Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02013R0525-20181224

    Consolidated text: Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/525/2018-12-24

    02013R0525 — MT — 24.12.2018 — 003.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT (UE) Nru 525/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-21 ta' Mejju 2013

    dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (ĠU L 165 18.6.2013, p. 13)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT (UE) Nru 662/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta’ Mejju 2014

      L 189

    155

    27.6.2014

    ►M2

    REGOLAMENT (UE) 2018/841 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-30 ta’ Mejju 2018

      L 156

    1

    19.6.2018

    ►M3

    REGOLAMENT (UE) 2018/842 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-30 ta’ Mejju 2018

      L 156

    26

    19.6.2018

    ►M4

    REGOLAMENT (UE) 2018/1999 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Diċembru 2018

      L 328

    1

    21.12.2018




    ▼B

    REGOLAMENT (UE) Nru 525/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-21 ta' Mejju 2013

    dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)



    KAPITOLU 1

    SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

    Artikolu 1

    Suġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu għal:

    (a) l-iżgurar tal-puntwalità, it-trasparenza, il-preċiżjoni, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tar-rapportar mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha lis-Segretarjat tal-UNFCCC;

    (b) ir-rapportar u l-verifika tal-informazzjoni relatata mal-impenji tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha skont il-UNFCCC, il-Protokoll ta' Kjoto u d-deċiżjonijiet adottati skonthom, u l-evalwazzjoni tal-progress lejn l-issodisfar ta' dawk l-impenji;

    (c) il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet antropoġeniċi kollha minn fonti u tal-assorbiment minn bjar tal-gassijiet serra mhux ikkontrollati mill-Protokoll ta' Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu fl-Istati Membri;

    (d) il-monitoraġġ, ir-rapportar, ir-rieżami u l-verifika tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u informazzjoni oħra skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE;

    (e) ir-rapportar tal-użu tad-dħul iġġenerat mill-irkant ta' kwoti skont l-Artikolu 3d(1) jew (2) jew l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, skont l-Artikolu 3d(4) u l-Artikolu 10(3) ta' dik id-Direttiva;

    (f) il-monitoraġġ u r-rapportar dwar l-azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri sabiex jadattaw għall-konsegwenzi inevitabbli tat-tibdil fil-klima b'mod kosteffettiv;

    (g) l-evalwazzjoni tal-progress mill-Istati Membri lejn l-issodisfar tal-obbligi tagħhom skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE.

    Artikolu 2

    Kamp ta' applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu japplika għal:

    (a) ir-rapportar dwar l-istrateġiji ta' żvilupp b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju u kwalunkwe aġġornamenti tagħhom tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha f'konformità mad-Deċiżjoni 1/CP.16;

    (b) l-emissjonijiet ta' gassijiet serra elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament minn setturi u fonti u tal-assorbiment minn bjar koperti mill-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra skont l-Artikolu 4(1)(a) tal-UNFCCC u rilaxxati ġewwa t-territorji tal-Istati Membri;

    (c) l-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE;

    (d) l-impatti fuq il-klima mhux relatati mas-CO2, li huma assoċjati mal-emissjonijiet mill-avjazzjoni ċivili;

    (e) il-projezzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha tal-emissjonijiet antropoġeniċi minn fonti u tal-assorbiment minn bjar tal-gassijiet serra mhux ikkontrollati mill-Protokoll ta' Montreal, u l-politiki u l-miżuri tal-Istati Membri relatati magħhom;

    (f) l-appoġġ aggregat finanzjarju u teknoloġiku lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw f'konformità mar-rekwiżiti skont il-UNFCCC;

    (g) l-użu tad-dħul mill-irkant ta' kwoti skont l-Artikolu 3d(1) u (2) u l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2003/87/KE;

    (h) l-azzjonijiet tal-Istati Membri biex jadattaw għat-tibdil fil-klima.

    Artikolu 3

    Definizzjonijiet

    Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1) “potenzjal ta' tisħin globali” jew “GWP” ta' gass tfisser il-kontribuzzjoni totali għat-tisħin globali li jirriżulta mill-emissjoni ta' unità waħda ta' dak il-gass relattiva għal unità waħda tal-gass ta' referenza, id-CO2, li huwa assenjat valur ta' 1;

    (2) “sistema ta' inventarju nazzjonali” tfisser sistema ta' arranġamenti istituzzjonali, legali u proċedurali stabbiliti fi Stat Membru għall-valutazzjoni tal-emissjonijiet antopoġeniċi minn fonti u tal-assorbiment minn bjar ta' gassijiet serra mhux ikkontrollati mill-Protokoll ta' Montreal, u għar-rapportar u l-arkivjar ta' informazzjoni tal-inventarju skont id-Deċiżjoni 19/CMP.1 jew deċiżjonijiet rilevanti oħrajn tal-UNFCCC jew tal-korpi tal-Protokoll ta' Kjoto;

    (3) “awtoritajiet kompetenti għall-inventarju” tfisser awtoritajiet fdati skont sistema ta' inventarju nazzjonali bir-responsabbiltà li jiġbru l-inventarju ta' gassijiet serra;

    (4) “assigurazzjoni tal-kwalità” jew “QA” tfisser sistema ppjanata ta' proċeduri ta' rieżami sabiex ikun żgurat li l-objettivi tal-kwalità tad-data jintlaħqu u li jiġu rrapportati l-aqwa stimi u informazzjoni possibbli bil-għan li tiġi appoġġata l-effettività tal-programm ta' kontroll tal-kwalità u tingħata għajnuna lill-Istati Membri;

    (5) “kontroll tal-kwalità” jew “QC” tfisser sistema ta' attivitajiet tekniċi li jsiru b'rutina sabiex titkejjel u tiġi kkontrollata l-kwalità tal-informazzjoni u l-istimi miġbura bil-għan li jiġu żgurati l-integrità, il-korrettezza u l-kompletezza tad-data, jiġu identifikati u indirizzati l-iżbalji u n-nuqqasijiet, jiġu ddokumentati u arkivjati d-data u kull materjal ieħor li jintuża, u jiġu rreġistrati l-attivitajiet kollha ta' QA;

    (6) “indikatur” tfisser fattur jew varjabbli kwantitattiv jew kwalitattiv li jikkontribwixxi sabiex jinftiehem aħjar il-progress fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-miżuri u x-xejriet tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra;

    (7) “unità tal-ammont assenjat” jew “AAU” tfisser unità maħruġa skont id-dispożizzjonijiet rilevanti fl-Anness għad-Deċiżjoni 13/CMP.1 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto (Deċiżjoni 13/CMP.1) jew f'deċiżjonijiet rilevanti oħrajn tal-UNFCCC jew il-korpi tal-Protokoll ta' Kjoto;

    (8) “unità ta' tneħħija” jew “RMU” tfisser unità maħruġa skont id-dispożizzjonijiet rilevanti fl-Anness għad-Deċiżjoni 13/CMP.1 jew f'deċiżjonijiet rilevanti oħrajn tal-UNFCCC jew tal-korpi tal-Protokoll ta' Kjoto;

    (9) “unità ta' tnaqqis tal-emissjonijiet” jew “ERU” tfisser unità maħruġa skont id-dispożizzjonijiet rilevanti fl-Anness għad-Deċiżjoni 13/CMP.1 jew f'deċiżjonijiet rilevanti oħrajn tal-UNFCCC jew tal-korpi tal-Protokoll ta' Kjoto;

    (10) “tnaqqis iċċertifikat tal-emissjonijiet” jew “CER” tfisser unità maħruġa skont l-Artikolu 12 tal-Protokoll ta' Kjoto u r-rekwiżiti tiegħu, kif ukoll id-dispożizzjonijiet rilevanti fl-Anness għad-Deċiżjoni 13/CMP.1 jew f'deċiżjonijiet rilevanti oħrajn tal-UNFCCC jew tal-korpi tal-Protokoll ta' Kjoto;

    (11) “tnaqqis iċċertifikat tal-emissjonijiet temporanju” jew “tCER” tfisser unità maħruġa skont l-Artikolu 12 tal-Protokoll ta' Kjoto u r-rekwiżiti tiegħu, kif ukoll id-dispożizzjonijiet rilevanti fl-Anness għad-Deċiżjoni 13/CMP.1, jew f'deċiżjonijiet rilevanti oħrajn tal-UNFCCC jew tal-korpi tal-Protokoll ta' Kjoto, jiġifieri krediti mogħtija għal assorbimenti tal-emissjonijiet li huma ċċertifikati għal proġett ta' afforestazzjoni jew riforestazzjoni ta' mekkaniżmu ta' żvilupp nadif (clean development mechanism (CDM), li għandhom jiġu sostitwiti meta jiskadu fl-aħħar tat-tieni perijodu ta' impenn;

    (12) “tnaqqis iċċertifikat tal-emissjonijiet fit-tul” jew “lCER” tfisser unità maħruġa skont l-Artikolu 12 tal-Protokoll ta' Kjoto u r-rekwiżiti tiegħu, kif ukoll id-dispożizzjonijiet rilevanti fl-Anness għad-Deċiżjoni 13/CMP.1, jew f'deċiżjonijiet rilevanti oħrajn tal-UNFCCC jew tal-korpi tal-Protokoll ta' Kjoto, jiġifieri krediti mogħtija għal assorbimenti fit-tul tal-emissjonijiet li huma ċċertifikati għal proġett ta' afforestazzjoni jew riforestazzjoni ta' CDM, ligħandhom jiġu sostitwiti meta jiskadu fl-aħħar tal-perijodu ta' kkreditar tal-proġett jew fil-każ ta' sostituzzjoni jew meta ma jiġix ippreżentat rapport ta' ċertifikazzjoni;

