Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21980A1118(01)

    Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni multi-laterali fil-Gejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal

    ĠU L 227, 12.8.1981, p. 22–35 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 29/10/2013

    ELI: http://data.europa.eu/eli/convention/1981/608/oj

    Related Council decision

    21980A1118(01)



    Official Journal L 227 , 12/08/1981 P. 0022 - 0035
    Finnish special edition: Chapter 11 Volume 10 P. 0020
    Swedish special edition: Chapter 11 Volume 10 P. 0020
    Spanish special edition: Chapter 04 Volume 1 P. 0168
    Portuguese special edition Chapter 04 Volume 1 P. 0168


    Konvenzjoni

    dwar il-kooperazzjoni multi-laterali fil-Gejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal

    IL-PARTIJIET KONTRAENTI,

    FILWAQT li jinnotaw illi l-Istati ta’ fuq il-kosta ta’ l-Oċean Atlantiku tal-Grigal estendew, b’mod konformi mal-prinċipji rilevanti tal-liġijiet internazzjonali, il-ġurisdizzjoni tagħhom fuq ir-riżorsi ħajjin ta’ l-ibħra li jmissu magħhom għal-limiti ta’ mitejn mil nawtiku mill-linji-bażi li minnhom jitkejjel il-wisgħa tal-baħar territorjali, u jeżerċitaw fuq dawn il-firxiet id-drittijiet sovrani tagħhom bil-għan li jesploraw u jisfruttaw, jikkonservaw u jimmaniġġjaw dawn ir-riżorsi,

    FILWAQT li jqisu x-xogħol tat-Tielet Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar fil-qasam ta’ dan is-sajd,

    XEWQANA li jmexxu ‘l quddiem il-konservazzjoni u l-utilizzazzjoni ottimali tar-riżorsi tas-sajd fil-firxa ta’ l-Oċejan Atlantiku tal-Grigal fil-qafas xieraq għar-reġim tal-ġurisdizzjoni estiża fuq is-sajd mill-Istati kostali, u b’hekk biex jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni u l-konsultazzjoni internazzjonali rigward dawn ir-riżorsi

    WARA li kkunsidraw illi l-Konvenzjoni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal ta’ l-24 ta’ Jannar 1959 għandha għalhekk tiġi mibdula,

    FTIEHMU FUQ DAN LI GEJ:

    Artikolu 1

    1. Il-firxa li għaliha tapplika l-Konvenzjoni, minn issa 'l quddiem imsejħa "l-firxa ta' baħar li taqa' taħt il-Konvenzjoni", għandha tkopri l-ibħra:

    (a) f'dawk il-partijiet ta' l-Oċeani Atlantiku u Arktiku u l-ibħra li hemm fihom, li jaqgħu fit-tramuntana tal-latitudni 36o N u bejn il-lonġitudni 42o W u l-lonġitudni 51o E, imma jeskludu:

    (i) il-Ba]ar Baltiku u ċ-ċintorini li jiġu fin-nofs in-nhar u fil-lvant ta' linji maqtugħa minn Ras Hasenore sal-Ponta ta' Gniben, minn Korshage sa Spodsbierg u minn Ras Gilbierg sal-Kullen, u

    (ii) il-Ba]ar Mediterran u l-ibħra li hemm fih sal-ponta fejn jingħaqdu l-paraller tal-latitudni 36o N u l-meridjan tal-lonġitudni 5o 36' W,

    (b) f'dik il-parti ta' l-Oċean Atlantiku fit-tramuntana tal-latitudni 59o N u bejn il-lonġitudni 44o W u l-lonġitudni 42o W.

    2. Din il-Konvenzjoni tapplika għar-riżorsi tas-sajd kollha fl-L-firxa ta' baħar li taqa' taħt il-Konvenzjoni bl-eċċezzjoni tal-mammiferi tal-baħar, speċi li ma jpassux, jiġifieri organiżmi li, fl-istadju tas-sajda, jew huma immobbli jew taħt il-qiegħ tal-baħar jew ma humiex kapaċi jiċċaqalqu għajr f'kuntatt fiżiku kostanti mal-qiegħ tal-baħar jew taħt il-wiċċ tal-qiegħ tal-baħar u, safejn u sakemm huma trattati minn ftehim oħra internazzjonali, speċi li jpassu ħafna u ħażniet anadromi.

    Artikolu 2

    Xejn f'din il-Konvenzjoni ma għandu jitqies li jaffettwa d-drittijiet, il-pretensjonijiet, jew il-veduti ta' kull Parti Kontraenti rigward il-limiti jew il-firxa tal-ġurisdizzjoni tagħha fuq is-sajd.

