EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21984A0716(02)

Ftehim għall-kooperazzjoni fit-trattament tat-tniġġis fil-Baħar tat-Tramuntana miż-żejt u sostanzi oħra perikolużi (Ftehim ta' Bonn)

ĠU L 188, 16.7.1984, p. 9–16 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 16/02/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1984/358/oj

Related Council decision

21984A0716(02)



Official Journal L 188 , 16/07/1984 P. 0009 - 0016
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 4 P. 0191
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 4 P. 0191
Spanish special edition: Chapter 15 Volume 5 P. 0035
Portuguese special edition Chapter 15 Volume 5 P. 0035


Ftehim

għall-kooperazzjoni fit-trattament tat-tniġġis fil-Baħar tat-Tramuntana miż-żejt u sostanzi oħra perikolużi

(Ftehim ta' Bonn)

IL-GVERNIJIET TAR-RENJU TAL-BELĠJU, IR-RENJU TAD-DANIMARKA, IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IR-RENJU TA' L-OLANDA, IR-RENJU TAN-NORVEĠJA, IR-RENJU TA' L-ISVEZJA, IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ U L-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA,

WAQT LI JIRRIKONOXXU li t-tniġġis tal-baħar biż-żejt u sostanzi oħra perikolużi fiż-żona tal-Baħar tat-Tramuntana jista’ jhedded l-ambjent tal-baħar u l-interessi ta' l-Istati Kostali,

WAQT LI JINNOTAW li dan it-tniġġis għandu ħafna għejun u li d-disgrazzji u l-inċidenti oħra fil-baħar huma ta' tħassib kbir,

KONVINTI li l-ħila li dan it-tniġġis jkun missielet kif ukoll l-koperazzjoni attiva u l-għajnuna reċiproka fost l-Istati huma meħtieġa għall-protezzjoni tal-kosti tagħhom u interessi relatati,

JILQGĦU l-progress li diġà ntaħaq fil-qafas tal-Ftehim għall-koperazzjoni fil-ġlieda kontra t-tniġġis fil-baħar tat-Tramuntana miż-żejt, iffirmat f'Bonn fis-9 ta' Ġunju 1969,

JIXTIEQU li jiżviluppaw aktar l-għajnuna reċiproka u l-koperazzjoni fil-ġlieda kontra t-tniġġis,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan il-Ftehim għandu japplika kull meta l-preżenza jew il-preżenza prospettiva taż-żejt jew sostanzi perikolużi oħra li jniġġsu jew jheddu li jniġġsu l-baħar ġewwa ż-żona tal-Baħar tat-Tramuntana, kif imfisser fl-Artikolu 2 ta' dn il-Ftehim, jippreżenta perikolu gravi u imminenti għall-kosta jew interessi relatati ta' Parti Kontraenti waħda jew iżjed.

Artikolu 2

Għall-iskop ta' dan il-Ftehim iż-żona tal-Baħar tat-Tramuntana ifisser il-Baħar tat-Tramuntana propju ‘l isfel mil-latitudini 61oN, flimkien ma':

(a) is-Skagerrak, li l-limitu ta' nofs-in-nhar tiegħu huwa determinat fil-lvant ta' Skaw bil-latitudini 57o44'00″,8N;

(b) il-Kanal Ingliż u l-firxa tiegħu lejn il-lvant ta' linja mħażża 50 mili nawtiku lejn il-punent ta' linja li tgħaqqad il-Gżejjer Scilly u Ushant.

Artikolu 3

1. Il-Partijiet Kontraenti jikkonsidraw li l-protezzjoni kontra t-tniġġis tat-tip msemmi fl-Artikolu 1 ta' dan il-Ftehim hija kwistjoni li titlob il-koperazzjoni attiva bejniethom.

2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżviluppaw u jistabbilixxu linji ta' gwida għall-aspetti prattiċi, operattivi u tekniċi ta' azzjoni konġunta.

