Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12005SPN07/09/C

Protokoll dwar il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea - Anness VII:Lista msemmija fl-Artikolu 20 tal-Protokoll: disposizzjonijiet transitorji, Rumanija - 9.L-Ambjent - Ċ.Il-kwalità ta' l-ilma

ĠU L 157, 21.6.2005, pp. 166–171 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

12005SPN07/09/C

Protokoll dwar il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea - Anness VII:Lista msemmija fl-Artikolu 20 tal-Protokoll: disposizzjonijiet transitorji, Rumanija - 9.L-Ambjent - Ċ.Il-kwalità ta' l-ilma

Official Journal L 157 , 21/06/2005 P. 0166 - 0171


Ċ. IL-KWALITÀ TA' L-ILMA

1. 31983 L 0513: Direttiva tal-Kunsill 83/513/KEE tas- 26 ta' Settembru 1983 dwar il-limitu ta' valuri u objettivi ta' kwalità għall-iskariku tal-kadmju (ĠU L 291, 24.10.1983, p. 1), kif emendata bi:

- 31991 L 0692: Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat- 23.12.1991 (ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48);

- 31984 L 0156: Direttiva tal-Kunsill 84/156/KEE tat- 8 ta' Marzu 1984 dwar il-valuri ta' limitu u l-objettivi ta' kwalità għal-iskariku ta' merkurju minn setturi li mhumiex dawk ta' l-industrija ta' l-elettroliżi tal-chlor-alkali (ĠU L 74, 17.3.1984, p. 49), kif emendata bi:

- 31991 L 0692: Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat- 23.12.1991 (ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48).

B'deroga mill-Artikolu 3 u mill-Anness I għad-Direttiva 83/513/KEE u l-Artikolu 3 u Anness I għad-Direttiva 84/156/KEE, il-valuri ta' limitu ta' l- iskariku ta' kadmju u merkurju fl-ilmijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/464/KEE ta' l- 4 ta' Mejju 1976 dwar it-tniġġis ikkawżat bl-iskariku ta' ċerti sustanzi perikolużi fl-ambjent akwatiku tal-Komunità [24], ma għandux japplika fir-Rumanija sal- 31 ta' Diċembru 2009 għall-installazzjonijiet industrijali li ġejjin:

ARIEŞMIN SA Baia de Arieş — Valea Sărtaş — Baia de Arieş — kontea ta' Alba

ARIEŞMIN SA Baia de Arieş — ape de mină — Baia de Arieş — kontea ta' Alba

EM TURŢ — Turţ — kontea ta' Satu Mare

SM BAIA BORŞA- evacuare ape de mină Gura Băii — Borşa — kontea ta' Maramureş

SM BAIA BORŞA- evacuare ape de mină Burloaia - Borşa — kontea ta' Maramureş

SM BAIA BORŞA-evacuare Colbu-Toroioaga - Borşa — kontea ta' Maramureş

EM BAIA SPRIE — Baia Sprie — kontea ta' Maramureş

EM CAVNIC — Cavnic — kontea ta' Maramureş

EM BĂIUŢ — Băiuţ — kontea ta' Maramureş

S.C. Romplumb SA BAIA MARE-evacuare în canal de transport — Baia Mare — kontea ta' Maramureş

SUCURSALA MINIERĂ. BAIA MARE-flotaţie centrală - Baia Mare — kontea ta' Maramureş

SM BAIA BORŞA- evacuare ape flotaţie - Borşa — kontea ta' Maramureş

Romarm Tohan Zărneşti — Zărneşti — kontea ta' Braşov

S.C. Viromet SA Victoria — Victoria — kontea ta' Braşov

S.C. Electrocarbon SA Slatina - R 1 — Slatina — kontea ta' Olt

S.C. Electrocarbon SA Slatina - R 2 - Slatina — kontea ta' Olt

S.C. Electrocarbon SA Slatina - R 3 - Slatina — kontea ta' Olt

S.C. Electrocarbon SA Slatina - R 4 - Slatina — kontea ta' Olt

S.C. Electrocarbon SA Slatina - R 5 - Slatina — kontea ta' Olt

S.C. Electrocarbon SA Slatina - R 6 - Slatina — kontea ta' Olt

S.C. Electrocarbon SA Slatina - R 7 - Slatina — kontea ta' Olt

S.C. GECSAT Târnăveni — Târnăveni — kontea ta' Mureş

SGDP BAIA BORŞA - Borşa — kontea ta' Maramureş

SPGC SEINI — Seini — kontea ta' Maramureş

S.C. VITAL BAIA MARE-evacuare staţie - Baia Mare — kontea ta' Maramureş

S.C. IMI SA BAIA MARE-evacuare staţie mina Ilba - Baia Mare — kontea ta' Maramureş

S.C. WEST CONSTRUCT MINA SOCEA — Valea Socea — kontea ta' Maramureş

2. 31984 L 0491: Direttiva tal-Kunsill 84/491/KEE tad- 9 ta' Ottubru 1984 dwar il-valuri ta' limitu u l-objettivi ta' kwalità għall-iskariku ta' hexachlorocyclohexane (ĠU L 274, 17.10.1984, p. 11), kif emendata bi:

- 31991 L 0692: Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat- 23.12.1991 (ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48).