    Artikolu 3

    1. Għall-għanijiet ta' din il-Konvenzjoni il-Partijiet Kontraenti jaqblu li jwaqqfu u jżommu Kummissjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal, minn issa "l quddiem imsejħa" l-Kummissjoni.

    2. Il-Kummisjoni għandha jkollha personalità legali u għandha tgawdi fir-relazzjonijiet tagħha ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra u fit-territorji tal-Partijiet Kontraenti dik il-kapaċità legali li tinħtieġ biex taqdi l-funzjonijiet tagħha u tilħaq l-iskopijiet tagħha.

    3. Kull waħda mill-Partijiet Kontraenti għandha taħtar fil-Kummissjoni mhux iktar minn żewġ rappreżentanti li jistgħu jiġu akkumpanjati minn esperti u konsulenti f'kull laqgħa tagħha (il-Kummissjoni).

    4. Il-Kummissjoni għandha taħtar il-President tagħha u mhux iktar minn żewġ viċi-Presidenti.

    5. L-uffiċċju tal-Kummissjoni għandu jkun f'Londra.

    6. Għajr fejn il-Kummissjoni tistabbilixxi xorta oħra, għandha tiltaqa' darba fis-sena f'Londra fiż-żmien li tiddeċiedi; sakemm iżda, li fuq it-talba ta' Parti Kontraenti u bla ħsara għall-qbil bejn tliet Partijiet oħra Kontraenti, il-President għandu, malajr kemm ikun prattikabbli, isejjaħ laqgħa f'dak il-waqt u f'dak il-post li jista' jistabbilixxi.

    7. Il-Kummissjoni għandha taħtar is-segretarju tagħha u dak il-personal kollu li tista' teħtieġ.

    8. Il-Kummissjoni tista' twaqqaf dawk il-kumitati u l-korpi sussidjarji l-oħra li jidhrilha mixtieqa għall-eżerċizzju tad-dmirijiet u l-funzjonijiet tagħha.

    9. Il-Partijiet Kontraenti għandu jkollhom vot wieħed fil-Kummissjoni. Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni għandhom jittieħdu b'maġġoranza sempliċi, jew, jekk din il-Konvenzjoni teħtieġ speċifikament maġġoranza kwalifikata, bil-maġġoranza ta' tliet terzi tal-voti tal-Partijiet Kontraenti kollha preżenti u li jitfgħu vot affermattiv jew negattiv, basta iżda li m'għandha ssir l-ebda votazzjoni għajr jekk ikun hemm kworum ta' mill-inqas żewġ terzi tal-Partijiet Kontraenti. Jekk in-numru ta' il-voti jkun indaqs waqt votazzjoni dwar kull materja li hija bla ħsara għal maġġoranza sempliċi, il-proposta għandha titqies bħala li m'għaddietx.

    10. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta r-Regoli tal-Proċedura tagħha, inklużi d-dispożizzjonijiet għall-elezzjoni tal-President u l-Viċi-Presidenti tagħha u ż-żmien tal-kariga tagħhom.

    11. Ir-Rapporti dwar il-proċeduri tal-Kummissjoni għandhom jiġu trasmessi malajr kemm jista' jkun bl-Ingliż u bil-Franċiż.

    Artikolu 4

    1. Il-Kummissjoni għandha twettaq il-funzjonijiet tagħha fl-interess tal-konservazzjoni u l-aqwa użu tar-riżorsi tas-sajd ta' l-L-firxa ta' baħar li taqa' taħt il-Konvenzjoni u għandha tqis l-aħjar xhieda xjentifika disponibbli għaliha.

    2. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi forum għall-konsultazzjoni u l-iskambju tat-tagħrif dwar l-istat tar-riżorsi tas-sajd fl-L-firxa ta' baħar li taqa' taħt il-Konvenzjoni u dwar il-politika tal-maniġġjar, inkluż eżami dwar l-effetti ġenerali ta' din il-politika fuq ir-riżorsi tas-sajd.

    Artikolu 5

    1. Il-Kummissjoni għandha, kif xieraq, tagħmel rakkommandazzjonijiet dwar is-sajd magħmul lil hemm mill-firxiet taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd tal-partijiet Kontraenti. Dawn ir-rakkommandazzjonijiet għandhom jiġu adottati b'maġġoranza kwalifikata.