Artikolu 4

Il-Partijiet Kontraenti jimpenjaw ruħhom li jinfurmaw il-Partijiet Kontraenti l-oħra dwar:

(a) l-organizzazzjoni nazzjonali tagħhom biex ikun missielet it-tniġġis msemmi fl-Artikolu 1 ta' dan il-Ftehim;

(b) l-awtorità lokali kompetenti responsabbli biex tirċievi u tibgħat rapporti ta' dan it-tniġġis u biex ikunu trattati l-kwistjonijiet dwar miżuri ta' għajnuna reċiproka bejn il-Partijiet Kontraenti;

(ċ) il-mezzi nazzjonali tagħhom biex ikun evitat jew missielet it-tniġġis, li jista’ jkun disponibbli għall-għajnuna internazzjonali;

(d) modi ġodda kif dan it-tniġġis jista’ jkun evitat u dwar miżuri ġodda effettivi biex jittrattawh;

(e) inċidenti gravi ta' tniġġis li ġew missielta.

Artikolu 5

1. Kull meta Parti Kontraenti tkun taf b'inċident jew bil-presenza taż-żejt jew sostanzi oħra perikolużi fiż-żona tal-Baħar tat-Tramuntana li x'aktarx jikkostitwixxi theddida serja lill-kosta jew interessi relatati ta' kull Parti Kontraenti oħra, għandha tinforma lil dik il-Parti mingħajr dewmien permezz ta' l-awtorità kompetenti tagħha.

2. Il-Partijiet Kontraenti jimpenjaw ruħhom li jitolbu lill-kaptani tal-bastimenti kollha li jtajru l-bnadar tagħhom u l-bdoti ta' inġenji ta' l-ajru reġistrati fil-pajjiżi rispettivi tagħhom biex jirrapportaw mingħajr dewmien permezz ta' kanali li jistgħu jkunu l-aktar prattiċi u adegwati fiċ-ċirkostanzi:

(a) l-inċidenti kollha li jikkawżaw jew li x'aktar jikkawżaw tniġġis fil-baħar;

(b) il-presenza, in-natura u l-firxa taż-żejt jew sostanzi perikolużi oħra li x'aktarx jikkostitwixxu theddida serja għall-kosta jew interessi relattivi ta' Parti Kontraenti waħda jew iżjed.

2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jistabbilixxu formola standard għar-rrappurtaġġ tat-tniġġis kif meħtieġ skond il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 6

1. Għall-iskop waħdieni ta' dan il-Ftehim iż-żona tal-Baħar tat-Tramuntana hija mqassma f’żoni mfissra fl-Anness ma’ dan il-Ftehim.

2. Il-Parti Kontraenti li fiż-żona tagħha jinqala’ inċident tat-tip deskritt fl-Artikolu 1 ta' dan il-Ftehim, għandha tagħmel l-istimi meħtieġa tan-natura u l-firxa ta' kull inċident jew, kif jista’ jkun il-każ, tat-tip u l-kwantità approssimattiva ta' żejt jew sostanzi oħra perikolużi u d-direzzjoni u l-ħeffa tal-moviment tagħhom.

3. Il-Parti Kontraenti kkonċernata għandha tgħarraf minnufih il-Partijiet Kontraenti l-oħra kollha permezz ta' l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ta' l-istimi tagħha u ta' kull azzjoni li tkun ħadet biex tissielet maż-żejt jew sostanzi oħra perikolużi u għandha żżomm dawn is-sostanzi taħt osservazzjoni sakemm idumu fiż-żona tagħha.

4. L-obbligazzjonijiet tal-Partijiet Kontraenti skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu fir-rigward taż-żoni ta' responsabbilità konġunta għandhom ikunu s-suġġett ta' arranġamenti li għandhom ikunu konklużi bejn il-Partijiet kkonċernati. Dawn l-arranġamenti għandhom ikunu kkomunikati lill-Partijiet Kontraenti l-oħra.

Artikolu 7

Parti Kontraenti li teħtieġ l-assistenza biex tissielet it-tniġġis jew il-presenza prospettiva tat-tniġġis fil-baħar jew fuq il-kosta tagħha tista’ titlob l-għajnuna lill-Partijiet Kontraenti l-oħra. Partijiet Kontraenti li jitolbu l-għajnuna għandhom jispeċifikaw it-tip ta' għajnuna li jeħtieġu. Il-Partijiet Kontraenti li jintalbu jgħinu skond dan l-Artikolu għandhom jagħmlu ħilithom biex jagħtu dik l-għajnuna li jistgħu jagħtu wara li jqisu, partikolarment fil-każ ta' tniġġis minn sostanzi perikoluzi li ma jkunux żejt, il-mezzi teknoloġiċi li għandhom fid-dispożizzjoni tagħhom.

