This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02019R2014-20210501
Commission Delegated Regulation (EU) 2019/2014 of 11 March 2019 supplementing Regulation (EU) 2017/1369 of the European Parliament and of the Council with regard to energy labelling of household washing machines and household washer-dryers and repealing Commission Delegated Regulation (EU) No 1061/2010 and Commission Directive 96/60/EC (Text with EEA relevance)
Consolidated text: Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2014 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 u d-Direttiva tal-Kummissjoni 96/60/KE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2014 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 u d-Direttiva tal-Kummissjoni 96/60/KE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
02019R2014 — MT — 01.05.2021 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2014 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 u d-Direttiva tal-Kummissjoni 96/60/KE (ĠU L 315 5.12.2019, p. 29) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/340 tas-17 ta’ Diċembru 2020 |
L 68 |
62 |
26.2.2021 |
|
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2014
tal-11 ta’ Marzu 2019
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 u d-Direttiva tal-Kummissjoni 96/60/KE
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal
magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ u magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/42/KE;
magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi li jitħaddmu bil-batteriji u magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi li jitħaddmu bil-batteriji u li jistgħu jiġu konnessi mal-mejns permezz ta’ konverter AC/DC li jinxtara separatament;
magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità nominali ta’ inqas minn 2 kg u magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità ta’ ħasil nominali ta’ 2 kg jew inqas.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“mejns” jew “mejns tal-elettriku” tfisser il-provvista tal-elettriku mill-grilja ta’ 230 (± 10 %) volts ta’ kurrent alternat b’50 Hz;
“magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ awtomatika” tfisser magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ fejn it-tagħbija tiġi trattata kompletament mill-magna tal-ħasil mingħajr il-bżonn ta’ xi intervent mill-utent matul il-programm;
“magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika” tfisser magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ awtomatika li tnaddaf u tlaħlaħ ħwejjeġ domestiċi bl-użu ta’ ilma u mezzi kimiċi, mekkaniċi u termali, li jkollha wkoll funzjoni ta’ tagħsir bid-dawran u li tkun iddikjarata mill-manifattur fid-Dikjarazzjoni ta’ Konformità bħala konformi mad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) jew mad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
“magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika” tfisser magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika li, minbarra l-funzjonijiet ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ awtomatika, fl-istess tanbur (drum) tinkludi mezz ta’ tnixxif tat-tessuti permezz tat-tisħin u t-tidwir, u li tkun iddikjarata mill-manifattur fid-Dikjarazzjoni ta’ Konformità bħala konformi mad-Direttiva 2014/35/UE jew mad-Direttiva 2014/53/UE;
“magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika inkorporata” tfisser magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika ddisinjata, ittestjata u kkummerċjalizzata esklussivament:
biex tiġi installata f’kabinett jew imdawwra (minn fuq, taħt u l-ġnub) b’pannelli;
biex titwaħħal sod mal-ġnub, fuq jew taħt ta’ kabinett jew ma’ pannelli; u
biex tkun mgħammra b’wiċċ integrali b’finitura tal-fabbrika jew b’pannell frontali magħmul għall-esiġenzi tal-individwu;
“magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika inkorporata” tfisser magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika ddisinjata, ittestjata u kkummerċjalizzata esklussivament:
biex tiġi installata f’kabinett jew imdawwra (minn fuq, taħt u l-ġnub) b’pannelli;
biex titwaħħal sod mal-ġnub, fuq jew taħt ta’ kabinett jew ma’ pannelli; u
biex tkun mgħammra b’wiċċ integrali b’finitura tal-fabbrika jew b’pannell frontali magħmul għall-esiġenzi tal-individwu;
“magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika b’diversi tnabar” tfisser magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika mgħammra b’aktar minn tanbur wieħed, kemm jekk f’unitajiet separati kif ukoll jekk fl-istess għeluq;
“magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika b’diversi tnabar” tfisser magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika mgħammra b’aktar minn tanbur wieħed, kemm jekk f’unitajiet separati kif ukoll jekk fl-istess għeluq;
“punt tal-bejgħ” tfisser post fejn magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi jew magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, jew it-tnejn, jintwerew jew jiġu offruti għall-bejgħ, għall-kiri jew għax-xiri bin-nifs.
Għall-finijiet tal-annessi, fl-Anness I qed jingħataw iktar definizzjonijiet.
Artikolu 3
Obbligi tal-fornituri
Il-fornituri għandhom jiżguraw li:
kull magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika u kull magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika tkun fornuta b’tikketta stampata fil-format kif stabbilit fl-Anness III u, għal magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika b’diversi tnabar jew għal magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika b’diversi tnabar, skont l-Anness X;
il-valuri tal-parametri inklużi fl-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott, kif stipulat fl-Anness V, jiddaħħlu fil-parti pubblika tal-bażi tad-data tal-prodotti;
jekk rikjest b’mod speċifiku min-negozjant ta’ magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u ta’ magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott għandha tkun disponibbli fil-forma stampata;
il-kontenut tal-dokumentazzjoni teknika, stabbilit fl-Anness VI, jiddaħħal fil-bażi tad-data tal-prodott;
kwalunkwe reklamar viżiv għal mudell speċifiku ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika jkollu l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, skont l-Anness VII u l-Anness VIII;
kwalunkwe materjal promozzjonali tekniku li jikkonċerna mudell speċifiku ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika, inkluż fuq l-Internet, li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu jkun jinkludi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tiketta, f’konformità mal-Anness VII;
tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni kif stabbilit fl-Anness III tkun disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika;
skeda elettronika tal-informazzjoni dwar il-prodott kif stabbilit fl-Anness V għandha tkun disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika.
Artikolu 4
Obbligi tan-negozjanti
Il-bejjiegħa għandhom jiżguraw li:
kull magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika u kull magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika, fil-punt tal-bejgħ, inkluż fil-fieri kummerċjali, ikollha t-tikketta pprovduta mill-fornituri f’konformità mal-punt 1(a) tal-Artikolu 3, fejn it-tikketta għall-apparat inkorporat tintwera b’tali mod li tkun viżibbli b’mod ċar u t-tikketta għall-apparat l-ieħor kollu b’tali mod li tkun viżibbli b’mod ċar fuq in-naħa ta’ barra, fuq il-faċċata jew in-naħa ta’ fuq, tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika;
fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod u ta’ bejgħ bl-Internet, it-tikketta u l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott jingħataw skont l-Annessi VII u VIII;
kwalunkwe reklamar viżiv għal mudell speċifiku ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika jkollu l-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell u l-firxa tal-klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, f’konformità mal-Anness VII;
kwalunkwe materjal promozzjonali tekniku li jikkonċerna mudell speċifiku ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika, inkluż fuq l-Internet, li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu jkun jinkludi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tiketta, f’konformità mal-Anness VII.
Artikolu 5
Obbligi tal-pjattaformi ta’ hosting tal-Internet
Meta fornitur ta’ servizzi ta’ hosting kif imsemmi fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE jippermetti l-bejgħ dirett ta’ magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u ta’ magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi fuq is-sit web tiegħu tal-Internet, il-fornitur ta’ servizzi għandu jippermetti l-wiri tat-tikketta elettronika u tal-iskeda elettronika tal-prodott mogħtija min-negozjant fuq il-mekkaniżmu ta’ displej skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness VIII u għandu jinforma lin-negozjatur bl-obbligu li jurihom.
Artikolu 6
Metodi tal-kejl
L-informazzjoni li għandha tingħata skont l-Artikoli 3 u 4 għandha tinkiseb permezz ta’ metodi tal-kejl u tal-kalkolu li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi tal-kejl u tal-kalkolu l-aktar avvanzati rrikonoxxuti, stabbiliti fl-Anness IV.
Artikolu 7
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura stabbilita fl-Anness IX ta’ dan ir-Regolament meta jwettqu l-kontrolli ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2017/1369.
Artikolu 8
Rieżami
Il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u għandha tippreżenta r-riżultati ta’ dan ir-rieżami, inkluż, jekk xieraq, abbozz ta’ proposta għal reviżjoni, lill-Forum Konsultattiv sa mhux aktar tard mill-25 ta' Diċembru 2025.
B’mod partikolari, dan ir-rieżami għandu jivvaluta dan li ġej:
il-potenzjal għal titjib fir-rigward tal-konsum tal-enerġija u tal-prestazzjoni funzjonali u ambjentali tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi;
l-adegwatezza li jinżammu żewġ skali għall-prestazzjoni enerġetika tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi;
l-effikaċja tal-miżuri eżistenti biex jiksbu bidliet fl-imġiba tal-utent aħħari fix-xiri ta’ apparati b’effiċjenza enerġetika u tar-riżorsi ogħla u ta’ programmi b’effiċjenza enerġetika u tar-riżorsi ogħla;
il-possibbiltà li jiġu indirizzati l-objettivi tal-ekonomija ċirkolari.
Artikolu 9
Tħassir
Ir-Regolament (UE) Nru 1061/2010 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Marzu 2021.
Id-Direttiva 96/60/KE titħassar b’effett mill-1 ta’ Marzu 2021.
Artikolu 10
Miżuri tranżizzjonali
Minn mill-25 ta' Diċembru 2019 sat-28 ta’ Frar 2021, l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott meħtieġa skont il-punt (b) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1061/2010 tista’ tiġi magħmula disponibbli fuq il-bażi tad-data tal-prodotti stabbilita bl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2017/1369 minflok ma tiġi pprovduta fil-forma stampata. F’dan il-każ il-fornitur għandu jiżgura li jekk jiġi speċifikament rikjest min-negozjant, l-iskeda tal-prodott tkun disponibbli fil-forma stampata.