    (13) “reġistru nazzjonali” tfisser reġistru fil-forma ta' bażi ta' data elettronika standardizzata li tinkludi data dwar il-ħruġ, iż-żamma, it-trasferiment, l-akkwist, il-kanċellazzjoni, l-irtirar, ir-riport, is-sostituzzjoni jew il-bdil tad-data ta' skadenza, kif rilevanti, ta' AAUs, RMUs, ERUs, CERs, tCERs, u lCERs;

    ▼M1

    (13a) “riżerva għall-perijodu ta’ impenn” jew “CPR” tfisser ir-riżerva stabbilita skont l-Anness għad-Deċiżjoni 11/CMP.1 jew deċiżjonijiet rilevanti oħrajn tal-UNFCCC jew tal-korpi tal-Protokoll ta’ Kjoto;

    (13b) “riżerva żejda mill-perijodu preċedenti” jew “PPSR” tfisser il-kont stabbilit skont id-Deċiżjoni 1/CMP.8 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCC li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta’ Kjoto (Deċiżjoni 1/CMP.8) jew deċiżjonijiet rilevanti oħrajn tal-UNFCCC jew tal-korpi tal-Protokoll ta’ Kjoto;

    (13c) “ftehim ta’ ħarsien konġunt” tfisser it-termini ta’ ftehim, f’konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll ta’ Kjoto bejn l-Unjoni, l-Istati Membri tagħha u kwalunkwe pajjiż terz li jħarsu l-impenji tagħhom skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll ta’ Kjoto, b’mod konġunt, għat-tieni perijodu ta’ impenn;

    ▼B

    (14) “politiki u miżuri” tfisser l-istrumenti kollha li huma maħsuba biex jimplimentaw l-impenji skont l-Artikolu 4(2)(a) u (b) tal-UNFCCC, li jistgħu jinkludu dawk li m'għandhomx il-limitazzjoni u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra bħala objettiv primarju;

    (15) “sistema għal politiki u miżuri u projezzjonijiet” tfisser sistema ta' arranġamenti istituzzjonali, legali u proċedurali stabbiliti għal politiki u miżuri u projezzjonijiet ta' emissjonijiet antropoġeniċi minn fonti u tal-assorbiment minn bjar tal-gassijiet serra mhux ikkontrollati mill-Protokoll ta' Montreal kif mitlub mill-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament;

    (16) “valutazzjoni ex ante tal-politiki u l-miżuri” tfisser evalwazzjoni tal-effetti projettati ta' politika jew miżura;

    (17) “valutazzjoni ex post tal-politiki u l-miżuri” tfisser evalwazzjoni tal-effetti ta' politika jew miżura fil-passat;

    (18) “projezzjonijiet mingħajr miżuri” tfisser projezzjonijiet ta' emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra minn fonti u tal-assorbiment minn bjar li jeskludu l-effetti tal-politiki u l-miżuri kollha li huma ppjanati, adottati jew implimentati wara s-sena magħżula bħala l-punt tat-tluq għall-projezzjoni rilevanti;

    (19) “projezzjonijiet b'miżuri” tfisser projezzjonijiet ta' emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra minn fonti u tal-assorbiment minn bjar li jinkludu l-effetti, f'termini tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, tal-politiki u l-miżuri li ġew adottati u implimentati;

    (20) “projezzjonijiet b'miżuri addizzjonali” tfisser projezzjonijiet ta' emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra minn fonti u tal-assorbiment minn bjar li jinkludu l-effetti, f'termini tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, ta' politiki u miżuri li ġew adottati u implimentati sabiex inaqqsu t-tibdil fil-klima, kif ukoll politiki u miżuri li huma ppjanati għal dak il-fini;

    (21) “analiżi tas-sensittività” tfisser investigazzjoni ta' algoritmu mudell jew suppożizzjoni li tikkwantifika kemm hija sensittiva jew stabbli d-data ta' output tal-mudell fir-rigward tal-varjazzjonijiet fid-data tal-input jew is-suppożizzjonijiet sottostanti. Hija titwettaq billi jiġu varjati l-valuri tal-input jew l-ekwazzjonijiet tal-mudell u billi jiġi osservat kif l-output tal-mudell ivarja b'mod korrispondenti;

    (22) “appoġġ b'rabta mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima” tfisser appoġġ għal attivitajiet f'pajjiżi li qed jiżviluppaw li jikkontribwixxu għall-objettiv tal-istabbilizzazzjoni tal-konċentrazzjonijiet ta' gassijiet serra fl-atmosfera f'livell li jevita interferenza antropoġenika perikoluża mas-sistema tal-klima;

    (23) “appoġġ b'rabta mal-adattament għat-tibdil fil-klima” tfisser appoġġ għal attivitajiet f'pajjiżi li qed jiżviluppaw li għandhom l-għan li jnaqqsu l-vulnerabbiltà tas-sistemi umani jew naturali għall-impatt tat-tibdil fil-klima u r-riskji marbuta mal-klima, billi jinżammu jew jiżdiedu l-kapaċità ta' adattament u r-reżiljenza tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

    (24) “korrezzjonijiet tekniċi” tfisser aġġustamenti għall-istimi tal-inventarju nazzjonali tal-gassijiet serra magħmula fil-kuntest tar-rieżami mwettaq skont l-Artikolu 19 meta d-data tal-inventarju ppreżentata ma tkunx kompleta jew tkun imħejjija b'mod inkonsistenti mar-regoli jew il-linji gwida rilevanti internazzjonali jew tal-Unjoni u li għandhom l-għan li jissostitwixxu l-istimi ppreżentati oriġinarjament;

    (25) “kalkoli mill-ġdid”, f'konformità mal-linji gwida ta' rapportar tal-UNFCCC dwar inventarji annwali, tfisser proċedura għall-valutazzjoni mill-ġdid tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra minn fonti u tal-assorbiment minn bjar ta' inventarji ppreżentati preċedentement bħala konsegwenza ta' bidliet fil-metodoloġiji jew bidliet fil-mod li bih jinkisbu u jintużaw il-fatturi tal-emissjonijiet u d-data dwar l-attivitajiet; l-inklużjoni ta' kategoriji ġodda ta' fonti u ta' bjar jew ta' gassijiet ġodda; jew bidliet fil-GWP tal-gassijiet serra.



    KAPITOLU 2

    STRATEĠIJI TA' ŻVILUPP B'EMISSJONIJIET BAXXI TA' KARBONJU

    Artikolu 4

    Strateġiji ta' żvilupp b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju

    1.  L-Istati Membri, u l-Kummissjoni f'isem l-Unjoni, għandhom iħejju l-istrateġiji ta' żvilupp tagħhom b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju f'konformità ma' kwalunkwe dispożizzjoni ta' rapportar li ntlaħaq qbil dwarha internazzjonalment fil-kuntest tal-proċess tal-UNFCCC, biex jikkontribwixxu għal:

    (a) il-monitoraġġ trasparenti u preċiż tal-progress attwali u dak projettat magħmul mill-Istati Membri, inkluż il-kontribut magħmul permezz tal-miżuri tal-Unjoni, sabiex jiġu ssodisfati l-impenji tal-Unjoni u tal-Istati Membri skont il-UNFCCC li jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra;

    (b) l-issodisfar tal-impenji tal-Istati Membri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE u l-kisba tat-tnaqqis u t-titjib fit-tul tal-assorbiment minn bjar tal-emissjonijiet fis-setturi kollha b'konformità mal-objettiv tal-Unjoni, fil-kuntest tat-tnaqqis meħtieġ skont l-IPCC mill-pajjiżi żviluppati bħala grupp, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet bi 80 sa 95 % sal-2050 meta mqabbla mal-livelli tal-1990 b'mod kosteffettiv.

    2.  L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-istatus tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tagħhom ta' żvilupp b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju sad-9 ta’ Jannar 2015 jew b'konformità ma' kwalunkwe skeda ta' żmien miftiehma internazzjonalment fil-kuntest tal-proċess tal-UNFCCC.

    3.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku minnufih l-istrateġiji rispettivi tagħhom ta' żvilupp b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju u kwalunkwe aġġornamenti tagħhom.



    KAPITOLU 3

    RAPPORTAR DWAR L-EMISSJONIJIET U L-ASSORBIMENTI TA' GASSIJIET SERRA FIL-PASSAT

    Artikolu 5

    Sistemi nazzjonali ta' inventarju

    1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, joperaw u jfittxu li jtejbu kontinwament sistemi ta' inventarju nazzjonali, f'konformità mar-rekwiżiti tal-UNFCCC dwar sistemi nazzjonali, biex jiġu stmati l-emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra minn fonti u tal-assorbiment minn bjar elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament u jiżguraw il-puntwalità, it-trasparenza, il-preċiżjoni, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tal-inventarji tagħhom tal-gassijiet serra.

    2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għall-inventarju għandhom aċċess għal:

    (a) id-data u l-metodi rrapportati għal attivitajiet u installazzjonijiet skont id-Direttiva 2003/87/KE għall-iskop tat-tħejjija tal-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra bil-għan li tiġi żgurata l-konsistenza tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra irrapportati skont l-iskema tal-Unjoni għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet u fl-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra;

    (b) fejn ikun rilevanti, id-data miġbura permezz tas-sistemi ta' rapportar dwar il-gassijiet fluworinati fis-setturi varji, imwaqqfa skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 għall-iskop tat-tħejjija tal-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra;

    (c) fejn ikun rilevanti, l-emissjonijiet, id-data u l-metodoloġiji sottostanti rrapportati minn faċilitajiet skont ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 għall-iskop tat-tħejjija tal-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra;

    (d) id-data rrapportata skont ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008.