Artikolu 8

1. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim m'għandhomx ikunu interpretati li b'xi mod jippreġudikaw id-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet Kontraenti skond il-liġi internazzjonali, speċjalment fil-qasam tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-tniġġis tal-baħar.

2. B'ebda mod ma għandu t-tqassim f'żoni msemmija fl-Artikolu 6 ta' dan il-Ftehim ikun invokat bħala preċedent jew argument f'kull materja dwar is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni.

Artikolu 9

1. Fin-nuqqas ta' Ftehim dwar l-arranġamenti finanzjarji li jiggvernaw l-azzjonijiet tal-Partijiet Kontraenti biex jissieltu t-tniġġis li jista’ jkun konkluż fuq bażi bilaterali jew multilaterali jew fl-okkażjoni ta' operazzjoni konġunta kontra t-tniġġis, il-Partijiet Kontraenti għandhom iġorru l-ispejjeż ta' l-azzjonijiet rispettivi tagħhom fil-ġlieda kontra t-tniġġis skond is-subparagrafi (a) jew (b) hawn taħt:

(a) jekk l-azzjoni ttieħdet minn Parti Kontraenti waħda fuq talba espressa ta' Parti Kontraenti, il-Parti Kontraenti li titlob din l-għajnuna għandha tħallas lill-Parti Kontraenti li tgħin l-ispejjeż ta' l-azzjoni tagħha;

(b) jekk l-azzjoni ttieħdet mill-Parti Kontraenti fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Parti Kontraenti għandha ġġorr l-ispejjeż ta' l-azzjoni tagħha.

2. Il-Parti Kontraenti li titlob l-għajnuna tista’ tħassar it-talba tagħha f'kull ħin, imma f'dak il-każ għandha ġġorr l-ispejjeż li jkunu saru diġà jew allokati mill-Parti Kontraenti li qed tassisti.

Artikolu 10

Sakemm ma jkunx miftiehem xort'oħra l-ispejjeż ta' azzjoni meħuda mill-Parti Kontraenti fuq talba ta' Parti Kontraenti oħra għandhom ikunu ikkalkolati skond il-liġi u l-prattika kurrenti fl-għajnuna tal-pajjiż dwar il-ħlas ta' dawn l-ispejjeż minn persuna jew entità li huma responsabbli.

Artikolu 11

L-Artikolu 9 ta' dan il-Ftehim m'għandux jiftiehem b'mod li jippreġudika d-drittijiet tal-Partijiet Kontraenti biex jirkupraw minn terzi l-ispejjeż ta' l-azzjoni biex ikun missielet it-tniġġis jew it-theddida ta' tniġġis skond dispożizzjonijiet oħra applikabbli u regoli tal-liġi nazzjonali u internazzjonali.

Artikolu 12

1. Għandhom jitlaqqgħu laqgħat tal-Partijiet Kontraenti f'intervalli regolari u f'kull żmien meta, minħabba ċirkostanzi speċjali, ikun hekk deċiż skond ir-Regoli tal-Proċedura.

2. Il-Partijiet Kontraenti fl-ewwel laqgħa tagħhom għandhom iħejju Regoli tal-Proċedura u Regoli Finanzjarji, li għandhom ikunu adottati b'vot unanimu.

3. Il-Gvern Depożitarju għandu jlaqqgħa l-ewwel laqgħa tal-Partijiet Kontraenti kemm jista’ jkun malajr wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 13

Fl-oqsma ta' kompetenza tagħha, il-Komunità Ekonomika Ewropea hija intitolata għan-numru ta' voti ugwali għan-numru ta' l-Istati Membri tagħha li huma Partijiet Kontraenti fil-Ftehim preżenti. Il-Komunità Ekonomika Ewropea m'għandhiex teżerċita d-dritt tagħha tal-vot fil-każijiet meta l-Istati Membri jeżerċitaw tagħhom jew bil-maqlub.

Artikolu 14

Għandu jkun d-dmir tal-laqgħat tal-Partijiet Kontraenti:

(a) li jeżerċitaw superviżjoni globali fuq l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim;

(b) li jirrivedu l-effettività tal-miżuri meħuda skond dan il-Ftehim;

(ċ) li jwettqu dawk il-funzjonijiet li jkunu jeħtieġu skond il-kondizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 15

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jipprovdu għat-twettiq ta' dmirijiet segretarjali fir-rigward ta' dan il-Ftehim, wara li jitqiesu l-arranġamenti fil-qafas ta' ftehim ieħor internazzjonali fuq il-prevenzjoni tat-tniġġis tal-baħar fis-seħħ fl-istess reġjun bħal dan il-Ftehim.