    2. Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha skond il-paragrafu 1 il-Kummissjoni għandha tfittex li tiżgura l-konsistenza bejn:

    (a) kull rakkommandazzjoni li tapplika għall-ħażna jew grupp ta' ħażniet tal-ħut li jkunu jinsabu fil-firxa taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd ta' Parti Kontraenti u lil hemm minnha, jew kull rakkommandazzjoni li jkollha effett permezz tar-relazzjonijiet bejn xulxin ta' l-ispeċi tal-ħut fuq ħażna jew grupp ta' ħażniet ta' ħut li jkunu jinsabu fl-intier kollu tal-firxa jew f'parti minnha taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd ta' Parti Kontraenti, u kull rakkommandazzjoni li tapplika għall-ħażna jew grupp ta' ħażniet tal-ħut li jkunu jinsabu kemm ġewwa l-firxa taħt il-ġurisdizzjoni ta' Parti Kontraenti u kemm lil hemm minnha, jew kull rakkommandazzjoni li jkun se jkollha effett permezz tar-rabtiet bejn xulxin ta' l-ispeċi tal-ħut fuq ħażna jew grupp ta' ħażniet ta' fl-intier tal-firxa taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd ta' Parti Kontraenti jew f'parti minnha, u

    (b) kull miżura u deċiżjoni meħuda minn din il-Parti Kontraenti għall-maniġġjar u l-konservazzjoni ta' din il-ħażna jew dan il-grupp ta' ħażniet tal-ħut rigward is-sajd magħmul fil-firxa taħt il-ġurisdizzjoni tagħha tas-sajd.

    Il-Partijiet Kontraenti xierqa u l-Kummissjoni għandhom għalhekk imexxu 'l quddiem il-koordinazzjoni ta' dawn ir-rakkommandazzjonijiet, miżuri u deċiżjonijiet, kif jixraq.

    3. Għall-għan tal-paragrafu 2 kull waħda mill-Partijiet Komtraenti għandha żżomm lill-Kummissjoni mgħarrfa bil-miżuri u d-deċiżjonijiet tagħha.

    Artikolu 6

    1. Il-Kummissjoni tista' tagħmel rakkommandazzjonijiet dwar is-sajd li jsir fil-firxa taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd ta' Parti Kontraenti, basta iżda illi l-Parti Kontraenti involuta fil-kwistjoni titlob dan u li r-rakkommandazzjoni tirċievi l-vot affermattiv tagħha.

    2. Il-Kummissjoni tista' tagħti parir dwar is-sajd li hemm riferenza għalih fil-paragrafu 1 jekk il-Parti Kontraenti involuta fil-kwistjoni titlob dan.

    Artikolu 7

    Fl-eżerċizzju tal-funzjonjonijiet tagħha, kif iddikjarati fl-Artikoli 5 u 6, il-Kummissjoni tista' tikkonsidra fost ħwejjeġ oħra miżuri dwar:

    (a) ir-regolazzjoni tat-tagħmir u ta' l-apparat tas-sajd, inkluż id-daqs tal-malja tax-xbiek tas-sajd,

    (b) ir-regolazzjoni tal-limiti tad-daqsijiet tal-ħut li jistgħu jinżammu abbord il-bastimenti, jew imniżżla l-art jew esposti jew offruti għall-bejgħ,

    (ċ) it-twaqqif ta' staġuni magħluqin u ta' ibħra magħluqin,

    (d) it-titjib u ż-żieda tar-riżorsi tas-sajd, li jistgħu jinkludu l-propagazzjoni artifiċjali, it-trasplantazzjoni ta' organiżmi u t-trasplantazzjoni tal-friegħ,

    (e) li jiġu stabbiliti l-qabdiet totali tal-ħut permessi u l-allokazzjoni tagħhom lill-Partijiet Kontraenti,

    (f) ir-regolazzjoni ta' l-ammont ta' l-isforz biex isir is-sajd u l-allokazzjoni tiegħu lill-Partijiet Kontraenti,

    Artikolu 8

    1. Fuq maġġoranza kwalifikata, il-Kummissjoni tista' tagħmel rakkommandazzjoni biex tikkontrolla s-sajd magħmul lil hemm mill-firxiet taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd tal-Partijiet Kontraenti bil-għan li tiżgura l-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni u kull rakkommandazzjoni adottata permezz tagħha.

    2. Il-Kummissjoni tista' wkoll tagħmel rakkommandazzjonijiet rigward miżuri ta' kontroll li jkollhom x'jaqsmu mas-sajd magħmul fil-firxa taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd ta' Parti Kontraenti, basta iżda illi l-Parti Kontraenti involuta fil-kwistjoni titlob dan u li r-rakkommandazzjoni tirċievi l-vot affermattiv tagħha.