Minn mill-25 ta' Diċembru 2019 sat-28 ta’ Frar 2021, l-iskeda meħtieġa skont il-paragrafu (3) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 96/60/KE tista’ tiġi magħmula disponibbli fuq il-bażi tad-data tal-prodotti stabbilita bl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2017/1369 minflok ma tiġi pprovduta fil-forma stampata. F’dan il-każ il-fornitur għandu jiżgura li jekk jiġi speċifikament rikjest min-negozjant, l-iskeda tkun disponibbli fil-forma stampata.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Marzu 2021. Madankollu, l-Artikolu 10 għandu jibda japplika mill-25 ta' Diċembru 2019 u l-punti 1(a) u 1(b) tal-Artikolu 3 għandhom jibdew japplikaw mill-1 ta’ Novembru 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Definizzjonijiet applikabbli għall-annessi
Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika” (EEI) tfisser il-proporzjon tal-konsum tal-enerġija ponderat mal-konsum tal-enerġija standard taċ-ċiklu;
“programm” tfisser serje ta’ operazzjonijiet li huma definiti minn qabel u li huma ddikjarati mill-fornitur bħala xierqa għall-ħasil, għat-tnixxif jew għall-ħasil u t-tnixxif kontinwu ta’ ċerti tipi ta’ tessuti;
“ċiklu tal-ħasil” tfisser proċess sħiħ tal-ħasil kif definit mill-programm magħżul, magħmul minn serje ta’ operazzjonijiet differenti li jinkludu l-ħasil, it-tlaħliħ u t-tidwir;
“ċiklu tat-tnixxif” tfisser il-proċess sħiħ tat-tnixxif kif definit mill-programm meħtieġ, magħmul minn serje ta’ operazzjonijiet differenti li jinkludu t-tisħin u t-tidwir;
“ċiklu sħiħ” tfisser proċess tal-ħasil u tat-tnixxif, li huwa magħmul minn ċiklu tal-ħasil u ċiklu tat-tnixxif;
“ċiklu kontinwu” tfisser ċiklu sħiħ mingħajr interruzzjoni tal-proċess u mingħajr il-bżonn ta’ xi intervent mill-utent fi kwalunkwe waqt matul il-programm;
“kodiċi ta’ rispons rapidu” (Kodiċi QR — Quick Response) tfisser barcode matriċi li tkun fuq it-tikketta tal-enerġija ta’ mudell tal-prodott li tkun relatata mal-informazzjoni dwar il-mudell fil-parti pubblika tal-bażi tad-data tal-prodotti;
“kapaċità nominali” tfisser il-piż massimu f’kilogrammi ddikjarat mill-fornitur f’intervalli ta’ 0,5 kg ta’ tessuti niexfa ta’ tip partikolari, li jista’ jiġi ttrattat f’ċiklu tal-ħasil wieħed ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika, jew f’ċiklu sħiħ wieħed ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika bil-programm magħżul, rispettivament, meta mgħobbija skont l-istruzzjonijiet tal-fornitur;
“kapaċità tal-ħasil nominali” tfisser il-piż massimu f’kilogrammi ddikjarat mill-fornitur f’intervalli ta’ 0,5 kg ta’ tessuti niexfa ta’ tip partikolari, li jista’ jiġi ttrattat f’ċiklu tal-ħasil wieħed ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika, jew f’ċiklu tal-ħasil wieħed ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika bil-programm magħżul, rispettivament, meta mgħobbija skont l-istruzzjonijiet tal-fornitur;
“kapaċità tat-tnixxif nominali” tfisser il-piż massimu f’kilogrammi ddikjarat mill-fornitur f’intervalli ta’ 0,5 kg ta’ tessuti niexfa ta’ tip partikolari, li jista’ jiġi ttrattat f’ċiklu tat-tnixxif wieħed ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ bil-programm magħżul, meta mgħobbija skont l-istruzzjonijiet tal-fornitur;
“eco 40-60” tfisser l-isem tal-programm iddikjarat mill-fornitur bħala li kapaċi jnaddaf ħwejjeġ tal-qoton b’ammont normali ta’ ħmieġ li jkunu ddikjarati li jistgħu jinħaslu f’temperatura ta’ 40 °C jew 60 °C, flimkien u fl-istess ċiklu, u li għalih tirrelata l-informazzjoni fuq it-tikketta tal-enerġija u fl-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott;
“effikaċja tat-tlaħliħ” tfisser il-konċentrazzjoni tal-kontenut residwu ta’ sulfonat tal-alkilbenżin lineari (LAS) fit-tessuti ttrattati wara ċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika (IR) jew iċ-ċiklu sħiħ ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika (JR), espressa fi grammi/kilogramm ta’ tessuti niexfa;
“konsum tal-enerġija ponderat (EW)” tfisser il-medja ponderata tal-konsum tal-enerġija taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għall-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali, u b’nofs u bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali, espress f’kilowatt-siegħa/ċiklu;
“konsum tal-enerġija ponderat (EWD)” tfisser il-medja ponderata tal-konsum tal-enerġija tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għaċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif bil-kapaċità nominali u b’nofs il-kapaċità nominali, espress f’kilowatt-siegħa/ċiklu;
“konsum tal-enerġija standard taċ-ċiklu standard” (SCE) tfisser il-konsum tal-enerġija meħud bħala referenza, bħala funzjoni tal-kapaċità nominali ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika, espress f’kilowatt-siegħa/ċiklu;
“konsum tal-ilma ponderat (WW)” tfisser il-medja ponderata tal-konsum tal-ilma ta’ ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għall-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali, u b’nofs u bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali, espress f’litri/ċiklu;
“konsum tal-ilma ponderat (WWD)” tfisser il-medja ponderata tal-konsum tal-ilma ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għaċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif bil-kapaċità nominali u b’nofs il-kapaċità nominali, espress f’litri/ċiklu;
“kontenut ta’ ndewwa residwali” tfisser, għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u għaċ-ċiklu tal-ħasil tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, l-ammont ta’ ndewwa li jkun hemm fit-tagħbija fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħasil;
“kontenut ta’ ndewwa finali” tfisser, għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, l-ammont ta’ ndewwa li jkun hemm fit-tagħbija fi tmiem iċ-ċiklu tat-tnixxif;
“niexef għall-armarju” tfisser l-istatus ta’ tessuti ttrattati mnixxfa f’ċiklu tat-tnixxif sakemm il-kontenut ta’ ndewwa finali jkun 0 %;
“durata tal-programm” (tW) tfisser it-tul ta’ żmien minn xħin jibda l-programm magħżul, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe dewmien ipprogrammat mill-utent, sa xħin jiġi indikat tmiem il-programm u l-utent ikollu aċċess għat-tagħbija.
“durata taċ-ċiklu” (tWD) tfisser, għaċ-ċiklu sħiħ ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika, it-tul ta’ żmien minn xħin jibda l-programm magħżul għaċ-ċiklu tal-ħasil, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe dewmien ipprogrammat mill-utent, sa xħin jiġi indikat tmiem iċ-ċiklu tat-tnixxif u l-utent ikollu aċċess għat-tagħbija;
“modalità mitfi” tfisser kundizzjoni li fiha l-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew il-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika tkun imqabbda mal-mejns u ma tkun qed tipprovdi l-ebda funzjoni; il-kundizzjonijiet li ġejjin ukoll għandhom jitqiesu bħala kundizzjonijiet ta’ modalità Mitfi:
kundizzjoni li tipprovdi biss indikazzjoni ta’ modalità Mitfi;
kundizzjoni li tipprovdi biss funzjonijiet maħsubin biex jiżguraw il-kompatibbiltà elettromanjetika skont id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );
“modalità Standby” tfisser kundizzjoni li fiha l-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew il-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika tkun imqabbda mal-mejns tal-elettriku, u tkun tipprovdi biss il-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jdumu għaddejjin għal żmien indefinit:
funzjoni ta’ riattivazzjoni, inkella funzjoni ta’ riattivazzjoni u sempliċement indikazzjoni li din il-funzjoni ġiet attivata, u/jew
funzjoni ta’ riattivazzjoni permezz ta’ konnessjoni ma’ netwerk; u/jew
displej ta’ informazzjoni jew tal-istatus, u/jew
funzjoni ta’ detezzjoni għal miżuri ta’ emerġenza;
“netwerk” tfisser infrastruttura ta’ komunikazzjoni b’topoloġija ta’ konnessjonijiet, arkitettura, inkluż il-komponenti fiżiċi, prinċipji organizzattivi, proċeduri u formati tal-komunikazzjoni (protokolli);
“funzjoni ta’ prevenzjoni ta’ tikmix” tfisser operazzjoni tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika wara t-tlestija ta’ programm li tipprevjeni l-ħwejjeġ milli jitkemmxu ħafna;
“bidu differit” tfisser kundizzjoni fejn l-utent ikun għażel dewmien speċifikat għall-bidu jew għat-tmiem taċ-ċiklu tal-programm magħżul;
“garanzija” tfisser kwalunkwe impenn li jagħmel il-bejjiegħ bl-imnut jew il-fornitur lill-konsumatur biex:
jiġi rimborżat il-prezz imħallas; jew
jissostitwixxi, isewwi jew jimmaniġġja l-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika u l-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika fi kwalunkwe mod jekk dawn ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fid-dikjarazzjoni tal-garanzija jew fir-riklamar rilevanti;
“mekkaniżmu tad-displej” tfisser kwalunkwe skrin, inkluż skrins tattili, jew teknoloġija viżiva oħra li tintuża biex jintwera kontenut tal-Internet lill-utenti;
“displej ta’ immaġni f’oħra” tfisser interfaċċa viżiva li fiha wieħed ikollu aċċess għal immaġni jew sett tad-data billi jagħfas fuq immaġni oħra jew sett tad-data ieħor bil-maws, jew billi jmur bil-maws fuq dik l-immaġni l-oħra jew fuq dak is-sett tad-data l-ieħor jew billi jwessa’ dik l-immaġni l-oħra jew dak is-sett tad-data l-ieħor fuq l-iskrin tattili;
“skrin tattili” tfisser skrin li jiġi attivat meta jintmess, bħall-iskrin ta’ tablets, ta’ kompjuters tat-tip slate jew ta’ smartphones;
“test alternattiv” tfisser test provdut bħala alternattiva għal grafika li jippermetti li l-informazzjoni tiġi ppreżentata f’forma mhux grafika meta l-apparat tad-displej ma jkunx jista’ jtella’ l-grafika, jew bħala għajnuna għall-aċċessibbiltà bħal pereżempju fejn jakkumpanja applikazzjonijiet b’sinteżi tal-vuċi;
“valuri ddikjarati” tfisser il-valuri mogħtija mill-fornitur għall-parametri tekniċi ddikjarati, ikkalkolati jew imkejla, f’konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2017/1369 u f’konformità mal-Artikolu 3(1)(d) u l-Anness VI ta’ dan ir-Regolament, għall-verifika tal-konformità mill-awtoritajiet tal-Istati Membri.
ANNESS II
A. Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika
Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika u taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEIW) tagħha kif stabbilit fit-Tabella 1.
L-EEIW ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika u taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għandu jiġi kkalkolat skont l-Anness IV.
Tabella 1
Il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u taċ-ċiklu tal-ħasil tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi
|
Klassi tal-Effiċjenza Enerġetika |
Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEIW) |
|
A |
EEIW ≤ 52 |
|
B |
52 < EEIW ≤ 60 |
|
C |
60 < EEIW ≤ 69 |
|
D |
69 < EEIW ≤ 80 |
|
E |
80 < EEIW ≤ 91 |
|
F |
91 < EEIW ≤ 102 |
|
G |
EEIW > 102 |
Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika taċ-ċiklu ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEIWD) tagħha kif stabbilit fit-Tabella 2.
Il-valur ta’ EEIWD taċ-ċiklu sħiħ ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għandu jiġi kkalkolat skont l-Anness IV.
Tabella 2
Il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika taċ-ċiklu sħiħ ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika
|
Klassi tal-Effiċjenza Enerġetika |
Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEIWD) |
|
A |
EEIWD ≤ 37 |
|
B |
37 < EEIWD ≤ 45 |
|
C |
45 < EEIWD ≤ 55 |
|
D |
55 < EEIWD ≤ 67 |
|
E |
67 < EEIWD ≤ 82 |
|
F |
82 < EEIWD ≤ 100 |
|
G |
EEIWD > 100 |
B. Klassijiet tal-effiċjenza tat-tnixxif bit-tidwir
Il-klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif bit-tidwir ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika u taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-kontenut ta’ ndewwa residwali (D) kif stabbilit fit-Tabella 3.
Il-valur ta’ D ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika u taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għandu jiġi kkalkolat skont l-Anness IV.
Tabella 3
Klassijiet tal-effiċjenza tat-tnixxif bit-tidwir
|
Klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif bit-tidwir |
Kontenut ta’ ndewwa residwali (D) (%) |
|
A |
D < 45 |
|
B |
45 ≤ D < 54 |
|
C |
54 ≤ D < 63 |
|
D |
63 ≤ D < 72 |
|
E |
72 ≤ D < 81 |
|
F |
81 ≤ D < 90 |
|
G |
D ≥ 90 |
C. Klassijiet tal-emissjoni ta’ storbju akustiku fl-arja
Il-klassi tal-emissjoni ta’ storbju akustiku fl-arja ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika u taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja kif stabbilit fit-Tabella 4.
