This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12005SA037
Act concerning the conditions of accession of the Republic of Bulgaria and Romania and the adjustments to the Treaties on which the European Union is founded - PART FOUR:TEMPORARY PROVISIONS - TITLE IV:OTHER PROVISIONS - Article 37
Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea - IR-RABA' PARTI: DISPOSIZZJONIJIET TEMPORANJI - TITOLU IV:DISPOSIZZJONIJIET OħRA - Artikolu 37

ĠU L 157, 21.6.2005, p. 216–216
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/acc_2005/act_1/art_37/sign
Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea - IR-RABA' PARTI: DISPOSIZZJONIJIET TEMPORANJI - TITOLU IV:DISPOSIZZJONIJIET OħRA - Artikolu 37
Official Journal L 157 , 21/06/2005 P. 0216 - 0216
Artikolu 37 Jekk il-Bulgarija jew ir-Rumanija tkun naqset milli timplimenta l-impenji assunti fil-kuntest tan-negozjati dwar l-adeżjoni, u tikkawża ksur kontra l-funzjonament tas-suq intern, inklużi kwalunkwe impenji fil-politika settorjali kollha li tikkonċerna l-attivitajiet ekonomiċi b'effett transkonfinali, jew toħloq xi riskju imminenti ta' tali ksur, il-Kummissjoni tista', sa l-aħħar ta' perjodu ta' mhux akar minn tliet snin wara l-adeżjoni, fuq talba motivata ta' Stat Membru jew bl-inizjattiva tagħha stess, tieħu l-miżuri adatti. Il-miżuri għandhom ikunu proporzjonati u għandha tingħata prijorità lil miżuri li l-anqas ifixklu l-funzjonament tas-suq intern u, fejn kunsiljabbli, lill-applikazzjoni ta' mekkaniżmi eżistenti ta' salvagwardja settorali. Tali miżuri ta' salvagwardja ma għandhomx jiġu invokati bħala mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew ta' restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-klawsola ta' salvagwardja tista' tiġi invokata wkoll qabel l-adeżjoni abbażi tar-riżultati tal-monitoraġġ u l-miżuri adottati għandhom jidħlu fis-seħħ mill-ewwel jum ta' l-adeżjoni sakemm ma jipprovdux għal data aktar tard. Il-miżuri m'għandhomx jinżammu għal żmien aktar milli huwa strettament meħtieġ u, fi kwlunkwe każ, għandhom jitneħħew meta l-impenn rilevanti jiġi implementat. Madankollu jistgħu jiġu applikati lil hinn mill-perjodu speċifikat fl-ewwel paragrafu sakemm l-impenji rilevanti ma jkunux ġew imwettqa. Bi tweġiba għall-progress li jagħmel l-Istat Membru l-ġdid konċernat fit-twettiq ta' l-impenji tiegħu, il-Kummissjoni tista' tadatta l-miżuri kif xieraq. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill fi żmien suffiċjenti qabel tirrevoka l-miżuri ta' salvagwardja, u hija għandha tikkunsidra kif dovut kull osservazzjoni tal-Kunsill f'dan ir-rigward. --------------------------------------------------