B'deroga mill-Artikolu 3 u mill-Anness I għad-Direttiva 84/491/KEE il-valuri ta' limitu għall-iskariku ta' lindane fl-ilmijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/464/KEE ta' l- 4 ta' Mejju 1976 dwar it-tniġġis ikkawżat bl-iskariku ta' ċerti sustanzi perikolużi fl-ambjent akwatiku tal-Komunità [25], m'għandhomx japplikaw fir-Rumanija sal- 31 ta' Diċembru 2009 għall-installazzjonijiet industrijali li ġejjin:

S.C. Sinteza SA Oradea — Oradea — kontea ta' Bihor

S.C. OLTCHIM SA Râmnicu Vâlcea — Râmnicu Vâlcea — kontea ta' Vâlcea

S.C. CHIMCOMPLEX SA Borzeşti — Borzeşti — kontea ta' Bacău

3. 31986 L 0280: Direttiva tal-Kunsill 86/280/KEE tat- 12 ta' Ġunju 1986 dwar il-limitu ta' valuri u objettivi ta' kwalità għall-iskariku ta' ċerti sustanzi perikolużi inklużi fil-Lista I ta' l-Anness tad-Direttiva 76/464/KEE (ĠU L 181, 4.7.1986, p. 16), kif emendata l-aħħar bi:

- 31991 L 0692: Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat- 23.12.1991 (ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48).

B'deroga mill-Artikolu 3 u mill-Anness II għad-Direttiva 86/280/KEE, il-valuri ta' limitu għall-iskariku ta' hexachlorobenzene, hexachlorobutadiene, 1,2 — dichloroethane (EDC), trichloroethylene (TRI) and trichlorobenzene (TCB) fl-ilmijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/464/KEE ta' l- 4 ta' Mejju 1976 dwar it-tniġġis ikkawżat bl-iskariku ta' ċerti sustanzi perikolużi fl-ambjent akwatiku tal-Komunità [25], m'għandhomx japplikaw fir-Rumanija sal- 31 ta' Diċembru 2009 għall-installazzjonijiet industrijali li ġejjin:

S.C. NUTRISAM SATU MARE- Ferma MOFTIN — Satu Mare — kontea ta' Satu Mare

S.C. MARLIN SA ULMENI — Ulmeni — kontea ta' Maramureş

S.C. PROMET — Satu Mare — kontea ta' Maramureş

ARDUDANA ARDUD — Ardud - kontea ta' Maramureş

SM BAIA BORŞA- evacuare ape de mină Gura Băii — Borşa — kontea ta' Maramureş

SM BAIA BORŞA-evacuare Colbu-Toroioaga - Borşa — kontea ta' Maramureş

ERS CUG CLUJ - evacuare 3 — Cluj-Napoca — kontea ta' Cluj

S.C. ARMĂTURA CLUJ — 6 evacuări directe - Cluj-Napoca — kontea ta' Cluj

SUCURSALA.MINIERĂ. BAIA MARE-flotaţie centrală — Baia Mare — kontea ta' Maramureş

S.C. OLTCHIM SA — Rămnicu Vălcea — kontea ta' Valceâ

S.C. CHIMCOMPLEX SA Borzeşti-M 1 — Borzeşti — kontea ta' Bacău

S.C. Electrocarbon SA Slatina - R 2 — Slatina — kontea ta' Olt

S.C. TERAPIA CLUJ - evacuare staţie 3 + staţie 2 - Cluj-Napoca — kontea ta' Cluj

S.C. PHOENIX ROMÂNIA CAREI — Carei — kontea ta' Satu Mare

S.C. SILVANIA ZALĂU — Zalău — kontea ta' Sălaj

SNP PETROM SA - ARPECHIM Piteşti — Piteşti — kontea ta' Argeş

S.C. TEHNOFRIG CLUJ - evacuare 1 - Cluj-Napoca — kontea ta' Cluj

RBG ELCOND ZALĂU - Zalău — kontea ta' Sălaj

S.C. MUCART CLUJ - Cluj-Napoca — kontea ta' Cluj

S.C. CELHART DONARIS SA Brăila — Brăila — kontea ta' Brăila

STRATUS MOB SA Blaj — Blaj — kontea ta' Alba

4. 31991 L 0271: Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal- 21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament ta' l-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40), kif emendata bi:

- 32003 R 1882: Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill KE tad- 29.9.2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

B'deroga mill-Artikoli 3, 4 u 5(2) tad-Direttiva 91/271/KEE, il-ħtiġiet għal sistemi ta' ġbir u trattament ta' l-ilma urban mormi m'għandhomx japplikaw fl-intier tagħhom fir-Rumanija sal- 31 ta' Diċembru 2018, skond il-miri intermedji li ġejjin:

- sal- 31 ta' Diċembru 2013, għandha tintlaħaq konformità ma' l-Artikolu 3 tad-Direttiva għal agglomerati ta' popolazzjoni b'ekwivalenza ta' aktar minn 10000;

- sal- 31 ta' Diċembru 2015, għandha tintlaħaq konformità ma' l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva għal agglomerati ta' popolazzjoni b'ekwivalenza ta' aktar minn 10000;

Ir-Rumanija għandha tiżgura żieda gradwali fis-sistema ta' dranaġġ fis-sens ta' l-Artikolu 3 skond ir-rati minimi ta' ekwivalenza globali għall-popolazzjoni, li ġejjin:

- 61 % sal- 31 ta' Diċembru 2010,

- 69 % sal- 31 ta' Diċembru 2013,

- 80 % sal- 31 ta' Diċembru 2015.