Tabella 4
Klassijiet tal-emissjoni ta’ storbju akustiku fl-arja
|
Fażi |
Klassi tal-emissjoni ta’ storbju akustiku fl-arja |
Storbju (dB) |
|
Tidwir |
A |
n < 73 |
|
B |
73 ≤ n < 77 |
|
|
C |
77 ≤ n < 81 |
|
|
D |
n ≥ 81 |
ANNESS III
A. Tikketta għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi
1. TIKKETTA GĦALL-MAGNI TAL-ĦASIL TAL-ĦWEJJEĠ DOMESTIĊI
1.1. Tikketta
1.2. It-tikketta għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
il-kodiċi QR;
isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;
l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;
l-iskala tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika minn A sa G;
il-klassi tal-effiċjenza enerġetika, determinata skont l-Anness II;
il-konsum tal-enerġija ponderat għal kull 100 ċiklu f’kWh, imqarreb sal-eqreb numru sħiħ skont l-Anness IV;
il-kapaċità nominali, f’kg, għall-programm “eco 40-60”;
il-konsum tal-ilma ponderat għal kull ċiklu f’litri, imqarreb sal-eqreb numru sħiħ skont l-Anness IV:
id-durata tal-programm “eco 40-60” b’tagħbija nominali f’s:min, imqarrba sal-eqreb minuta;
il-klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif bit-tidwir, determinata skont il-punt B tal-Anness II;
l-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja tal-fażi tat-tidwir, espressi f’dB(A) re 1 pW u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, u l-klassi tal-emissjoni tal-istorbju akustiku fl-arja, iddeterminata skont il-punt C tal-Anness II;
in-numru ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri “2019/2014”.
2. DISINN TAT-TIKKETTA GĦALL-MAGNI TAL-ĦASIL TAL-ĦWEJJEĠ DOMESTIĊI
Id-disinn tat-tikketta għandu jkun kif indikat fid-disinn hawn taħt.
Fejn:
It-tikketta għandha tkun wiesgħa mill-inqas 96 mm u għolja mill-inqas 192 mm. Jekk it-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet ta’ hawn fuq.
L-isfond tat-tikketta għandu jkun 100 % abjad.
It-tipi tal-karattri għandhom ikunu Verdana u Calibri.
Id-dimensjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-elementi li jikkostitwixxu t-tikketta għandhom ikunu kif indikat fid-disinn tat-tikketta għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi.
Il-kuluri għandhom ikunu CMYK — blu jagħti fl-aħdar (“cyan”), maġenta, isfar u iswed — bħal f’dan l-eżempju: 0,70,100,0: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.
It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-figura ta’ hawn fuq):
|
|
il-kuluri tal-logo tal-UE għandhom ikunu kif ġej:
—
l-isfond: 100,80,0,0;
—
l-istilel: 0,0,100,0;
|
|
|
il-kulur tal-logo tal-enerġija għandu jkun: 100,80,0,0; |
|
|
il-kodiċi QR għandu jkun 100 % iswed; |
|
|
l-isem tal-fornitur għandu jkun b’kulur 100 % iswed u b’tipa Verdana Bold, 9 pt; |
|
|
l-identifikatur tal-mudell għandu jkun 100 % iswed u b’tipa Verdana Regular, 9 pt; |
|
|
il-klassifikazzjoni A sa G għandha tkun kif ġej:
—
l-ittri tal-iskala tal-effiċjenza enerġetika għandhom ikunu 100 % abjad u b’tipa Calibri Bold, 19 pt; l-ittri għandhom ikunu ċċentrati fuq assi li jkun 4,5 mm min-naħa tax-xellug tal-vleġeġ;
—
il-kuluri tal-vleġeġ tal-iskala ta’ klassifikazzjoni minn A sa G għandhom ikunu kif ġej:
—
Klassi-A: 100,0,100,0;
—
Klassi-B: 70,0,100,0;
—
Klassi-C: 30,0,100,0;
—
Klassi-D: 0,0,100,0;
—
Klassi-E: 0,30,100,0;
—
Klassi-F: 0,70,100,0;
—
Klassi-G: 0,100,100,0;
|
|
|
id-diviżuri interni għandu jkollhom ħxuna ta’ 0,5 pt u l-kulur għandu jkun 100 % iswed; |
|
|
l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tkun b’kulur 100 % abjad u b’tipa Calibri Bold, 33 pt. Il-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-vleġġa korrispondenti fl-iskala minn A sa G għandhom ikunu ppożizzjonati b’mod li t-truf tagħhom ikunu allinjati. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tiġi ppożizzjonata fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa li għandu jkun 100 % iswed; |
|
|
il-valur tal-konsum tal-enerġija ponderat għal kull 100 ċiklu għandu jkun b’tipa Verdana Bold, 28 pt; “kWh” għandha tkun b’tipa Verdana Regular, 18 pt; in-numru “100” fl-ikona li tirrappreżenta 100 ċiklu għandu jkun b’tipa Verdana Regular, 14 pt. Il-valur u l-unità għandhom ikunu ċċentrati u 100 % iswed; |
|
|
il-pittogrammi għandhom ikunu kif indikat fid-disinn tat-tikketta u kif ġej:
—
il-linji tal-pittogrammi għandu jkollhom ħxuna ta’ 1,2 pt u huma u t-testi (numri u unitajiet) għandhom ikunu b’kulur 100 % iswed;
—
it-testi ta’ taħt il-tliet (3) pittogrammi ta’ fuq għandhom ikunu b’tipa Verdana Bold, 16 pt, u l-unitajiet b’tipa Verdana Regular, 12 pt, u dawn għandhom ikunu ċċentrati taħt il-pittogrammi;
—
il-pittogramma tal-effiċjenza enerġetika tat-tnixxif bit-tidwir: il-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tat-tnixxif bit-tidwir (minn A sa G) għandha tkun iċċentrata taħt il-pittogramma, fejn l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika tat-tnixxif bit-tidwir tkun b’tipa Verdana Bold, 16 pt u l-ittri l-oħra tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tat-tnixxif bit-tidwir ikunu b’tipa Verdana Regular, 10 pt;
—
il-pittogramma tal-emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja: in-numru ta’ decibels fil-loudspeaker għandu jkun b’tipa Verdana Bold, 12 pt, u l-unità “dB” b’tipa Verdana Regular, 9 pt; il-medda tal-klassijiet tal-istorbju (A sa D) għandha tkun iċċentrata taħt il-pittogramma, bl-ittra tal-klassi tal-istorbju applikabbli b’tipa Verdana Bold, 16 pt u l-ittri l-oħra tal-klassijiet tal-istorbju b’tipa Verdana Regular, 10 pt;
|
|
|
in-numru tar-regolament għandu jkun 100 % iswed u b’tipa Verdana Regular, 6 pt. |
B. Tikketta għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi
1. TIKKETTA GĦALL-MAGNI TAL-ĦASIL U TAT-TNIXXIF TAL-ĦWEJJEĠ DOMESTIĊI
1.1. Tikketta:
1.2. It-tikketta għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
il-kodiċi QR;
isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;
l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;
l-iskali tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika minn A sa G għaċ-ċiklu sħiħ (fuq in-naħa tax-xellug) u għaċ-ċiklu tal-ħasil (fuq in-naħa tal-lemin);
il-klassi tal-effiċjenza enerġetika għaċ-ċiklu sħiħ (fuq in-naħa tax-xellug), determinata skont l-Anness II; u għaċ-ċiklu tal-ħasil (fuq in-naħa tal-lemin), determinata skont l-Anness II;
il-konsum tal-enerġija ponderat għal kull 100 ċiklu f’kWh, imqarreb sal-eqreb numru sħiħ skont l-Anness IV, għaċ-ċiklu sħiħ (fuq in-naħa tax-xellug);
il-konsum tal-enerġija ponderat għal kull 100 ċiklu f’kW-siegħa, imqarreb sal-eqreb numru sħiħ skont l-Anness IV, għaċ-ċiklu tal-ħasil (fuq in-naħa tal-lemin);
il-kapaċità nominali għaċ-ċiklu sħiħ (fuq in-naħa tax-xellug) u għaċ-ċiklu tal-ħasil (fuq in-naħa tal-lemin);
il-konsum tal-ilma ponderat għal kull ċiklu f’litri, imqarreb sal-eqreb numru sħiħ skont l-Anness IV, għaċ-ċiklu sħiħ (fuq in-naħa tax-xellug) u għaċ-ċiklu tal-ħasil (fuq in-naħa tal-lemin);
id-durata taċ-ċiklu bil-kapaċità nominali għaċ-ċiklu sħiħ (fuq in-naħa tax-xellug) u għaċ-ċiklu tal-ħasil (fuq in-naħa tal-lemin);
il-klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif bit-tidwir, determinata skont il-punt B tal-Anness II;
il-klassi tal-emissjoni ta’ storbju akustiku fl-arja tal-fażi tat-tidwir tal-programm “eco 40-60” u l-valur f’dB(A) re 1 pW u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ;
in-numru ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri “2019/2014”.
2. DISINN TAT-TIKKETTA GĦALL-MAGNI TAL-ĦASIL U TAT-TNIXXIF TAL-ĦWEJJEĠ DOMESTIĊI
Fejn:
It-tikketta għandha tkun wiesgħa mill-inqas 96 mm u għolja mill-inqas 192 mm. Jekk it-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet ta’ hawn fuq.
L-isfond tat-tikketta għandu jkun 100 % abjad.
It-tipi tal-karattri għandhom ikunu Verdana u Calibri.
Id-dimensjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-elementi li jikkostitwixxu t-tikketta għandhom ikunu kif indikat fid-disinn tat-tikketta għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi.
Il-kuluri għandhom ikunu CMYK — blu jagħti fl-aħdar (“cyan”), maġenta, isfar u iswed — bħal f’dan l-eżempju: 0,70,100,0: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.