    3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għall-inventarju, fejn ikun rilevanti:

    (a) jużaw is-sistemi ta' rapportar stabbiliti skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 sabiex itejbu l-istima tal-gassijiet fluworinati fl-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra;

    (b) ikunu jistgħu jwettqu l-kontrolli annwali tal-konsistenza msemmija fil-punti (l) u (m) tal-Artikolu 7(1).

    4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex jiġu stipulati r-regoli dwar l-istruttura, il-format u l-proċess ta' preżentazzjoni tal-informazzjoni marbuta mas-sistemi nazzjonali ta' inventarju u mar-rekwiżiti dwar l-istabbiliment, l-operat u l-funzjonament tas-sistemi nazzjonali ta' inventarju f'konformità mad-deċiżjonijiet rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto jew ta' ftehimiet derivanti minnhom jew li jissuċċiedu għalihom. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 26(2).

    Artikolu 6

    Sistema ta' inventarju tal-Unjoni

    1.  B'dan hija stabbilita sistema ta' inventarju tal-Unjoni sabiex tiżgura l-puntwalità, it-trasparenza, il-preċiżjoni, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tal-inventarji nazzjonali fir-rigward tal-inventarju ta' gassijiet serra tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tamministra, iżżomm u tfittex li kontinwament ittejjeb dik is-sistema, li għandha tinkludi:

    (a) programm ta' assigurazzjoni tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità, li għandu jinkludi l-istabbiliment ta' objettivi ta' kwalità u t-tfassil ta' pjan ta' assigurazzjoni tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità tal-inventarji. Il-Kummissjoni għandha tassisti lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-programmi tagħhom ta' assigurazzjoni tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità;

    (b) proċedura għall-istima, f'konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, ta' kwalunkwe data nieqsa mill-inventarju nazzjonali tiegħu;

    (c) ir-rieżamijiet tal-inventarji tal-gassijiet serra tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 19.

    2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 25 li jikkonċerna r-rekwiżiti sostantivi għal sistema ta' inventarju tal-Unjoni sabiex jiġu ssodisfati l-obbligi li jirriżultaw mid-Deċiżjoni 19/CMP.1. Il-Kummissjoni m'għandhiex tadotta dispożizzjonijiet skont il-paragrafu 1 li huma aktar onerużi għall-Istati Membri biex jikkonformaw magħhom minn dispożizzjonijiet ta' atti adottati skont l-Artikolu 3(3) u l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE.

    Artikolu 7

    Inventarji ta' gassijiet serra

    1.  Sal-15 ta' Jannar ta' kull sena (sena X), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jirrapportaw dan li ġej lill-Kummissjoni:

    (a) l-emissjonijiet antropoġeniċi tagħhom ta' gassijiet serra elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament u l-emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għas-sena X-2, f'konformità mar-rekwiżiti tar-rapportar tal-UNFCCC. Mingħajr preġudizzju għar-rapportar tal-gassijiet serra elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, l-emissjonijiet tad-CO2 mill-kategorija tas-sors ta' IPCC “1.A.3.A l-avjazzjoni ċivili” għandhom jitqiesu bħala ugwali għal żero għall-finijiet tal-Artikolu 3 u l-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE;

    ▼M3

    (aa) mill-2023, l-emissjonijiet antropoġeniċi tagħhom ta’ gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) għas-sena X-2, skont ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-UNFCCC;

    ▼B

    (b) id-data f'konformità mar-rekwżiti ta' rapportar tal-UNFCCC dwar l-emissjonijiet antropoġeniċi tagħhom ta' monossidu tal-karbonju (CO), diossidu tal-kubrit (SO2), ossidi tan-nitroġenu (NOx) u komposti organiċi volatili, konsistenti mad-data diġà rrapportata b'segwitu għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 2001/81/KE u l-Konvenzjoni tal-UNECE dwar it-Tniġġis Transkonfinali tal-Arja fuq Distanza Twila, għas-sena X-2;

    (c) l-emissjonijiet antropoġeniċi tagħhom ta' gassijiet serra minn fonti u tal-assorbimenti ta' CO2 minn bjar li jirriżultaw mil-LULUCF, għas-sena X-2, f'konformità mar-rekwiżiti ta' rapportar tal-UNFCCC;

    (d) l-emissjonijiet antropoġeniċi tagħhom ta' gassijiet serra minn fonti u tal-assorbimenti ta' CO2 minn bjar, li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-LULUCF skont id-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE u l-Protokoll ta' Kjoto u l-informazzjoni dwar il-kontabbiltà ta' dawn l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra mill-attivitajiet tal-LULUCF, f'konformità mad-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE u mal-Artikolu 3(3) u (4) tal-Protokoll ta' Kjoto, u d-deċiżjonijiet rilevanti fih, għas-snin bejn l-2008 jew snin applikabbli oħra u s-sena X-2. Meta l-Istati Membri huma responsabbli għall-ġestjoni tar-raba', il-ġestjoni tal-mergħat, riveġetazzjoni jew l-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra, huma għandhom barra minn hekk jirrapportaw l-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn fonti u tal-assorbiment minn bjar għal kull attività bħal din għas-sena jew perijodu ta' bażi rilevanti speċifikat fl-Anness VI għad-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE u fl-Anness għad-Deċiżjoni 13/CMP.1. Meta jikkonformaw mal-obbligi tagħhom ta' rapportar skont dan il-punt, u b'mod partikolari meta jippreżentaw informazzjoni dwar emissjonijiet u assorbimenti b'rabta mal-obbligi tagħhom ta' kontabbiltà stipulati fid-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw informazzjoni li tieħu kont sħiħ tal-gwida applikabbli ta' prattika tajba tal-IPCC għal-LULUCF;

    ▼M2

    (da) mill-2023, l-emissjonijiet u l-assorbimenti koperti mill-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) skont il-metodoloġiji speċifikati fl-Anness IIIa għal dan ir-Regolament;

    ▼B

    (e) kwalunkwe bidla fl-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (d) għas-snin bejn is-sena jew perijodu ta' bażi rilevanti u s-sena X-3, filwaqt li jindikaw ir-raġunijiet għal dawn il-bidliet;

    (f) informazzjoni dwar l-indikaturi, kif murija fl-Anness III, għas-sena X-2;

    (g) informazzjoni mir-reġistru nazzjonali tagħhom dwar il-ħruġ, l-akkwist, iż-żamma, it-trasferiment, il-kanċellazzjoni, l-irtirar u r-riport ta' AAUs, RMUs, ERUs, CERs, tCERs u lCERs għas-sena X-1;

    (h) informazzjoni fil-qosor dwar trasferimenti konklużi skont l-Artikolu 3(4) u (5) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, għas-sena X-1;

    (i) informazzjoni dwar l-użu ta' implimentazzjoni konġunta, tal-mekkaniżmu ta' żvilupp nadif u tal-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet internazzjonali, skont l-Artikoli 6, 12 u 17 tal-Protokoll ta' Kjoto, jew kwalunkwe mekkaniżmu flessibbli ieħor stabbilit fi strumenti oħrajn adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC jew mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto, sabiex jissodisfaw l-impenji kkwantifikati tagħhom tal-limitazzjoni jew it-tnaqqis tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Nru 2002/358/KE u l-Protokoll ta' Kjoto jew kwalunkwe impenn futur skont il-UNFCCC jew il-Protokoll ta' Kjoto, għas-sena X-2;

    (j) informazzjoni dwar il-passi meħuda sabiex jittejbu l-istimi tal-inventarju, b'mod partikolari f'oqsma tal-inventarju li kienu soġġetti għal aġġustamenti jew rakkomandazzjonijiet wara rieżamijiet esperti;

    (k) il-kwota attwali jew stmata tal-emissjonijiet ivverifikati rrapportati minn installazzjonijiet u operaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE għall-kategoriji tal-fonti tal-inventarju nazzjonali tal-gassijiet serra, meta possibbli, u l-proporzjon ta' dawk l-emissjonijiet ivverifikati għall-emissjonijiet totali rrapportati ta' gassijiet serra f'dawk il-kategoriji tal-fonti, għas-sena X-2;

    (l) fejn ikun rilevanti, ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa fuq il-konsistenza tal-emissjonijiet irrapportati fl-inventarji ta' gassijiet serra, għas-sena X-2, flimkien mal-emissjonijiet ivverifikati rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE;

    (m) fejn ikun rilevanti, ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa fuq il-konsistenza tad-data użata biex jiġu stmati l-emissjonijiet fi tħejjija għall-inventarji ta' gassijiet serra, għas-sena X-2, flimkien ma':

    (i) id-data użata biex jitħejjew l-inventarji tas-sustanzi li jniġġsu l-arja skont id-Direttiva 2001/81/KE;

    (ii) id-data rrapportata skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 842/2006;

    (iii) id-data dwar l-enerġija rrapportata skont l-Artikolu 4 ta', u l-Anness B għar-Regolament (KE) Nru 1099/2008;

    (n) deskrizzjoni ta' bidliet fis-sistema tal-inventarju nazzjonali tagħhom;

    (o) deskrizzjoni ta' bidliet fir-reġistru nazzjonali;

    (p) informazzjoni dwar il-pjani ta' assigurazzjoni tal-kwalità u kontroll tal-kwalita tagħhom, valutazzjoni ġenerali tal-inċertezza, valutazzjoni ġenerali tal-kompletezza u, fejn ikunu disponibbli, elementi oħrajn tar-rapport tal-inventarju nazzjonali ta' gassijiet serra meħtieġa sabiex jitħejja r-rapport tal-inventarju tal-Unjoni ta' gassijiet serra.