    3. Ir-rakkommandazzjonijiet adottati skond dan l-Artikolu jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet għal tmiem differenti minn dawk provduti fl-Artikolu 13.

    Artikolu 9

    1. B'maġġoranza kwalifikata l-Kummissjoni tista' tagħmel rakkommandazzjonijiet li jipprovdu għall-ġbir ta' tagħrif statistiku li jkollu x'jaqsam mas-sajd magħmul lil hemm mill-firxiet taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd tal-Partijiet Kontraenti.

    2. Il-Kummissjoni tista' wkoll tagħmel rakkommandazzjonijiet li jipprovdu għall-ġbir ta' tagħrif statistiku li jkollu x'jaqsam mas-sajd magħmul fil-firxa taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd ta' Parti Kontraenti, basta iżda illi din ir-rakkommandazzjoni tirċievi l-vot affermattiv ta' din il-Parti Kontraenti.

    Artikolu 10

    Meta taddotta r-rakkommandazzjonijiet il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi jekk, u b'liema kondizzjonijiet, dawn ir-rakkommandazzjonijiet għandhom japplikaw biss għax-xogħol tas-sajd magħmul bil-għan ta' investigazzjoni xjentifika mwettqa skond il-prinċipji u r-regoli tal-liġijiet internazzjonali rilevanti.

    Artikolu 11

    1. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien mhux mistħoqq, tavża lill-Partijiet Kontraenti bir-rakkommandazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni skond din il-Konvenzjoni.

    2. Il-Kummissjoni tista' tippubblika jew mill-banda l-oħra xxerred ir-rapporti dwar l-attivitajiet tagħha u tagħrif ieħor li jkollu x'jaqsam mas-sajd fil-firxa ta' baħar li taqa' taħt il-Konvenzjoni.

    Artikolu 12

    1. Rakkomandazzjoni għandha torbot lill-Partijiet Kontraenti bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u għandha tidħol fis-seħħ f'data stabbilita mill-Kummissjoni, li ma għandhiex tkun iktar minn 30 jum wara t-tmiem tal-perjodu jew perjodi taż-żmien għall-oġġezzjonijiet provduti f'dan l-Artikolu.

    2. (a) Kull Parti Kontraenti tista, fi żmien 50 jum mid-data tan-notifika ta' rakkommandazzjoni adottata skond il-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 5, skond il-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 8 jew skond il-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 9, tqajjem oġġezzjoni għal din. Fil-każ ta' oġġezzjoni, kull Parti Kontraenti oħra tista' bl-istess mod toġġezzjona fi żmien 40 jum wara li tirċievi n-notifika ta' din l-oġezzjoni. Jekk xi oġġezzjoni ssir f'perjodu ieħor taż-żmien ta' 40 jum, il-Partijiet Kontraenti l-oħra huma permessi perjodu finali taż-żmien ta' 40 jum wara li jirċievu n-notika ta' din l-oġġezzjoni li fih jistgħu jiġu depożitati l-oġġezzjonijiet.

    (b) Rakkommandazzjoni m'għandhiex torbot lil Parti Kontraenti li tkun qajmet oġġezzjoni għaliha.

    (ċ) Jekk tliet partijiet Kontraenti jew iktar ikunu oġġezzjonaw għal rakkommandazzjoni din ma għandha torbot lill-ebda waħda mill-Partijiet Kontraenti.

    (d) Għajr fejn rakkommandazzjoni ma torbotx lil xi waħda mill-Partijiet Kontraenti skond id-dispożizzjonijiet tas-sotto-paragrafu (ċ), Parti Kontraenti li tkun qajmet oġġezzjoni tista' f'kull waqt tirtira din l-oġġezzjoni u għandha mbagħad tiġi marbuta bir-rakkommandazzjoni fi zmien ta' 70 jum, jew mid-data stabbilita mill-Kummissjoni skond il-paragrafu 1, liema waħda minnhom hija l-iktar tard.

    (e) Jekk rakkommandazzjoni ma torbot lill-ebda parti Kontraenti, żewġ Partijiet Kontraenti jew iktar jistgħu madankollu meta jridu jiftiehmu bejniethom li jdaħħluha fis-seħħ kif ikun xieraq.

    3. Fil-każ ta' rakkommandazzjoni adottata skond il-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 6, skond il-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 8, jew skond il-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 9, il-Parti Kontraenti biss li teżerċita ġurisdizzjoni tas-sajd fuq il-firxa involuta fil-kwistjoni tista', wara 60 jum mid-data tan-notifika tar-rakkommandazzjoni, toġġezzjona għaliha, f'liema każ ir-rakkomandazzjoni m'għandha torbot lill-ebda Parti Kontraenti.