2. Kull Parti Kontraenti għandha tikkontribwixxi 2,5 % għall-ispiża ta' kull sena tal-Ftehim. Il-bilanċ tan-nefqa tal-Ftehim għandu jitqassam fost il-Partijiet Kontraenti barra l-Komunità Ekonomika Ewropea fi proporzjon mal-prodott gross domestiku skond l-iskala ta' stima adottata regolarment mill-Assemblea tal-Ġnus Maqgħuda. Fl-ebda każ m'għandha kontribuzzjoni ta' Stat Kontraenti għall-bilanċ jaqbeż 20 % tal-bilanċ.

Artikolu 16

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 ta' dan il-Ftehim, proposta mill-Parti Kontraenti għall-emenda ta' dan il-Ftehim jew l-Anness tiegħu għandu jkun kkunsidrat fl-laqgħa tal-Partijiet Kontraenti. Wara l-adozzjoni tal-proposta b'vot unanimu l-emenda għandha tkun ikkomunikata mill-Gvern Depożitarju lill-Partijiet Kontraenti.

2. Din l-emenda għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data meta l-Gvern Depożitarju ikun rċieva n-notifiki ta' approvazzjoni mill-Partijiet Kontraenti kollha.

Artikolu 17

1. Żewġ Partijiet Kontraenti jew aktar jistgħu jimmodifikaw il-fruntjieri komuni taż-żoni tagħhom deskritti fl-Anness ta' dan il-Ftehim.

2. Modifika bħal din għandha tidħol fis-seħħ għall-Partijiet Kontraenti kollha fl-ewwel jum tas-sitt xahar wara d-data tal-komunikazzjoni tagħha lill-Gvern Depożitarju ħlief jekk, f'perjodu ta' tliet xhur wara dik il-komunikazzjoni, Parti Kontraenti tkun esprimiet oġġezzjoni jew tkun talbet konsultazzjoni fuq il-kwistjoni.

Artikolu 18

1. Dan il-Ftehim għandu jitqiegħed għall-firem mill-Gvernijiet ta' l-Istati mistiedna biex jipparteċipaw fil-Konferenza fuq il-Ftehim għall-koperazzjoni biex ikun misielet it-tniġġis tal-Baħar tat-Tramuntana miż-żejt u sostanzi perikolużi oħra, li nżammet f'Bonn fit-13 ta' Settembru 1983 u mill Komunità Ekonomika Ewropea.

2. Dawn l-Istati u l-Komunità Ekonomika Ewropea jistgħu jsiru Partijiet f'dan il-Ftehim jew bil-firma mingħajr riserva fir-rigward tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni jew bil-firma bla ħsara għar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni segwita bir-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni.

3. Strumenti ta' ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni għandhom ikunu depożitati mal-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Artikolu 19

1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data meta l-Gvernijiet ta' l-Istati kollha msemmija fl-Artikolu 18 ta' dan il-Ftehim u l-Komunità Ekonomika Ewropea ikunu iffirmaw il-Ftehim mingħajr riserva dwar ir-rattifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni.

2. Mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim il-Ftehim għall-koperazzjoni fil-ġlieda kontra t-tniġġis fil-Baħar tat-Tramuntana biż-żejt, magħmul f'Bonn fid-9 ta' Ġunju 1969, m'għandux jibqa' fis-seħħ.

Artikolu 20

1. Il-Partijiet Kontraenti jistgħu unanimament jistiednu kull Stat kostali ieħor taż-żona ta' l-Atlantiku tal-grigal biex jaderixxu għal dan il-Ftehim.

2. F'dan il-każ l-Artikolu 2 ta' dan il-Ftehim u l-Anness tiegħu għandu jkun emendat kif meħtieġ. L-emendi għandhom ikunu adottati b'vot unanimu f'laqgħa tal-Partijiet Kontraenti u għandhom isiru effettivi mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim għall-Istat li qed jaderixxi.

Artikolu 21

1. Għal kull Stat li jaderixxi għal dan il-Ftehim, il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data ta' depożitu minn dak l-Istat ta' l-istrumenti tiegħu ta' adeżjoni.

