:

    (a) billi jiffirmaha mingħajr ma jagħmel riserva ta' ratifika;

    (b) billi jiddeposita dokument ta' ratifika wara li jiffirmah bir-riserva tar-ratifika, jew

    (ċ) billi jaderixxi magħha.

    2. Din il–Konvenzjoni hija miftuħa biex tkun iffirmata mill-Membri msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jew waqt il-laqgħa tal-Kunsill li fiha tiġi addottata, jew, suċċessivament wara din il-laqgħa fil-kwartieri ġenerali tal-Kunsill fi Brussel sa nhar it-30 ta' Ġunju 1991. Wara din id-data il-Konvenzjoni tkun miftuħa għall-adeżjoni mill-Membri.

    3. Kull Stat, jew gvern tat-territorju doganali separat, li hu propost minn Parti Kontraenti li jkollha r-responsabbilitá tal-kondotta formali tar-relazzjonijiet diplomatiċi tiegħu, imma li jkun awtonomu fil-kondotta tar-relazzjonijiet kummerċjali tieghu, li ma jkunx Membru ta' l-organizzazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u li jkun irċieva invit għal din ir-raġuni mid-depositarju fuq talba tal-kumitat amministrattiv, jista ssir Parti Kontraenti ta' din il-Konvenzjoni billi jaderixxi magħha wara li tkun daħlet fis-seħħ.

    4. Kull Membru, Stat jew territorju doganali msemmi fil-paragrafu 1 jew 3 ta' dan l-Artikolu, fil-ħin li jiffirma mingħajr riserva ta' ratifika, li jirratifika jew jaderixxi ma din il-Konvenzjoni, jrid jispeċifika l-Annessi li hu jaċċetta, huwa neċessarju li jaċċetta l-Anness A u mill-inqas xi Anness ieħor. Jista jinnotika aktar tard lid-depositarju li qed jaċċetta l-Anness ieħor jew Annessi oħra.

    5. Il-Partijiet Kontraenti li jaċċettaw xi l-Annessi ġodda li l-kumitat amministrattiv jiddeċiedi li jinkorpora f'din il-Konvenzjoni għandhom jinnotifikaw lid-depositarju skond il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

    6. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw lid-depositarju bil-kondizzjonijiet ta' l-applikazzjoni ta' jew bl-informazzjoni meħtieġa skond l-Artikoli 8 u 24 (7) ta' din il-Konvenzjoni; Anness A, Artikolu 2(2) u (3); l-Anness E, Artikolu 4. Għandhom jinfurmaw lid-depozitarju ta' kull bidla li sseħħ fl-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

    7. Kull unjoni doganali jew ekonomika tista, skond il-paragrafi 1, 2 u 4 ta' dan l-Artikolu, ssir Parti Kontraenti ta' din il-Konvenzjoni. Din l-unjoni doganali jew ekonomika għandha tinnotifika lid-depositarju bil-kompetenzi tagħha dwar l-affarijiet li huma ta' kompetenza ta' din il-Konvenzjoni. L-unjoni doganali jew ekonomika li hija Parti Kontraenti ta' din il-Konvenzjoni, teżerċita f'isimha, fir-rigward ta' l-affarijiet li jaqghu taħt il-kompetenza tagħha, d-drittijiet u twettaq ir-responsabbilitajiet, li din il-Konvenzjoni tagħti lil Membri li huma Partijiet Kontraenti ta' din il-Konvenzjoni. F'dan il-każ, dawn il-Membri ma jkollhomx il-jedd li jeżerċitaw individwalment dawn id-drittijiet,u lanqas id-dritt li jivvutaw.

    Depositarju

    Artikolu 25

    1. Din il-Konvenzjoni, l-firem kollha li jkollhom jew ma jkollhomx riserva ta' ratifika u kull dokument ta' ratifika jew ta' adeżjoni għandhom ikun depositati mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill.

    2. Id-depositarju għandu:

    (a) jirċievi u jżomm t-testijiet oriġinali ta' din il-Konvenzjoni;

    (b) jipprepara l-kopji ċertifikati tat-testijiet oriġinali ta' din il-Konvenzjoni u jqassamhom lill-Membri u lill-unjonijiet doganali jew ekonomiċi msemmija fl-Artikolu 24(1) u (7) ta' din il-Konvenzjoni;

    (ċ) jirċievi kull firma li jkollha jew ma jkollhiex riserva ta' ratifika, ratifika jew adeżjoni ma din il-Konvenzjoni u jirċievi u jżomm kull dokument, notifika jew komunikazzjonijietli jirrelataw ghaliha;

    (d) jikkontrolla jekk firma jew dokument, notifika jew komunikazzjoni dwar din il-Konvenzjoni tkunx magħmula kif suppost, u, jekk ikun hemm bżonn iressaq din l-okkorrenza għall-attenzjoni tal-Partijiet Kontraenti nteressati:

    (e) jinnotifika lill-Partijiet Kontraenti ta' din il-Konvenzjoni, jew lill-firmatarji ta' din il-Konvenzjoni, lil dawk il-Membri tal-Kunsill li ma humiex Partijiet Kontraenti ta' din il-Konvenzjoni, u lis-Segretarju-Ġenerali tal-Ġnus Magħquda:

    - bil-firem, ratifiki, adeżjonijiet ta' l-Annessi skond l-Artikolu 24 ta' din il-Konvenzjoni,

    - b'Annessi ġodda li l-kumitat amministrattiv jiddeċiedi li jinkorpora f'din il-Konvenzjoni,

    - bid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni u ta' kull l-Anness skond l-Artikolu 26 ta' din il-Konvenzjoni,

    - bin-notifiki riċevuti skond l-Artikoli 24,29,30 u 32 ta' din il-Konvenzjoni,

    - bid-denunzji skond l-Artikolu 31 ta' din il-Konvenzjoni,

    - b'kull emenda li titqies li tkun aċċettata skond l-Artikolu 32 ta' din il-Konvenzjoni u d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha, kif ukoll kull oġġezzjoni għall-emendi proposti.

    3. Fil-każ li tqum xi kontroversja, bejn il-Partijiet Kontraenti u d-depositarju dwar il-funżjonijiet ta' dan ta' l-aħħar, id-depositarju jew dik il-Parti Kontraenti nteressata fil-kawża għandha tinforma lill-Partijiet Kontraenti l-oħra u l-firmatarji jew, fejn jixraq, lill-Kunsill.

    Dħul fis-seħħ

    Artikolu 26

    1. Din il-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ tliet xhur wara li ħames Membri jew unjonijiet doganali jew ekonomiċi msemmija fl-Artikolu 24(1) u (7) ta' din il-Konvenzjoni jkunu firmaw din il-Konvenzjoni bla riżerva ta' ratifika jew ikunu depositaw id-dokument tar-ratifika jew ta' l-adeżjoni.

    2. Fir-rigward ta' Kull Parti Kontraenti li tiffirma mingħajr riserva ta' ratifika, li tirratifika jew taderixxi ma din il-Konvenzjoni wara li ħames Membri jew unjonijiet doganali jew ekonomiċi jkunu firmawha mingħajr riserva ta' ratifika jew ikunu depositaw id-dokument tar-ratifika jew ta' l-adeżjoni, din il-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ fi żmien tliet xhur wara li tali Parti Kontraenti tkun iffirmat mingħajr riserva ta' ratifika jew iddepożitat id-dokument tar-ratifika jew ta' l-adeżjoni.

    3. Kull Anness ta' din il-Konvenzjoni għandu jidħol fis-seħħ fi żmien tliet xhur wara li ħames Membri jew unjonijiet doganali jew ekonomiċi jkunu aċċettaw tali l-Anness.

    4. Fil-konfront ta' kull Parti Kontraenti li aċċettat xi Anness wara li ħames Membri jew unjonijiet doganali jew ekonomiċi jkunu aċċettawha, tali l-Anness jidħol fis-seħħ tliet xhur wara li l-imsemmija Parti Kontraenti tkun innotifikata bl-aċċettazzjoni tagħha. Iżda l-ebda Anness, ma jidħol fis-seħħ fil-konfront ta' Parti Kontraenti ta' din il-Konvenzjoni qabel ma din il-Konvenzjoni tkun daħlet fis-seħħ fil-konfront ta' dik il-Parti Kontraenti.

    Dispożizzjoni li tirrevoka liġi

    Artikolu 27

    Mad-dħul fis-seħħ ta' l-Anness ta' din il-Konvenzjoni li jkun fiha dispożizzjoni ta' revoka, tali Anness jirrevoka u jissostitwixxi lill-Konvenzjonijiet jew lid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjonijiet li jiffurmaw parti mid-dispożizzjoni tar-revoka, fir-rigward tar-relazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti li aċċettaw tali Anness u li huma Partijiet Kontraenti ta' din il-Konvenzjoni.

    Konvenzjoni u Annessi

    Artikolu 28

    1. Għal fini ta' din il-Konvenzjoni, kull Anness li jkun daħal fis-seħħ fil-konfront ta' Parti Kontraenti, huwa interpretat bħala parti integrali minn din il-Konvenzjoni, u kull riferiment għal din il-Konvenzjoni għandu japplika wkoll b'konsegwenza, għal tali Anness.

    2. Għal fini tal-votazzjoni fil-kumitat amministrattiv, kull Anness huwa interpretat bħala Konvenzjoni separta.

    Riservi

    Artikolu 29

    1. Kull Parti Kontraenti li taċċetta l-Anness titqies bħallikieku tkun aċċettat kull disposizzijoni ta' dak l-Anness, ħlief meta fil-ħin li taċċetta jew f'xi ħin wara, tali Parti Kontraenti tinnotifika lid-depositarju bid-dispożizzjonijiet li tkun trid tagħmel riserva għalihom, sakemm dan ikun possibli skond dak li jgħid l-Anness ikkonċernat, billi ssemmi d-differenzi esistenti bejn il-liġi nazzjonali u d-dispożizzjoni konċernata.

    2. Kull Parti Kontraenti teżamina, mill-inqas darba kull ħames snin lid-dispożizzjonijiet li tkun ifformulat riserva għalihom, tqabbilhom mal-liġi nazzjonali u tinnotifika lid-depositarju bir-riżultat li tkun sabet.

    3. Kull Parti Kontraenti li tkun ifformulat riservi tista, f'kull ħin, tneħħihom, ghal kollox jew parzjalment, billi tinnotifika lid-depositarju u tispeċifika d-data ta' meta tali riservi għandhom ikunu mneħħija.

    Estensjonijiet territorjali

    Artikolu 30

    1. Kull Parti Kontraenti tista', fil-ħin li tiffirma din il-Konvenzjoni mingħajr riserva ta' ratifika jew tiddeposita d-dokument tar-ratifika jew ta' l-adeżjoni, jew f'xi ħin wara, tiddikjara billi tinnotifika lid-depositarju li din il-Konvenzjoni għandha testendi fuq it-territorji kollha jew uħud mit-territorji li r-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom jkunu suġġetti għar-responsabbilitá tagħha. Din in-notifika għandha sseħħ tliet xhur wara d-data meta d-depositarju jirċieviha. Iżda din il-Konvenzjoni ma tapplikax għal dawk it-territorji li huma msemmija fin-notifika qabel ma din il-Konvenzjoni tkun daħlet fis-seħħ għal Partijiet Kontraenti interessati.

    2. Kull Parti Kontraenti li kienet innotifikata skond il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li jestendi din il-Konvenzjoni fuq kull territorju li jkollha r-responsabbiltà tar-relazzjoni internazzjonali tiegħu, tista tinnotifika lid-depositarju, skond il-proċedura ta' l-Artikolu 31 ta' din il-Konvenzjoni, li l-imsemmi territorju ma jkomplix japplika din il-Konvenzjoni.

    Denunzja

    Artikolu 31

    1. Din il-Konvenzjoni ddum għal żmien illimitat, iżda kull Parti Kontraenti tista' f'kull ħin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha toħroġ minnha skond l-Artikolu 26 ta' din il-Konvenzjoni.

    2. Id-denunzja għandha tkun innotifikata permezz ta' dokument bil-miktub, iddepożitat mad-depositarju.

    3. Id-denunzja tidħol fis-seħħ sitt xhur wara li d-depositarju jirċievi d-dokument tad-denunzja.

    4. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 u 3 ta' dan l-Artikolu japplikaw ukoll għall-Annessi ta' din il-Konvenzjoni, u kull Parti Kontraenti għandha d-dritt li f'kull ħin wara d-data ta' dħul fis-seħħ tagħhom skond l-Artikolu 26 ta' din il-Konvenzjoni li tirtira l-aċċettazzjoni ta' l-Anness wieħed, jew ta' aktar minn wieħed. Kull Parti Kontraenti li titira l-aċċettazzjoni ta' l-Annessi kollha titqies daqslikieku ħarġet minn din il-Konvenzjoni. Barra minn dan, Parti Kontraenti li tirtira l-aċċettazzjoni ta' l-Anness A, anki jekk tkompli taċċetta l-Annessi l-oħra, titqies daqslikieku ħarġet minn din il-Konvenzjoni.

    Proċedura ta' l-emenda

    Artikolu 32

    1. Il-Kumitat amministrattiv, li jiltaqa' skond l-Artikolu 22 ta' din il-Konvenzjoni, jista jirrakmanda xi emendi għal din il-Konvenzjoni u l-Annessi tagħha.

    2. It-test ta' kull emenda li tkun ġiet irrakmandata għandu jkun notifikat mid-depositarju lill-Partijiet Kontraenti kollha ta' din il-Konvenzjoni, lill-firmatarji l-oħra u lill-Membri tal-Kunsill li ma humiex Partijiet kontraenti ta' din il-Konvenzjoni.

    3. Kull emenda rakkmandata u notifikata skond dak li jgħid il-paragrafu ta' qabel dan għandha tidħol fis-seħħ għal kull Parti Kontraenti fi żmien sitt xhur wara li jkunu għaddew tnax–il xhar wara d-data li fiha kienet ġiet innotifikata l-emenda irrakmandata, jekk l-ebda oġġezzjoni mill-Parti Kontraenti dwar l-emenda rakkmandata ma tkun saret f'dan iż-żmien mad-depositarju.

    4. Jekk oġġezzjoni għall-emenda rakkmandata tkun ġiet notifikata lid-depositarju mill-Parti Kontraenti qabel it-tnax-il xhar msemmija fil-Paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-emenda titqies daqslikieku ma kienetx aċċettata u ma jkollha l-ebda effett.