    4. Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Partijiet Kontraenti b'kull oġġezzjoni u rtirar fil-pront kif tirċevihom, u dwar id-dħul fis-seħħ ta' kull rakkommandazzjoni u kull dħul fis-seħħ ta' kull ftehim magħmul skond is-sotto-paragrafu (e) tal-paragrafu 2.

    Artikolu 13

    1. (a) Wara t-tmiem ta' sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' rakkommandazzjoni adottata skond il-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 5, il-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 8 jew il-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 9, kull Parti Kontraenti tista' tinnotifika lill-Kummissjoni dwar it-tmiem ta' l-aċċettazzjoni tagħha tar-rakkomandazzjoni u, jekk din in-notifika ma tiġix irtirata, ir-rakkommandazzjoni m' għandhiex tibqa' torbot lil din il-Parti Kontraenti wara l-għeluq ta' sena mid-data tan-notifika.

    (b) Rakkomandazzjoni li ma tibqax torbot lil Parti Kontraenti ma għandha torbot lill-ebda Parti Kontraenti oħra fi żmien 30 jum mid-data li fiha din ta' l-aħħar tavża lill-Kummissjoni li mhix se taċċetta aktar ir-rakkomandazzjoni.

    2. Fil-każ ta' rakkommandazzjoni adottata skond il-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 6, il-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 8 jew il-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 9, il-Parti Kontraenti biss li teżerċita ġurisdizzjoni tas-sajd fuq il-firxa involuta fil-kwistjoni tista' tinnotifika lill-Kummissjoni li mhux se taċċetta aktar r-rakkomandazzjoni, f'liema każ (ir-rakkommandazzjoni) ma għandha tibqa' torbot lill-ebda Parti Kontraenti wara 90 jum mid-data ta' din in-notifika.

    3. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Partijiet Kontraenti b'kull notifika skond dan l-Artikolu immedjatament kif tirċeviha.

    Artikolu 14

    1. Fl-interess ta' l-aqwa qadi tal-funzjonijiet iddikjarati fl-Artikoli 4, 5 u 6, il-Kummissjoni għandha tfittex it-tagħrif u l-parir mingħand il-Kunsill Internazzjonali ta' l-Esplorazzjoni tal-Baħar. Dan it-tagħrif u dan il-parir għandhom jiġu mitluba fuq materji li għandhom x'jaqsmu ma' l-attivitajiet tal-Kummissjoni u li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kunsill, inklużi t-tagħrif u l-pariri dwar il-bijoloġija u d-dinamika tal-popolazzjoni ta' l-ispeċi tal-ħut involuti, l-istat tal-ħażniet tal-ħut, l-effett tas-sajd fuq dawn il-ħażniet, u l-miżuri għall-konservazzjoni u l-maniġġjar tagħhom.

    2. Sabiex tiffaċilita xogħol tal-Kunsill Internazzjonali ta' l-Esplorazzjoni tal-Baħar fil-provvediment tat-tagħrif u tal-pariri lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tfittex li tistabbilixxi, bil-koperazzjoni tal-Kunsill, l-arranġamenti biex tassigura illi l-istudji ta' riċerka b'dan il-għan, inklużi studji konġunti, jiġu inkoraġġiti u kondotti bl-effiċjenza u mingħajr dewmien żejjed.

    3. Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi arranġamenti ta' ħidma ma' kull organizzazzjoni internazzjonali li jkollha għanijiet relattati.

    Artikolu 15

    1. Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-Partijiet Kontraenti rigward l-ibħra taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom tas-sajd, il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu dik l-azzjoni, inkluża l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet adewkati għall-kontravenzjonijiet, li jistgħu jkunu meħtieġa biex jagħtu saħħa lid-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni u sabiex jimplimentaw kull rakkommandazzjoni li torbot skond l-Artikolu 12.

    2. Kull Parti Kontraenti għandha tibgħat lill-Kummissjoni dikjarazzjoni ta' kull sena dwar l-azzjonijiet li jkunu ħadu skond il-paragrafu 1.

    Artikolu 16

    1. Kull waħda mill-Partijiet Kontraenti għandha tgħarraf lill-Kummissjoni bil-miżuri leġislattivi tagħha u b'kull ftehim li tista' tkun daħlet għalih, safejn u sakemm dawn il-miżuri u ftehim ikollhom x'jaqsmu mal-konservazzjoni u l-l-użu tar-riżorsi tas-sajd fl-L-firxa ta' baħar li taqa' taħt il-Konvenzjoni.