2. Għandhom ikunu depożitati strumenti ta' adeżjoni mal-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Artikolu 22

1. Wara dan il-Ftehim ikun dam fis-seħħ għall-ħames snin jista’ jkun denunzjat minn kull Parti Kontraenti.

2. Id-denunzji għandhom isiru b'notifika bil-miktub indirizzata lill-Gvern Depożitarju li għandu jinnotifika l-Partijiet Kontraenti b'kull denunzja riċevuta u bid-data ta' l-irċevuta tagħha.

3. Denunzja għandha tibda sseħħ sena wara li tkun irċevuta mill-Gvern Depożitarju.

Artikolu 23

Il-Gvern Depożitarju għandu jinforma lill-Partijiet Kontraenti u dawk msemmija fl-Artikolu 18 ta' dan il-Ftehim rigward:

(a) kull firma ta' dan il-Ftehim;

(b) id-depożitu ta' kull strument ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni u ta' l-irċevuta ta' kull avviż ta' denunzja;

(ċ) data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim;

(d) l-irċevuta ta' kull notifika ta' approvazzjoni rigward l-emendi f'dan il-Ftehim jew l-Anness tiegħu u tad-data tad-dħul fis-seħħ ta' dawn l-emendi.

Artikolu 24

L-oriġinal ta' dan il-Ftehim, li tiegħu t-test Ingliż, Franċiż u Ġermaniż huma awtentiċi ugwalment, għandu jkun depożitat mal-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, li għandha tibgħat kopji ċertifikati tagħhom lill-Partijiet Kontraenti u li għandha tittrasmetti kopja ċertifikata lis-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda għar-reġistrazzjoni u l-pubblikazzjoni skond l-Artikolu 102 tal-Karta tal-Ġnus Maqgħuda.

B'xiehda ta' dan ‘l hawn taħt iffirmati, awtorizzati għal dan, mill-Gvernijiet rispettivi, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul f'Bonn, dan il-jum tat-13 ta' Settembru 1983.

FÜR DIE REGIERUNG DES KÖNIGREICHS BELGIEN,FOR THE GOVERNMENT OF THE KINGDOM OF BELGIUM,POUR LE GOUVERNEMENT DU ROYAUME DE BELGIQUE:

Vorbehaltlich der Ratifikation,Subject to ratification,Sous réserve de ratification.

FÜR DIE REGIERUNG DES KÖNIGREICHS DÄNEMARK,FOR THE GOVERNMENT OF THE KINGDOM OF DENMARK,POUR LE GOUVERNEMENT DU ROYAUME DE DANEMARK:

Vorbehaltlich der Genehmigung,Subject to approval,Sous réserve d'approbation.

FÜR DIE REGIERUNG DER FRANZÖSISCHEN REPUBLIK,FOR THE GOVERNMENT OF THE FRENCH REPUBLIC,POUR LE GOUVERNEMENT DE LA RÉPUBLIQUE FRANÇAISE:

FÜR DIE REGIERUNG DER BUNDESREPUBLIK DEUTSCHLAND,FOR THE GOVERNMENT OF THE FEDERAL REPUBLIC OF GERMANY,POUR LE GOUVERNEMENT DE LA RÉPUBLIQUE FRANÇAISE:

FÜR DIE REGIERUNG DES KÖNIGREICHS DER NIEDERLANDE,FOR THE GOVERNMENT OF THE KINGDOM OF THE NETHERLANDS,POUR LE GOUVERNEMENT DU ROYAUME DES PAYS-BAS:

Vorbehaltlich der Annahme,Subject to acceptance,Sous réserve d'acceptation.

FÜR DIE REGIERUNG DES KÖNIGREICHS NORWEGEN,FOR THE GOVERNMENT OF THE KINGDOM OF NORWAY,POUR LE GOUVERNEMENT DU ROYAUME DE NORVÈGE:

Vorbehaltlich der Ratifikation,Subject to ratification,Sous réserve de ratification.

FÜR DIE REGIERUNG DES KÖNIGREICHS SCHWEDEN,FOR THE GOVERNMENT OF THE KINGDOM OF SWEDEN,POUR LE GOUVERNEMENT DU ROYAUME DE SUÈDE:

FÜR DIE REGIERUNG DES VEREINIGTEN KÖNIGREICHS GROSSBRITANNIEN UND NORDIRLAND,FOR THE GOVERNMENT OF THE UNITED KINGDOM OF GREAT BRITAIN AND NORTHERN IRELAND,POUR LE GOUVERNEMENT DU ROYAUME-UNI DE GRANDE-BRETAGNE ET D'IRLANDE DU NORD:

Vorbehaltlich der Ratifikation,Subject to ratification,Sous réserve de ratification.