    5. Għal fini li l-oġġezzjoni tiġi notifikata, kull Anness għandu jitqies bħala Konvenzjoni separata.

    Emendi li jkunu aċċettati

    Artikolu 33

    1. Kull Parti Kontraenti li tirratifika din il-Konvenzjoni jew taderixxiha għandha titqies daqslikieku aċċettat kull emenda li daħlet fis-seħħ fid-data li fiha jkun iddepositat id-dokument tar-ratifika jew ta' l-adeżjoni.

    2. Kull Parti Kontraenti li taċċetta xi Anness għandha titqies, daqslikieku aċċettat kull emenda ta' dak l-Anness li tkun daħlet fis-seħħ fid-data li l-aċċettazzjoni ta' l-Anness li kienet innotifikata lid-depositarju, salv meta din tkun għamlet riserva skond Artikolu 29 ta' din il-Konvenzjoni.

    Reġistrazzjoni u t-testijiet awtentiċi

    Artikolu 34

    Bi qbil ma dak li jgħid l-Artikolu 102 ta' l-Att tal-Ġnuż Magħquda, din il-Konvenzjoni għandha tkun irreġistrata mas-Segretarjat tal-Ġnuż Magħquda, fuq it-talba tad-depositarju.

    Bħala xhieda ta' dan, wara li jkunu notifikati biex jiffirmawha, l-firmatarji jiffirmaw din il-Konvenzjoni.

    Magħmula f'Istanbul fis-sitta u għoxrin ġurnata ta' Ġunju elf disa' mija u disgħin, f'oriġinal wieħed, fil-lingwa Ingliża u Franċiża, biż-żewġ testijiet ikunu bl-istess mod awtentiċi. Id-depositarju huwa mitlub jipprepara u jqassam traduzzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni li jkunu ta' awtoritá bil-lingwa Gharbija, Ċiniża, Russa u Spanjola.

    --------------------------------------------------

    ANNESS A

    ANNESS DWAR IL-KARTI TAD-DĦUL TEMPORANJU

    (ATA CARNETS U CPD CARNETS)

    KAPITOLU I

    Definizzjonijiet

    Artikolu 1

    Għal fini ta' dan l-Anness:

    (a) karti tad-dħul temporanju tfisser:

    id-dokument doganali internazzjonali li huwa aċċettat bħala dikjarazzjoni doganali li bih il-merkanziji (inklużi l-mezzi tat-trasport) ikunu jistgħu jiġu identifikati u li fih garanzija valida internazzjonalment li tkopri d-dazji u t-taxxi ta' l-importazzjoni

    (b) ATA carnet tfisser:

    il-karti tad-dħul temporanju li huma wżati għad-dħul temporanju tal-merkanzji li ma jinkludux il-mezzi tat-trasport;

    (ċ) CPD carnet tfisser:

    il-karti tad-dħul temporanju li huma wżati għad-dħul temporanju tal-mezzi tat-trasport;

    (d) sensiela ta' garanziji tfisser:

    skema ta' garanziji li hija amministrata minn organiżzazzjoni internazzjonali u li l-assoċazzjonijiet tal-garanziji huma membri tagħha;

    (e) organizżazzjoni internazzjonali tfisser:

    organiżazzjoni li tagħha huma membri l-assoċjazzjonijiet nazzjonali awtorizzati biex joffru garanzija u joħroġu karti tad-dħul temporanju:

    (f) assoċjazzjoni tal-garanzija tfisser:

    assoċazzjoni li hija approvata mill-awtoritajiet doganali tal-Partijiet Kontraenti biex tagħti garanzija għas-sommom msemmija fl-Artikolu 8 ta' dan l-Anness, fit-territorju tal-Parti Kontraenti, u li hija membru ta' l-iskema ta' garanziji;

    (g) assoċjazzjoni emittenti tfisser:

    assoċazzjoni li hija approvata mill-awtoritajiet doganali biex toħroġ il-karti tad-dħul temporanji u li hija direttament jew indirettament membru ta' l-iskema tal-garanziji;

    (h) assoċjazzjoni emittenti simili tfisser:

    assoċjazzjoni emittenti stabbilita f'Parti Kontraenti oħra u li hija membru ta' l-istess skema ta' garanzija

    (i) trasport doganali tfisser:

    il-proċedura doganali fejn il-merkanziji huma trasportati taħt il-kontroll doganali minn uffiċċju doganali għal ieħor.

    KAPITOLU II

    Skop

    Artikolu 2

    1. Skond dak li jgħid l-Artikolu 5 ta' din il-Konvenzjoni, kull Parti Kontraenti għandha taċċetta skond id-dokumenti doganali nazzjonali tagħha, u bħala garanzija għas-sommon imsemmija fl-Artikolu 8 ta' dan l-Anness, il-karti validi tad-dħul temporanju għat-territorju tagħha u maħruġa u wżati skond il-konidzzjonijiet mnizzla fl-Annessi l-oħra li hi aċċettat u li qiegħdin f'din il-Konvenzjoni

    2. Kull Parti Kontraenti tista wkoll taċċetta l-karti tad-dħul temporanji, maħruġa u wżati taħt l-istess kondizzjonijiet, għal operazzjonijiet ta' dħul temporanju taħt il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali.

    3. Kull Parti Kontraenti tista' taċċetta l-karti tad-dħul temporanju, maħruġa u wżati taħt l-istess konidzzjonijiet, għat-transitu doganali.

    4. Merkanziji (nklużi l-mezzi tat-trasport), li huma maħsuba biex ikunu proċessati jew msewwija ma jistgħux ikunu importati taħt il-proċedura tal-karti tad-dħul temporanji.

    Artikolu 3

    1. Il-karti tad-dħul temporanji għandhom ikunu bħal mudelli li qiegħdin fl-appendiċi ta' dan l-Anness: Appendiċi I huwa għall-ATA carnets, Appendiċi II huwa għall-CPD carnets.

    2. L-appendiċi ta' dan l-Anness huma parti integrali ta' l-Anness.

    KAPITOLU III

    Garanzija u l-ħruġ tal-karti tad-dħul temporanju

    Artikolu 4

    1. Kull Parti Kontraenti tista` tawtorizza l-assoċjazzjonijiet li jagħtu l-garanzija biex jaħdmu bħala garanti u joħorġu l-karti tad-dħul temporanju sew direttament jew permezz ta' l-assoċjazzjonijiet, dan suġġett għal kondizzjonijiet u l-garanziji li jistgħu jiġu determinati.

    2. L-assoċjazzjoni tal-garanziji ma tkunx approvata mill-Partijiet Kontraenti sakemm il-garanzija tagħha tkopri l-obbligazzjonijiet li l-Partijiet kontraenti daħlu għalihom b'konnessjoni ma l-operazzjonijiet li jaqgħu taħt il-proċedura tal-karti tad-dħul temporanju maħruġa minn assoċazzjonijiet emittenti simili.

    Artikolu 5

    1. L-assoċazzjonijiet emittenti ma għandhomx joħorġu karti tad-dħul temporanju li jkunu validi għal perjodu ta' aktar minn sena mid-data tal-ħruġ tagħhom.

    2. Kull dettall li jkun ġie mdaħħal fil-karti tad-dħul temporanju mill-assoċjazzjoni emittenti jista` jkun midbul biss bil-kunsens ta' l-assoċjazzjoni emittenti jew l-assoċjazzjoni tal-garanziji. Ma jistax isir tibdil f'dawn il-karti wara li jkunu ġew aċċettati mill-awtoritajiet doganali tat-territorju tad-dħul temporanju, ħlief bil-kunsens ta' dawk l-awtoritajiet.

    3. Ladarba ATA carnet tkun inħarġet, ma jistax ikun hemm żieda ta' xi oġġett fil-lista tal-merkanziji mnizzlin fuq wara tal-qoxra tal-carnet, jew fuq xi karti l-oħra mwaħħla miegħu (lista ġenerali).

    Artikolu 6

    Id-dettalji li ġejjien għandhom jidhru fuq il-karti tad-dħul temporanju:

    - l-isem ta' l-assoċjazzjoni emittenti,

    - l-isem tas-sensiela nternazzjonali ta' garanziji,

    - il-pajjiżi jew it-territorji doganali li l-karti tad-dħul temporanju huma validi fihom, u

    - l-isem ta' l-assoċazzjonijiet ta' garanziji tal-pajjiżi jew tat-territorji doganali konċernati.

    Artikolu 7

    Il-perjodu taż-żmien stabbilit biex il-merkanziji (nklużi l-mezzi tat-trasport) li kienu importati permezz tal-karti tad-dħul temporanju jkunu re-esportati huma perjodu li m`għandux fl-ebda ċirkustanza jeċċedi l-perjodu validu msemmi f'dawk il-karti.

    KAPITOLU IV

    Garanzija

    Artikolu 8

    1. Kull assoċjazzjoni tal-garanziji għandha tobbliga ruħha li tħallas lill-awtoritajiet dognali tal-Partijiet Kontraenti fit-territorju li fih tkun twaqqfet, is-somma ta' dazji u taxxi ta' l-importazzjoni u sommom oħra, ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 4(4) ta' din il-Konvenzjoni, li għandhom jitħallsu fil-każ li ma jkunux ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet tad-dħul temporanju, jew tat-trasport doganali, tal-merkanziji (nklużi l-mezzi tat-trasport) mdaħħla fit-territorju permezz tal-karti tad-dħul temporanju li jkunu maħruġa minn assoċjazzjoni emittenti simili. Hija tkun responsabbli flimkien u b'mod sħiħ mal-persuni li f'isimhom is-sommom imsemmija hawn huma pagabbli.

    2. ATA carnet

    L-obbligazzjoni ta' l-assoċjazzjoni tal-garanziji ma għandhiex teċċedi l-ammont ta' dazji u ta' taxxi fuq l-importazzjoni b'aktar minn 10 %.

    CPD carnet

    L-assoċazzjonijiet tal-garanziji ma humiex meħtieġa jħallsu somma akbar mill-ammont totali ta' dazji u ta' taxxi fuq l-importazzjoni, flimkien ma l-interessi jekk ikun applikabbli.

    3. Fejn l-awtoritajiet doganali tat-territorju tad-dħul temporanju jkunu rrilaxxaw karti tad-dħul temporanju ħielsa minn kull kondizzjoni fir-rigward ta' ċerti merkanziji (nklużi l-mezzi tat-trasport), dawn ma jkunux jistgħu aktar jitolbu mill-assoċjazzjoni tal-garanzija l-ħlas tas-sommom imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta' dawn il-merkanziji (inklużi l-mezzi tat-trasport). Pretensjoni tista' madankollu tkun magħmula kontra l-assoċjazzjoni tal-garanzija, jekk wara jkun instab li r-rilaxx tal-karti kien inkiseb mhux skond ir-regoli jew bi frodi jew kien hemm ksur tal-kondizzjonijiet tad-dħul temporanju jew tat-trasport doganali.

    4. ATA carnet

    L-awtoritajiet doganali ma jistghux fl-ebda ċirkustanza jitolbu mill-assoċjazzjoni tal-garanziji, l-ħlas tas-sommom imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jekk il-pretensjoni ma tkunx ġiet magħmula kontra l-assoċjazzjoni tal-garanziji fi żmien sena mid-data ta' l-għeluq tal-validitá ta' l-ATA camet.

    CPD carnet

    L-awtoritajiet doganali ma jistghux fl-ebda ċirkustanza jitolbu mill-assoċjazzjoni tal-garanziji, l-ħlas tas-sommom imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jekk in-notifika li CPD carnet ma ġiex irrilaxxat ma tkunx mogħtija lill-assoċjazzjoni tal-garanziji fi żmien sena mid-data ta' l-għeluq tal-validitá tal-camet. Ukoll, l-awtoritajiet doganali għandhom jipprovdu lill-assoċjazzjonijiet tal-garanziji bid-dettalji tal-kalkoli tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni fi żmien sena min-notifika li ma kienx hemm ir-rilaxx. L-obbligazzjoni għal dawn is-sommon ta' l-assoċjazzjonijiet tal-garanziji għandha tintemm jekk din l-infomazzjoni ma tkunx ġiet mogħtija f'dan iż- żmien ta' sena.

    KAPITOLU V

    Regolarizzazzjoni tal-karti tad-dħul temporanji

    Artikolu 9

    1. ATA carnet

    (a) L-assoċjazzjoni tal-garanziji jkollha perjodu ta' sitt xhur mid-data tat-talba għas-sommom imsemmija fl-Artikolu 8(1) ta' dan l-Anness magħmula mill-awtoritajiet doganali, f'liema perjodu trid tagħti l-prova tar-re-esportazzjoni taħt il-kondizzjonijiet imsemmija f'dan l-Anness jew ta' kull rilaxx ta' l-ATA carnet magħmul kif suppost.

    (b) Jekk din il-prova ma tkunx miġjuba fiz-żmien stipulat l-assoċjazzjoni tal-garanziji għandha mill-ewwel tiddeposita, jew tħallas provviżorjament, dawn is-sommom. Dan id-depożitu jew pagament għandu jsir finali wara perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-depożitu jew tal-pagament. Matul dan iż-żmien, l-assoċjazzjoni tal-garanziji xorta waħda tista' ġġib il-prova msemmija fis-sub paragrafu (a) ta' dan il-paragrafu bi skop li takkwista s-sommom iddepositati jew imħallsa.

    (c) Għal dawk il-Partijiet Kontraenti li l-liġijiet u r-regolamenti tagħhom ma jipprovdux għal ħlas provviżorju ta' dazji u taxxi fuq l-importazzjoni, l-ħlas magħmul skond id-dispożizzjonijiet tas-sub-paragrafu (b) ta' dan il-paragrafu għandu jitqies bħala finali, izda s-sommom imħallsa jkunu mogħtija lura jekk il-pova msemmija fis-sub-paragrafu (a) ta' dan il-paragrafu tkun ġiet mogħtija fi żmien tliet xhur mid-data tal-ħlas.

    2. CPD carnet

    (a) L-assoċjazzjoni tal-garanziji għandha perjodu ta' sena mid-data tan-notifika li l-carnet CPU ma ġiex irrilaxxat, f'liema perjodu trid tagħti l-provi tar-re-esportazzjoni taħt il-kondizzjonijiet imnizzla f'dan l-Anness jew ta' kull rilaxx tal-carnet CPU magħmul kif suppost. Madankollu, din il-perjodu jista jidħol fis-seħħ mid-data ta' l-għeluq tas -CPD carnet. Jekk l-awtoritajiet doganali jikkontestaw il-validitá tal-prova miġjuba, jridu jinnotifikaw lill-assoċjazzjoni tal-garanziji fi żmien mhux aktar minn sena.