    2. Fuq it-talba tal-Kummissjoni kull waħda mill-Partijiet Kontraenti għandha tforni lill-Kummissjoni b'kull tagħrif xjentifiku u statistiku disponibbli meħtieġ għall-għanijiet ta' din il-Konvenzjoni u dak it-tagħrif addizzjonali meħtieġ skond l-Artikolu 9

    Artikolu 17

    1. Kull waħda mill-Partijiet Kontraenti għandha tħallas l-ispejjeż tad-delegazzjoni tagħha għal-laqgħat kollha msejħa skond din il-Konvenzjoni.

    2. Fl-ewwel laqgħa tagħha l-Kummissjoni għandha tadotta l-estimi għall-ewwel sena finanzjarja tagħha. F'din il-laqgħa l-Kummissjoni tista' wkoll, skond kif ikun xieraq, tadotta l-estimi għat-tieni sena finanzjarja.

    3. F'kull sessjoni annwali l-Kummissjoni għandha tadotta l-estimi tas-sena finanzjarja li tkun imiss u l-estimi tas-sena finanzjarja li tigi wara din. Għandhom jiġu sottomessi mill-President tal-Kummissjoni abbozz ta' l-baġit u abbozz ta' estimi ta' baġit lill-Partijiet Kontraenti mhux inqas minn 40 jum qabel il-laqgħa tal-Kummissjoni li fiha jridu jiġu diskussi.

    4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kontribuzzjonijiet mistħoqqa minn kull wada mill-Partijiet Kontraenti skond l-estimi annwali bil-formola li ġejja:

    (a) terz mill-estimi għandhom jinqasmu indaqs bejn il-partijiet Kontraenti;

    (b) żewġ terzi mill-estimi għandhom jinqasmu bejn il-Partijiet Kontraenti fil-propozjon tal-qabdiet nominali tal-ħut fl-L-firxa ta' baħar li taqa' taħt il-Konvenzjoni, fuq il-bażi ta' l-istatistiċi definittivi tal-Kunsill Internazzjonali ta' l-Esplorazzjoni tal-Baħar għas-sena kalendarja li tagħlaq mhux iktar minn 24 xahar u mhux inqas minn 18-il xahar qabel il-bidu tas-sena ta' l-estimi;

    (ċ) madankollu, l-kontribuzzjoni annwali ta' kull Parti Kontraenti li jkollha popolazzjoni ta' inqas minn 300000 abitant għandha tkun limitata għall-massimu ta' 5 % ta' l-estimi kollha. Meta din il-kontribuzzjoni tkun hekk limitata, il-bqija tal-parti ta' l-estimi għandhom jiġu maqsuma bejn il-Partijiet Kontraenti b'mod konformi mas-sotto-paragrafi (a) u (b). Din ir-regola għandha tidħol fis-seħħ fl-estimi ta' l-ewwel ħames snin tal-Kummissjoni u għandha mbagħad tkun bla ħsara għal revizjoni annwali mill-Kummissjoni li tista' tibdilha b'deċiżjoni adotta bil-maġġoranza ta' tliet kwarti tal-Partijiet kollha Kontraenti.

    5. Il-Kummissjoni għandha tavża lil kull waħda mill-Partijiet Kontraenti bil-kontribuzzjoni mistħoqqa minn din il-Parti skond il-paragrafu 1 u bid-data kif stabbilita mill-Kummissjoni sakemm għandha titħallas din il-kontribuzzjoni.

    6. Il-kontribuzzjoni ta' Parti Kontraenti li tissieħeb f'din il-Komvenzjoni matul il-kors ta' sena finanzjarja għandha, rigward din is-sena, tkun parti proporzjonata skond in-numru tax-xhur sħaħ li jifdal fis-sena tal-kontribuzzjoni annwali kalkolata b'mod konformi mal-paragrafu 4.

    7. Il-kontribuzzjonijiet għandhom jitħallsu bi flus fil-munita tal-pajjiż li fih ikun lokat l-uffiċċju tal-Kummissjoni.

    8. Parti Kontraenti li ma tkunx ħallset sad-data stabbilita mill-Kummissjoni l-kontribuzzjonijiet tagħha għal sentejn m'għandhiex tissokta tgawdi d-dritt li titfa' l-vot u li tqajjem oġġezzjonijiet skond din il-Konvenzjoni sakemm tkun wettqet l-obbligi tagħha, għajr jekk, fuq it-talba tal-Parti Kontraenti interessata, il-Kummissjoni tiddeċiedi xorta oħra.