FÜR DIE EUROPÄISCHE WIRTSCHAFTSGEMEINSCHAFT,FOR THE EUROPEAN ECONOMIC COMMUNITY,POUR LA COMMUNAUTÉ ÉCONOMIQUE EUROPÉENNE:

Vorbehaltlich der Annahme,Subject to acceptance,Sous réserve d'acceptation.

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni taż-żoni msemmija fl-Artikolu 6 ta' dan il-Ftehim

Iż-żoni, bl-eċċezzjoni taż-żoni ta' responsabbilità konġunta huma limitati bil-linji li jgħaqqdu l-punti li ġejjin:

Id-Danimarka

55°03'00″,0N | 8°22'00″,0E |

55°10'00″,0N | 7°30'00″,0E |

55°10'00″,0N | 2°13'30″,0E |

57°00'00″,0N | 1°30'00″,0E |

57°00'00″,0N | 2°25'04″,6K |

56°35'42″,0N | 2°36'48″,0E |

56°05'12″,0N | 3°15'00″,0E |

56°35'30″,0N | 5°02'00″,0E |

57°10'30″,0N | 6°56'12″,0E |

57°29'54″,0N | 7°59'00″,0E |

57°37'06″,0N | 8°27'30″,0E |

57°41'48″,0N | 8°53'18″,0E |

57°59'18″,0N | 9°23'00″,0E |

58°15'41″,2N | 10°01'48″,1K |

58°10'00″,0N | 10°00'00″,0E |

57°48'00″,0N | 10°57'00″,0E |

57°44'48″,0N | 10°38'00″,0E |

Repubblika Federali tal-Ġermanja

53°34'N | 6°38'E |

54°00'N | 5°30'E |

54°00'N | 2°39',1E |

55°10'N | 2°13',5E |

55°10'N | 7°30'E |

55°03'N | 8°22'E |

L-Olanda

51°32'N | 3°18'E |

51°32'N | 2°06'E |

52°30'N | 3°10'E |

54°00'N | 2°39',1E |

54°00'N | 5°30'E |

53°34'N | 6°38'E |

in-Norveġja

61°00'00″,0N | 4°30'00″,0E |

61°00'00″,0N | 2°00'00″,0E |

57°00'00″,0N | 1°30'00″,0E |

57°00'00″,0N | 2°25'04″,0E |

56°35'42″,0N | 2°36'48″,0E |

56°05'12″,0N | 3°15'00″,0E |

56°35'30″,0N | 5°02'00″,0E |

57°10'30″,0N | 6°56'12″,0E |

57°29'54″,0N | 7°59'00″,0E |

57°37'06″,0N | 8°27'30″,0E |

57°41'48″,0N | 8°53'18″,0E |

57°59'18″,0N | 9°23'00″,0E |

58°15'41″,2N | 10°01'48″,1E |

58°10'00″,0N | 10°00'00″,0E |

58°53'34″,0N | 10°38'25″,0E |

Tkompli matul il-fruntiera Norveġiża – Svediża |

l-Isvezja

57°54'N | 11°28'E |

57°48'N | 10°57'E |

58°10'N | 10°00'E |

58°53'34″,0N | 10°38'25″,0E |

Tkompli matul il-fruntiera Norveġiża – Svediża |

Ir-Renju Unit

61°00'N | 0°50'0 |

61°00'N | 2°00'E |

57°00'N | 1°30'E |

52°30'N | 3°10'E |

51°32'N | 2°06'E |

Iż-żoni ta' responsabbilità konġuntà huma kif ġej:

1. Il-Belġju, Franza u r-Renju Unit

Żona tal-baħar bejn il-paralleli 51°32'N and 51°06'N.

2. Franza u r-Renju Unit

Il-Kanal Ingliż ilbiċ mill-parallel 51°06'N sa linja mħażża bejn il-punti 49°52'N 07°44'W u 48°27'N 06°25'W.

3. id-Danimarka u l-Isvezja

Żona tal-baħar bejn il-linji Skagerrak li jgħaqqdu l-punti:

57°54'N | 11°28'E |

57°44',8N | 10°38'E |

57°44',8N | 11°28'E |

--------------------------------------------------

Top