    (b) Jekk il-prova ma tkunx miġjuba fiż-żmien permess, l-assoċjazzjonijiet tal-garanzija għandhom jiddepositaw, jew iħallsu provviżorjament, id-dazji u t-taxxi pagabbli fuq l-importazzjoni, f'perjodu ta' mhux aktar minn tliet xhur. Dan id-depożitu jew pagament isir finali wara sena mid-data tad-depożitu jew tal-ħlas. Matul dan iż-żmien, l-assoċjazzjoni tal-garanzija xorta waħda tista' ġġib il-prova msemmija fis-sub-paragrafu (a) ta' dan il-paragrafu bi skop li takwista s-sommom iddepożitati jew mħallsa.

    (ċ) Għal dawk il-Partijiet Kontraenti li l-liġijiet u r-regolamenti tagħhom ma jipprovdux għal depożitu jew ħlas provisorju ta' dazji jew taxxi ta' l-importazzjoni, ħlas magħmul skond id-dispożizzjonijiet tas-sub-paragrafu (b) ta' dan il-paragrafu għandu jitqies bħala finali, iżda s-sommom imħallsa jkunu mogħtija lura jekk il-pova msemmija fis-sub paragrafu (a) ta' dan il-paragrafu tkun miġjuba fi żmien sena mid-data tal-ħlas.

    Artikolu 10

    1. Evidenza tar-re-esportazzjoni tal-merkanziji (nkluzi l-mezzi tat-trasport) importati permezz tal-karti tad-dħul temporanju għandha tinġieb billi jkun hemm kontromarka tar-re-esportazzjoni magħmula u timbrata mill-awtoritajiet doganali tat-territorju tad-dħul temporanju.

    2. Jekk ir-re-esportazzjoni ma tkunx ġiet iċċertifikata skond il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet doganali tat-territorju tad-dħul temporanju jistgħu, anki jekk il-perjodu tal-validitá tal-karti jkun skada, jaċċettaw bħala evidenza tar-riesportazzjoni:

    (a) id-dettalji meħuda fil-karti tad-dħul temporanju mill-awtoritajiet doganali ta' Parti Kontraenti oħra dwar l-importazzjoni u r-re-importazzjoni jew iċ-ċertifikat maħruġ minn dawn l-awtoritajiet ibbażat fuq id-dettalji mnizzlin fuq l-voucher li kien separat mill-karti dwar l-importazzjoni jew ir-re-importazzjoni fit-territorju tagħhom, sakemm dawk id-dettali jkollhom x'jaqsmu ma importazzjoni jew re-importazzjoni li tista` tkun provata li saret wara r-re-esportazzjoni li hija ntiża biex tistabbilixxi:

    (b) kull dokument ieħor li jagħti prova li l-merkanziji (inklużi l-mezzi tat-trasport) jinsabu barra minn dak it-territorju.

    3. F'kull każ fejn l-awtoritajiet doganali ta' Parti Kontraenti tirrinunzja għal ħtieġa ta' re-esportazzjoni ta' ċertu merkanziji (inklużi l-mezzi tat-trasport) li tħallew jidħlu fit-territorju tagħhom permezz tal-karti tad-dħul temporanju, l-assoċjazzjoni tal-garanzija għandha tinħall mill-obbligazzjonijiet tagħha biss, meta dawk l-awtoritajiet ikunu ċertifikaw fil-karti li l-pożizzjoni fir-rigward ta' dawk il-merkanziji (nklużi l-mezzi tat-trasport) ġiet irregolarizzata.

    Artikolu 11

    Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 10(2) ta' dan l-Anness, l-awtoritajiet doganali jkollhom id-dritt li jinponu ħlas ta' pagament ta' regolarizzazzjoni.

    KAPITOLU VI

    Dispożizzjonijiet mixellanji

    Artikolu 12

    L-iffirmar doganali fuq il-karti tad-dħul temporanji li jkunu wżati skond il-kondizzjonijiet imnizzla f'dan l-Anness ma jkunx suġġett għal ħlas ta' pagament minħabba s-servizz ta' l-uffiċċjal doganali waqt siegħat normali tax-xogħol.

    Artikolu 13

    Fil-kaz li l-karti tad-dħul temporanji jkunu meqruda, mitlufa jew misruqa waqt li l-merkanziji (inklużi l-mezzi tat-trasport) imsemmija f'dawn il-karti jkunu fit-territorju ta' xi wieħed mill-Partijiet Kontraenti, l-awtorita doganali ta' dik il-Parti Kontraenti għandha, fuq talba ta' l-assoċjazzjoni emittenti u taħt dawk il-kondizzjonijiet li dawk l-awtoritajiet jistgħu jpoġġu, taċċetta karti sostituzzjonali li l-validitá taghhom tiskadi fl-istess data li hija mnizzla fil-karti li qed jissostitwixxu.

    Artikolu 14

    1. Meta jkun mistenni li l-operazzjoni tad-dħul temporanju se ddum aktar mill-perjodu ta' validitá mnizzel fil-karti tad-dħul temporanju minħabba li l-pussessur ma jkunx jista` f'dan il-perjodu jerġa jesporta l-merkanziji (inklużi l-mezzi tat-trasport), l-assoċjazzjoni emittenti tista' toħroġ karti sostituzzjonali. Dawn il-karti jkunu miġjuba quddiem l-awtoritajiet doganali tal-Partijiet Kontraenti konċeranti dwar il-kontroll. Meta l-karti sostituzzjonali jkunu aċċettati, l-awtoritajiet doganali konċernati għandhom jirrilaxxaw il-karti li ġew sostitwiti.

    2. Il validitá tal-carnet CPD tista' tkun estiża darba biss għal mhux aktar minn sena. Wara dan il-perjodu, carnet ġdid irid ikun maħruġ bħala sostituzzjoni ghall-carnet ta' qablu u aċċettat mill-awtoritajiet doganali.

    Artikolu 15

    Fejn l-Artikolu 7(3) ta' din il-Konvenzjoni japplika, l-awtoritajiet doganali għandhom, sakemm ikun possibli, jinnotifikaw lill-assoċjazzjoni tal-garanziji bil-konfiska li saret minnhom jew f'isimhom tal-merkanziji (inklużi l-mezzi tat-trasport) li tħallew jidħlu permezz tal-karti tad-dħul temporanju taħt il-garanzija ta' din l-assoċjazzjoni u għandhom javżawha dwar il-miżuri li beħsiebhom jieħdu.

    Artikolu 16

    F'każ ta' frodi, kontravenzjoni jew abbuż, il-Partijiet Kontraenti għandhom, minkejja d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness, ikunu ħielsa li jibdew proċeduri kontra l-persuni li jużaw il-karti tad-dħul, biex jakkwistaw lura d-dazji u t-taxxi ta' l-importazzjoni u sommom oħra pagabbli kif ukoll biex jinponu l-penali li dawn il-persuni jkunu ħatja tagħha. F'dan il-każ l-assoċjazzjonijiet għandhom jagħtu l-assistenza tagħhom lill-awtoritajiet doganali.

    Artikolu 17

    Il-karti tad-dħul temporanji jew biċċiet minnhom maħruġa jew li huma destinati biex ikunu maħruġa fit-territorju li kienu importati fih u li kienu mibgħuta lil xi assoċjazzjoni emittenti minn assoċjazzjoni tal-garanziji, minn organizzazzjoni internazzjonali jew mill-awtoritajiet doganali tal-Parti Kontraenti, għandhom ikunu ħielsa minn dazji u taxxi fuq l-importazzjoni u ħielsa minn kull projbizzjoni jew restrizzjoni fuq l-importazzjoni. Faċilitajiet simili għandhom jingħataw fil-mument ta' l-esportazzjoni

    Artikolu 18

    1. Kull Parti Kontraenti għandha d-dritt li tifformula riserva, skond l-Artikolu 29 ta' din il-Konvenzjoni, fir-rigward ta' l-aċċettazzjoni ta' l-ATA carnet għat-traffiku postali.

    2. L-ebda riserva oħra għal dan l-Anness ma tista' tkun permessa.

    Artikolu 19

    1. Fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, bi qbil ma l-Artikolu 27 ta' din il-Konvenzjoni, dan l-Anness jirrevoka u jissostitwixxi l-Konvenzjoni Doganali dwar l-ATA carnet dwar id-dħul temporanju tal-merkanziji, Brussel, 6 ta' Diċembru 1961 (Konvenzjoni ATA) fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn il-Partijiet Kontraenti li aċċettaw dan l-Anness u li huma Partijiet Kontraenti ta' dik il-Konvenzjoni.

    2. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ATA carnet maħruġa taħt id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ATA. 1961, qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan l-Anness, għandhom ikunu aċċettati sakemm l-operazzjonijiet li għalihom il-carnets ikunu nħarġu jkunu tlestew.

    --------------------------------------------------

    ANNESS B.1

    L-ANNESS DWAR IL-MERKANZIJA DESTINATA BIEX TKUN PREŻENTATA JEW UŻATA F'OKKAZJONI TA' ESIBIZZJONI, FIERI, KUNGRESSI JEW MANIFESTAZZJONIJIET SIMILI

    KAPITOLU I

    Definizzjoni

    Artikolu 1

    Għal fini ta' l-applikazzjoni ta' dan l-Anness it-terminu manifestazzjoni tfisser:

    1. esebizzjonijiet, fieri, u manifestazzjonijiet simili ta' l-industrija, ta' l-agrikoltura, u ta' l-artiġjanat;

    2. esebizzjonijiet jew maifestazzjonijiet organizzati prinċipalment għal skop filantropiku;

    3. esebizzjoni jew manifestazzjoni organizzata prinċipalment għal skop xjentifiku, tekniku, artiġjanali, artistiku, edukattiv jew kulturali, sportiv, reliġjuż jew ta' qima, jew ghall-iskop li jsaħħaħ it-turiżmu jew li jsaħħaħ il-ħbiberiji bejn il popli;

    4. laqgħat ta' rappreżentanti ta' kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali jew ta' grupp internazzjonali ta' organiżazzjonijiet jew

    5. ċerimonja u manifestazzjoni li jkollha natura uffiċjali jew kommemorattiva,

    b'eċċezzjoni ta' l-esebizzjonijiet organizzati għal skopijiet privati fi ħwienet jew postijiet kummerċjali għall-bejgh ta' merkanzija barranija.

    KAPITOLU II

    Skop

    Artikolu 2

    1. Il-merkanziji li ġejjin jistgħu jibbenefika mid-dħul temporanju skond dak li jgħid l-Artikolu 5 ta' din il-Konvenzjoni:

    (a) il-merkanzija destinata biex tkun esporata jew biex tkun esibita waqt manifestazzjoni, inklużi l-materjali annessi fl-Anness dwar l-Arranġament fuq l-importazzjoni ta' oġġetti ta' karattru edukattiv, xjentifiku jew kulturali, Unesco, New York, 22 ta' Novembru 1950, u l-Protokoll tiegħu,, Najrobi, 26 ta' Novembru 1976;

    (b) il-merkanziji destinati biex ikunu wżati fl-okkazjoni tal-manifestazzjoni għal ħtieġa ta' prodotti barranin, li jinkludu:

    (i) il-merkanziji neċessarja għad-dimostrazzjoni ta' makkinarju jew apparat barrani għal-wiri;

    (ii) il-materjali għall-bini jew għad-dekorazzjoni, flimkien ma l-apparat elettriku, għal stands provvisorji ta' l-esibituri stranġieri;

    (iii) il-materjal pubbliċitarju u dimostrattiv li jidher li jkun iddestinat biex ikun użat għar-reklamar tal-merkanzija barranija li tkun għal wiri, bħal per eżempju r-reġistrazzjonijiet tal-ħoss u tat-televiżjoni, l-films u l-slajds tal-lanterna, kif ukoll l-apparat neċessarju għall-użu tagħhom:

    (ċ) il-materjal, li jinkludi l-apparat għall-interpretazzjoni, l-apparat għar-reġistrazzjoni tal-ħoss u tat-televiżjoni, kif ukoll il-films ta' natura edukattiva, xjentifika jew kulturali, destinati biex ikunu wżati f'okkazjonijiet ta' laqgħat, konferenzi u kungressi internazzjonali.

    2. Biex il-faċilitajiet msemmija f'dan l-Anness japplikaw:

    (a) il-materjali jridu jkunu mpurtat f'numru jew fi kwantitá raġonevoli meta tikkunsidra l-iskop ta' l-importazzjoni:

    (b) il-kondizzjonijiet stabbiliti minn din il-Konvenzjoni jridu jiġu sodisfatti skond il-ġudizzju ta' l-awtoritajiet doganali tat-territorju tad-dħul temporanju.

    KAPITOLU III

    Dispożizzjonijiet mixellanji

    Artikolu 3

    Sakemm jibbenfikaw mill-fakoltajiet mogħtija minn din il-Konvenzjoni u dejjem jekk il-liġi nazzjonali tat-territorju tad-dħul temporanju tippermetti, l-merkanziji li jkunu regolati mill-proċedura tad-dħul temporanju ma jistgħux ikunu:

    (a) mislufa, mogħtija jew użati bi skop ta' qliegħ; jew

    (b) maħruġa barra mil-post tal manifestazzjoni.

    Artikolu 4

    1. Il-perjodu taż-żmien għar-re-esportazzjoni tal-merkanziji li jkunu impurtati biex ikunu preżentati jew użati fl-okkazjoni ta' esebizzjonijiet, fieri, kungressi jew manifestazzjonijiet oħra huwa ta' mill-inqas sitt xhur mid-data tad-dħul temporanju.

    2. Salv id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet doganali jawtorizzaw lill-partijiet interessati biex iħallu fit-territorju tad-dħul temporanju l-merkanziji biex ikunu preżentati jew użati fl-okkazjoni ta' manifestazzjoni suċċessiva, bil-kondizzjoni li l-liġi u r-regolamenti ta' dan it-territorju ikunu osservati u l-merkanziji jkunu re-esportata fi żmien sena mid-data tad-dħul temporanju tagħhom.