Ir-Rumanija għandha tiżgura żieda gradwali ta' proviżjon ta' trattament ta' ilma mormi ta' l-Artikoli 4 u 5(2) skond ir-rati minimi ta' ekwivalenza globali għall-popolazzjoni, li ġejjin:

- 61 % sal- 31 ta' Diċembru 2013,

- 51 % sal- 31 ta' Diċembru 2010,

- 77 % sal- 31 ta' Diċembru 2015.

5. 31998 L 0083: Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat- 3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità ta' l-ilma intiż għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32), kif emendata bi:

- 32003 R 1882: Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill KE tad- 29.9.2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

B'deroga mill-Artikoli 5(2) u 8 u mill-Anness I, Parti B u Parti Ċ għad-Direttiva 98/83/KE, il-valuri stabbiliti għall-parametri li ġejjin m'għandhomx japplikaw bis-sħiħ għar-Rumanija taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti hawn isfel:

- sal- 31 ta' Diċembru 2010 għal ossidabbiltà f'agglomerati b'inqas minn 10000 abitant;

- sal- 31 ta' Diċembru 2010 għal ossidabbiltà u taħmiġ f'agglomerati b'bejn 10000 u 100000 abitant;

- sal- 31 ta' Diċembru 2010 għal ossidabbiltà, ammonju, aluminju, pestiċidi, ħadid u manganiżju f'agglomerati b'iktar minn 100000 abitant;

- sal- 31 ta' Diċembru 2015 għal ammonju, nitrati, taħmiġ, aluminju, ħadid, ċomb, kadmju u pestiċidi f'agglomerati b'inqas minn 10000 abitant;

- sal- 31 ta' Diċembru 2015 għal ammonju, nitrati, aluminju, ħadid, ċomb, kadmju pestiċidi u manganiż f'agglomerati b'bejn 10000 u 100000 abitant;

Ir-Rumanija għandha tiżgura l-konformità mal-ħtiġiet tad-Direttiva, skond il-miri intermedji stabbiliti fit-tabella hawn isfel:

Lokalitajiet li jikkonformaw sal- 31 ta' Diċembru 2006

Popolazzjoni konnessa | Nru. totali ta' lokalitajiet | Ossidabbiltà % | Ammonju % | Nitrati % | Taħmiġ % | Aluminju % | Ħadid % | Kadmju Ċomb % | Pestiċidi % | Manganiż % |

<10000 | 1774 | 98,4 | 99 | 95,3 | 99,3 | 99,7 | 99,2 | 99,9 | 99,9 | 100 |

10000 - 100000 | 111 | 73 | 59,5 | 93,7 | 87 | 83,8 | 78,4 | 98,2 | 93,4 | 96,4 |

100001 - 200000 | 14 | 85,7 | 92,9 | 100 | 100 | 92,9 | 100 | 100 | 78,6 | 92,9 |

>200000 | 9 | 77,8 | 100 | 100 | 100 | 88,9 | 88,9 | 100 | 88,9 | 88,9 |

TOTAL | 1908 | 96,7 | 96,7 | 95,2 | 98,64 | 98,64 | 97,9 | 99,8 | 99,4 | 99,7 |

Lokalitajiet li jikkonformaw sa' l-aħħar ta' l-2010

Popolazzjoni konnessa | Nru. totali ta' lokalitajiet | Ossidabbiltà % | Ammonju % | Nitrati % | Taħmiġ % | Aluminju % | Ħadid % | Kadmju Ċomb % | Pestiċidi % | Manganiż % |

<10000 | 1774 | 100 | 99,5 | 97,7 | 99,7 | 99,7 | 99,3 | 99,9 | 99,9 | 100 |

10000 - 100000 | 111 | 100 | 80,2 | 97,3 | 100 | 94,6 | 90 | 98,2 | 96,4 | 96,4 |

100001 - 200000 | 14 | 100 | 100 | 100 | 100 | 100 | 100 | 100 | 100 | 100 |

>200000 | 9 | 100 | 100 | 100 | 100 | 100 | 100 | 100 | 100 | 100 |

TOTAL | 1908 | 100 | 98,32 | 97,7 | 99,7 | 99,4 | 98,7 | 99,8 | 99,7 | 99,7 |

Din id-deroga ma tapplikax għall-ilma tax-xorb intiż għall-ipproċessar ta' l-ikel.

[24] ĠU L 129, 18.5.1976, p. 23. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

[25] ĠU L 129, 18.5.1976, p. 23. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

--------------------------------------------------

Top