    ▼M3

    Fir-rapporti tagħhom, l-Istati Membri għandhom ta’ kull sena jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe intenzjoni li jużaw il-flessibbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 5(4) u (5) u fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/842, kif ukoll dwar l-użu tad-dħul skont l-Artikolu 5(6) ta’ dak ir-Regolament. Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi dik l-informazzjoni mingħand l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament.

    ▼M2

    Stat Membru jista’ jitlob li jingħata deroga mill-Kummissjoni mill-punt (da) tal-ewwel subparagrafu biex japplika metodoloġija differenti minn dik speċifikata fl-Anness IIIa fejn it-titjib tal-metodoloġija meħtieġ ma jistax jinkiseb fil-ħin biex jitqies it-titjib fl-inventarji tal-gassijiet serra għall-perijodu mill-2021 sal-2030, jew fejn l-ispiża tat-titjib tal-metodoloġija jkun għoli b’mod sproporzjonat meta mqabbel mal-benefiċċji tal-applikazzjoni ta’ tali metodoloġija biex tittejjeb il-kontabbiltà għall-emissjonijiet u l-assorbimenti minħabba l-importanza baxxa tal-emissjonijiet u l-assorbimenti mir-raggruppamenti ta’ karbonju konċernati. L-Istati Membri li jixtiequ jibbenefikaw minn din id-deroga għandhom jippreżentaw talba motivata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2020, fejn jindikaw sa meta it-titjib tal-metodoloġija jista’ jiġi implimentat, il-metodoloġija alternattiva proposta jew it-tnejn, u valutazzjoni tal-impatti potenzjali fuq l-eżattezza tal-kontabbiltà. Il-Kummissjoni tista’ titlob li tingħata informazzjoni addizzjonali f’perijodu ta’ żmien raġonevoli speċifiku. Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li t-talba hija ġustifikata, għandha tagħti d-deroga. Jekk il-Kummissjoni tiċħad it-talba, hija għandha tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.

    ▼B

    2.  L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni data preliminari sal-15 ta' Jannar u data finali sal-15 ta' Marzu tat-tieni sena wara t-tmiem ta' kull perijodu ta' kontabbiltà speċifikat fl-Anness I għad-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE kif imħejjija għall-kontabbiltà tagħhom tal-LULUCF għal dak il-perijodu ta' kontabbiltà f'konformità mal-Artikolu 4(6) ta' dik id-Deċiżjoni.

    3.  Sal-15 ta' Marzu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, rapport komplet u aġġornat tal-inventarju nazzjonali. Dan ir-rapport għandu jkun fih l-informazzjoni kollha elenkata fil-paragrafu 1 u kull aġġornament sussegwenti għal dik l-informazzjoni.

    4.  Sal-15 ta' April ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lis-Segretarjat tal-UNFCCC, inventarji nazzjonali li jkun fihom informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3.

    5.  Il-Kummissjoni għandha, kull sena u b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tiġbor inventarju tal-Unjoni tal-gassijiet serra u tħejji rapport tal-inventarju tal-Unjoni tal-gassijiet serra, u għandha tippreżentahom, sal-15 ta' April ta' kull sena, lis-Segretarjat tal-UNFCCC.

    6.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 25 sabiex:

    (a) jiżdiedu jew jitħassru sustanzi mal-lista jew mil-lista ta' gassijiet serra fl-Anness I għal dan ir-Regolament jew jiżdiedu, jitħassru jew jiġu emendati indikaturi fl-Anness III għal dan ir-Regolament f'konformità mad-deċiżjonijiet rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto jew ta' ftehimiet derivanti minnhom jew li jissuċċiedu għalihom;

    (b) jittieħed kont tal-bidliet fil-GWPs u l-linji gwida ta' inventarju miftiehma internazzjonalment f'konformità mad-deċiżjonijiet rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto jew ta' ftehimiet derivanti minnhom jew li jissuċċiedu għalihom.

    7.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistipula l-istruttura, il-format u l-proċess għall-preżentazzjoni mill-Istati Membri ta' inventarji ta' gassijiet serra b'segwitu għall-paragrafu 1 skont id-deċiżjonijiet rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto jew ta' ftehimiet derivanti minnhom jew li jissuċċiedu għalihom. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw ukoll l-iskedi taż-żmien għall-kooperazzjoni u l-koordinament bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fit-tħejjija tar-rapport ta' inventarju tal-Unjoni dwar il-gassijiet serra. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' analiżi msemmija fl-Artikolu 26(2).

    8.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistipula l-istruttura, il-format u l-proċess għall-preżentazzjoni mill-Istati Membri tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra f'konformità mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE Meta tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-kompatibbiltà tal-iskedi taż-żmien tal-Unjoni u l-UNFCCC għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' dik l-informazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' analiżi msemmija fl-Artikolu 26(2).

    Artikolu 8

    Inventarji approssimati tal-gassijiet serra

    1.  Sal-31 ta' Lulju ta' kull sena (sena X), l-Istati Membri għandhom, fejn ikun possibbli, jippreżentaw lill-Kummissjoni l-inventarji tal-gassijiet serra approssimati għas-sena X-1. Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-inventarji tal-gassijiet serra approssimati tal-Istati Membri jew, jekk Stat Membru ma jkunx ikkomunika l-inventarji approssimati tiegħu sa dik id-data, abbażi tal-istimi tagħha stess, tiġbor annwalment inventarju tal-Unjoni tal-gassijiet serra approssimati. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku kull sena sat-30 ta' Settembru.

    2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistipula l-istruttura, il-format u l-proċess ta' preżentazzjoni għall-inventarji approssimati tal-Istati Membri dwar il-gassijiet serra b'segwitu għall-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' analiżi msemmija fl-Artikolu 26(2).

    Artikolu 9

    Proċeduri għat-twettiq tal-istimi tal-emissjonijiet biex jinġabar l-inventarju tal-Unjoni

    1.  Il-Kummissjoni għandha twettaq kontroll inizjali tad-data ppreżentata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7(1) għall-preċiżjoni. Hija għandha tibgħat ir-riżultati ta' dak il-kontroll lill-Istati Membri fi żmien sitt ġimgħat mid-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni. L-Istati Membri għandhom iwieġbu għal kull mistoqsija rilevanti mqajma mill-kontroll inizjali sal-15 ta' Marzu, flimkien mal-preżentazzjoni finali tal-inventarju għas-sena X-2.

    2.  Meta Stat Membru ma jippreżentax id-data għall-inventarju meħtieġa biex jinġabar l-inventarju tal-Unjoni sal-15 ta' Marzu, il-Kummissjoni tista' tħejji stimi biex tkun kompluta d-data ppreżentata mill-Istat Membru, f'konsulatazzjoni u kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tuża l-linji gwida applikabbli għat-tħejjija tal-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra.



    KAPITOLU 4

    REĠISTRI

    Artikolu 10

    Stabbiliment u operazzjoni tar-reġistri

    1.  L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu reġistri biex iżommu rendikont preċiż tal-ħruġ, iż-żamma, it-trasferiment, l-akkwist, il-kanċellazzjoni, l-irtirar, ir-riport, is-sostituzzjoni jew bidla fid-data ta' skadenza, kif rilevanti, ta' AAUs, RMUs, ERUs, CERs, tCERs u lCERs. L-Istati Membri jistgħu wkoll jużaw dawn ir-reġistri sabiex iżommu rendikont preċiż tal-unitajiet imsemmija fl-Artikolu 11a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE.

    ▼M1

    L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom kull wieħed minnhom, fir-reġistri rispettivi tagħhom stabbiliti skont l-ewwel subparagrafu, jagħtu kont tal-ammonti assenjati rispettivi tagħhom fit-tieni perijodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto u jwettqu t-transazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, f’konformità mad-Deċiżjoni 1/CMP.8 jew deċiżjonijiet rilevanti oħra tal-UNFCCC jew tal-korpi tal-Protokoll ta’ Kjoto u bi ftehim ta’ ħarsien konġunt. Għal dak il-għan, l-Unjoni u kull Stat Membru għandhom, kull wieħed minnhom fir-reġistri rispettivi tagħhom:

     jistabbilixxu u jamministraw kontijiet ta’ depożitu ta’ parti (party holding accounts), inkluż kont ta’ depożitu, u joħorġu ammont ta’ AAUs li jikkorrispondi mal-ammonti assenjati rispettivi tagħhom għat-tieni perijodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto f’dawk il-kontijiet ta’ depożitu ta’ parti;

     jagħtu kont tal-ħruġ, iż-żamma, it-trasferiment, l-akkwist, il-kanċellazzjoni, l-irtirar, is-sostituzzjoni jew bidla tad-data tal-iskadenza tal-AAUs, RMUs, ERUs, CERs, tCERs u lCERs, kif rilevanti, miżmuma fir-reġistri rispettivi tagħhom għat-tieni perijodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto;

     jistabbilixxu u jżommu riżerva għall-perijodu ta’ impenn;

     jirriportaw l-AAUs, is-CERs u l-ERUs li jinsabu fir-reġistri rispettivi tagħhom mill-ewwel sat-tieni perijodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto, u jistabbilixxu riżerva żejda mill-perijodu preċedenti u jimmaniġġjaw l-AAUs li jinsabu hemmhekk;

     jagħtu kont tat-trasferiment ta’ AAUs jew ERUs, bħala parti mir-rikavat wara l-ħruġ tal-ERUs u fuq l-ewwel trasferiment internazzjonali ta’ AAUs.

    ▼B

    2.  L-Unjoni u l-Istati Membri jistgħu jżommu r-reġistri tagħhom f'sistema kkonsolidata, flimkien ma' wieħed jew aktar mill-Istati Membri l-oħrajn.

    3.  Id-data msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tkun disponibbli għall-amministratur ċentrali maħtur skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2003/87/KE.