    Artikolu 5

    1. Skond dak li jgħidu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 13 ta' din il-Konvenzjoni, l-iżdoganament għall-użu domestiku jingħata ħieles minn dazji u taxxi fuq l-importazzjoni u mingħajr ma jkunu applikati l-projbizzjonijiet fuq l-importazzjoni u r-restrizzjonijiet fir-rigward ta' merkanziji li ġejjin issa:

    (a) il-kampjuni żgħar li huma rappreżentattivi tal-merkanzija barranija li tkun qiegħda għall-wiri fl-okkazzjoni ta' manifestazzjoni, nklużi l-kampjuni ta' prodotti ta' l-ikel u tax-xorb, imputati fil-forma ta' kampjuni jew miksuba matul il-manifestazzjoni minn merkanzija impurtata fi kwantitá, dejjem jekk:

    (i) ikunu distribwiti b'xejn minn pajjiż barrani u huma wżati biss għal distribuzzjoni lill-viżitaturi tal-manifestazzjoni, għal użu individwiali jew biex ikunu konsmati mill-viżitaturi stess;

    (ii) ikunu prodotti li huma identifikabbli bħala kampjuni ta' natura pubbliċitarja ta' valur minimu;

    (iii) ma jistgħux ikunu mislufa għal kummerċjaliżazzjoni u eventwalment ikunu ippreżentati f'pakketti li jkun fihom kwantitá ta' merkanzija inferjuri ikkumparata mal-kwantitá minima ta' l-istess merkanzija eventwalment mibugħa fil-kummerċ;

    (iv) il-kampjuni tal-prodotti ta' l-ikel u tax-xorb li ma humiex imqassma f'pakketti skond dak li jgħid il-paragrafu (iii) huma konsmati fuq il-post waqt il-manifestazzjoni, u

    (v) skond il-parir ta' l-awtoritajiet doganali tat-territorju tad-dħul temporanju, l-valur globali tagħhom u l-kwantitá huma raġonevoli meta tikkunsidra n-natura tal-manifestazzjoni, n-numru ta' viżitaturi u l-entitá tal-parteċipazzjoni ta' l-eżibituri:

    (b) il-merkanzija impurtata biss għall-iskop ta' dimostrazzjoni ta' makkinarju u apparat barrani preżentat fil-manifestazzjoni u konsmati jew imkissra waqt din id-dimostrazzjoni, dejjem jekk, skond il-parir ta' l-awtoritajiet doganali tat-territorju tad-dħul temporanju, l-valur globali tagħhom u l-kwantitá tagħhom huma raġonevoli, meta tikkunsidra n-natura tal-manifestazzjoni, n-numru ta' viżitaturi u l-entitá tal-parteċipazzjoni ta' l-esibituuri:

    (ċ) il-prodotti ta' valur baxx użati għal kostruzzjoni, s-sistemazzjoni u d-dekorazzjoni ta' stands ta' eżibituri baranini, bħal, kuluri, żebgħa, u wallpaper:

    (d) materjal stampat, prospetti, listi tal-prezzijiet, manifesti pubbliċitarji, kalendarji, bl-istampi jew mingħajr stampi, u ritratti mingħajr frame, iddestinati, manifestament, biex ikunu wżati għal finijiet pubbliċitarji għall-merkanziji, dejjem jekk:

    (i) ikunu prodotti barranin, mogħtija b'xejn, li jservu esklussivament għad-distribuzzjoni b'xejn lill-pubbliku fil-post tal-manifestazzjoni; u

    (ii) skond il-parir ta' l-awtoritá doganali tat-territorju tad-dħul temporanju, l-valur globali u l-kwantitá tagħhom hija raġonevoli meta tikkunsidra n-natura tal-manifestazzjoni, flimkien man-numru ta' viżitaturi u l-entitá tal-parteċipazzjoni ta' l-eżibituri;

    (e) il-files, l-arkivji, l-formuli u dokumenti oħra ddestinati għal dan l-iskop waqt jew fl-okkazzjoni tal-laqgħat, konferenzi jew kungressi internazzjonali.

    2. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma japplikawx għal xorb alkoħoliku, għat-tabakk jew għal materjal kombustibbli.

    Artikolu 6

    1. Kemm għall-importazzjoni kif ukoll għar-re-esportazzjoni, l-verifika u l-iżdoganament tal-merkanziji li sa jkunu jew kienu preżentati jew użati fil-manifestazzjoni jkunu magħmula, fil-każijiet kollha fejn ikun possibli u appropjat, fl-istess post fejn issir il-manifestazzjoni konċernata.

    2. Kull Parti Kontraenti tobbliga ruħha f'kull każ fejn tħoss li hu neċessarju, meta tieħu in-konsiderazzjoni l-importanza tal-manifestazzjoni, li twaqqaf, għal perjodu raġonevoli, uffiċċju doganali fil-post fejn hemm il-manifestazzjoni organizzata fit-territorju tagħha.

    Artikolu 7

    Il-prodotti akkwistati inċidentalment waqt il-manifestazzjoni mal-merkanziji impurtati temporanjament, waqt id-dimostrazzjoni tal-makkinarju jew l-apparat espost, huma suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni.

    Artikolu 8

    Kull parti Kontraenti għandha d-dritt li tifformula riserva, skond l-Artikolu 29 ta' din il-Konvenzjoni, fil-mertu tad-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 5(1)(a) ta' dan l-Anness.

    Artikolu 9

    Fil-mument tad-dħul fis-seħħ tiegħu dan l-Anness għandhu jirrevoka u jissostitwixxi l-Konvenzjoni Doganali dwar l-importazzjoni tal-merkanziji destinati għall-esposizzjonijiet, fieri u kungressi, Brussel, 8 ta' Ġunju 1961, fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn il-Partijiet Kontraenti li aċċettaw dan l-Anness u li huma Partijiet Kontraenti ta' din il-Konvenzjoni

    --------------------------------------------------

    ANNESS B.2

    ANNESS DWAR APPARAT PROFESSJONALI

    KAPITOLU I

    Definizzjoni

    Artikolu 1

    Għal fini ta' l-applikazzjoni ta' dan l-Anness materjal professjonali jfisser:

    1. il-materjal għall-istampa, x-xandir tar-radju u tat-televiżjoni, neċessarju għar-rapprezentati ta' l-istampa, tax-xandir radjofoniku jew tat-televiżjoni li jmorru fit-territorju ta' pajjiż ieħor biex joħorġu servizzi ġurnalistiċi, reġistrazzjonijiet jew trasmissjonijiet fil-forma ta' programmi speċifiċi. Il-lista bl-eżempji ta' dan il-materjal tinsab fl-Appendiċi I ta' dan l-Anness;

    2. il-materjal ċinematografiku neċessarju għal kulmin imur fit-territorju ta' pajjiż ieħor biex jagħmel film wieħed jew aktar minn wieħed. Il-lista bl-eżempji ta' dan il-materjal tinsab fl-Appendiċi II ta' dan l-Anness;

    3. kull materjal ieħor neċessarju għal eżerċizzju tax- xogħol, jew tal-professjoni ta' kulmin imur fit-territorju ta' pajjiż ieħor biex jagħmel xi xogħol speċifiku.. Huma esklużi l-materjali destinati biex ikunu użati fil-fabbrikazzjoni ndustrijali, għall-ippakkjar tal-merkanziji jew (b'eċezzjoni ta' l-għodda ta' l-idejn) għall-isfruttament tar-risorsi naturali, fil-kostruzzjoni, fit-tiswija jew fil-manutenzjoni ta' l-immobbli jew għal proġetti ta' ċaqliq ta' radam u proġetti simili. Il-lista bl-eżempji ta' dan il-materjal tinsab fl-Appendiċi III ta' dan l-Anness;

    4. l-apparat simili tal-materjal msemmi fil-paragrafi 1, 2, u 3 ta' dan l-Artikolu u l-aċċessorji tagħhom.

    KAPITOLU II

    Skop

    Artikolu 2

    Jibbenefikaw mid-dħul temporanju skond l-Artikolu 2 ta' din il-Konvenzjoni:

    (a) il-materjali professjonali:

    (b) il-partijiet maqlugħa li huma impurtati għat-tiswija tal-materjal professjonali li jitħallew jidħlu temporanjament skond il-paragrafu (a).

    KAPITOLU III

    Dispożizzjonijiet mixellanji

    Artikolu 3

    1. Biex jibbenefikaw mill-faċilitajiet mogħtija minn dan l-Anness il-materjali professjonali jridu:

    (a) jkunu ta' proprjeta ta' persuna stabbiltà jew residenti barra mit-territorju tad-dħul temporanju;

    (b) ikunu impurtati minn persuna stabbilità jew residenti barra mit-territorju tad-dħul temporanju;

    (ċ) ikunu użat biss mill-persuna li tkun marret fit-territorju tad-dħul temporanju jew ikunu użati taħt il-ħarsien ta' din il-persuna.

    2. Il-paragrafu 1 (c) ta' dan l-Anness ma japplikax għall-importazzjoni ta' apparat għall-produzzjoni ta' film, ta' programmi televiżivi jew ta' xogħol awdjoviżiv, fl-eżekuzzjoni ta' kuntratt ta' ko-produzzjoni konkluż ma persuna stabbiltà fit-territorju tad-dħul temporanju u aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti ta' tali territorju fil-forma ta' ftehim ta' koproduzzjoni inter-governattiv.

    3. Il-materjali ċinematografiċi, għall-istampa, x-xandir radjofoniku u televiżiv ma għandhomx jikkostitwixxu oġġett ta' kuntratt simili li tkun jagħmel parti minnu persuna stabbiltà fit-territorju tad-dħul temporanju, iżda din il-kondizzjoni ma tapplikax fil-każ ta' realiżzazzjoni ta' programmi komuni ta' xandir radjofoniku jew televiżiv.

    Artikolu 4

    1. Id-dħul temporanju tal-materjali destinati għal produzzjoni u għal servizzi ġurnalistiċi radjufoniċi jew televiżivi u l-apparat tagħhom impurtati minn entitajiet pubbliċi jew privati approvati għal dan l-iskop mill-awtoritajiet doganali tat-territoju tad-dħul temporanju huwa permess mingħajr ma jkun mitlub l-ebda dokument dognali u mingħajr ma tkun ikkostitwita l-ebda garanzija.

    2. L-awtoritajiet doganali jistgħu jitolbu lista jew inventarju dettaljat tal-materjali mnizzla fil-paragrafu 1, flimkien ma garanzija meħuda bil-miktub rigward ir-riesportazzjoni ta' dan il-materjal.

    Artikolu 5

    Il-perjodu għar-re-esportazzjoni huwa ta' mill-inqas tnax il-xahar mid-data tad-dħul temporanju. Madankollu l-perjodu għar-re-esportazzjoni ta' vetturi jista jkun iddeterminat skond ir-raġuni u l-perjodu maħsub li l-vettura sa tagħmel fit-territorju tad-dħul temporanju.

    Artikolu 6

    Kull Parti Kontraenti għandha d-dritt li tirrfjuta jew tirrevoka l-benefiċċju tad-dħul temporanju għall-vetturi msemmija fl-appendiċi I, II u III ta' dan l-Anness li, anki b'titlu okkazzjonali, jgħabbu persuni jew merkanziji bi ħlas, fit-territorju tagħha, biex inizzluhom f'post ġewwa l -istess territorju.

    Artikolu 7

    L-appendiċi ta' dan l-Anness huwa parti intergrali minnhu.

    Artikolu 8

    Fil-mument tad-dħul fis-seħħ tiegħu, dan l-Anness jirrevoka u jissostitwixxi, skond dak li jgħid l-Artikolu 27 ta' din il-Konvenzjoni, l-Konvenzjoni Doganali dwar l-importazzjoni temporanja tal-materjal professjonali, Brussel, 8 ta' Ġunju 1961, fir-rigward tar-relazzjonijiet tal-Partijiet Kontraenti li aċċettaw dan l-Anness u li huma partijiet ta' din il-Konvenzjoni.

    --------------------------------------------------

    ANNEX B.3

    ANNESS DWAR IL-KONTENITURI, L-PALITS, L-IPPAKKJAR, IL-KAMPJUNI U MERKANZIJA OĦRA B'KONNESSJONI MA OPERAZZJONI KUMMERCJALI

    KAPITOLU I

    Definizzjonijiet

    Artikolu 1

    Għal fini ta' dan l-Anness:

    (a) merkanzija mpurtata b'konnessjoni ma operazzjoni kummerċjali tfisser:

    il-kontenituri, il-pàlits, l-ippakkjar, il-kampjuni, il-films pubbliċitarji kif ukoll il-merkanzija ta' kwalunkwe ġeneru mpurtata b'konnessjoni ma operazzjoni kummerċjali, iżda li l-importazzjoni tagħhom ma tikkostitwix, minnha nnfisha, operazzjoni kummerċjali;

    (b) ippakkjar ifisser:

    l-oġġetti u l-materjali kolla li jservu jew li huma destinati biex iservu, fl-istat li jkunu mpurtati fih, biex jippakjaw, jipprotegu, jistivaw jew jisseparaw il-merkanzija, bl-eċċezzjoni tal-materjali tiben, karta, fibra tal-ħġieġ, ċana, eċċ meta tkun imputata bil-kwantità. Huma wkoll esklużi l-kontenituri u l-pàlits iddefiniti rispettivament fl-ittri (c) u (d);

    (ċ) kontenitur ifisser:

    oġġett għat-trasport (van tar-rifi, tank mobbli u strutturi simili):

    (i) li jikkostitwixxi skumpartiment, totalment jew parzjalment magħluq, iddesinjat biex iġorr il-merkazija

    (ii) li huwa ta' natura permanenti u huwa għaldaqshekk b'saħħtu bizzejjed biex ikun użat ripetutament:

    (iii) li huwa speċjalment ipproġettat biex iħaffef it-trasport tal-merkanzija, mingħajr ma jkun hemm ksur tat-tagħbija b'mod wieħed jew aktar minn mod wieħed tat-trasport;

    (iv) li huwa proġettat biex ikun faċilment manuvrabbli, partikolarment waqt it-trasferiment minn mod ta' trasport għal ieħor:

    (v) li huwa disinjat b'tali mod li jkun faċli biex ikun mimli u svojtat, u

    (vi) li għandhu volum intern ta' ċentimenti kubiku wieħed jew aktar.