It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-figura ta’ hawn fuq):
|
|
il-kuluri tal-logo tal-UE għandhom ikunu kif ġej:
—
l-isfond: 100,80,0,0;
—
l-istilel: 0,0,100,0;
|
|
|
il-kulur tal-logo tal-enerġija għandu jkun: 100,80,0,0; |
|
|
il-kodiċi QR għandu jkun 100 % iswed; |
|
|
l-isem tal-fornitur għandu jkun b’kulur 100 % iswed u b’tipa Verdana Bold, 9 pt; |
|
|
l-identifikatur tal-mudell għandu jkun 100 % iswed u b’tipa Verdana Regular, 9 pt; |
|
|
il-klassifikazzjonijiet A sa G għandhhom ikunu kif ġej:
—
l-ittri tal-iskali tal-effiċjenza enerġetika għandhom ikunu 100 % abjad u b’tipa Calibri Bold, 19 pt; l-ittri għandhom ikunu ċċentrati fuq assi li jkun 4 mm min-naħa tax-xellug tal-vleġeġ;
—
il-kuluri tal-vleġeġ tal-iskala ta’ klassifikazzjoni minn A sa G għandhom ikunu kif ġej:
—
Klassi-A: 100,0,100,0;
—
Klassi-B: 70,0,100,0;
—
Klassi-C: 30,0,100,0;
—
Klassi-D: 0,0,100,0;
—
Klassi-E: 0,30,100,0;
—
Klassi-F: 0,70,100,0;
—
Klassi-G: 0,100,100,0;
|
|
|
id-diviżuri interni għandu jkollhom ħxuna ta’ 0,5 pt u l-kulur għandu jkun 100 % iswed; |
|
|
l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tkun b’kulur 100 % abjad u b’tipa Calibri Bold, 26 pt. Il-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-vleġġa korrispondenti fl-iskala minn A sa G għandhom ikunu ppożizzjonati b’mod li t-truf tagħhom ikunu allinjati. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tiġi ppożizzjonata fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa li għandu jkun 100 % iswed; |
|
|
il-valur tal-konsum tal-enerġija ponderat għal kull 100 ċiklu għandu jkun b’tipa Verdana Bold, 16 pt; “kWh” għandha tkun b’tipa Verdana Regular, 10 pt; in-numru “100” fil-pittogramma li tirrappreżenta 100 ċiklu għandu jkun b’tipa Verdana Regular, 6 pt. It-test għandu jkun iċċentrat u 100 % iswed; |
|
|
il-pittogrammi għandhom ikunu kif indikat fid-disinji tat-tikketta u kif ġej:
—
il-linji tal-pittogrammi għandu jkollhom ħxuna ta’ 1,2 pt u huma u t-testi (numri u unitajiet) għandhom ikunu b’kulur 100 % iswed;
—
it-testi fuq in-naħa tal-lemin u fuq in-naħa tax-xellug tal-pittogrammi għandhom ikunu b’tipa Verdana Bold, 14 pt, u l-unità b’tipa Verdana Regular, 10 pt;
—
il-pittogramma tal-effiċjenza enerġetika tat-tnixxif bit-tidwir: il-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tat-tnixxif bit-tidwir (minn A sa G) għandha tkun iċċentrata taħt il-pittogramma, fejn l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika tat-tnixxif bit-tidwir tkun b’tipa Verdana Bold, 16 pt u l-ittri l-oħra tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tat-tnixxif bit-tidwir ikunu b’tipa Verdana Regular, 10 pt;
—
il-pittogramma tal-emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja: in-numru ta’ decibels fil-loudspeaker għandu jkun b’tipa Verdana Bold, 9 pt, u l-unità “dB” b’tipa Verdana Regular, 7 pt; il-medda tal-klassijiet tal-istorbju (A sa D) għandha tkun iċċentrata taħt il-pittogramma, bl-ittra tal-klassi tal-istorbju applikabbli b’tipa Verdana Bold, 16 pt u l-ittri l-oħra tal-klassijiet tal-istorbju b’tipa Verdana Regular, 10 pt;
|
|
|
in-numru tar-regolament għandu jkun 100 % iswed u b’tipa Verdana Regular, 6 pt. |
ANNESS IV
Metodi tal-kejl u kalkoli
Għall-finijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti, u li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet li ġejjin.
Meta parametru jiġi ddikjarat skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2017/1369 u f’konformità mat-Tabella 7 tal-Anness VI għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi, jew mat-Tabella 8 tal-Anness VI għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif domestiċi, il-valur iddikjarat tiegħu għandu jintuża mill-fornitur għall-kalkoli f’dan l-Anness.
Il-programm “eco 40-60” għandu jintuża għall-kejl u l-kalkolu tal-konsum tal-enerġija, tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEIW), tat-temperatura massima, tal-konsum tal-ilma, tal-kontenut ta’ ndewwa residwali, tad-durata tal-programm, tal-effiċjenza tal-ħasil, tal-effikaċja tat-tlaħliħ, tal-effiċjenza tat-tnixxif bit-tidwir u tal-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja fil-fażi tat-tidwir għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u ċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi. Il-konsum tal-enerġija, it-temperatura massima, il-konsum tal-ilma, il-kontenut ta’ ndewwa residwali, id-durata tal-programm, l-effiċjenza tal-ħasil u l-effikaċja tat-tlaħliħ għandhom jitkejlu fl-istess ħin.
Iċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif għandu jintuża għall-kejl u l-kalkolu tal-konsum tal-enerġija, tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (l-EEIWD), tat-temperatura massima fil-fażi tal-ħasil, tal-konsum tal-ilma, tal-kontenut ta’ ndewwa finali, tad-durata taċ-ċiklu, tal-effiċjenza tal-ħasil u tal-effikaċja tat-tlaħliħ għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi. Il-konsum tal-enerġija, it-temperatura massima, il-konsum tal-ilma, il-kontenut ta’ ndewwa finali, id-durata taċ-ċiklu, l-effiċjenza tal-ħasil u l-effikaċja tat-tlaħliħ għandhom jitkejlu fl-istess ħin.
Meta jitkejlu l-parametri ta’ dan l-anness għall-programm “eco 40-60” u għaċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif, għandha tintuża l-għażla tal-ogħla veloċità tat-tidwir għall-programm “eco 40-60” bil-kapaċità nominali, b’nofs il-kapaċità nominali u, fejn rilevanti, bi kwart tal-kapaċità nominali.
Għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità nominali ta’ 3 kg jew inqas u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità tal-ħasil nominali ta’ 3 kg jew inqas, il-parametri għall-programm “eco 40-60” u għaċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif għandhom jitkejlu bil-kapaċità nominali biss.
Id-durata tal-programm “eco 40-60” (tW) bil-kapaċità tal-ħasil nominali, b’nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali u bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali, u d-durata taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif (tWD) bil-kapaċità nominali u b’nofs il-kapaċità nominali, huma espressi f’sigħat u minuti u mqarrba sal-eqreb minuta.
L-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja espressi f’dB(A) re 1 pW u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ.
1. KAPAĊITÀ NOMINALI TAL-MAGNI TAL-ĦASIL U TAT-TNIXXIF TAL-ĦWEJJEĠ DOMESTIĊI
Il-kapaċità nominali tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi hija l-kapaċità nominali taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif.
Jekk il-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika tipprovdi ċiklu kontinwu, il-kapaċità nominali taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif għandha tkun il-kapaċità nominali għal dan iċ-ċiklu.
Jekk il-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika ma tipprovdix ċiklu kontinwu, il-kapaċità nominali taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif għandha tkun il-valur l-aktar baxx bejn dak tal-kapaċità tal-ħasil nominali tal-programm “eco 40-60” u dak tal-kapaċità tat-tnixxif nominali taċ-ċiklu tat-tnixxif li jikseb l-istatus ta’ “niexef għall-armarju”.
2. INDIĊI TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA
2.1. L-indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEIW) tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u taċ-ċiklu tal-ħasil tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi
Għall-kalkolu tal-EEIW, il-konsum tal-enerġija ponderat tal-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali, b’nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali u bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali jitqabbel mal-konsum tal-enerġija standard tiegħu.
L-EEIW jiġi kkalkolat kif ġej, u jiġi mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali:
EEIW = (EW/SCEW) × 100
fejn:
EW huwa l-konsum tal-enerġija ponderat tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew taċ-ċiklu tal-ħasil tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika;
SCEW huwa l-konsum tal-enerġija standard taċ-ċiklu tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika.
L-SCEW jiġi kkalkolat f’kWh/ċiklu u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali kif ġej:
SCEW = – 0,0025 × c2 + 0,0846 × c + 0,3920
fejn c hija l-kapaċità nominali tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew il-kapaċità tal-ħasil nominali tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għall-programm “eco 40-60”.
L-EW jiġi kkalkolat f’kWh/ċiklu kif ġej u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali:
fejn:
EW,full huwa l-konsum tal-enerġija tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew taċ-ċiklu tal-ħasil tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għall-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali;
EW,½ huwa l-konsum tal-enerġija tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew taċ-ċiklu tal-ħasil tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għall-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali;
EW,¼ huwa l-konsum tal-enerġija tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew taċ-ċiklu tal-ħasil tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għall-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali;
A huwa l-fattur ta’ ponderazzjoni għall-kapaċità tal-ħasil nominali u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali;
B huwa l-fattur ta’ ponderazzjoni għal nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali;
C huwa l-fattur ta’ ponderazzjoni għal kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali.
Għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità nominali ta’ 3 kg jew inqas u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità tal-ħasil nominali ta’ 3 kg jew inqas, il-valur ta’ A għandu jkun 1; Il-valur ta’ B u C għandu jkun 0.
Għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi oħrajn u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi oħrajn, il-valuri tal-fatturi ta’ ponderazzjoni jiddependu mill-kapaċità nominali skont l-ekwazzjonijiet li ġejjin:
A = -0,0391 × c + 0,6918
B = -0,0109 × c + 0,3582
C = 1 - (A + B)
fejn c hija l-kapaċità nominali tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew il-kapaċità tal-ħasil nominali tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika.
Il-konsum tal-enerġija ponderat għal kull 100 ċiklu tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew taċ-ċiklu tal-ħasil tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika jiġi kkalkolat kif ġej u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ:
EW × 100
2.2. Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEIWD) taċ-ċiklu sħiħ tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi
Għall-kalkolu tal-EEIWD ta’ mudell ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika, il-konsum tal-enerġija ponderat taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif bil-kapaċità nominali u b’nofs il-kapaċità nominali jitqabbel mal-konsum tal-enerġija standard taċ-ċiklu tiegħu.
L-EEIWD jiġi kkalkolat kif ġej, u jiġi mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali:
EEIWD = (EWD/SCEWD) × 100
fejn:
EWD huwa l-konsum tal-enerġija ponderat taċ-ċiklu sħiħ tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika;
SCEWD huwa l-konsum tal-enerġija standard taċ-ċiklu, taċ-ċiklu sħiħ tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika.
L-SCEWD jiġi kkalkolat f’kWh/ċiklu u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali kif ġej:
SCEWD = – 0,0502 × d2 + 1,1742 × d – 0,644
fejn d hija l-kapaċità nominali tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għaċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif.
Għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità tal-ħasil nominali ta’ 3 kg jew inqas, l-EWD huwa l-konsum tal-enerġija bil-kapaċità nominali, imqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali.
Għal magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi oħrajn, l-EW jiġi kkalkolat f’kWh/ċiklu kif ġej u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali:
fejn:
EWD,full huwa l-konsum tal-enerġija tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għaċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif bil-kapaċità nominali u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali;
EWD,½ huwa l-konsum tal-enerġija tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għaċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif b’nofs il-kapaċità nominali u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali.
Il-konsum tal-enerġija ponderat għal kull 100 ċiklu, taċ-ċiklu sħiħ tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ jiġi kkalkolat kif ġej u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ:
EWD × 100
3. L-INDIĊI TAL-EFFIĊJENZA TAL-ĦASIL
L-indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u taċ-ċiklu tal-ħasil tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi (IW) u l-indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil taċ-ċiklu sħiħ tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi (JW) għandhom jiġu kkalkolati bl-użu ta’ standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti, u mqarrba sat-tielet pożizzjoni deċimali.
Għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità nominali ta’ aktar minn 3 kg u għaċ-ċiklu tal-ħasil tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità nominali ogħla minn 3 kg, l-IW indikat fuq l-Iskeda tal-Informazzjoni dwar il-Prodott għandu jkun l-iċken valur bejn l-indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil bil-kapaċità tal-ħasil nominali, b’nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali, u kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali.
Għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità nominali ta’ 3 kg jew inqas u għaċ-ċiklu tal-ħasil tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità nominali ta’ 3 kg jew inqas, l-IW indikat fuq l-Iskeda tal-Informazzjoni dwar il-Prodott għandu jkun l-indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil bil-kapaċità tal-ħasil nominali.
Għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità nominali ogħla minn 3 kg, il-JW indikat fuq l-Iskeda tal-Informazzjoni dwar il-Prodott għandu jkun l-iċken valur bejn l-indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil bil-kapaċità nominali u b’nofs il-kapaċità nominali.
Għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità nominali ta’ 3 kg jew inqas, il-JW indikat fuq l-Iskeda tal-Informazzjoni dwar il-Prodott għandu jkun l-indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil bil-kapaċità nominali.
4. EFFIKAĊJA TAT-TLAĦLIĦ
L-effikaċja tat-tlaħliħ tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u taċ-ċiklu tal-ħasil tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi (IR) u l-effikaċja tat-tlaħliħ taċ-ċiklu sħiħ tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi (JR) għandhom jiġu kkalkolati bl-użu ta’ standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jkunu bbażati fuq id-detezzjoni tal-markatur ta’ sulfonat tal-alkilbenżin lineari (LAS), u mqarrba sal-ewwel pożizzjoni deċimali.
Għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità nominali ogħla minn 3 kg u għaċ-ċiklu tal-ħasil tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità nominali ogħla minn 3 kg jew inqas, l-IRW indikat fuq l-Iskeda tal-Informazzjoni dwar il-Prodott għandu jkun l-ogħla valur bejn l-indiċi tal-effikaċja tat-tlaħliħ bil-kapaċità tal-ħasil nominali, b’nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali, u kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali.
Għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità nominali ta’ 3 kg jew inqas u għaċ-ċiklu tal-ħasil tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità nominali ta’ 3 kg jew inqas, m’għandu jiġi indikat l-ebda valur għall-IR fuq l-Iskeda tal-Informazzjoni dwar il-Prodott.
Għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità nominali ogħla minn 3 kg, il-JR indikat fuq l-Iskeda tal-Informazzjoni dwar il-Prodott għandu jkun l-ogħla valur bejn l-effikaċja tat-tlaħliħ bil-kapaċità nominali u b’nofs il-kapaċità nominali.
Għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità nominali ta’ 3 kg jew inqas, m’għandu jiġi indikat l-ebda valur għall-JR fuq l-Iskeda tal-Informazzjoni dwar il-Prodott.
5. TEMPERATURA MASSIMA
It-temperatura massima milħuqa għal 5 minuti fil-ħwejjeġ li jkunu qed jiġu ttrattati fil-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u fiċ-ċiklu tal-ħasil tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi għandha tiġi ddeterminata bl-użu ta’ standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġie ppubblikat għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew b’metodi oħra affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ.
6. KONSUM TAL-ILMA PONDERAT
(1) Il-konsum tal-ilma ponderat (WW) ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika jiġi kkalkolat f’litri u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ:
WW = (A × WW,full + B × WW,1/2 + C × WW,¼)
fejn:
WW,full huwa l-konsum tal-ilma tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għall-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali, f’litri u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali;
WW,½ huwa l-konsum tal-ilma tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għall-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali, f’litri u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali;
WW,¼ huwa l-konsum tal-ilma tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għall-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali, f’litri u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali;
A, B u C huma l-fatturi ta’ ponderazzjoni kif deskritti fil-punt 2.1(c).
(2) ►M1 Għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità tal-ħasil nominali ta’ 3 kg jew inqas, il-konsum tal-ilma ponderat taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif huwa l-konsum tal-ilma bil-kapaċità nominali, imqarreb sal-eqreb numru sħiħ. ◄
Għal magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi oħrajn, il-konsum tal-ilma ponderat (WWD) taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika jiġi kkalkolat kif ġej u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ:
fejn:
WWD,full huwa l-konsum tal-ilma taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika bil-kapaċità nominali, f’litri u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali;
WWD,½ huwa l-konsum tal-ilma taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika b’nofs il-kapaċità nominali, f’litri u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali.
7. KONTENUT TA’ NDEWWA RESIDWALI
“Il-kontenut ta’ ndewwa residwali ponderat (D) ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika u taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika jiġi kkalkolat f’perċentwali kif ġej u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali:
fejn:
Dsħiħ huwa l-kontenut ta’ ndewwa residwali għall-programm ‘eco 40-60’ bil-kapaċità tal-ħasil nominali, f’perċentwali u mqarreb sat-tieni pożizzjoni deċimali;
D1/2 huwa l-kontenut ta’ ndewwa residwali għall-programm ‘eco 40-60’ b’nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali, f’perċentwali u mqarreb sat-tieni pożizzjoni deċimali;
D1/4 huwa l-kontenut ta’ ndewwa residwali għall-programm ‘eco 40-60’ bi kwart il-kapaċità tal-ħasil nominali, f’perċentwali u mqarreb sat-tieni pożizzjoni deċimali;
A, B u C huma l-fatturi ta’ ponderazzjoni kif deskritti fil-punt 2.1(c).”
8. KONTENUT TA’ NDEWWA FINALI
Għaċ-ċiklu tat-tnixxif ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika, l-istatus ta’ “niexef għall-armarju” jikkorrispondi għal 0 % ta’ kontenut ta’ ndewwa finali, li huwa l-ekwilibriju termodinamiku tat-tagħbija b’kundizzjonijiet ta’ temperatura tal-arja ambjentali (ittestjati f’temperatura ta’ 20 ± 2 °C) u umdità relattiva (ittestjati f’umdità relattiva ta’ 65 ± 5 %).
Il-kontenut ta’ ndewwa finali jiġi kkalkolat skont l-istandards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali.
9. MODALITAJIET B’KONSUM BAXX TAL-ENERĠIJA
Fejn applikabbli, il-konsum tal- enerġija tal-modalità mitfi (Po), tal-modalità standby (Psm) u tal-bidu differit (Pds) jitkejlu, espressi f’W, u mqarrba għal żewġ pożizzjonijiet deċimali.
Waqt il-kejl tal-konsum tal-enerġija elettrika f’modalitajiet b’konsum baxx tal-enerġija, dawn l-elementi li ġejjin għandhom jiġu ċċekkjati u rreġistrati:
Jekk magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika tkun tipprovdi funzjoni ta’ prevenzjoni tat-tikmix, din l-operazzjoni għandha tiġi interrotta billi tinfetaħ il-bieba tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika, jew permezz ta’ kwalunkwe intervent xieraq ieħor 15-il minuta qabel il-kejl tal-konsum tal-enerġija.
10. EMISSJONI TA’ STORBJU AKUSTIKU FL-ARJA
L-emissjoni ta’ storbju akustiku fl-arja tal-fażi tat-tidwir tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi għandha tiġi kkalkolata għall-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali, bl-użu ta’ standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti, u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ.
11. IL-VELOĊITÀ TAT-TIDWIR
Il-veloċità tat-tidwir ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika u taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għandhom jiġu mkejla jew ikkalkolati bl-ogħla veloċità tat-tidwir għall-programm “eco 40-60” bl-użu ta’ standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti, u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ.
ANNESS V
L-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott
1. Magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi
Skont il-punt 1(b) tal-Artikolu 3, il-fornitur għandu jdaħħal fil-bażi tad-data tal-prodotti l-informazzjoni kif stipulat fit-Tabella 5.
Il-manwal tal-utent jew materjal ieħor għall-qari mogħti mal-prodott għandhom jindikaw b’mod ċar il-link mal-mudell fil-bażi tad-data tal-prodotti bħala URL (Uniform Resource Locator) li jista’ jaqrah il-bniedem jew bħala kodiċi QR jew jagħtu n-numru tar-reġistrazzjoni tal-prodott.
Tabella 5
Il-kontenut, l-ordni u l-format tal-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott
|
Identifikatur tal-mudell (): |
|||||
|
Parametri ġenerali tal-prodott: |
|||||
|
Parametru |
Valur |
Parametru |
Valur |
||
|
Kapaċità nominali () (kg) |
x,x |
Għoli |
x |
||
|
Wisa’ |
x |
||||
|
Fond |
x |
||||
|
Indiċi tal-effiċjenza enerġetika () (EEIW) |
x,x |
Klassi tal-effiċjenza enerġetika () |
[A/B/C/D/E/F/G] () |
||
|
Indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil () |
x,xxx |
Effikaċja tat-tlaħliħ (g/kg) () |
x,x |
||
|
Il-konsum tal-enerġija f’kWh/ċiklu, abbażi ta’ programm “eco 40-60” b’kombinament ta’ tagħbija sħiħa u tagħbija parzjali. Il-konsum tal-enerġija attwali jiddependi minn kif jintuża l-apparat. |
x,xxx |
Il-konsum tal-ilma f’litri/ċiklu, abbażi ta’ programm “eco 40-60” b’kombinament ta’ tagħbija sħiħa u tagħbija parzjali. Il-konsum tal-ilma proprju jiddependi minn kif jintuża l-apparat u mill-ebusija tal-ilma. |
x |
||
|
Temperatura massima fit-tessuti ttrattati () (°C) |
Kapaċità nominali |
x |
Kontenut tal-indewwa residwali ponderat () (%) |
x,x |
|
|
Nofs |
x |
||||
|
Kwart |
x |
||||
|
Veloċità tat-tidwir () (rpm) |
Kapaċità nominali |
x |
Klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif bit-tidwir () |
[A/B/C/D/E/F/G] () |
|
|
Nofs |
x |
||||
|
Kwart |
x |
||||
|
Durata tal-programm ()(s:min) |
Kapaċità nominali |
x:xx |
Tip |
[inkorporata/indipendenti] |
|
|
Nofs |
x:xx |
||||
|
Kwart |
x:xx |
||||
|
Emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja fil-fażi tat-tidwir () (dB(A) re 1 pW) |
x |
Klassi tal-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja () (fil-fażi tat-tidwir) |
[A/B/C/D] () |
||
|
Modalità mitfi (W) (jekk applikabbli) |
x,xx |
Modalità standby (W) (jekk applikabbli) |
x,xx |
||
|
Bidu differit (W) (jekk applikabbli) |
x,xx |
Standby man-network (W) (jekk applikabbli) |
x,xx |
||
|
Id-durata minima tal-garanzija offruta mill-fornitur: (), (): |
|||||
|
Dan il-prodott ġie ddisinjat biex jirrilaxxa l-joni tal-fidda waqt iċ-ċiklu tal-ħasil |
[IVA/LE] |
||||
|
Il-link tal-Internet li jwassal għas-sit web tal-fornitur, fejn tinsab l-informazzjoni msemmija fil-punt 9 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2023 (5): |
|||||
|
(1)
din l-entrata ma għandhiex titqies rilevanti għall-finijiet tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament (UE) 2017/1369.
(2)
għall-programm “eco 40-60”.
(3)
il-bidliet għal din l-entrata ma għandhomx jitqiesu bħala rilevanti għall-finijiet tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/1369.
(4)
jekk il-bażi tad-data tal-prodott tiġġenera l-kontenut definittiv ta’ din iċ-ċellola awtomatikament, il-fornitur ma għandux idaħħal dik id-data.
(5)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2023 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2010 (ara l-paġna 285 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali). |
|||||
2. Magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi
Skont il-punt 1(b) tal-Artikolu 3, il-fornitur għandu jdaħħal fil-bażi tad-data tal-prodotti l-informazzjoni kif stipulat fit-Tabella 6.
Il-manwal tal-utent jew materjal ieħor għall-qari mogħti mal-prodott għandhom jindikaw b’mod ċar il-link mal-mudell fil-bażi tad-data tal-prodotti bħala URL (Uniform Resource Locator) li jista’ jaqrah il-bniedem jew bħala kodiċi QR jew jagħtu n-numru tar-reġistrazzjoni tal-prodott.