    9. Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli tat-tmexxija ta' l-affarijiet finanzjarji tagħha.

    Artikolu 18

    B'maġġoranza kwalifikata l-Kummissjoni tista' terġa' taqsam l-L-firxa ta' baħar li taqa' taħt il-Konvenzjoni f'reġjuni u tista' tibdel il-limiti u tvarja n-numru tar-reġjuni basta iżda illi d-deċiżjoni tirċievi l-vot affermattiv ta' kull Parti Kontraenti li teżerċita ġurisdizzjoni tas-sajd fuq kull parti tal-firxa affettwata.

    Artikolu 19

    1. Kull Parti Kontraenti tista' tipproponi emendi għal din il-Konvenzjoni. Kull proposta għal emenda minn dawn għandha tintbagħat lis-Segretarjat mill-inqas 90 jum qabel il-laqgħa li fiha l-Parti Kontraenti tipproponi li taġixxi fuqha. Is-Segretarjat għandu jittrasmetti l-proposta fil-pront lill-Partijiet Kontraenti.

    2. L-adozzjoni ta' emenda proposta teħtieġ il-maġġoranza ta' tliet kwarti tal-Partijiet kollha Kontraenti. It-test ta' kull emenda proposta hekk adottata għandu jiġi tasmenss mill-Kummissjoni lid-Depożitarju li għandu mill-ewwel jibgħatu lill-Partijiet Kontraenti.

    3. Emenda għandha tidħol fis-seħħ għall-Partijiet Kontraenti 120 jum wara d-data tan-notifika mid-Depożitarju li jkun irċieva n-notifika bil-miktub ta' approvazzjoni minn tliet kwarti tal-Partijiet Kontraenti, għajr jekk xi waħda mill-Partijiet Kontraenti tinnotifika lid-Depożitarju, fi żmien 90 jum mid-data tan-notifika tad-Depożitarju li jkun irċevieha, illi toġġezzjona għall-emenda, f'liema każ l-emenda m' għandhiex tidħol fis-seħħ għal xi waħda mill-Partijiet Kontraenti. Parti Kontraenti li tkun qajmet oġġezzjoni għal emenda tista' f'kull ħin tirtira l-oġġezzjoni tagħha. Jekk l-oġġezzjonijiet kollha għal emenda jiġu rtirati, l-emenda għandha tidħol fis-seħħ għall-Partijiet Kontraenti 120 jum wara d-data tan-notifika mid-Depożitarju li jkun iċieva l-aħħar irtirar.

    4. Parti i tirratifika, taċċetta, tapprova jew tissieħeb f'din il-Konvenzjoni wara li tkun ġiet adottata emenda b'mod konformi mal-paragrafu 2 għandha titqies li tkun approvat l-emenda msemmija.

    5. Id-Depożitarju għandu jinnotifika fil-pront lill-Partijiet Kontraenti li jkun irċieva n-notifiki ta' approvazzjoni għall-emendi, li jkun irċieva n-notifika għal oġġezzjoni jew għall-irtirar ta' l-oġġezzjonijiet, u dwar id-dħul fis-seħħ ta' l-emendi.

    Artikolu 20

    1. Din il-Konvenzjoni għandha tkun miftuħa għall-firem mit-18 ta' Novembru 1980 sat-28 ta' Frar 1981 mill-Partijiet li ġejjin: il-Bulgarija, Kuba, id-Danimarka l-Gżejjer Faroe, il-Komunità Ekonomika Ewropea, il-Fillandja, r-Repubblika Demokratika tal-Germanja, l-Iżlanda, n-Norveġja, l-Polonja, l-Portugall, Spanja, l-Isvezja u l-Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi. Għandha tiġi ratifikata, aċċettata jew approvata malajr kemm jista' jkun u l-istrumenti tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni għandhom jiġu depożitati għand il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Britannja u l-Irlanda ta' Fuq, riferit f'din il-Konvenzjoni bħala "id-Depożitarju".

    2. Din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ mad-depożitu ta' l-istrumenti tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni ta' mhux inqas minn seba' firmatarji, basta iżda illi dawn jinkludu mill-inqas tliet firmatarji li jeżerċitaw ġurisdizzjoni fuq is-sajd fl-L-firxa ta' baħar li taqa' taħt il-Konvenzjoni. Jekk, madankollu, din il-Konvenzjoni ma tkunx daħlet fis-seħħ għal sena mid-data li fiha din il-Konvenzjoni tinfetaħ għall-firem, imma mhux inqas minn ħames firmatarji jkunu ddepożitaw l-istrumenti tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni, inklużi mill-inqas tliet firmatarji li jeżerċitaw ġurisdizzjoni fuq is-sajd ġewwa l-L-firxa ta' baħar li taqa' taħt il-Konvenzjoni, dawn il-firmatarji jistgħu jiftiehmu bejniethom, bi Protokoll speċjali fid-data li fiha l-Kovenzjoni għandha tid]ol fis-seħħ; f'dan il-każ il-Kovenzjoni għandha tidħol fis-seħħ rigward kull Parti li tirratifika, taċċetta jew tapprova f'kull waqt fid-data tad-depożitu ta' l-istrument tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni.