    It terminu "kontenitur" jinkludi l-aċċessorji u l-għodda tal-kontenitur skond il-kategorija tiegħu, bil-kondizzjoni li jkunu trasportati mal-kontenitur. It-terminu "kontenitur" ma jinkludix il-vetturi, l-aċċessorji jew il-biċċiet tal-bdil ta' vetturi, l-ippakjar jew l-pàlits. Il-partijiet li jizzarmaw huma mxebbħa mal-kontenituri;

    (d) pàlit tfisser:

    oġġett li fuqu jistgħu ikunu miġmugħa ċertu kwantità ta' merkanzija li tikkostitwixxi tagħbija waħda għal fini tat-trasport, tal-movementazzjoni jew ta' l-imballaġġ premezz ta' apparat mekkaniku. Dan l-oġġett huwa magħmul minn żewġ xkaffi maqgħudin flimkien permezz ta' traversi jew minn xkaffa waħda li tistrieħ fuq is-saqajn; it-tul totali tagħha huwa kemm jista jkun imnaqqas, iżda dan jibqa jħalli l-movimentazzjoni permezz ta'vettura b'furketta mimduda fuq quddiem biex tgħolli u ġġorr tagħbijiet min-naha għal oħra jew trakkijiet tal-pàlit, dan jista jkollhu jew ma jkollux soprastruttura:

    (e) kampjuni tfisser:

    oġġetti li huma rappreżentattivi ta' kategorija ta' merkanzija determinata li tkun diġa maħduma jew li huma mudelli ta' merkanzija li l-fabbrikazzjoni tagħhom hija mistennija, bl-eċċezzjoni ta' l-oġġetti identiċi li huma miġjuba mill-istess persuna jew mibgħuta lill-istess destinatarju fi kwantità tali li, meta tikkunsidrahom flimkien, ma jikkostitwux kampjuni skond l-użu normali tal-kummerċ;

    (f) films pubbliċitarji tfisser:

    il-mezzi ta' l-immaġni reġistrati, bil-mużika jew mingħajr mużika, li jirriproduċu essenzjalment immaġni tan-natura jew tal-funzjonament ta' prodotti jew materjali li huma għall-bejgħ jew għal kiri minn persuna stabbilità jew residenti fit-territorju ta' parti kontraenti oħra, dejjem jekk ikunu ta' tali natura li jkunu preżentati lill-klijenti eventwali u mhux f'esibizzjoni ġenerali lill-pubbliku, u jkunu mpurtati f'pakkett li ma jkunx fih aktar minn kopja waħda ta' kull film u ma jiffurmawx parti minn kunsinna akbar ta' films;

    (g) traffiku intern tfisser:

    it-trasport ta' merkanzija mgħobbija ġewwa t-territorju doganali ta' Parti Kontraenti biex tkun maħtuta ġewwa t-territorju doganali ta' l-istess Parti Kontraenti.

    KAPITOLU II

    Skop

    Artikolu 2

    Jibbenefikaw mid-dħul temporanju, skond l-Artikolu 2 ta' din il-Konvenzjoni, l-merkanziji mnizzlin hawn taħt jew impurtati f'operazzjoni kummerċjali:

    (a) l-ippakkjar impurtat mimli biex ikun re-esportat vojt jew mimli, jew impurtat vojt biex ikun re-esportat mimli;

    (b) il-kontenituri mimlijin jew mhux mimlijin bil-merkanziji kif ukoll bl-aċċessorji tal-kontenituri aċċettati temporanjament, impurtati mal-kontenituri biex ikunu re-esportati separatament jew ma kontenitur ieħor, jew impurtati separatament biex ikunu re-esportati ma' kontentitur;

    (ċ) il-partijiet maqlugħa impurtati għat-tiswija tal-kontenituri li huma marbuta bil-proċedura tad-dħul temporanju conformi ma l-ittra (b) ta' dan l-Artikolu;

    (d) il-pàlit;

    (e) il-kampjuni;

    (f) il-films pubbliċitarji;

    (g) kull merkanziji oħra mpurtati għal fini ta' Appendiċi I ta' dan l-Anness b'konnessjoni ma operazzjoni kummerċjali, imma bl-importazzjoni ta' dawn il-merkanziji, fiha nnifisha, ma tikkostitwix operazzjoni kummerċjali.

    Artikolu 3

    Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness ma jaffettwawx il-liġi doganali tal-Partijiet Kontraenti applikabbli għall-importazzjoni ta' merkanziji trasporstati ġewwa kontenituri jew ippakkjar inkella fuq pàlits.

    Artikolu 4

    1. Biex tibbenefika mill-faċililitajiet mogħtija minn dan l-Anness:

    (a) l-ippakkjar irid ikun riesportati unikament mill-benefikatarju tad-dħul temporanju. L-ippakkjar ma jistgħax ikun użat fit-traffiku ntern, lanqas b'mod okkażjonali;

    (b) il-kontenituri jridu jkunu mmarkati skond il-mod preskritt mill-Appendiċi II ta' dan l-Anness. Dawn jistgħu jkunu użati fit-traffiku intern iżda, f'tali każ, kull Parti Kontraenti jkollha l-facultà li tapplika dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin.

    - il-kontenitur irid jagħmel il-vjaġġ qasir biex jasal fil-post, jew fil-viċinanzi, fejn il-merkanziji ta' l-esportazzjoni jridu jkunu mgħobbija jew minfejn il-kontenitur irid ikun re-esportat vojt

    - il-kontenitur jista jkun użat fit-traffiku ntern darba biss qabel ma jkun re-esportat;

    (ċ) il-pàlits jew numru ndaqs ta' pàlits ta' l-istess tip u ta' valur bejn wieħed u ieħor ugwali jridu jkunu esportati preventivament jew jkunu esportati jew re-esportati suċċessivament:

    (d) il-kampjuni u l-films pubbliċitarji jridu jkunu ta' proprjeta ta' persuna stabbilità jew residenti barra t-territorju tad-dħul temporanju u jkunu mpurtati bl-iskop li jkunu esibiti jew li jkunu oġġett ta' dimostrazzjoni fit-territorju tad-dħul temporanju biex b'hekk aktar ordnijiet ikunu magħmula għall-merkanziji li sa jkunu impurtati f'dan it-territorju. Dawn ma għandhomx ikunu mibjugħa, jew iddestinati għall-użu normali tagħhom ħlief għall-iskop tad-dimostrazzjoni, jew użati bl-ebda mod fil-lokazzjoni jew għal qliegħ waqt li jkunu fit-territorju tad-dħul temporanju;

    (e) l-użu tal-merkanziji mnizzla fil-punti 1 u 2 ta' Appendiċi I ta' dan l-Anness ma għandhomx jikkostitwixxi attività ta' qliegħ.

    2. Kull Parti Konraenti għandha d-dritt li tirrifjuta d-dħul temporanju tal-kontenituri, tal-pàlits jew ta' l-ippakkjar li jifforma oġġett ta' akkwist jew ta' kirja, jew ta' kuntratti simili li persuna stabbilità jew residenti f'tali territorju tkun parti minnhom.

    Artikolu 5

    1. Id-dħul temporanju tal-kontenituri, tal-pàlits u ta' l-ippakkjar jingħata mingħajr ma jkun mitlub l-ebda dokument u mingħajr ma tkun ikkostitwita l-ebda garanzija.

    2. Minflok id-dokument doganali u l-garanzija għal kontenituri, l-benefikatarju tad-dħul temporanju jista jkun mitlub biex jagħti garanzija bil-miktub:

    (i) biex jagħti lill-awtortitajiet doganali, fuq talba tagħhom, l-informazzjoni dettaljata tal-movimenti ta' kull kontenitur li huwa marbut bil-proċedura tad-dħul temporanju, kif ukoll id-dati u l-postijiet tad-dħul fit-territorju tad-dħul temporanju u l-ħruġ minn tali territorju, jew l-lista tal-kontenituri flimkien ma granzija mogħtija bil-miktub fir-rigward tar-re-esportazzjoni tagħhom

    (ii) li jitħallsu d-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni li jistgħu jkunu mitluba fil-każ li ma jkunux sodisfatti l-kondizzjonnijiet li jirregolaw id-dħul temporanju.

    3. Minflok id-dokument doganali u l-garanzija għal pàlits u l-ippakkjar, il-benefikatarju tad-dħul temporanju jista jkun mitlub biex jippresenta lill-awtoritajiet doganali garanzija meħuda bil-miktub li jerġa jesportahom.

    4. Il-persuni li jagħmlu użu regolari mill-proċedura tad-dħul temporanju huma awtorizzati li jagħtu garanzija ġenerali.

    Artikolu 6

    Il-perjodu taż-żmien għar-re-esportazzjoni tal-merkanziji impurtati b'konnessjoni ma operazzjoni kummerċjali huwa ta' sitt xhur mid-data tad-dħul tagħhom.

    Artikolu 7

    Kull Parti Kontraenti għandha d-dritt li tifformula riserva, għal kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 29 ta' din il-Konvenzjoni, fir-rigward ta'

    (a) mhux aktar minn tliet gruppi ta'merkanziji mnizzla fl-Artikolu 2;

    (b) Artikolu 5; ta' dan l-Anness.

    Artikolu 8

    L-appendiċi ta' dan l-Anness jikkostitwixxu parti integrali minnu.

    Artikolu 9

    Fil-mument tad-dħul fis-seħħ tiegħu dan l-Anness jirrevoka u jissostitwixxi, skond dak li jgħid l-Artikolu 27 ta' din il-Konvenzjoni, l-Konvenzjonijiet u d-dispożizzjonijiet hawn taħt indikati:

    - Il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-proċedura tat-trattament tal-pàlits użati għat-trasport internazzjonali, Ġinevra, 9 ta' Deċember 1960,

    - il-Konvenzjoni Doganali dwar l-importazzjoni temporanja ta' l-ippakkjar; Brussel, 6 ta' Ottubru 1960,

    - l-Artikoli 2 sa 11 ta' l-Annessi 1 (1) u (2) sa 3 tal-Konvenzjoni Doganali dwar il-kontenituri, Ġinevra, 2 ta' Deċember 1972,

    - l-Artikoli 3, 5 u 6 (1) (b) u (2) tal-Konvenzjoni għal faċilitazzjoni ta' l-importazzjoni tal-kampjuni kummerċjali u tal-materjal pubbliċitarju, Ġinevra, 7 ta' Novembru 1952,

    f'relazzjoni bejn il-partijiet Kontraenti li aċċettaw dan l-Anness u huma wkoll partijiet Kontraenti f'dawk il-Konvenzjonijiet

    --------------------------------------------------

    ANNESS B.4

    ANNESS DWAR IL-MERKANZIJA IMPORTATA B'KONNESSJONI MA PROCESS TA' FABBRIKAZZJONI

    KAPITOLU I

    Definizzjoni

    Artikolu 1

    Ghal fini ta' l-applikazzjoni ta' dan l-Anness merkanziji mpurtati b'konnessjoni ma proċess ta' fabbrikazzjoni tfisser:

    1. (a) il-matriċi, l-blokkok, il-pjanċi, l-forom, id-disinji, l-proġetti, l-mudelli u oġġetti oħra simili:

    (b) l-istrumenti tal-kejl, tal-kontroll, tal-verifika u oġġetti oħra simili;

    (ċ) l-għodda u l-istrumenti speċjali; impurtati biex ikunu użati waqt il-proċess tal–fabbrikazzjoni, u

    2. mezzi ghal produzzjoni ta "sostituzzjoni" tfisser:

    l-istrumenti, l-apparat u l-magni li, waqt il-ħin li jaslu jew li jissewwew il-merkanziji simili, jkunu qegħdin għad-dispożizzjoni ta' klijent mill-fornitur jew mill-persuna li tagħmel it-tiswija, skond iċ-ċirkustanzi.

    KAPITOLU II

    Skop

    Artikolu 2

    Jibbenefikaw mid-dħul temporanju skond l-Artikolu 2 ta' din il-Konvenzjoni, l-merkanziji mpurtati b'konnessjoni ma proċess ta' fabbrikazzjoni.

    KAPITOLU III

    Dispożizzjonijiet mixellanji

    Artikolu 3

    Biex jibbenefikaw mill-faċilitajiet mogħtija minn dan l-Anness:

    (a) il-merkanziji mpurtati b'konnessjoni ma proċess ta' fabbrikazzjoni jridu jkunu ta' proprjeta ta' persuna stabbilità barra t-territorju tad-dħul temporanju u jkunu destinati għal persuna stabbilità f'dan it-territorju;

    (b) it-totalità jew parti (skond id-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali) tal-produzzjoni li tirriżulta mill-użu tal-merkanzija impurtata b'konnessjoni ma proċess ta' fabbrikazzjoni, li jitkellem dwaru l-Artikolu 1(1) ta' dan l-Anness, trid tkun esportata mit-territorju tad-dħul temporanju;

    (ċ) il-biċċiet ta` sostituzzjoni ghal produzzjoni jridu jkunu mqiegħda temporanjament u b'xejn fid-dispożizzjoni tal-persuna stabbilità fit-territorju tad-dħul temporanju minn jew permezz ta' l-inizjattiva tal-fornitur tal-biċċiet tal-produzzjoni li l-kunsinna tagħhom tkun ittardjat jew li jridu jkunu msewwija.

    Artikolu 4

    1. Il-perjodu taż-żmien għar-re-esportazzjoni tal-merkanziji li jitkellem dwarhom l-Artikolu 1(1), ta' dan l-Anness huwa ta' mill-inqas tnax-il xahar mid-data tad-dħul temporanju tagħhom.

    2. Il-perjodu taż-żmien għar-re-esportazzjoni tal-mezzi ta' produzzjoni sostituttivi huwa mill-inqas ta' tnax-il xahar mid-data tad-dħul temporanju tagħhom.

    --------------------------------------------------

    ANNESS B.5

    ANNESS DWAR IL-MERKANZIJI MPURTATI GĦAL SKOPIJIET EDUKATTIVI, XJENTIFICI JEW KULTURALI

    KAPITOLU I2

    Definizzjonijiet

    Artikolu 1

    Għal fini ta' l-applikazzjoni ta' dan l-Anness:

    (a) il-merkanzija mpurtata għal skopijiet edukattivi, xjentifiċi jew kulturali tfisser:

    il-materjal xjentifiku u didattiku, l-materjal għas-saħħa tal-baħrin u merkanziji oħra impurtati b'konnessjoni ma attività edukattiva, xjentifika jew kulturali;

    (b) fil-paragrafu (a):

    (i) materjal xjentifiku u didattiku għas-saħħa tal-baħrin tfisser:

    il-mudelli, l-istrumenti, l-magni u l-aċċessorji tagħhom użati għar-riċerka xjentifika u t-tagħlim jew il-formazzjoni professjonali;

    (ii) materjal għas-saħħa tal-baħrin tfisser:

    il-materjal iddestinat għall-attivitajijet kulturali, rikreattivi, edukattivi, reliġjużi jew sportivi tal-persuni li jagħmlu xogħol li jkollu konnessjoni max-xogħol jew is-servizz fuq il-baħar ta' vapur barrani użata fit-traffiku marittimu internazzjonali.