    4.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 25 sabiex tistabbilixxi r-reġistru tal-Unjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

    ▼M1

    5.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa wkoll li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 25 sabiex tagħti effett, permezz tar-reġistri tal-Unjoni u tal-Istati Membri, lill-implimentazzjoni teknika neċessarja tal-Protokoll ta’ Kjoto skont id-Deċiżjoni 1/CMP.8 jew deċiżjonijiet rilevanti oħra tal-UNFCCC jew tal-korpi tal-Protokoll ta’ Kjoto u ftehim ta’ ħarsien konġunt, f’konformità mal-paragrafu 1.

    6.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa wkoll li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 25 biex tiżgura li:

     kwakunkwe trasferiment nett ta’ allokazzjonijiet annwali ta’ emissjonijiet f’konformità mad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE u kwalunkwe trasferiment nett ta’ kwoti ma’ pajjiżi terzi li jipparteċipaw fl-iskema stabbilita għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fi ħdan l-Unjoni permezz tad-Direttiva 2003/87/KE li mhumiex partijiet għal ftehim ta’ ħarsien konġunt, jiġi segwit minn trasferiment ta’ ammont korrispondenti ta’ AAUs permezz ta’ proċess ta’ klerjar fl-aħħar tat-tieni perijodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto;

     jitwettqu dawk it-transazzjonijiet li huma neċessarji għall-allinjament tal-applikazzjoni tal-limiti stabbiliti mid-deċiżjonijiet tal-UNFCCC jew il-korpi tal-Protokoll ta’ Kjoto dwar ir-riportar ta’ ERUs u CERs mill-ewwel għat-tieni perijodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto bl-implimentazzjoni tal-Artikolu 11a tad-Direttiva 2003/87/KE; tali transazzjonijiet għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-abbiltà tal-Istati Membri li jirriportaw aktar ERUs u CERs mill-ewwel għat-tieni perijodu ta’ impenn għal finijiet oħra, dment li l-limiti għar-riportar ta’ ERUs u CERs mill-ewwel għat-tieni perijodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto ma jinqabżux.

    7.  Meta Stat Membru jkun serjament żvantaġġat minħabba sitwazzjoni speċifika u eċċezzjonali, inklużi inkonsistenzi ta’ kontabbiltà fit-tqabbil tal-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Unjoni mar-regoli maqbula taħt il-Protokoll ta’ Kjoto, il-Kummissjoni tista’, soġġett għad-disponibbiltà tal-unitajiet fi tmiem it-tieni perijodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto, tadotta miżuri biex tindirizza dik is-sitwazzjoni. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tittrasferixxi CERs, ERUs jew AAUs li jinsabu fir-reġistru tal-Unjoni għar-reġistru ta’ dak l-Istat Membru. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 26(2). Is-setgħa għall-adozzjoni ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandha tingħata lill-Kummissjoni mid-data tal-konklużjoni mill-Unjoni tal-Emenda ta’ Doha għall-Protokoll ta’ Kjoto.

    8.  Meta tadotta l-atti delegati taħt il-paragrafi 5 u 6, il-Kummissjoni għandha tiżgura konsistenza mad-Direttiva 2003/87/KE u d-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE u implimentazzjoni konsistenti tar-rekwiżiti ta’ kontabbiltà maqbula internazzjonalment, tottimizza t-trasparenza u tiżgura l-eżattezza tal-kontabbiltà tal-AAUs, RMUs, ERUs, CERs, tCERs u lCERs mill-Unjoni u l-Istati Membri, filwaqt li tevita, sa fejn possibbli, il-piżijiet u l-ispejjeż amministrattivi, inklużi dawk relatati mas-sehem tar-rikavat u l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-IT. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni ssegwi l-prattika normali tagħha u twettaq konsultazzjonijiet ma’ esperti, inklużi esperti tal-Istati Membri, qabel ma tadotta dawk l-atti delegati.

    ▼B

    Artikolu 11

    L-irtirar tal-unitajiet skont il-Protokoll ta' Kjoto

    1.  L-Istati Membri għandhom, wara t-tlestija tar-rieżami tal-inventarji nazzjonali tagħhom skont il-Protokoll ta' Kjoto għal kull sena tal-ewwel perijodu ta' impenn skont il-Protokoll ta' Kjoto, inkluża r-riżoluzzjoni ta' kwalunkwe kwistjoni ta' implimentazzjoni, jirtiraw mir-reġistru AAUs, RMUs, ERUs, CERs, tCERs u lCERs ekwivalenti għall-emissjonijiet netti tagħhom matul dik is-sena.

    2.  Fir-rigward tal-aħħar sena tal-ewwel perijodu ta' impenn skont il-Protokoll ta' Kjoto, l-Istati Membri għandhom jirtiraw l-unitajiet mir-reġistru qabel it-tmiem tal-perijodu addizzjonali għall-issodisfar tal-impenji stabbiliti fid-Deċiżjoni 11/CMP.1 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto.

    ▼M1

    3.  L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom kull wieħed minnhom, fi tmiem it-tieni perijodu ta’ impenn taħt il-Protokoll ta’ Kjoto, u f’konformità mad-Deċiżjoni 1/CMP.8 jew deċiżjonijiet rilevanti oħrajn tal-UNFCCC jew tal-korpi tal-Protokoll ta’ Kjoto, u ftehim ta’ ħarsien konġunt, jirtiraw mir-reġistri rispettivi tagħhom AAUs, RMUs, ERUs, CERs, tCERs jew lCERs ekwivalenti għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn sorsi u tneħħija permezz ta’ bjar koperti mill-ammonti assenjati rispettivi tagħhom.

    ▼B



    KAPITOLU 5

    IR-RAPPORTAR DWAR POLITIKI U MIŻURI U DWAR PROJEZZJONIJIET TA' EMISSJONIJIET ANTROPOĠENIĊI TA' GASSIJIET SERRA MINN FONTI U TAL-ASSORBIMENT MINN BJAR

    Artikolu 12

    Is-sistemi nazzjonali u tal-Unjoni għal politiki u miżuri u projezzjonijiet

    1.  Sad-9 ta’ Lulju 2015, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jistabbilixxu, joperaw u jfittxu li jtejbu kontinwament is-sistemi nazzjonali u tal-Unjoni rispettivament għar-rapportar dwar politiki u miżuri u r-rapportar dwar il-projezzjonijiet ta' emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra minn fonti u tal-assorbiment minn bjar. Dawk is-sistemi għandhom jinkludu l-arranġamenti istituzzjonali, legali u proċedurali rilevanti stabbiliti fi Stat Membru u l-Unjoni għall-evalwazzjoni tal-politika u għat-twettiq ta' projezzjonijiet ta' emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra minn fonti u tal-assorbiment minn bjar.

    2.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jimmiraw li jiżguraw il-puntwalità, it-trasparenza, il-preċiżjoni, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni rrapportata dwar il-politiki u l-miżuri u l-projezzjonijiet ta' emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra minn fonti u tal-assorbiment minn bjar, kif imsemmi fl-Artikoli 13 u 14, inkluż, fejn ikun rilevanti, l-użu u l-applikazzjoni tad-data, tal-metodi u tal-mudelli, u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta' assigurazzjoni tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità, kif ukoll l-analiżi tas-sensittività.

    3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni dwar l-istruttura, il-format u l-proċess ta' preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sistemi nazzjonali u tal-Unjoni għal politiki umiżuri u projezzjonijiet b'segwitu għall-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 13 u l-Artikolu 14(1), u f'konformità mad-deċiżjonijiet rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto jew ta' ftehimiet derivanti minnhom jew li jissuċċiedu għalihom. Il-Kummissjoni għandha tiżgura konsistenza mar-rekwiżiti ta' rapportar maqbula internazzjonalment kif ukoll il-kompatibbiltà tal-iskedi taż-żmien tal-Unjoni u dawk internazzjonali għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' dik l-informazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' analiżi msemmija fl-Artikolu 26(2).

    Artikolu 13

    Rapportar dwar politiki u miżuri

    1.  Sal-15 ta' Marzu 2015, u kull sentejn minn hemm ’il quddiem, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'dawn li ġejjin:

    (a) deskrizzjoni tas-sistema nazzjonali tagħhom għar-rapportar dwar il-politiki u l-miżuri, jew gruppi ta' miżuri, u għar-rapportar dwar il-projezzjonijiet ta' emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra minn fonti u tal-assorbiment minn bjar skont l-Artikolu 12(1), jekk tali deskrizzjoni ma tkunx diġà ġiet ipprovduta, jew informazzjoni dwar kwalunkwe bidliet magħmula lil dik is-sistema fejn diġà tkun ġiet ipprovduta deskrizzjoni bħal din;

    (b) informazzjoni jew aġġornamenti addizzjonali rilevanti għall-istrateġiji tagħhom ta' żvilupp b'livell baxx ta' karbonju msemmija fl-Artikolu 4 u l-progress fl-implimentazzjoni ta' dawk l-istrateġiji;

    (c) informazzjoni dwar il-politiki u l-miżuri, jew gruppi ta' miżuri nazzjonali, u dwar l-implimentazzjoni ta' politiki u miżuri, jew gruppi ta' miżuri tal-Unjoni li jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra minn fonti jew li jsaħħu l-assorbiment minn bjar, ippreżentata fuq bażi settorjali u organizzata skont il-gass jew grupp ta' gassijiet (HFCs u PFCs) elenkati fl-Anness I. Dik l-informazzjoni għandha tirreferi għal politiki nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli u rilevanti u għandha tinkludi:

    (i) l-objettiv tal-politika jew tal-miżura u deskrizzjoni qasira tal-politika jew tal-miżura;

    (ii) it-tip ta' strument politiku;