Tabella 6
Il-kontenut, l-ordni u l-format tal-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott
|
Identifikatur tal-mudell (): |
|||||
|
Parametri ġenerali tal-prodott: |
|||||
|
Parametru |
Valur |
Parametru |
Valur |
||
|
Kapaċità nominali (kg) |
Kapaċità nominali () |
x,x |
Għoli |
x |
|
|
Kapaċità tal-ħasil nominali () |
x,x |
Wisa’ |
x |
||
|
Fond |
x |
||||
|
Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika |
EEIW () |
x,x |
Klassi tal-effiċjenza enerġetika |
EEIW () |
[A/B/C/D/E/F/G] () |
|
EEIWD () |
x,x |
EEIWD () |
[A/B/C/D/E/F/G] () |
||
|
Indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil |
IW () |
x,xxx |
Effikaċja tat-tlaħliħ (g/kg ta’ tessuti niexfa) |
IR () |
x,x |
|
JW () |
x,xxx |
JR () |
x,x |
||
|
Il-konsum tal-enerġija f’kWh għal kull ċiklu, għaċ-ċiklu tal-ħasil tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika, bl-użu tal-programm “eco 40-60” b’kombinament ta’ tagħbija sħiħa u tagħbija parzjali. Il-konsum tal-enerġija attwali jiddependi minn kif jintuża l-apparat |
x,xxx |
Il-konsum tal-enerġija f’kWh għal kull ċiklu, għaċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika b’kombinament ta’ tagħbija sħiħa u tagħbija parzjali. Il-konsum tal-enerġija attwali jiddependi minn kif jintuża l-apparat |
x,xxx |
||
|
Il-konsum tal-ilma f’litri/ċiklu, għall-programm “eco 40-60” b’kombinament ta’ tagħbija sħiħa u tagħbija parzjali. Il-konsum tal-ilma attwali jiddependi minn kif jintuża l-apparat u mill-ebusija tal-ilma |
x |
Il-konsum tal-ilma f’litri/ċiklu, għaċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika b’kombinament ta’ tagħbija sħiħa u tagħbija parzjali. Il-konsum tal-ilma attwali jiddependi minn kif jintuża l-apparat u mill-ebusija tal-ilma |
x |
||
|
It-temperatura massima fit-tessuti ttrattati (°C) għaċ-ċiklu tal-ħasil tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika, bl-użu tal-programm “eco 40-60” |
Kapaċità tal-ħasil nominali |
x |
It-temperatura massima fit-tessuti ttrattati (°C) għaċ-ċiklu tal-ħasil tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika, bl-użu taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif |
Kapaċità nominali |
x |
|
Nofs |
x |
||||
|
Kwart |
x |
Nofs |
x |
||
|
Veloċità tat-tidwir (rpm) () |
Kapaċità tal-ħasil nominali |
x |
Il-kontenut tal-indewwa residwali ponderat (%) () |
x,x |
|
|
Nofs |
x |
||||
|
Kwart |
x |
||||
|
Durata tal-programm “eco 40-60”(s:min) |
Kapaċità tal-ħasil nominali |
x:xx |
Klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif bit-tidwir () |
[A/B/C/D/E/F/G] () |
|
|
Nofs |
x:xx |
||||
|
Kwart |
x:xx |
||||
|
L-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja waqt il-fażi tat-tidwir għaċ-ċiklu tal-ħasil “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali (dB(A) re 1 pW) |
x |
id-durata taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif (s:min) |
Kapaċità nominali |
x:xx |
|
|
Nofs |
x:xx |
||||
|
Tip |
[inkorporata/indipendenti] |
Il-klassi tal-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja għall-fażi tat-tidwir għaċ-ċiklu tal-ħasil “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali |
[A/B/C/D] () |
||
|
Modalità mitfi (W) (jekk applikabbli) |
x,xx |
Modalità standby (W) (jekk applikabbli) |
x,xx |
||
|
Bidu differit (W) (jekk applikabbli) |
x,xx |
Standby man-network (W) (jekk applikabbli) |
x,xx |
||
|
Id-durata minima tal-garanzija offruta mill-fornitur (), (): |
|||||
|
Dan il-prodott ġie ddisinjat biex jirrilaxxa l-joni tal-fidda waqt iċ-ċiklu tal-ħasil |
[IVA/LE] |
||||
|
Il-link tal-Internet li jwassal għas-sit web tal-fornitur, fejn tinsab l-informazzjoni msemmija fil-punt 9 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2023: |
|||||
|
(1)
din l-entrata ma għandhiex titqies rilevanti għall-finijiet tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament (UE) 2017/1369.
(2)
għall-programm “eco 40-60”.
(3)
għaċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif.
(4)
il-bidliet għal din l-entrata ma għandhomx jitqiesu bħala rilevanti għall-finijiet tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/1369.
(5)
jekk il-bażi tad-data tal-prodott tiġġenera l-kontenut definittiv ta’ din iċ-ċellola awtomatikament, il-fornitur ma għandux idaħħal dik id-data. |
|||||
ANNESS VI
Dokumentazzjoni teknika
1. Għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi, id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 1(d) tal-Artikolu 3 għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:
deskrizzjoni ġenerali tal-mudell li tippermetti li jiġi identifikat b’mod ċar u faċli;
referenzi għall-istandards armonizzati applikati jew standards ta’ kejl oħrajn li jintużaw;
il-prekawzjonijiet speċifiċi li jridu jittieħdu meta jiġi armat, installat, issirlu manutenzjoni jew jiġi ttestjat il-mudell;
il-valuri għall-parametri tekniċi huma stabbiliti fit-Tabella 7; dawn il-valuri jitqiesu bħala l-valuri ddikjarati għall-fini tal-proċedura ta’ verifika fl-Anness IX;
id-dettalji u r-riżultati tal-kalkoli mwettqa skont l-Anness IV;
kondizzjonijiet ta’ ttestjar jekk ma jkunux deskritti biżżejjed fil-punt (b);
mudelli ekwivalenti, jekk jeżistu, inklużi l-identifikaturi tal-mudell;
Dawn l-elementi għandhom jikkostitwixxu wkoll il-partijiet speċifiċi obbligatorji tad-dokumentazzjoni teknika li l-fornitur għandu jdaħħal fil-bażi tad-data, skont il-punt 5 tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2017/1369.
Tabella 7
Parametri tekniċi tal-mudell u l-valuri ddikjarati tagħhom għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi
|
PARAMETRU |
VALUR IDDIKJARAT |
UNITÀ |
|
Il-kapaċità nominali għall-programm “eco 40-60”, f’intervalli ta’ 0,5 kg, (c) |
X,X |
kg |
|
Il-konsum tal-enerġija tal-programm “eco 40-60” bil-kapaċità nominali (EW,full) |
X,XXX |
kWh/ċiklu |
|
Il-konsum tal-enerġija tal-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità nominali (EW,½) |
X,XXX |
kWh/ċiklu |
|
Il-konsum tal-enerġija tal-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità nominali (EW,¼) |
X,XXX |
kWh/ċiklu |
|
Il-konsum tal-enerġija ponderat tal-programm “eco 40-60” (EW) |
X,XXX |
kWh/ċiklu |
|
Il-konsum tal-enerġija standard tal-programm “eco 40-60” (SCEW) |
X,XXX |
kWh/ċiklu |
|
Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEIW) |
X,X |
— |
|
Il-konsum tal-ilma tal-programm “eco 40-60” bil-kapaċità nominali (WW,full) |
X,X |
L/ċiklu |
|
Il-konsum tal-ilma tal-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità nominali (WW,½) |
X,X |
L/ċiklu |
|
Il-konsum tal-ilma tal-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità nominali (WW,¼) |
X,X |
L/ċiklu |
|
Il-konsum tal-ilma ponderat (WW) |
X |
L/ċiklu |
|
L-indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil tal-programm “eco 40-60” bil-kapaċità nominali (Iw) |
X,XXX |
— |
|
L-indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil tal-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità nominali (Iw) |
X,XXX |
— |
|
L-indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil tal-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità nominali (Iw) |
X,XXX |
— |
|
L-effikaċja tat-tlaħliħ tal-programm “eco 40-60” bil-kapaċità nominali (IR) |
X,X |
g/kg |
|
L-effikaċja tat-tlaħliħ tal-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità nominali (IR) |
X,X |
g/kg |
|
L-effikaċja tat-tlaħliħ tal-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità nominali (IR) |
X,X |
g/kg |
|
Id-durata tal-programm tal-programm “eco 40-60” bil-kapaċità nominali (tw) |
X:XX |
s:min |
|
Id-durata tal-programm tal-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità nominali (tw) |
X:XX |
s:min |
|
Id-durata tal-programm tal-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità nominali (tw) |
X:XX |
s:min |
|
It-temperatura milħuqa għal minimu ta’ 5 minuti fit-tagħbija waqt il-programm “eco 40-60” bil-kapaċità nominali (T) |
X |
°C |
|
It-temperatura milħuqa għal minimu ta’ 5 minuti fit-tagħbija waqt il-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità nominali (T) |
X |
°C |
|
It-temperatura milħuqa għal minimu ta’ 5 minuti fit-tagħbija waqt il-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità nominali (T) |
X |
°C |
|
Il-veloċità tat-tidwir fil-fażi tat-tidwir tal-programm “eco 40-60” bil-kapaċità nominali (S) |
X |
rpm |
|
Il-veloċità tat-tidwir fil-fażi tat-tidwir tal-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità nominali (S) |
X |
rpm |
|
Il-veloċità tat-tidwir fil-fażi tat-tidwir tal-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità nominali (S) |
X |
rpm |
|
Il-kontenut tal-indewwa residwali ponderat (D) |
X,X |
% |
|
L-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja waqt il-programm “eco 40-60” (fażi tat-tidwir) |
X |
dB(A) re 1 pW |
|
Il-konsum tal-enerġija fil-“modalità mitfi” (Po) (jekk applikabbli) |
X,XX |
W |
|
Il-konsum tal-enerġija fil-“modalità standby” (Psm) (jekk applikabbli) |
X,XX |
W |
|
Il-“modalità standby” tinkludi l-wiri ta’ informazzjoni? |
Iva/Le |
— |
|
Il-konsum tal-enerġija fil-“modalità standby” (Psm) fil-kundizzjoni ta’ standby man-network (jekk applikabbli) |
X,XX |
W |
|
Il-konsum tal-enerġija fil-modalità “bidu differit” (Pds) (jekk applikabbli) |
X,XX |
W |
2. Għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 1(d) tal-Artikolu 3 għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:
deskrizzjoni ġenerali tal-mudell li tippermetti li jiġi identifikat b’mod ċar u faċli;
referenzi għall-istandards armonizzati applikati jew standards ta’ kejl oħrajn li jintużaw;
il-prekawzjonijiet speċifiċi li jridu jittieħdu meta jiġi armat, installat, issirlu manutenzjoni jew jiġi ttestjat il-mudell;
il-valuri għall-parametri tekniċi huma stabbiliti fit-Tabella 8; dawn il-valuri jitqiesu bħala l-valuri ddikjarati għall-fini tal-proċedura ta’ verifika fl-Anness IX;
id-dettalji u r-riżultati tal-kalkoli mwettqa skont l-Anness IV;
kondizzjonijiet ta’ ttestjar jekk ma jkunux deskritti biżżejjed fil-punt (b);
mudelli ekwivalenti, jekk jeżistu, inklużi l-identifikaturi tal-mudell;
Dawn l-elementi għandhom jikkostitwixxu wkoll il-partijiet speċifiċi obbligatorji tad-dokumentazzjoni teknika li l-fornitur għandu jdaħħal fil-bażi tad-data, skont il-punt 5 tal-Artikolu 12.5 tar-Regolament (UE) 2017/1369.