    Listi bl-eżempji tal-materjal didattiku, tal-materjal għas-saħħa tal-baħrin u ta' kull merkanziji oħra li huma mpurtati b'konnessjoni ma attività edukattiva, xjentifika jew kulturali huma riprodotti rispettivament fl-Appendiċi I, II, u III, ta' dan l-Anness.

    KAPITOLU II

    Skop

    Artikolu 2

    Jibbenefikaw mid-dħul temporanju skond l-Artikolu 2 ta' din il-Konvenzjoni:

    (a) il-merkanziji impurtati esklussivament għal skopijiet edukattivi, xjentifiċi jew kulturali;

    (b) il-biċċiet tal-bdil li jirrigwardaw il-materjal xjentifiku u didattiku li hu marbut bil-proċedura tad-dħul temporanju skond il-paragrafu (a), kif ukoll l-għodda proġettata apposta għal manutenzjoni, l-kontroll, il-kalibratura jew it-tiswija ta' l-imsemmi materjal.

    KAPITOLU III

    Dispożizzjonijiet mixellanji

    Artikolu 3

    Biex il-faċilitajiet mogħtija minn dan l-Anness japplikaw:

    (a) il-merkanziji mpurtati għal skopijiet edukattivi, xjentifiċi jew kulturali jridu jkunu proprjeta ta' persuna stabbilità fit-territorju tad-dħul temporanju u jkunu impurtati, f'numru raġonevoli, minn istituzzjonijiet magħrufa meta tikkunsidra l-iskop ta' l-importazzjoni,. Dawn ma għandhomx ikunu wżati għal finijiet kummerċjali;

    (b) il-materjal għas-saħħa tal-baħrin irid ikun użat fuq il-vapur barranin li jintużaw fit-traffiku marittimu internazzjnali jew irid li jkun temporanjament żbarkat minn vapur biex ikun użat fuq l-art mill-ekwipaġġ, jew impurtqat biex ikun użat f'lukandi, f'postijiet fejn jiltaqgħu n-nies jew f`postijiet ta' rikreazzjoni għall-baħrin immexxija minn organizzazzjonijiet uffiċċjali jew minn organizzazzjonijiet reliġjużi jew organizzazzjonijiet simili li ma jkollhomx skop ta' qliegħ, u f'postijiet ta' qima fejn ikunu ċelebrati regolarment funzjonijiet reliġjużi għall-baħrin.

    Artikolu 4

    Id-dħul temporanju ta' materjal xjentifiku jew didattiku għas-saħħa tal-baħrin użat fuq il-vapur jitħalla mingħajr ma jkun mitlub l-ebda dokument doganali u mingħajr ma tkun ikkostitwita l-ebda garanzija. Għal dak li għandhu x'jaqsam mal-materjal xjentifiku u didattiku jistgħu jkunu mitluba, fejn ikun neċessarju, inventarju ta' l-imsemmi materjal u garanzija mogħtija bil-miktub rigward l-esportazzjoni tagħhom.

    Artikolu 5

    Il-perjodu taż-żmien għar-re-esportazzjoni tal-merkanziji għal skopijiet edukattivi, xjentifiċi jew kulturali huwa ta mill-inqas tnax-il xahar mid-data tad-dħul temporanju tagħhom.

    Artikolu 6

    Kull Parti Kontraenti għandha d-dritt li tifformula riserva, skond l-Artikolu 29 ta' din il-Konvenzjoni, fil-konfront tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4 ta' dan l-Anness, dwar il-materjal xjentifiku u didattiku.

    Artikolu 7

    L-appendiċi ta' dan l-Anness jagħmel parti integrali minn dan l-Anness.

    Artikolu 8

    Mad-dħul fis-seħħ tiegħu, skond l-Artikolu 27 ta' din il-Konvenzjoni, dan l-Anness, jirrevoka u jissostitwixxi l-Konvenzjoni Doganali dwar il-materjal rikreattiv iddestinat għall-baħrin, Brussel, 1 Diċembru 1964, u l-Konvenzjoni Doganali dwar l-importazzjoni temporanja ta' materjal xjentifiku Brussel, 11 ta' Ġunju 1968, u l-Konvenzjoni Doganali dwar l-importazzjoni ta' materjal pegadoġiku, Brussel 8 ta' Ġunju 1970, fir-rigward tar-relazzjonijiet tal-Partijiet Kontraenti li aċċettaw dan l-Anness u li huma Partijiet Kontraenti ta' din il-Konvenzjoni.

    --------------------------------------------------

    ANNESS B.6

    ANNESS DWAR L-OĠĠETTI PERSONALI TAL-VJAĠĠATURI U DWAR IL-MERKANZIJA IMPURTATA GĦAL FINIJIET SPORTIVI

    KAPITOLU I

    Definizzjonijiet

    Artikolu 1

    Għal fini ta' l-applikazzjoni ta'dan l-Anness:

    (a) vjaġġatur tfisser:

    kull persuna li tidħol temporanjament fit-territorju ta' Parti Kontraenti fejn ma tkunX normalment residenti, għal skop ta' turiżmu, sport, negożju jew laqgħat professjonali, saħħa, studju, eċċ.;

    (b) oġġetti personali tfisser:

    l-oġġetti kolla, ġodda jew użati, li l-vjaġġatur jista raġonevolment ikollu bżonn għall-użu personali tiegħu waqt il-vjaġġ, ikkonsidrati ċ-ċirkostanzi kollHa tal-vjaġġ, bl-eċċezzjoni ta' kull merkanzija mpurtata għal finijiet kummerċjali. Il-lista bl-eżempji ta' l-oġġetti personali qiegħda fl-AppendiċI I ta' dan l-Anness;

    (ċ) merkanzija mpurtat għal finijiet sportivi tfisser:

    oġġetti sportivi u materjali oħra li huma destinati biex ikunu wżati mill-vjaġġaturi f'okkazzjonijiet ta' tlielaq jew ta' dimostrazzjonijiet sportivi. Il-lista bl-eżempji ta' din il-merkanzija qiegħda fl-AppendiċI II ta' dan l-Anness.

    KAPITOLU II

    Skop

    Artikolu 2

    Jibbenefikaw mid-dħul temporanju, skond l-Artikolu 2 ta' din il-Konvenzjoni, l-oġġetti personali u l-merkanziji mpurtati għal finijiet sportivi.

    KAPITOLU III

    Dispożizzjonijiet mixellanji

    Artikolu 3

    Biex il-faċilitajiet mogħtija minn dan l-Anness japplikaw:

    (a) l-oġġetti personali jridu jkunu mpurtati mill-vjaġġatur fuqu nnifshu jew ġewwa l-bagalji tiegħu;

    (b) l-merkanziji mpurtati għal finijiet sportivi trid tkun proprjeta ta' persona stabbilità jew residenti barra mit-territorju tad-dħul temporanju li jkunu mpurtati fi kwantitajiet raġonevoli meta tkun konsidrata d-destinazzjoni tagħhom.

    Artikolu 4

    1. Id-dħul temporanju jingħata lill-oġġetti personali mingħajr ma jkun mitlub dokument doganali u mingħajr ma tkun ikkostitwita l-ebda garanzija,. Iżda, fil-każ ta' oġġetti li jkollhom ammont għoli ta' taxxi u dazji fuq l-importazzjoni, dokument doganali u garanzija jistgħu jkunu mitluba.

    2. Għal merkanziji mpurtati għal finijiet sportivi, minflok id-dokument doganali u l-garanzija kostitwita bil-miktub jista` jkun mitlub inventarju ta' tali merkanziji, u fejn ikun possibli garanizja mogħtija miktuba fir-rigward tar-re-esportazzjoni tagħhom.

    Artikolu 5

    1. Ir-re-esportazzjoni ta' l-oġġetti personali ssir, mill-inqas, meta l-persuna li tkun impurtathom titlaq mit-territorju tad-dħul temporanju.

    2. Il-perjodu taż-żmien għar-re-esportazzjoni tal-merkanzija impurtata għal finijiet sportivi huwa ta' tnax-il xahar mid-data tad-dħul temporanju.

    Artikolu 6

    L-Appendiċi tikkostitwixxi parti integrali minn dan l-Anness.

    Artikolu 7

    Fil-mument tad-dħul fis-seħħ tiegħu, dan l-Anness jirrevoka u jissostitwixxi, skond dak li jgħid l-Artikolu 27 ta' din il-Konvenzjoni, d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli minn 2 sa 5 tal-Konvenzjoni dwar il-faċilitajiet doganali għat-turiżmu, New York, 4 ta' Ġunju 1954, fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn il-Partjiet Kontraenti li aċċettaw dan l-Anness u li huma Parti Kontraenti ta' din il-Konvenzjoni.

    --------------------------------------------------

    ANNESS B.7

    ANNESS DWAR IL-MATERJAL TA' PROPAGANDA TURISTIKA

    KAPITOLU I

    Definizzjoni

    Artikolu 1

    Għal finijiet ta' dan l-Anness, materjal ta' propaganda turistika tfisser:

    il-merkanzija li jkollha bħala skop li tħeġġeġ lin-nies biex iżuru pajjiżi barranin, speċjalment biex jattendu laqgħat u manifestazzjonijiet ta' natura kulturali, turistiċi sportivi jew professjonali. Lista bl-eżempji ta' dan il-materjal qiegħda fl-Appendiċi ta' dan l-Anness.

    KAPITOLU II

    Skop

    Artikolu 2

    Il-materjal ta' propaganda turistika jibbenefika mid-dħul temporanju skond l-Artikolu 2 ta' din il-Konvenzjoni, bl-eċċezzjoni tal-materjal li jitkellem dwarhu l-Artikolu 5 ta' dan l-Anness, li jingħata permess għall-importazzjoni mingħajr dazji u taxxi fuq l-importazzjoni.

    KAPITOLU III

    Dispożizzjonijiet mixellanji

    Artikolu 3

    Biex il-faċilitajiet mogħtija minn dan l-Anness japplikaw, il-materjal ta' propaganda turistika jrid ikun ta' persuna stabbilità barra mit-territorju tad-dħul temporanju fi kwantitajiet raġonevoli kunsidrat l-uzu intenzjonat għal dan il-materjal.

    Artikolu 4

    Il-perjodu taż-żmien biex il-materjal ta' propaganda turistika jkun re-esportat huwa mill-inqas ta' tnax-il xahar mid-data tad-dħul temporanju tiegħu.

    Artikolu 5

    Id-dħul fil-pront ħielsa minn dazji u taxxi fuq l-importazzjoni hija mogħtija lill-materjal ta' propaganda turistika msemmi hawn taħt:

    (a) dokumenti (folders, opuskoli, kotba, rivisti, gwidi, manifesti bil-frame jew mingħajr, ritratti bil-frame jew mingħajr, mapep bl-istampi jew le, trasparenzi stampati li jitpoġġew mat-twieqi) destinati biex ikunu mqassma b'xejn, basta li tali dokumenti ma jkollhomx aktar minn 25 % ta' reklamar kummerċjali privat u basta li jkunu disinjati għal skop ta' propaganda ġenerali:

    (b) il-listi u l-anwarji tal-lukandi barranin, sponsorjati jew ippubblikati mill-aġenziji uffiċjali tat-turiżmu jew taħt u l-ħinijiet tas-servizzi tat-trasport li jaħdmu fil-pajjiż barrani, jekk tali dokumenti jkunu destinati biex ikunu mqassma b'xejn u ma jkollhomx aktar minn 25 % ta' reklamar kummerċjali privat;

    (ċ) il-materjal tekniku mibgħut lir-rappresentanti kreditati jew lill-korrispondenti maħtura mill-uffiċċjali tat-turiżmu nazzjonali, l-listi ta' l-abbonati tat-telefon, il-listi tal-lukandi, l-katalogi tal-fieri, l-kampjuni tal-prodotti ta' l-artiġjanat ta' valur zgħir, id-dokumentazzjoni fuq il-mużewijiet, l-universitajiet, iċ-ċentri tas-saħħa, u istituzzjonijiet simili)

    Artikolu 6

    L-Appendiċi ta' dan l-Anness jikkostitwixxi parti integrali minnu.

    Artikolu 7

    Fil-mument tad-dħul fis-seħħ tiegħu dan l-Anness jirrevoka u jissostitwixxi, skond dak li jgħid l-Artikolu 27 ta' din il-Konvenzjoni, l-Protokoll Miżjud dwar il-faċilitajiet doganali għat-turiżmu, dwar l-importazzjoni ta' dokumenti u ta' materjal ta' propaganda turistika, New York, 4 ta' Ġunji 1954, fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn il-Partijiet Kontraenti li aċċettaw dan l-Anness u li huma Partijiet Kontraenti ta' l-imsemmi Protokoll.

    --------------------------------------------------

    ANNESS B.8

    ANNESS DWAR IL-MERKANZIJI MPURTATI TAĦT IL-PROĊEDURA TAT-TRAFFIKU TAL-FRUNTIERA

    KAPITOLU I

    Definizzjonijiet

    Artikolu 1

    Għal fini ta' dan l-Anness:

    (a) merkanziji mpurtati taħt il-proċedura tat-traffiku tal-fruntiera tfisser:

    - il-merkanziji li jkunu mpurtati minn persuni li joqgħodu fiż-żona tal-fruntiera biex ikunu jistgħu jeserċitaw xogħolhom jew il-professjoni tagħhom (artiġjani, tobba, eċċ) -

    - oġġetti personali u l-oġġetti domestiċi ta' dawk li joqgħdu fiż-żona tal-fruntiera mpurtati minnhom biex ikunu msewwija, manufatturati jew ipproċessati,

    - il-materjali destinati għall-kultivazzjoni ta' l-art li tkun qiegħda fiż-żona tal-fruntiera tat-territorju tad-dħul temporanju,

    - l-apparat ta' organi uffiċjali, mpurtati b'konnessjoni ma operazzjoni ta' salvataġġ (ħruq, għarar ta' l-ilma, eċċ);

    (b) żona tal-fruntiera tfisser:

    dik il-parti mit-territorju doganali maġenb il-fruntiera ta' l-art, li l-kobor tagħha jkun iddeterminat mil-liġi nazzjonali u li d-delimitazzjoni tagħha sservi biex tiddistingwi t-traffiku tal-fruntiera minn traffiku ieħor;

    (ċ) persuni li joqgħodu fiż-żona tal-fruntiera tfisser:

    persuni stabbiliti jew residenti fiż-żona tal-funtiera;

    (d) traffiku tal-fruntiera tfisser:

    L-importazzjonijiet magħmula minn persuni li joqgħodu fiż-żona tal-fruntiera bejn żewġ żoni li jkunu maġenb xulxin.