    (iii) l-istatus tal-implimentazzjoni tal-politika jew miżura jew grupp ta' miżuri;

    (iv) meta jintużaw, l-indikaturi għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-progress matul iż-żmien;

    (v) meta jkunu disponibbli, l-istimi kwantitattivi tal-effetti fuq l-emissjonijiet minn fonti u tal-assorbiment minn bjar ta' gassijiet serra maqsuma fi:

     ir-riżultati tal-valutazzjonijiet ex ante tal-effetti ta' politiki u miżuri individwali jew gruppi tagħhom dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. L-istimi għandhom jiġu pprovduti għal sekwenza ta' erba' snin futuri li jintemmu b'0 jew 5 immedjatament wara s-sena ta' rapportar, b'distinzjoni bejn l-emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti mid-Direttiva 2003/87/KE u dawk koperti mid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE,

     ir-riżultati tal-valutazzjonijiet ex post tal-effetti ta' politiki u miżuri individwali jew gruppi tagħhom fuq il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, b'distinzjoni bejn l-emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti mid-Direttiva 2003/87/KE u dawk koperti mid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE;

    (vi) meta jkunu disponibbli, stimi tal-ispejjeż u l-benefiċċji projettati tal-politiki u l-miżuri, kif ukoll stimi, kif ikun xieraq, tal-ispejjeż u l-benefiċċji realizzati tal-politiki u l-miżuri;

    (vii) meta jkunu disponibbli, ir-referenzi kollha għall-valutazzjonijiet u r-rapporti tekniċi ta' sostenn imsemmija fil-paragrafu 3;

    ▼M2

    (viii) mill-2023, informazzjoni dwar politiki u miżuri nazzjonali implimentati biex jintlaħqu l-impenji tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/841 u informazzjoni dwar politiki u miżuri nazzjonali addizzjonali ppjanati bil-għan li jillimitaw l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jew li jtejbu bjar lil hinn mill-impenji tagħhom skont dak ir-Regolament;

    ▼M3

    (ix) mill-2023, informazzjoni dwar politiki u miżuri nazzjonali implimentati biex jintlaħqu l-impenji tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/842 u informazzjoni dwar politiki u miżuri nazzjonali addizzjonali ppjanati maħsuba bil-għan li jillimitaw l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra lil hinn mill-impenji tagħhom skont dak ir-Regolament;

    ▼B

    (d) l-informazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE;

    (e) informazzjoni dwar kemm l-azzjoni tal-Istat Membru tikkostitwixxi element sinifikanti tal-isforzi li jsiru fil-livell nazzjonali, kif ukoll dwar kemm l-użu projettat tal-implimentazzjoni konġunta, tal-mekkaniżmu ta' żvilupp nadif u tan-negozjar tal-emissjonijiet internazzjonali huwa supplimentari għal azzjoni domestika f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Protokoll ta' Kjoto u d-deċiżjonijiet adottati taħtu.

    2.  Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni kwalunkwe bidla sostanzjali fl-informazzjoni rapportata b'segwitu għal dan l-Artikolu matul l-ewwel sena tal-perijodu ta' rapportar, sal-15 ta' Marzu tas-sena ta' wara r-rapport preċedenti.

    3.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, f'forma elettronika, kwalunkwe valutazzjoni rilevanti tal-ispejjeż u l-effetti tal-politiki u l-miżuri nazzjonali, meta tkun disponibbli, u kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar l-implimentazzjoni tal-politiki u l-miżuri tal-Unjoni li jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra minn fonti jew li jsaħħu l-assorbiment minn bjar, flimkien ma' kwalunkwe rapport tekniku eżistenti li jsostni dawk il-valutazzjonijiet. Dawk il-valutazzjonijiet għandhom jinkludu deskrizzjonijiet tal-mudelli u l-approċċi metodoloġiċi użati, definizzjonijiet u suppożizzjonijiet sottostanti.

    Artikolu 14

    Rapportar dwar projezzjonijiet

    1.  Sal-15 ta' Marzu 2015, u kull sentejn minn hemm ’il quddiem, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni l-projezzjonijiet nazzjonali tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra minn fonti u tal-assorbiment minn bjar, organizzati skont il-gass jew grupp ta' gassijiet (HFCs u PFCs) elenkati fl-Anness I u skont is-settur. Dawk il-projezzjonijiet għandhom jinkludu stimi kwantitattivi għal sekwenza ta' 4 snin futuri li jintemmu b'0 jew 5 immedjatament wara s-sena ta' rapportar. Il-projezzjonijiet nazzjonali għandhom iqisu kwalunkwe politika u miżura adottata fil-livell tal-Unjoni u għandhom jinkludu:

    (a) projezzjonijiet mingħajr miżuri fejn ikunu disponibbli, projezzjonijiet b'miżuri, u fejn ikunu disponibbli, projezzjonijiet b'miżuri addizzjonali;

    (b) projezzjonijiet totali ta' gassijiet serra u stimi separati għall-emissjonijiet projettati ta' gassijiet serra għall-fonti tal-emissjonijiet koperti mid-Direttiva 2003/87/KE u mid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE;

    ▼M2

    (ba) mill-2023, projezzjonijiet tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra totali u stimi separati għall-emissjonijiet u assorbimenti ta’ gassijiet serra previsti koperti mir-Regolament (UE) 2018/841;

    ▼B

    (c) l-impatt tal-politiki u l-miżuri identifikati skont l-Artikolu 13. Meta t-tali politiki u miżuri ma jkunux inklużi, dan għandu jiġi ddikjarat u spjegat b'mod ċar;

    (d) ir-riżultati tal-analiżi tas-sensittività mwettqa għall-projezzjonijiet;

    (e) ir-referenzi kollha rilevanti għall-valutazzjoni u r-rapporti tekniċi li jirfdu l-projezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4;

    ▼M3

    (f) mill-2023, projezzjonijiet totali ta’ gassijiet serra u stimi separati għall-emissjonijiet projettati ta’ gassijiet serra għall-fonti tal-emissjonijiet koperti -mir-Regolament (UE) 2018/842 u mid-Direttiva 2003/87/KE.

    ▼B

    2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe bidla sostanzjali fl-informazzjoni rapportata b'segwitu għal dan l-Artikolu matul l-ewwel sena tal-perijodu ta' rapportar, sal-15 ta' Marzu tas-sena ta' wara r-rapport preċedenti.

    3.  L-Istati Membri għandhom jirrapurtaw l-aktar projezzjonijiet aġġornati disponibbli. Meta Stat Membru ma jippreżentax stimi ta' projezzjoni kompluti sal-15 ta' Marzu kull sentejn, u l-Kummissjoni tkun stabbilixxiet li n-nuqqasijiet fl-istimi ma jistgħux jimtlew minn dak l-Istat Membru ladarba identifikati permezz tal-proċeduri ta' QA jew QC tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista' tħejji stimi kif meħtieġ biex jinġabru l-projezzjonijiet tal-Unjoni, f'konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat.

    4.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, f'forma elettronika, il-projezzjonijiet nazzjonali tagħhom tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra minn fonti u tal-assorbiment minn bjar, flimkien mar-rapporti tekniċi rilevanti li jirfdu dawk il-projezzjonijiet. Dawk il-projezzjonijiet għandhom jinkludu deskrizzjonijiet tal-mudelli u l-approċċi metodoloġiċi użati, definizzjonijiet u suppożizzjonijiet sottostanti.



    KAPITOLU 6

    IR-RAPPORTAR DWAR INFORMAZZJONI OĦRA RILEVANTI GĦAT-TIBDIL FIL-KLIMA

    Artikolu 15

    Ir-rapportar dwar azzjonijiet nazzjonali ta' adattament

    Sal-15 ta' Marzu 2015, u kull erba' snin minnhemm ’il quddiem, f'konformità maż-żminijiet speċifiċi għar-rapportar lill-UNFCCC, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni informazzjoni dwar l-ippjanar u l-istrateġiji ta' adattament nazzjonali tagħhom, filwaqt li jiddeskrivu l-azzjonijiet, implimentati jew ippjanati tagħhom biex jiġi ffaċilitat l-adattament għat-tibdil fil-klima. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-objettivi ewlenin u l-kategorija indirizzata tal-impatt tat-tibdil fil-klima, bħal għargħar, żieda fil-livell tal-baħar, temperaturi estremi, nixfiet u avvenimenti oħra ta' temp estrem.

    Artikolu 16

    Ir-rapportar dwar l-appoġġ finanzjarju u teknoloġiku pprovdut lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw

    1.  L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni biex jippermettu rapportar koerenti f'waqtu mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha dwar appoġġ mogħti lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-UNFCCC, kif ikun applikabbli, inkluż kull format komuni li jintlaħaq qbil dwaru fil-UNFCCC, u biex jiżguraw rapportar annwali sat-30 ta' Settembru.

    2.  Fejn ikun rilevanti jew applikabbli taħt il-UNFCCC, l-Istati Membri għandhom iħabirku biex jipprovdu informazzjoni dwar flussi finanzjarji bbażati fuq l-hekk imsejħa “Rio markers” għal appoġġ marbut mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u appoġġ marbut mal-adattament għat-tibdil fil-klima mill-Kumitat għall-Għajnuna fl-Iżvilupp tal-OECD u l-informazzjoni dwar metodoloġija li tikkonċerna l-implimentazzjoni tal-metodoloġija tar-Rio markers tat-tibdil fil-klima.

    3.  Fejn tkun rapportata informazzjoni dwar flussi mobilizzati ta' finanzjament privat, din għandha tinkludi informazzjoni dwar id-definizzjonijiet u l-metodoloġiji użati biex jiddeterminaw iċ-ċifri.