Tabella 8
Parametri tekniċi tal-mudell u l-valuri ddikjarati tagħhom għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi
|
PARAMETRU |
VALUR IDDIKJARAT |
UNITÀ |
|
Il-kapaċità nominali għaċ-ċiklu tal-ħasil, f’intervalli ta’ 0,5 kg (c) |
X,X |
kg |
|
Il-kapaċità nominali għaċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif, f’intervalli ta’ 0,5 kg (d) |
X,X |
kg |
|
Il-konsum tal-enerġija tal-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali (EW,full) |
X,XXX |
kWh/ċiklu |
|
Il-konsum tal-enerġija tal-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali (EW,½) |
X,XXX |
kWh/ċiklu |
|
Il-konsum tal-enerġija tal-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali (EW,¼) |
X,XXX |
kWh/ċiklu |
|
Il-konsum tal-enerġija ponderat tal-programm “eco 40-60” (EW) |
X,XXX |
kWh/ċiklu |
|
Il-konsum tal-enerġija standard tal-programm “eco 40-60” (SCEW) |
X,XXX |
kWh/ċiklu |
|
Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika taċ-ċiklu tal-ħasil (EEIW) |
X,X |
— |
|
Il-konsum tal-enerġija taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif bil-kapaċità nominali (EWD,full) |
X,XXX |
kWh/ċiklu |
|
Il-konsum tal-enerġija taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif b’nofs il-kapaċità nominali (EWD,½) |
X,XXX |
kWh/ċiklu |
|
Il-konsum tal-enerġija ponderat taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif (EWD) |
X,XXX |
kWh/ċiklu |
|
Il-konsum tal-enerġija standard taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif (SCEWD) |
X,XXX |
kWh/ċiklu |
|
L-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif (EEIWD) |
X,X |
— |
|
Il-konsum tal-ilma tal-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali (WW,full) |
X,X |
L/ċiklu |
|
Il-konsum tal-ilma tal-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali (WW,½) |
X,X |
L/ċiklu |
|
Il-konsum tal-ilma tal-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali (WW,¼) |
X,X |
L/ċiklu |
|
Il-konsum tal-ilma ponderat taċ-ċiklu tal-ħasil (WW) |
X |
L/ċiklu |
|
Il-konsum tal-ilma taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif bil-kapaċità nominali (WWD,full) |
X,X |
L/ċiklu |
|
Il-konsum tal-ilma taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif b’nofs il-kapaċità nominali (WWD,½) |
X,X |
L/ċiklu |
|
Il-konsum tal-ilma ponderat taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif (WWD) |
X |
L/ċiklu |
|
L-indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil tal-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali (Iw) |
X,XXX |
— |
|
L-indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil tal-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali (Iw) |
X,XXX |
— |
|
L-indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil tal-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali (Iw) |
X,XXX |
— |
|
L-indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif bil-kapaċità nominali (Jw) |
X,XXX |
— |
|
L-indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif b’nofs il-kapaċità nominali (Jw) |
X,XXX |
— |
|
L-effikaċja tat-tlaħliħ tal-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali (IR) |
X,X |
g/kg |
|
L-effikaċja tat-tlaħliħ tal-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali (IR) |
X,X |
g/kg |
|
L-effikaċja tat-tlaħliħ tal-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali (IR) |
X,X |
g/kg |
|
L-effikaċja tat-tlaħliħ taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif bil-kapaċità nominali (JR) |
X,X |
g/kg |
|
L-effikaċja tat-tlaħliħ taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif b’nofs il-kapaċità nominali (JR) |
X,X |
g/kg |
|
Id-durata tal-programm, tal-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali (tw) |
X:XX |
s:min |
|
Id-durata tal-programm, tal-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali (tw) |
X:XX |
s:min |
|
Id-durata tal-programm, tal-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali (tw) |
X:XX |
s:min |
|
Id-durata taċ-ċiklu, taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif bil-kapaċità nominali (tWD) |
X:XX |
s:min |
|
Id-durata taċ-ċiklu, taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif b’nofs il-kapaċità nominali (tWD) |
X:XX |
s:min |
|
It-temperatura milħuqa għal minimu ta’ 5 minuti fit-tagħbija waqt il-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali (T) |
X |
°C |
|
It-temperatura milħuqa għal minimu ta’ 5 minuti fit-tagħbija waqt il-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali (T) |
X |
°C |
|
It-temperatura milħuqa għal minimu ta’ 5 minuti fit-tagħbija waqt il-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali (T) |
X |
°C |
|
It-temperatura milħuqa għal minimu ta’ 5 minuti fit-tagħbija waqt iċ-ċiklu tal-ħasil matul iċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif bil-kapaċità nominali (T) |
X |
°C |
|
It-temperatura milħuqa għal minimu ta’ 5 minuti fit-tagħbija waqt iċ-ċiklu tal-ħasil matul iċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif b’nofs il-kapaċità nominali (T) |
X |
°C |
|
Il-veloċità tat-tidwir fil-fażi tat-tidwir tal-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali (S) |
X |
rpm |
|
Il-veloċità tat-tidwir fil-fażi tat-tidwir tal-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali (S) |
X |
rpm |
|
Il-veloċità tat-tidwir fil-fażi tat-tidwir tal-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali (S) |
X |
rpm |
|
Kontenut ta’ ndewwa residwali ponderat wara l-ħasil (D) |
X,X |
% |
|
Kontenut ta’ ndewwa finali wara t-tnixxif |
X,X |
% |
|
L-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja waqt il-programm “eco 40-60” (fażi tat-tidwir) |
X |
dB(A) re 1 pW |
|
Il-konsum tal-enerġija fil-“modalità mitfi” (Po) (jekk applikabbli) |
X,XX |
W |
|
Il-konsum tal-enerġija fil-“modalità standby” (Psm) (jekk applikabbli) |
X,XX |
W |
|
Il-“modalità standby” tinkludi l-wiri ta’ informazzjoni? |
Iva/Le |
— |
|
Il-konsum tal-enerġija fil-“modalità standby” (Psm) fil-kundizzjoni ta’ standby man-network (jekk applikabbli) |
X,XX |
W |
|
Il-konsum tal-enerġija fil-modalità “bidu differit” (Pds) (jekk applikabbli) |
X,XX |
W |
3. Meta l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għal mudell partikolari ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika tkun inkisbet permezz ta’ wieħed minn dawn il-metodi li ġejjin, jew permezz tat-tnejn:
id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji ta’ tali kalkolu, il-valutazzjoni mwettqa mill-fornituri biex tiġi vverifikata l-preċiżjoni tal-kalkolu u, fejn xieraq, id-dikjarazzjoni ta’ identità bejn il-mudelli ta’ fornituri differenti.
ANNESS VII
Informazzjoni li għandha tingħata fir-reklami viżivi, fil-materjal promozzjonali tekniku, fil-bejgħ mill-bogħod u fit-telepromozzjoni, għajr bejgħ mill-bogħod permezz tal-Internet
1. Fir-reklami viżivi għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi jew għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, bil-għan li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(e) tal-Artikolu 3 u fil-punt (c) tal-Artikolu 4, il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta għandhom jintwerew kif stipulat fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.
2. Fil-materjal promozzjonali tekniku għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi jew għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, bil-għan li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(f) tal-Artikolu 3 u fil-punt (d) tal-Artikolu 4, il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta għandhom jintwerew kif stipulat fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.
3. Kull tip ta’ bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq il-karta, ta’ magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi jew ta’ magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, irid juri l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta kif stipulat fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.
4. Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika għandhom jintwerew, kif indikat fil-Figura 1, bi:
għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi: vleġġa, li fiha jkollha l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika b’kulur 100 % abjad, b’tipa Calibri Bold u b’daqs tat-tipa li jkun mill-inqas ekwivalenti għal dak tal-prezz, meta jintwera l-prezz;
għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi: vleġġa, li fiha jkollha l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għaċ-ċiklu sħiħ b’kulur 100 % abjad, b’tipa Calibri Bold u b’daqs tat-tipa li jkun mill-inqas ekwivalenti għal dak tal-prezz, meta jintwera l-prezz;
il-kulur tal-vleġġa li jaqbel mal-kulur tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika;
il-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli 100 % bl-iswed; u,
id-daqs għandu jkun tali li l-vleġġa tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha titqiegħed fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa, b’burdura sewda ta’ 0,5 pt b’kulur 100 % iswed madwar il-vleġġa u l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika.
B’deroga, jekk ir-reklami viżivi, il-materjal promozzjonali tekniku jew il-bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq il-karti jkunu stampati b’kulur wieħed, il-kulur tal-vleġġa f’dawk ir-reklami viżivi, il-materjal promozzjonali jew il-bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq il-karti, jista’ jkun b’kulur wieħed.
Figura 1
Vleġġa lejn il-lemin/xellug ikkulurita/b’kulur wieħed, bil-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika indikata
5. Il-bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq it-telepromozzjoni għandu jinforma b’mod speċifiku lix-xerrej dwar il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott u dwar il-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, u li x-xerrej għandu aċċess liberu għat-tikketta u għall-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott minn fuq is-sit web tal-bażi tad-data dwar il-prodotti, jew billi jitlob għal kopja stampata.
6. Fis-sitwazzjonijiet kollha msemmija fil-punti 1 sa 3 u 5, għandu jkun possibbli għax-xerrej li jikseb, fuq talba, kopja stampata tat-tikketta u l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott.
ANNESS VIII
Informazzjoni li għandha tingħata fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod permezz tal-Internet
1. It-tikketta x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jipprovdu skont il-punt 1(g) tal-Artikolu 3 għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tal-wiri qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs għandu jkun tat-tip fejn it-tikketta tidher u tinqara sew u għandu jkun proporzjonat mad-daqs speċifikat fl-Anness III. It-tikketta tista’ tintwera billi tintwera bħala displej ta’ immaġni f’oħra, f’liema każ l-istampa użata biex tiġi aċċessata t-tikketta għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stipulati fil-punt 2 ta’ dan l-Anness. Jekk tiġi applikata s-sistema ta’ displej ta’ immaġni f’oħra, it-tikketta għandha tidher mal-ewwel klikk tal-maws, ċaqliqa tal-maws jew tkabbir tal-immaġni fuq l-iskrin tattili.
2. L-immaġni li tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta fil-każ ta’ displej ta’ immaġni f’oħra, kif indikat fil-Figura 2, għandha:
għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi: tkun vleġġa li jkollha l-istess kulur bħal dak tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott muri fuq it-tikketta;
għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi: tkun vleġġa li jkollha l-istess kulur bħal dak tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika taċ-ċiklu sħiħ muri fuq it-tikketta;
tindika l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fuq il-vleġġa, b’kulur 100 % abjad, b’tipa Calibri Bold u b’daqs ta’ tipa li jkun ekwivalenti għal dak tal-prezz;
ikollha l-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli b’kulur 100 % iswed; u,
ikollha wieħed minn dawn iż-żewġ formati li ġejjin, u d-daqs tagħha għandu jkun tali li l-vleġġa tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha titqiegħed fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa, b’burdura viżibbli b’kulur 100 % iswed madwar il-vleġġa u l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika.