    3. Kull Parti li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 li ma tkunx iffirmat din il-Konvenzjoni tista' tissieħeb fiha f'kull waqt wara li (l-Konvenzjoni) tkun daħlet fis-seħħ b'mod konformi mal-paragrafu 2.

    4. Kull Stat li m'hemmx riferenza għalih fil-paragrafu 1, għajr Stat Membru tal-Komunità Ekonomika Ewropea, jista' jissieħeb f'din il-Konvenzjoni f'kull waqt wara li tkun daħlet fis-seħħ b'mod konformi mal-paragrafu 2, sakemm iżda illi l-applikazzjoni għas-s]ubija ta' l-Istat ikollha l-approvazzjoni ta' tliet kwarti tal-Partijiet kollha Kontraenti.

    Applikazzjoni għas-sħubija għandha tiġi indirizzata bil-kitba lid-Depożitarju li għandu jinnotifika lill-Partijiet kollha Kontraenti biha. L-applikazzjoni tiġi approvata jekk fi żmien 90 jum mid-data ta' din in-notifika tliet kwarti tal-Partijiet kollha li rigward tagħhom din il-Konvenzjoni tkun diġa daħlet fis-seħħ sa din id-data jkunu notifikaw lid-Depożitarju bl-approvazzjoni tagħhom għall-applikazzjoni.

    Id-Depożitarju għandu jinnotifika lill-Istat li japplika għas-sħubija u lill-Partijiet kollha Kontraenti bir-riżultat dwar l-applikazzjoni.

    5. Is-sħubija għandha tidħol fis-seħħ bid-depożitu ta' strument tas-sħubija għand id-Depożitarju u għandha tidħol fis-seħħ mid-data meta jiġi rċevut. Minn din id-data kull Parti li tissieħeb f'din il-Konvenzjoni għandha tkun marbuta bir-rakkommandazzjonijiet li, mal-waqt tas-sħubija tagħha, jorbtu lill-Partijiet l-oħra kollha Kontraenti kif ukoll b'kull rakkommandazzjoni oħra li, f'dak il-waqt, torbot Parti Kontraenti waħda jew iktar u li ma tkunx speċifikament eskluża mill-Parti li tissieħeb skond l-istrument tagħha tas-sħubija.

    6. Id-Depożitarju għandu jgħarraf lill-firmatarji kollha u lill-Partijiet kollha li jkunu se jissieħbu bl-istrumenti kollha tar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew is-sħubija li jkunu ġew depożitati, u għandu jgħarraf lill-firmatarji bid-data u bil-Partijiet li rigward tagħhom din il-Konvenzjoni tkun daħlet fis-seħħ.

    7. Id-Depożitarju għandu jsejjaħ l-ewwel laqgħa tal-Kummissjoni malajr kemm ikun prattikabbli wara d-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni u għandu jikkomunika l-aġenda proviżorja lill kull waħda mill-Partijiet Kontraenti.

    Artikolu 21

    F'kull waqt wara sentejn mid-data li fiha din il-Konvenzjoni tkun daħlet fis-seħħ rigward Parti Kontraenti, din il-Parti tista' toħroġ mill-Konvenzjoni permezz ta' notifika bil-miktub indirizzata lid-Depożitarju. Kull ħruġ bħal dan għandu jidħol fis-seħħ wara tnax-il xahar mid-data li jiġi rċevut, u għandu jiġi notifikat lill-Partijiet Kontraenti mid-Depożitarju.

    Artikolu 22

    Din il-Konvenzjoni, li tagħha t-testi bl-Ingliż u bil-Franċiż huma awtentiċi ugwalment, għandha tiġi depożitata għand il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Britannja u l-Irlanda ta' Fuq. Id-Depożitarju għandu jittrasmetti kif mistħoqq kopji attestati lill-firmatarji u lill-Partijiet li jkunu sejrin jissieħbu, u għandu jirreġistra l-Konvenzjoni b'mod konformi ma' l-Artikolu 102 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.

    --------------------------------------------------

    Top