    4.  F'konformità mad-deċiżjonijiet adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto jew ta' ftehimiet derivanti minnhom jew li jissuċċiedu għalihom, l-informazzjoni dwar appoġġ ipprovdut għandha tinkludi informazzjoni dwar appoġġ għal mitigazzjoni, adattament, bini ta' kapaċitajiet u trasferiment ta' teknoloġija u, jekk jista' jkun, informazzjoni dwar jekk ir-riżorsi finanzjarji humiex ġodda jew addizzjonali.

    Artikolu 17

    Ir-rapportar dwar l-użu tad-dħul mill-irkant u l-krediti tal-proġett

    1.  Sal-31 ta' Lulju ta' kull sena (sena X), l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni għas-sena X-1:

    (a) ġustifikazzjoni dettaljata kif imsemmi fl-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE;

    (b) informazzjoni dwar l-użu ta' dħul matul is-sena X-1 iġġenerat mill-Istati Membri permezz tal-irkant ta' kwoti skont l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, inkluża informazzjoni dwar dħul bħal dan li ntuża għal wieħed mill-iskopijiet jew aktar speċifikati fl-Artikolu 10(3) ta' dik id-Direttiva, jew l-ekwivalenti f'valur finanzjarju ta' dak id-dħul, u l-azzjonijiet meħuda skont dak l-Artikolu;

    (c) informazzjoni dwar l-użu, kif determinat mill-Istat Membru, tad-dħul kollu ġġenerat mill-Istat Membru permezz tal-irkant ta' kwoti tal-avjazzjoni skont l-Artikolu 3d(1) jew (2) tad-Direttiva 2003/87/KE; dik l-informazzjoni għandha tingħata f'konformità mal-Artikolu 3d(4) ta' dik id-Direttiva;

    (d) informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE u informazzjoni dwar kif il-politika tax-xiri tagħhom issaħħaħ il-kisba ta' ftehim internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima;

    (e) informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 11b(6) tad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward ta' attivitajiet ta' proġett għall-enerġija idroelettrika b'kapaċità ġenerattiva ta' aktar minn 20 MW.

    2.  Id-dħul mill-irkant mhux imħallas fiż-żmien li Stat Membru jippreżenta rapport lill-Kummissjoni skont dan l-Artikolu għandu jiġi kkwantifikat u rrapportat f'rapporti għas-snin sussegwenti.

    3.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku r-rapporti ppreżentati lill-Kummissjoni skont dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni aggregata tal-Unjoni disponibbli għall-pubbliku f'forma aċċessibbli faċilment.

    4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-istruttura, il-format u l-proċessi ta' preżentazjoni tar-rapportar ta' informazzjoni tal-Istati Membri skont dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' analiżi msemmija fl-Artikolu 26(2).

    Artikolu 18

    Rapporti ta' kull sentejn u komunikazzjonijiet nazzjonali

    1.  L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapporti ta' kull sentejn f'konformità mad-Deċiżjoni 2/CP.17 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC (Deċiżjoni 2/CP.17), jew ma' deċiżjonijiet rilevanti sussegwenti adottati mill-korpi tal-UNFCCC, u komunikazzjonijiet nazzjonali f'konformità mal-Artikolu 12 tal-UNFCCC lis-Segretarjat tal-UNFCCC.

    2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni kopji tal-komunikazzjonijiet nazzjonali u rapporti ta' kull sentejn ippreżentati lis-Segretarjat tal-UNFCCC.



    KAPITOLU 7

    IR-RIEŻAMI ESPERT TAL-UNJONI TAL-EMISSJONIJIET TA' GASSIJIET SERRA

    Artikolu 19

    Ir-rieżami tal-inventarju

    1.  Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami komprensiv tal-inventarju nazzjonali tad-data ppreżentat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7(4) ta' dan ir-Regolament biex tiġi determinata l-kwota tal-emissjonijiet annwali pprovduta fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, għall-applikazzjoni tal-Artikoli 20 u 27 ta' dan ir-Regolament u bil-ħsieb li tiġi mmonitorjata l-kisba tal-Istati Membri tal-miri ta' tnaqqis jew limitazzjoni fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħhom skont l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE fis-snin meta jitwettaq rieżami komprensiv.

    2.  Billi tibda bid-data rrapportata għas-sena 2013, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami annwali tad-data tal-inventarju nazzjonali ppreżentata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7(1) ta' dan ir-Regolament li hija rilevanti biex jiġu mmonitorjati t-tnaqqis jew il-limitazzjoni tagħhom tal-gassijiet serra tal-Istati Membri skont l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, u kwalunkwe miri oħrajn ta' tnaqqis jew limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra li huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jipparteċipaw b'mod sħiħ f'dak il-proċess.

    3.  Ir-rieżami komprensiv imsemmi f'paragrafu 1 għandu jinvolvi:

    (a) kontrolli li jivverifikaw it-trasparenza, il-preċiżjoni, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni ppreżentata;

    (b) kontrolli li jidentifikaw każijiet fejn id-data tal-inventarju titħejja b'mod li huwa inkonsistenti mad-dokumentazzjoni ta' gwida tal-UNFCCC jew mar-regoli tal-Unjoni; u

    (c) fejn xieraq, kalkolu tal-korrezzjonijiet tekniċi meħtieġa li jirriżultaw, f'konsultazzjoni mal-Istati Membri.

    4.  Ir-rieżamijiet annwali għandhom jinvolvu l-kontrolli stabbiliti fil-punt (a) tal-paragrafu 3. Meta mitlub minn Stat Membru f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni jew meta dawn il-kontrolli jidentifikaw kwistjonijiet sinifikanti, bħal:

    (a) rakkomandazzjonijiet minn rieżamijiet preċedenti tal-Unjoni jew tal-UNFCCC li ma ġewx implimentati, jew kwisjonijiet li ma ġewx spjegati minn Stat Membru; jew

    (b) stimi ogħla mill-valur reali jew sottostimi relatati mal-kategorija ewlenija f'inventarju ta' Stat Membru,

    ir-rieżami annwali għall-Istat Membru kkonċernat għandu jinvolvi wkoll il-kontrolli stabbiliti fil-punt (b) tal-paragrafu 3 sabiex il-kalkoli stabbiliti fil-punt (c) tal-paragrafu 3 jkunu jistgħu jitwettqu.

    5.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex jiġu determinati ż-żminijiet u l-passi għat-twettiq tar-rieżamikomprensiv u r-rieżami annwali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 rispettivament ta' dan l-Artikolu, inklużi l-kompiti stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu u biex tiġi żgurata konsultazzjoni xierqa tal-Istati Membri fir-rigward tal-konklużjonijiet tar-rieżamijiet. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' analiżi msemmija fl-Artikolu 26(2).

    6.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tiddetermina s-somma totali ta' emissjonijiet għas-sena rilevanti li jirriżultaw mid-data tal-inventarju kkorreġuta għal kull Stat Membru meta jitlesta r-rieżami rilevanti.

    7.  Id-data għal kull Stat Membru kif irreġistrata fir-reġistri stabbiliti skont l-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE u l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/87/KE fid-data li taħbat erba' xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta' att ta' implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, għandha tkun rilevanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE. Dan jinkludi bidliet għal data bħal din li tirriżulta mill-użu tal-flessibbiltajiet li jagħmel dak l-Istat Membru skont l-Artikoli 3 u 5 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE.

    Artikolu 20

    L-indirizzar tal-effetti tal-kalkoli mill-ġdid

    1.  Meta jitlesta r-rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju relatata mas-sena 2020 skont l-Artikolu 19, il-Kummissjoni għandha tikkalkula, skont il-formula stabbilita fl-Anness II, is-somma tal-effetti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra kkalkulati mill-ġdid għal kull Stat Membru.

    2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27(2) ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tuża, fost l-oħrajn, is-somma msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu meta tipproponi l-miri għat-tnaqqis jew il-limitazzjonijiet tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru għall-perijodu wara l-2020 skont l-Artikolu 14 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE.

    3.  Il-Kummissjoni għandha minnufih tippubblika r-riżultati tal-kalkoli magħmula skont il-paragrafu 1.



    KAPITOLU 8

    RAPPORTAR TAL-PROGRESS LEJN L-IMPENJI TAL-UNJONI U LEJN DAWK INTERNAZZJONALI

    Artikolu 21

    Rapportar dwar il-progress

    1.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa kull sena, abbażi ta' informazzjoni rrapportata skont dan ir-Regolament u b'konsultazzjoni mal-Istati Membri, il-progress magħmul mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha sabiex jintlaħqu dawn li ġejjin, bil-għan li jiġi ddeterminat jekk sarx biżżejjed progress:

    (a) l-impenji skont l-Artikolu 4 tal-UNFCCC u l-Artikolu 3 tal-Protokoll ta' Kjoto kif stabbilit fid-deċiżjonijiet adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC, jew mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto. Valutazzjoni bħal din għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni rrapportata f'konformità mal-Artikoli 7, 8, 10 u 13 sa 17;

    (b) l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE. Valutazzjoni bħal din għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni rrapportata f'konformità mal-Artikoli 7, 8, 13 u 14;

    ▼M3

    (c) l-obbligi skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/842. L-evalwazzjoni għandha tqis il-progress fil-politiki u l-miżuri tal-Unjoni u informazzjoni mill-Istati Membri. Kull sentejn, l-evalwazzjoni għandha tinkludi l-progress projettat tal-Unjoni lejn l-implimentazzjoni tal-Kontribut Maħsub Determinat fil-Livell Nazzjonali lejn il-Ftehim ta’ Pariġi li jħaddan l-impenn tal-Unjoni għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-ekonomija kollha u l-progress projettat tal-Istati Membri lejn it-twettiq tal-obbligi tagħhom skont dak ir-Regolament.