    KAPITOLU II

    Skop

    Artikolu 2

    Jibbenefikaw mid-dħul temporanju skond l-Artikolu 2 ta' din il-Konvenzjoni l-merkanziji mpurtati taħt il-proċedura tat-traffiku tal-fruntiera.

    KAPITOLU III

    Dispożizzjonijiet mixellanji

    Artikolu 3

    Biex il-faċilitajiet mogħtija minn dan l-Anness japplikaw:

    (a) il-merkanziji mpurtati taħt il-proċedura tat-traffiku tal-fruntiera jridu jkunu ta persuna li toqgħod fiż-żona tal-fruntiera li tkun stabbilità f'dik iż-żona tal-fruntiera li tkun qrib tal-fruntiera tad-dħul temporanju:

    (b) il-materjali destinati għall-kultivazzjoni ta' l-art jridu jkun wżati mill-persuni li joqgħodu fiż-żona tal-fruntiera stabbiliti fiż-żona tal-fruntiera li tkun qrib dik tad-dħul temporanju li jikkoltivaw l-art li qiegħda f'tali żona tal-fruntiera. Dan l-apparat jrid ikun użat fix-xogħol ta' l-agrikoltura jew f'xogħol fil-foresti, bħal per eżempju l-ġarr jew it-trasport ta' l-injam, jew għall-pixxikultura;

    (ċ) it-traffiku tal-fruntiera li jkollu bħala skop it-tiswija, l-manufattura jew l-ipproċessar irid ikun strettament ta' natura mhux kriminali.

    Artikolu 4

    1. Id-dħul temporanju tal-merkaniziji mpurtati taħt il-proċedura tat-traffiku tal-fruntiera titħalla tidħol mingħajr ma jkun mitlub l-ebda dokument doganali u mingħajr ma tkun ikkostitwita l-ebda garanzija.

    2. Kull Parti Kontraenti tista tagħti d-dħul temporanju lill-merkanziji mpurtati taħt il-proċedura tat-traffiku tal-fruntiera bill-kundizzjoni li l-inventarju ta' tali merkanzija jkun magħmul u li jkun hemm garanzija bil-miktub fir-rigward tar-re-sportazzjoni ta' tali merkanziji.

    3. Il-benefiċċju tad-dħul temporanju jista jkun mogħti anki sempliċiment wara reġistrazzjoni ma l-uffiċċju doganali.

    Artikolu 5

    1. Il-perjodu taż-żmien għar-re-esportazzjoni tal-merkanzija huwa ta' mill-inqas tnax-il xahar mid-data tad-dħul temporanju tal-merkanziji.

    2. Iżda, l-materjali destinati għall-kultivazzjoni ta' l-art jridu jkunu re-esportati meta x-xogħol ikun tlesta.

    --------------------------------------------------

    ANNESS B.9

    ANNESS DWAR IL-MERKANZIJI IMPURTATI GĦAL SKOPIJIET UMANITARJI

    KAPITOLU I

    Definizzjonijiet

    Artikolu 1

    Għal finijiet ta' dan l-Anness

    (a) merkanziji mpurtati għal skopijiet umanitarji tfisser:

    apparat mediku, kirurgiku u apparat tal-laboratorju u l-kunsinni li jkunu ta' natura urġenti;

    (b) kunsinni li jkunu ta' natura urġenti tfisser:

    kull merkanzija, bħal vetturi jew mezzi tat-trasport oħra, gvieret, tined, djar li jkunu manufatturati qabel ma jkunu mqiegħda f'posthom jew merkanziji oħra li jkunu ta' neċessità ewlenija, mogħtija biex jagħtu l-għajnuna lill-vittmi ta'disastri naturali jew katastrofi simili.

    KAPITOLU II

    Skop

    Artikolu 2

    Jibbenefikaw mid-dħul temporanju skond l-Artikolu 2 ta' din il-Konvenzjoni l-merkanziji mpurtati għal skopijiet umanitarji

    KAPITOLU III

    Provizjonijiet mixellanji

    Artikolu 3

    Biex il-faċilitajiet mogħtija min dan l-Anness japplikaw

    (a) il-merkanziji mpurtati għal skopijiet umanitarji jridu jkunu ta` persuna stabbilità barra mit-territorju tad-dħul tempornanju u jkunu mogħtija taħt titlu ta' lokazzjoni mingħajr ħlas;

    (b) l-apparat mediku-kirurgu u l-materjal tal-laboratorju jrid ikun iddestinat għall-isptarijiet jew għaċ-ċentri tas-saħħa li, minħabba ċirkustanzi eċċezzjonali, jkollhom bżonn urġenti ta' dawn il-materjali, dejjem jekk fit-territorju tad-dħul temporanju ma jkunx hemm tali materjali fi kwanitajiet bizzejjed:

    (ċ) il-kunsinni li jkunu ta' natura urġenti jridu jkunu destinati għal persuni awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti tat-territorju tad-dħul temporanju

    Artikolu 4

    1. Fejn ikun possibli, inventarju tal-merkanzija flimkien ma garanzija meħuda bil-miktub fir-rigward tar-re-esportazzjoni ta' tali merkanzija, tista` tkun aċċettata fil-każ tal-materjal mediku-kirurgu u tal-materjal tal-laboratorju minflok id-dokument doganali u l-garanzija

    2. Id-dħul temporanju tal-kunsinni li jkunu ta' natura urġenti jingħata mingħajr ma jkun mitlub dokument doganali u mingħajr ma tkun ikkostitwita l-ebda garanzija. Iżda, l-awtoritajiet doganali jistgħu jitolbu inventarju tal-merkanziji, flimkien ma garanzija meħuda bil-miktub fir-rigward tar-re-esportazzjoni tagħhom

    Artikolu 5

    1. Il-perjodu taż-żmien biex il-materjal mediku-kirurgu u l-materjal tal-laboratorju jkun re-esportat huwa stabbilit skond in-neċessitajiet

    2. Il-perjodu taż-żmien biex il-kunsinni ta' natura urġenti jkunu re-esportata huwa mill-inqas ta' tnax-il xahar mid-data tad-dħul temporanju tagħhom.

    --------------------------------------------------

    ANNESS C

    ANNESS DWAR IL-MEZZI TAT-TRASPORT

    KAPITOLU I

    Definizzjonijiet

    Artikolu 1

    Għal fini ta' dan l-Anness

    (a) mezzi tat-trasport tfisser:

    kull vapur (nklużi dgħajjes tal qiegħ ċatt u barkuni, anki jekk ikunu trasportati ġo vapur jew aliskafi), vettura tal-baħar li timxi fuq kuxxinetta ta' l-arja, ajruplani, vetturi tat-triq li jaħdmu bil-mutur (inklużi r-roti bil-magni, trejlers, semi-trejler u diversi vetturi) u materjal għal ferroviji bir-roti kif il-biċċier tal-bdil tagħhom, u l-apparat imġarr fuq il-mezzi tat-trasport(inkluż l-apparat speċjali għat-tagħbija, l-ħatt, l-immaniġgjar u l-protezzjoni tal-merkanziji);

    (b) użu kummerċjali tfisser:

    it-trasport ta' persuni taħt titolu ta' ħlas jew it-trasport industrijali jew kummerċjali ta' merkanzija, kemm taħt titoli ta' ħlas jew le;

    (ċ) użu privat tfisser:

    użu, esklussivament personali mill-persuna interessata, li ma jinkludi l-ebda użu kummerċjali;

    (d) traffiku intern tfisser:

    it-trasport ta' persuni jew ta' merkanzija mgħobbija fit-territorju tad-dħul temporanju biex ikunu mnizzla ġewwa dan it-territorju;

    (e) tankijiet normali tfisser:

    it-tankijiet li jkunu disinjati mill-manufattur għall-kull tip ta' trasport li jkunu ta' l-istess tip bħall-mezz ta' trasport ikkonċernat u lit-twaħħil permanenti tagħhom jħalli l-faħam ikun użat, kemm għall-ġbid tal-mezzi tat-trasport, kif ukoll fejn ikun meħtieġ, għal funzjonament,waqt it-trasport tas-sistemi ta' friġġ u sistemi oħrajn. Huma kunsidrati wkoll bħala tankijiet normali, t-tankijiet imwaħħla fuq mezzi tat-trasport li jħallu l-użu dirett ta' tip ieħor ta' faħam, u t-tankijiet mwaħħla fuq sistemi li l-mezzi tat-trasport jistgħu jkunu armati bihom huma meqjusa bħala tankijiet nornali wkoll.

    KAPITOLU II

    Skop

    Artikolu 2

    Jibbenefikaw mid-dħul temporanju skond l-Artikolu 2 ta' din il-Konvenzjoni:

    (a) il-mezzi tat-trasport li huma għall-użu kummerċjali jew privat;

    (b) il-biċċiet tal-bdil u l-għodda mpurtati għat-tiswija ta' mezz tat-trasport li kien diġa mpurtat temporanjament. Il-partijiet u l-għodda li jissostitwixxu, li ma humiex re-esportati, huma suġġetti għal dazji u taxxi fuq l-importazzjoni sakemm ma jkunux mogħtija waħda mid-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 14 ta' din il-Konvenzjoni

    Artikolu 3

    L-operazzjonijiet normali ta' manutenzjoni u t-tiswija tal-mezzi tat-trasport li jkunu saru necessarji waqt il-vjaġġ lejn jew fit-territorju tad-dħul temporanju, u li jkunu magħmula waqt il-perjodu tad-dħul temporanju, ma humiex meqjusa bħala tibdil skond id-definizzjoni mnizzla fl-Artikolu 1(a) ta' din il-Konvenzjoni.

    Artikolu 4

    1. Il-materjal li jinħaraq u l-faħam li jkunu fit-tankijiet normali tal-mezzi tat-trasport mpurtati temporanjament u ż-żjut li joħolqu effet ta' żlieq iddestinati għall-użu normali ta' dawn il-mezzi tat-trasport jiddaħħlu temporanjament mingħajr ma jħallsu dazji u taxxi u mingħajr l-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet jew r-restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni

    2. Fil-każ tal-vetturi li jaħdmu bil-mutur li huma għall-użu kummerċjali, kull Parti Kontraenti għandha d-dritt li tistabbilixxi kwantitajiet massimi ta' faħam li jistgħu jidħlu fit-territorju mingħajr jitħallsu dazji u taxxi fuq l-importazzjoni u mingħajr l-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet jew r-restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni tat-tankijiet normali tal-vetturi tat-toroq impurtati temporanjament

    KAPITOLU III

    Provizjonijiet mixellanji

    Artikolu 5

    Biex il-faċilitajiet mogħtija minn dan l-Anness japplikaw:

    (a) il-mezzi tat-trasport għall-użu kommerċjali jridu jkunu reġistrati f'territorju differenti minn dak tad-dħul temporanju, taħt l-isem ta' persuna stabbilità jew residenti barra t-territorju tad-dħul temporanju, u jkunu mpurtati u wżati minn persuni li l-jibdew il-ħidma tagħhom minn dan it-territorju:

    (b) il-mezzi tat-trasport għall-użu privat iridu jkunu reġistrati f'territorju differenti minn dak tad-dħul temporanju, taħt l-isem ta' persuna stabbilità jew residenti barra mit-territorju tad-dħul temporanju, biex ikunu mpurtati u wżati minn persuni residenti f'tali territorju

    Artikolu 6

    Id-dħul temporanju tal-mezzi tat-trasport jingħata mingħajr ma jkun mitlub l-ebda dokument doganali u mingħajr ma tkun ikkostitwita l-ebda garanzija

    Artikolu 7

    Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 ta' dan l-Anness,

    (a) il-mezzi tat-trasport għall-użu kummerċjali jistgħu jkunu wżati minn terzi persuni, li jkunu awtorizzati mill-benefikatarju tad-dħul temporanju u li joperaw f'ismu, anki jekk ikunu stabbiliti jew residenti fit-territorju tad-dħul temporanju

    (b) il-mezzi tat-trasport għall-użu privat jistgħu jkunu wżati minn terza persuni li jkunu awtorizzati mill-benefikatarju tad-dħul temporanju. Kull Parti Kontraenti tista taċċetta li persuna residenti fit-territorju tagħha tagħmel użu mill-mezzi tat-trasport privati, partikolarment meta l-użu jkun għal u fuq istruzzjonijiet tal-benefikatarju tad-dħul temporanju

    Artikolu 8

    Kull Parti Kontraenti għandha d-dritt li tirrifjuta jew li tirrevoka l-benefiċċju tad-dħul temporanju

    (a) lill-mezzi tat-trasport għal użu kummerċjali użati fit-traffiku intern;

    (b) lill-mezzi tat-trasport għal użu privat użati għall-użu kummerċjali fit-traffiku intern;

    (ċ) lill-mezzi tat-trasport mogħtija taħt titolu ta' lokazzjoni wara l-importazzjoni jew, jekk kienu taħt titolu ta' lokazzjoni fil-ħin ta' l-importazzjoni, lil dawk li ġew mikrija mill-ġdid jew sub-lokati bi skop differenti minn dak ghall-esportazzjoni immedjata.

    Artikolu 9

    1. Ir-re-esportazzjoni tal-mezzi tat-trasport li huma għal użu kummerċjali ssir meta l-operazzjoni tat-trasport li għaliha kienu ġew impurtati titlesta.

    2. Il-mezzi tat-trasport li huma għal użu privat jistgħu jibqgħu fit-territorju tad-dħul temporanju għal perjodu kontinwu jew mhux kontinwu, ta' sitt xhur għal kull perjodu ta' tnax-il xahar.