Figura 2
Vleġġa lejn il-lemin/xellug ikkulurita, bil-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika indikata
3. Fil-każ ta’ displej ta’ immaġni f’oħra, is-sekwenza tad-displej tat-tikketta għandha tkun kif ġej:
l-immaġni msemmija fil-punt 2 ta’ dan l-Anness għandhom jintwerew fuq il-mekkaniżmu tad-displej qrib il-prezz tal-prodott;
l-immaġni għandhom iservu ta’ link mat-tikketta kif stabbilit fl-Anness III;
it-tikketta għandha tintwera wara li l-utent jagħfas l-immaġni bil-maws, jew imur bil-maws fuq l-immaġni jew iwessa’ dik l-immaġni fuq l-iskrin tattili;
it-tikketta għandha tintwera billi tinfetaħ kaxxa oħra, tab ġdida jew paġna ġdida fuq l-iskrin, jew billi tintwera permezz ta’ skrin ieħor fuq l-istess skrin;
għat-tkabbir tat-tikketta fuq l-iskrins tattili, għandhom japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparat għat-tkabbir tattili;
it-tikketta għandu jkollha għażla biex tingħalaq jew mekkaniżmu ieħor standard biex tingħalaq sabiex ma tibqax tintwera;
it-test alternattiv għall-grafika, li għandu jintwera jekk it-tikketta ma tintweriex, għandu jkun il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott, murija bl-istess daqs ta’ tipa bħal dak tal-prezz.
4. L-iskeda elettronika tal-informazzjoni dwar il-prodott, magħmula disponibbli mill-fornituri skont il-punt 1(h) tal-Artikolu 3, għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tad-displej qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs ta’ din l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott għandu jkun tali li l-informazzjoni tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott tista’ tintwera bl-użu ta’ displej ta’ immaġni f’oħra jew billi wieħed jirreferi għall-bażi tad-data tal-prodotti, f’liema każ il-link li tintuża għall-aċċess għall-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott għandha tindika b’mod ċar u li jista’ jinqara “Skeda tal-informazzjoni dwar il-prodott”. Jekk jintuża d-displej ta’ immaġni f’oħra, l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott għandha tidher mal-ewwel klikk tal-maws, ċaqliqa tal-maws jew tkabbir tal-immaġni fuq l-iskrin tattili.
ANNESS IX
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f’dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-valuri ddikjarati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew fl-interpretazzjoni ta’ dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew li b’xi mod ieħor tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar. Il-valuri u l-klassijiet ippubblikati fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott m’għandhomx ikunu aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri ddikjarati fid-dokumentazzjoni teknika.
Meta mudell ikun ġie ddisinjat biex ikun kapaċi jinduna li qed jiġi ttestjat (eż. billi jirrikonoxxi l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxi b’mod speċifiku billi jbiddel awtomatikament il-prestazzjoni tiegħu matul it-test bl-objettiv li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kull wieħed mill-parametri speċifikati f’dan ir-Regolament jew inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew f’xi dokumentazzjoni pprovduta, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi.
►M1 Bħala parti mill-verifika ◄ tal-konformità ta’ mudell tal-prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura li ġejja:
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw unità waħda tal-mudell.
Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti applikabbli, jekk:
il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2017/1369 (il-valuri ddikjarati), u, fejn applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta’ dawn il-valuri, ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri korrispondenti mogħtija fir-rapporti tat-testijiet; u
il-valuri ppubblikati fuq it-tikketta jew fl-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri ddikjarati, u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika indikata, il-klassi tal-emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja u l-klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif bit-tidwir ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-klassi ddeterminata bil-valuri ddikjarati; u
meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri ddeterminati (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkolati minn dan il-kejl) ikunu konformi mat-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 9.
Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.
Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Bħala alternattiva, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta’ xi wieħed jew aktar mill-mudelli ekwivalenti.
Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri ddeterminati tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 9.
Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.
Wara li tittieħed id-deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-mudell skont il-punti 3, 6 jew it-tieni paragrafu ta’ dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness IV.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 9 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f’dan l-Anness. Għall-parametri tat-Tabella 9, ma għandha tiġi applikata l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew fi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kejl.
Tabella 9
Tolleranzi tal-verifika
|
Parametru |
Tolleranzi tal-verifika |
|
EW,full, EW,½, EW,¼, EWD,full, EWD,½ |
Il-valur determinat (*1) m’għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat ta’ EW,full, EW,½, EW,¼, EWD,full u EWD,½, rispettivament, b’aktar minn 10 %. |
|
Il-konsum tal-enerġija ponderat (EW u EWD) |
Il-valur determinat (*1) m’għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat ta’ EW, u EWD, rispettivament, b’aktar minn 10 %. |
|
WW,full, WW,½ WW,1/4, WWD,full, WWD,½ |
Il-valur determinat (*1) ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat ta’ W,full, WW,½ WW,1/4, WWD,full u WWD,½, rispettivament, b’aktar minn 10 %. |
|
Il-konsum tal-ilma ponderat (WW u WWD) |
Il-valur determinat (*1) m’għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat ta’ WW u WWD rispettivament, b’aktar minn 10 %. |
|
L-indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil (IW u JW) bit-tagħbijiet kollha rilevanti |
Il-valur determinat (*1) m’għandux ikun inqas mill-valur iddikjarat ta’ IW, u Jw rispettivament, b’aktar minn 8 %. |
|
L-effikaċja tat-tlaħliħ (IR u JR) bit-tagħbijiet kollha rilevanti |
Il-valur determinat (*1) m’għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat ta’ IR u JR rispettivament, b’aktar minn 1,0 g/kg. |
|
Durata tal-programm jew taċ-ċiklu (tW u tWD) bit-tagħbijiet kollha rilevanti |
Il-valur determinat (*1) tad-durata tal-programm jew taċ-ċiklu ma għandux ikun ogħla mill-valur tW u tWD, rispettivament, b’aktar minn 5 % jew b’aktar minn 10 minuti, skont liema minnhom ikun l-iżgħar. |
|
It-temperatura massima fil-ħwejjeġ (T) matul iċ-ċiklu tal-ħasil fit-tagħbijiet rilevanti kollha |
Il-valur determinat (*1) ma għandux ikun inqas mill-valur dikjarat ta’ T b’aktar minn 5K u ma għandux ikun ogħla mill-valur dikjarat ta’ T b’aktar minn 5K. |
|
Kontenut ta’ ndewwa residwali ponderat wara l-ħasil (D) |
Il-valur iddeterminat (*1) m’għandux ikun ogħla mill-valur dikjarat ta’ D b’aktar minn 10 %. |
|
Kontenut ta’ ndewwa finali wara t-tnixxif bit-tagħbijiet rilevanti kollha |
Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux ikun ogħla minn 3,0 %. |
|
Il-veloċità tat-tidwir (S) bit-tagħbijiet rilevanti kollha |
Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux ikun inqas mill-valur iddikjarat ta’ S b’aktar minn 10 %. |
|
Il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfi (Po) |
Il-valur iddeterminat (*1) tal-konsum tal-enerġija elettrika, Po, ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’aktar minn 0,10 W. |
|
Il-konsum tal-enerġija fil-modalità standby (Psm) |
Il-valur iddeterminat (*1) għall-konsum tal-enerġija, Psm ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’aktar minn 10 % jekk il-valur iddikjarat ikun ogħla minn 1,00 W, jew b’aktar minn 0,10 W jekk il-valur iddikjarat ikun 1,00 W jew inqas. |
|
Il-konsum tal-enerġija fil-modalità Bidu Differit (Pds) |
Il-valur iddeterminat (*1) għall-konsum tal-enerġija, Pds ma għandux ikun ogħla mill-valur dikjarat b’aktar minn 10 % jekk il-valur iddikjarat ikun ogħla minn 1,00 W, jew b’aktar minn 0,10 W jekk il-valur iddikjarat ikun 1,00 W jew inqas. |
|
Emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja |
Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux ikun ogħla mill-valur dikjarat b’iktar minn 2 dB re 1 pW. |
|
(*1)
Fil-każ ta’ tliet unitajiet addizzjonali ttestjati kif preskritt fil-punt 4, il-valur iddeterminat ifisser il-medja aritmetika tal-valuri ddikjarati għal dawn it-tliet unitajiet addizzjonali. |
|
ANNESS X
Magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar u magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar
Id-dispożizzjonijiet tal-Annessi II u III, li jsegwu l-metodi tal-kejl u tal-kalkolu stipulati fl-Anness IV, għandhom japplikaw għal kwalunkwe tanbur b’kapaċità nominali ta’ 2 kg jew aktar ta’ magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar u għal kwalunkwe tanbur b’kapaċità tal-ħasil nominali ta’ 2 kg jew aktar ta’ magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar.
Id-dispożizzjonijiet tal-Annessi II u III għandhom japplikaw għal kull wieħed mit-tnabar b’mod indipendenti, għajr meta t-tnabar ikunu inkorporati fl-istess għeluq u jkunu jistgħu, fil-programm “eco 40-60” jew fiċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif, joperaw simultanjament biss. F’dak il-każ, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar sħaħ jew għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar sħaħ, kif ġej:
il-kapaċità tal-ħasil nominali hija l-ammont totali tal-kapaċitajiet tal-ħasil nominali ta’ kull tanbur; għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar, il-kapaċità nominali hija l-ammont totali tal-kapaċitajiet nominali ta’ kull tanbur;
il-konsum tal-enerġija u tal-ilma tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar u taċ-ċiklu tal-ħasil tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar huwa l-ammont totali tal-konsum tal-enerġija, jew tal-konsum tal-ilma, ta’ kull tanbur;
il-konsum tal-enerġija u tal-ilma taċ-ċiklu sħiħ tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar huwa l-ammont totali tal-konsum tal-enerġija, jew tal-konsum tal-ilma, ta’ kull tanbur;
l-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEIW) jiġi kkalkolat bl-użu tal-kapaċità tal-ħasil nominali u tal-konsum tal-enerġija; għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar, l-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEIWD) jiġi kkalkolat bl-użu tal-kapaċità nominali u tal-konsum tal-enerġija;
id-durata hija d-durata tal-itwal programm “eco 40-60”, jew tal-itwal ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif, li jitħaddem f’kull tanbur;
il-kontenut ta’ ndewwa li jibqa’ wara l-ħasil jiġi kkalkolat bħala l-medja ponderata, skont il-kapaċità nominali ta’ kull tanbur;
għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar, il-kontenut ta’ ndewwa finali wara t-tnixxif jiġi mkejjel individwalment għal kull tanbur;
il-kejl ta’ modalitajiet b’konsum tal-enerġija baxx, tal-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja u tal-klassi tal-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja huwa applikabbli għall-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika sħiħa.
L-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott u d-dokumentazzjoni teknika għandhom jinkludu u jippreżentaw b’mod konġunt l-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness V u l-Anness VI rispettivament, għat-tnabar kollha li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-anness.
Id-dispożizzjonijiet tal-Annessi VII u VIII japplikaw għal kull wieħed mit-tnabar li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-anness.
Il-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness IX tapplika għall-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika b’diversi tnabar sħiħa u għall-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika b’diversi tnabar sħiħa, u t-tolleranzi tal-verifika japplikaw għal kull wieħed mill-parametri ddeterminati bl-applikazzjoni ta’ dan l-anness.
( 1 ) Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).
( 2 ) Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62).
( 3 ) Id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kompatibbiltà elettromanjetika (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 79).