    Artikolu 10

    Kull Parti Kontraenti għandha d-dritt li tifformula riserva, fir-rigward tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 29 ta' din il-Konvenzjoni, dwar:

    (a) Artikolu 2(a), fejn għandu x'jaqsam mad-dħul temporanju, ta' vetturi tat-toroq li jaħdmu bil-mutur u l-materjali tal-ferroviji bir-roti, għall-użu kummerjali;

    (b) Artikoli 6, fejn għandu x'jaqsam mal-vetturi tat-toroq li jaħdmu bil-mutur li huma għal użu kummerċjali u l-mezzi tat-trasport li huma għal użu privat;

    c) Artikolu 9, paragrafu 2, ta' dan l-Anness

    Artikolu 11

    Fil-mument tad-dħul fis-seħħ tiegħu, dan l-Anness jirrevoka u jissostitwixxi, skond dak li jgħid l-Artikolu 27 ta' din il-Konvenzjoni, l-Konvenzjoni Doganali dwar l-importazzjoni temporanja tal-vetturi tat-toroq privati, New York, 4 ta' Ġunju 1954, il-Konvenzjoni Doganali dwar l-importazzjoni temporanja tal-vetturi tat-toroq kummerċjali, Ġinevra, 18 ta' Mejju 1956 u l-Konvenzjoni Doganali dwar l-importazzjoni temporanja għal użu privat ta' ajruplani u dgħajjes tal-port, Ġinevra,18 ta' Mejju 1956, fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn il-Partijiet Kontraenti li aċċettaw dan l-Anness u li huma Partijiet Kontraenti f'din il-Konvenzjoni.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    ANNESS DWAR L-ANNIMALI

    KAPITOLU I

    Definizzjonijiet

    Artikolu 1

    Għal finijiet ta' dan l-Anness

    (a) annimali tfisser:

    annimali ħajjin ta' kull speċi;

    (b) żona tal-fruntiera tfisser:

    dik il-parti mit-territorju doganali maġenb il-fruntiera ta' l-art, li l-kobor tagħha jkun iddeterminat mil-liġi nazzjonali u li d-delimitazzjoni tagħha sservi biex tiddistingwi t-traffiku tal-fruntiera minn traffiku ieħor;

    (ċ) persuni li jogħqodu fiż-żona tal-fruntiera tfisser:

    persuni stabbiliti jew residenti fiż-żona tal-funtiera;

    (d) traffiku tal-fruntiera tfisser:

    .l-importazzjonijiet magħmula minn persuni li joqgħodu fiż-żona tal-fruntiera bejn żewġ żoni li jkunu maġenb xulxin

    KAPITOLU II

    Skop

    Artikolu 2

    Jibbenefikaw mid-dħul temporanju skond l-Artikolu 2 ta' din il-Konvenzjoni l-annimali mpurtati għall-iskopijiet imsemmija fl-Appendiċi ta' dan l-Anness.

    KAPITOLU III

    Dispożizzjonijiet mixellanji

    Artikolu 3

    Biex il-faċilitajiet mogħtija minn dan l-Anness japplikaw:

    (a) l-annimali jridu jkunu ta persuna stabbilità jew residenti fit-territorju tad-dħul temporanju

    (b) l-annimali tal-ġarr li jintuzaw biex tinħadem l-art li tkun qiegħda fiż-żona tal-fruntiera tat-territorju tad-dħul temporanju jridu jkunu mpurtati minn persuni li joqgħodu fiż-żona tal-fruntiera ta' maġenb iż-żona tal-fruntiera tad-dħul temporanju.

    Artikolu 4

    1. Id-dħul temporanju ta' l-annimali tal-ġarr li jitkellem dwarhom l-Artikolu 3(b) ta' dan l-Anness u l-annimali mpurtati għaċ-ċaqliq ta' għanem ta' kull staġun minn reġjun għal ieħor jew għal mergħa fuq l-art li tinsab fiż-żona tal-fruntiera jingħata mingħajr ma jkun mitlub l-ebda dokument doganali u mingħajr ma tkun ikkostitwita l-ebda garanzija.

    2. Kull Parti Kontraenti tista` tagħti l-benefiċċju tad-dħul temporanju ta' l-annimali li jitkellem dwarhom il-paragrafu 1 taħt il-kondizzjoni li jingħata inventarju, flimkien ma garanzija magħmula bil-miktub fir-rigward tar-re-esportazzjoni tagħhom.

    Artikolu 5

    1. Kull Parti Kontraenti għandha d-dritt li tifformula riserva, rigward il-kondizzjoni li l-Artikolu 29 ta' din il-Konvenzjoni jitkellem dwarha, fil-konfront ta' l-Artikolu 4(1) ta' dan l-Anness.

    2. Kull Parti Kontraenti għandha l-istess dritt li tifformula riserva, rigward il-kondizzjoni li l-Artikolu 29 ta' din il-Konvenzjoni jitkellem dwaru, fil-konfront tal-punti 12 u 13 ta' l-Appendiċi ta' dan l-Anness.

    Artikolu 6

    Il-perjodu taż-żmien biex l-annimali jkunu riesportati huwa ta' mill-inqas tnax-il xahar mid-data tad-dħul temporanju tagħhom.

    Artikolu 7

    L-Appendiċi ta' dan l-Anness jikkostitwixxi parti integrali minnhu.

    --------------------------------------------------

    ANNESS E

    L-ANNESS DWAR IL-MERKANZIJI IMPURTATI BI TNAQQIS PARZJALI TA' DAZJI U TAXXI TA' L-IMPORTAZZJONI

    KAPITOLU I

    Definizzjonijiet

    Artikolu 1

    Għal finijiet ta' dan l-Anness:

    (a) merkanziji impurtati bi tnaqqis parzjali tfisser:

    il-merkanziji mnizzla fl-Annessi l-oħra ta' din il-Konvenzjoni izda li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha stipulati għal benefikatarju tad-dħul temporanju taħt it-tneħħija totali ta' dazji u taxxi ma l-importazzjoni, kif ukoll il-merkanziji li huma msemmija fl-Annessi l-oħra ta' din il-Konvenzjoni u li huma destinati biex ikunu wżati temporanjament għal skopijiet bħal produzzjoni jew esekuzzjoni ta' xi xogħol

    (b) tnaqqis parzjali tfisser:

    tnaqqis mill-ħlas ta' dazji u ta' taxxi li kien ikollhom jitħallsu kieku l-merkanzija kienet għall-użu domestiku fid-data li kienet imqiegħda taħt il-proċedura tad-dħul temporanju.

    KAPITOLU II

    Skop

    Artikolu 2

    Jibbenefikaw mid-dħul temporanju bi tnaqqis parzjali skond l-Artikolu 2 ta' din il-Konvenzjoni l-merkanziji li l-Artikolu 1(a) ta' dan l-Anness jitkellem dwarhom.

    KAPITOLU III

    Dispożizzjonijiet mixellanji

    Artikolu 3

    Biex jibbenefikaw mill-faċilitajiet mogħtija minn dan l-Anness il-merkanziji mpurtati jridu jkunu ta' persuna stabbilità jew residenti barra mit-territorju tad-dħul temporanju.

    Artikolu 4

    Kull Parti Kontraenti tista tagħmel lista tal-merkanziji li hija ntitulata għal, jew eskluża mill-benefiċċju tad-dħul temporanja. Il-kontenut ta' din il-lista huwa komunikat lid-depositarju ta' din il-Konvenzjoni.

    Artikolu 5

    L-ammont ta' dħul mid-dazji u t-taxxi ma l-importazzjoni li jistgħu jkunu mitluba skond dan l-Anness irid ikun aktar ta' minn 5 %, kull xahar jew ta' parti mix-xahar li matulu jkunu marbuta taħt il-proċedura tad-dħul temporanju bi tnaqqis parzjali, ta' l-ammont ta' dazji u taxxi li kienu jitħallsu li kieku l-merkanzija kienet għall-użu domestiku fid-data li kienet imqiegħda taħt il-proċedura tad-dħul temporanju.

    Artikolu 6

    Id-dħul mid-dazji u mit-taxxi ma l-importazzjoni li għandhom ikunu mħallsa ma jistax, fl-ebda każ, ikun akbar minn dak li kien ikun mħallas fil-każ li l-merkanzija kienet għall-użu domestiku fid-data li kienet imqiegħda taħt il-proċedura tad-dħul temporanju

    Artikolu 7

    1. L-ammont tad-dħul mid-dazji u t-taxxi għandhom jitħallsu skond dan l-Anness u taħt l-awtoritajiet kompetenti meta l-proċedura tad-dħul temporanju tkun lesta.

    2. Meta, skond l-Artikolu 13 ta' din il-Konvenzjoni, l-proċedura tad-dħul temporanju tkun konkluza minġabba l-iżdoganament għall-użu domestiku, l-ammont ta' dazji jew taxxi li jkunu diġa tħallsu bi tnaqqis parzjali għandhom ikunu mnaqqsa mill-ammont ta' dazji u taxxi mħallsa minħabba l-iżdoganament għall-użu domestiku.

    Artikolu 8

    Il-perjodu għar-re-esportazzjoni tal-merkanziji mpurtati bit-tnaqqis parzjali jkun stabbilit skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 5 u 6 ta' dan l-Anness.

    Artikolu 9

    Kull Parti Kontraenti għandha d-dritt li tifformula riserva, skond l-Artikolu 29 ta' din il-Konvenzjoni fir-rigward ta' l-Artikolu 2 ta' dan l-Anness, fejn għandhu x'jaqsam ma tnaqqis parzjali mit-taxxi ta' l-importazzjoni.

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    RISERVI

    Il-Komunità taċċetta l-Annessi tal-Konvenzjoni ta' Istanbul iżda tifformula dawn ir-riservi

    - Anness A

    Skond l-applikazzjoni ta' Artikolu 18(1), it-traffiku postali ma huwiex ikkontemplat mill-liġi nazzjonali dwar il-carnet ATA.

    - Anness B.3

    Skond l-applikazzjoni ta' Artikolu 7, fir-rigward ta' Artikolu 5(1), il-liġi tal-Komunità titlob, li f'ċerti każijiet, jingħata dokument doganali u li tkun ikkostitwita garanzija għal kontenituri, l-pàlits u l-ippakkjar

    - Anness B.5

    Skond l-applikazzjoni ta' Artikolu 6, fir-rigward ta' Artikolu 4, fejn jirrigwarda l-materjal xjentifiku u didattiku l-liġi tal-Komunità titlob li dan il-materjal ikun suġġett għal formalitajiet normali biex ikun imqiegħed taħt arranġament tad-dħul temporanju.

    - Anness C

    Skond l-applikazzjoni ta' Artikolu 10, rigward l-Artikolu 6, fejn jirrigwarda l-vetturi tat-toroq li jaħdmu bil-mutur u li huma għal-użu privat, il-liġi tal-Komunità titlob li f'ċerti każijiet jista jkun mitlub dokument doganali flimkien ma ġaranzija.

    - Anness E

    Skond l-applikazzjoni ta' Artikolu 9, rigward Artikolu 2, fejn jirrigwarda t-tnaqqis tat-taxxi ma l-importazzjoni, l-liġi tal-Komunità titkellem dwar it-tnaqqis ta' dazji ma l-importazzjoni, iżda ma titkellimx dwar it-tnaqqis ta' taxxi ma l-importazzjoni.

    --------------------------------------------------

    ANNESS III

    NOTIFIKAZZJONIJIET

    Skond Artikolu 24(6) ta' Konvenzjoni ta' Istanbul, il-Komunità Ewropea tinnotifika lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Koperattivi Doganali, bħala depositarju ta' din il-Konvenzjoni, li għall-applikazzjoni ta':

    - Artikolu 8 tal-Konvenzjoni, l-Komunità tawtorizza t-trasferiment tal-benefiċċju tad-dħul temporanju lil kull persuna oħra, skond il-kundizzjonijiet ta' dan l-Artikolu,

    - Artikolu 24 (7) tal-Konvenzjoni, l-Komunità, bħala unjoni doganali jew ekonomika, hija kompetenti ghal kull materjal kontemplata mill-Konvenzjoni, bl-eċċezzjoni:

    - tad-determinazzjoni tad-dħul ta' dazji u taxxi, ħlas jew pagamenti oħra msemmija fl-Artikolu 1(b) tal-Konvenzjoni, minbarra d-dazji doganali tal-Komunità, pagamenti li jkollhom effett simili għad-dazji doganali tal-Komunità, taxxi agrikoli u taxxi oħra msemmija fil-politika agrikola tal-Komunità,

    - notifikazzjonijiet skond Artikolu 30,

    - ghall-iskopijiet ta' Artikolu 2(2) u 3 ta' Anness A, il-Komunità taċċetta temporanjament il-karti għall-proċedura tad-dħul temporanju taħt il-liġijiet u r-regolamenti tagħha u għat-transitu doganali

    - ghall-iskopijiet ta' Artikolu 4 ta' Anness E, il-Komunità izzomm lista tal-merkanzija li hi eskluża mill-benefiċċju tad-dħul temporanju mit-tnaqqis parzjali, bil-kontenut ta' din il-lista jkun ikkomunikat lid-depositarju tal-Konvenzjoni.

    Għall-applikazzjoni ta' Artikolu 18 tal-Konvenzjoni, t-territorju tal-Komunità jrid ikun ikkunsidrat bħala territorju wieħed fir-rigward ta' l-affarijiet li jaqghu taħt il-kompetenza tiegħu, konformi man-notifikazzjoni msemmija hawn fuq skond l-Artikolu 24(7), ta' din il-Konvenzjoni.

    --------------------------------------------------

    ANNESS IV

    AĊĊETTAZZJONI TA' RAKKOMANDAZZJONIJIET TAL-KUNSILL TAL-KOPERAZZJONI DOGANALI

    Għal finijiet ta' l-applikazzjoni ta' Annessi A sa C tal-Konvenzjoni ta' Istanbul, il-Komunità tinnotifika lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Koperazzjoni Doganali ta' Istanbul bl-aċċettazzjoni tagħha fir-rigward tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Koperazzjoni Doganali tal-25 ta' Ġunju 1992, dwar l-aċċettazzjoni tal-carnet ATA fil-proċedura tad-dħul temporanju, kif ukoll tar-rakkomandazzjoni tal-25 ta' Ġunju 1992 ta' l-istess Kunsill dwar l-aċċettazzjoni tal-carnet CDP fil-proċedura tad-dħul temporanju, fiż-żmien u skond il-kondizzjonijiet imnizzla f'dawn ir-rakkomandazzjonijiet.. Il-Komunità tapplika dawn ir-rakkomandazzjonijiet fir-relazzjonijiet tagħha bejn il-partijiet tal-Konvenzjoni msemmija fir-rakkomandazzjonijiet li ġew ukoll aċċettati

    --------------------------------------------------

    Top