    ▼B

    2.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa kull sentejn l-impatt ġenerali tal-avjazzjoni fuq il-klima globali, inkluż permezz ta' emissjonijiet mhux tas-CO2 jew l-effetti, abbażi tad-data dwar l-emissjonijiet ipprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7, u ttejjeb dik il-valutazzjoni permezz ta' referenza għall-avvanzi xjentifiċi u d-data dwar it-traffiku tal-ajru, kif xieraq.

    3.  Sal-31 ta' Ottubru ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tipppreżenta rapport li jiġbor fil-qosor il-konklużjonijiet tal-valutazzjonijiet ipprovduti fil-paragrafi 1 u 2 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    Artikolu 22

    Ir-rapport dwar il-perijodu addizzjonali għall-issodisfar tal-impenji skont il-Protokoll ta' Kjoto

    L-Unjoni u kull Stat Membru għandhom jippreżentaw rapport lis-Segretarjat tal-UNFCCC dwar il-perijodu addizzjonali għall-issodisfar tal-impenji msemmija fil-paragrafu 3 tad-Deċiżjoni 13/CMP.1 meta jiskdadi dak il-perijodu.



    KAPITOLU 9

    KOOPERAZZJONI U APPOĠĠ

    Artikolu 23

    Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Unjoni

    L-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jikkooperaw u jikkoordinaw bis-sħiħ ma' xulxin fir-rigward tal-obbligi skont dan ir-Regolament dwar:

    (a) il-ġbir tal-inventarju tal-Unjoni dwar il-gassijiet serra u t-tħejjija tar-rapport dwar l-inventarju tal-Unjoni dwar il-gassijiet serra, skont l-Artikolu 7(5);

    (b) it-tħejjija tal-komunikazzjoni nazzjonali tal-Unjoni skont l-Artikolu 12 tal-UNFCCC u tar-rapport ta' kull sentejn tal-Unjoni skont id-Deċiżjoni 2/CP.17 jew deċiżjonijiet sussegwenti rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC;

    (c) il-proċeduri ta' rieżami u ta' konformità skont il-UNFCCC u l-Protokoll ta' Kjoto f'konformità ma' kwalunkwe deċiżjoni applikabbli skont il-UNFCCC jew il-Protokoll ta' Kjoto, kif ukoll il-proċedura tal-Unjoni li tirrieżamina l-inventarji tal-gassijiet serra tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 19 ta' dan ir-Regolament;

    (d) kwalunkwe aġġustamenti skont l-Artikolu 5(2) tal-Protokoll ta' Kjoto jew li jsegwu l-proċess ta' rieżami tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 19 ta' dan ir-Regolament jew bidliet oħra fl-inventarji u r-rapporti tal-inventarji ppreżentati, jew li għandhom jiġu ppreżentati, lis-Segretarjat tal-UNFCCC;

    (e) il-ġbir tal-inventarju tal-Unjoni dwar il-gassijiet serra approssimati, skont l-Artikolu 8;

    (f) ir-rapportar fir-rigward tal-irtirar ta' AAUs, RMUs, ERUs, CERs, tCERs u lCERs, wara l-perijodu addizzjonali msemmi fil-paragrafu 14 tad-Deċiżjoni 13/CMP.1 għall-issodisfar tal-impenji skont l-Artikolu 3(1) tal-Protokoll ta' Kjoto.

    Artikolu 24

    Ir-rwol tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent

    L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tgħin lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha sabiex tikkonforma mal-Artikoli 6 sa 9, 12 sa 19, 21 u 22 f'konformità mal-programm ta' ħidma annwali tagħha. Din għandha tinkludi għajnuna fil-kompiti li ġejjin:

    (a) il-ġbir tal-inventarju tal-Unjoni dwar il-gassijiet serra u t-tħejjija tar-rapport tal-inventarju tal-Unjoni dwar il-gassijiet serra;

    (b) it-twettiq ta' proċeduri ta' assigurazzjoni tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità sabiex jitħejja l-inventarju tal-Unjoni dwar il-gassijiet serra;

    (c) it-tħejjija tal-istimi għad-data mhux irrapportata fl-inventarji nazzjonali dwar il-gassijiet serra;

    (d) it-tmexxija tar-rieżamijiet;

    (e) il-ġbir tal-inventarju tal-Unjoni dwar il-gassijiet serra approssimati;

    (f) il-ġbir tal-informazzjoni rrapportata mill-Istati Membri dwar politiki u miżuri u projezzjonijiet;

    (g) it-twettiq ta' proċeduri ta' assigurazzjoni tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità fuq l-informazzjoni rrapportata mill-Istati Membri dwar projezzjonijiet u politiki u miżuri;

    (h) it-tħejjija tal-istimi għad-data dwar il-projezzjonijiet mhux irrapportata mill-Istati Membri;

    (i) il-ġbir tad-data meħtieġa għar-rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill imħejji mill-Kummissjoni;

    (j) it-tixrid tal-informazzjoni miġbura skont dan ir-Regolament, inkluż iż-żamma u l-aġġornament ta' bażi tad-data dwar il-politiki u l-miżuri ta' mitigazzjoni tal-Istati Membri u l-Pjattaforma Ewropea dwar l-Adattament għall-Klima dwar l-impatti, il-vulnerabbiltajiet u l-adattament għat-tibdil fil-klima.



    KAPITOLU 10

    DELEGA

    Artikolu 25

    L-eżerċitar tad-delega

    1.  Is-setgħa li tadotta atti ddelegati hija kkonferita fuq il-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

    2.   ►M1  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 6, 7 u l-Artikolu 10(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għall-perijodu ta’ ħames snin mit-8 ta’ Lulju 2013. ◄ Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded taċitament għal perijodi ta' żmien identiċi, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

    ▼M1

    2a.  Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati msemmija fl-Artikolu 10(5) u (6) għandha tingħata lill-Kummissjoni mid-data tal-konklużjoni mill-Unjoni tal-Emenda ta’ Doha għall-Protokoll ta’ Kjoto sat-tmiem tal-perijodu addizzjonali għall-ħarsien tal-impenji fit-tieni perijodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto.

    ▼B

    3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6, 7 u 10 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ mill-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Hija m'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ.

    4.  Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    5.  Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 6, 7 u 10 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.



    KAPITOLU 11

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 26

    Proċedura ta' kumitat

    ▼M4 —————

    ▼B

    2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    ▼M1

    3.  Fil-każ tal-Artikolu 10(7), meta l-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    ▼B

    Artikolu 27

    Rieżami

    1.  Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina regolarment il-konformità tad-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ u r-rapportar skont dan ir-Regolament mad-deċiżjonijiet futuri relatati mal-UNFCCC u l-Protokoll ta' Kjoto jew leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta regolarment ukoll jekk l-iżviluppi fil-qafas tal-UNFCCC jikkawżawx sitwazzjoni li fiha l-obbligi skont dan ir-Regolament jibqgħux meħtieġa, jkunux proporzjonati mal-benefiċċji korrispondenti, jeħtiġux li jiġu aġġustati jew ikunux konsistenti, jew huma duplikattivi, għar-rekwiżiti ta' rapportar skont l-UNFCCC, u għandha tippreżenta, jekk adegwat, proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    2.  Sa Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk l-impatt tal-użu tal-linji gwida tal-IPCC 2006 għall-Inventarji Nazzjonali dwar il-Gassijiet Serra, jew bidla sinifikanti fil-metodoloġiji użati tal-UNFCCC, biex jiġu determinati l-inventarji tal-gassijiet serra twassalx għal differenza ta' aktar minn 1 % fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra totali ta' Stat Membru rilevanti għall-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE u tista' tirrevedi l-kwoti tal-emissjonijiet annwali tal-Istati Membri kif previst fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE.

    Artikolu 28

    Tħassir

    Id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE hija b'dan imħassra. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness IV.

    Artikolu 29

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    GASSIJIET SERRA

    Diossidu tal-Karbonju (CO2)

    Metan (CH4)

    Ossidu nitruż (N2O)

    Eżafluworur tal-karbonju (SF6)

    Trifluworur tan-nitroġenu (NF3)

    Idrofluworokarburi (HFCs):

     HFC-23 CHF3

     HFC-32 CH2F2

     HFC-41 CH3F

     HFC-125 CHF2CF3

     HFC-134 CHF2CHF2

     HFC-134a CH2FCF3

     HFC-143 CH2FCHF2

     HFC-143a CH3CF3

     HFC-152 CH2FCH2F

     HFC-152a CH3CHF2

     HFC-161 CH3CH2F

     HFC-227ea CF3CHFCF3

     HFC-236cb CF3CF2CH2F

     HFC-236ea CF3CHFCHF2

     HFC-236fa CF3CH2CF3

     HFC-245fa CHF2CH2CF3

     HFC-245ca CH2FCF2CHF2

     HFC-365mfc CH3CF2CH2CF3

     HFC-43-10mee CF3CHFCHFCF2CF3 jew (C5H2F10)

    Perfluworokarburi (PFCs):

     PFC-14, Perfluworometan, CF4

     PFC-116, Perfluworoetan, C2F6

     PFC-218, Perfluworopropan, C3F8

     PFC-318, Perfluworoċiklobutan, c-C4F8

     Perfluworoċiklopropan c-C3F6

     PFC-3-1-10, Perfluworobutan, C4F10

     PFC-4-1-12, Perfluworopentan, C5F12

     PFC-5-1-14, Perfluworoeżan, C6F14

     PFC-9-1-18, C10F18




    ANNESS II

    Is-somma tal-effetti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra kkalkulati mill-ġdid mill-Istat Membru kif imsemmija fl-Artikolu 20(1)

    Is-somma tal-effetti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra kkalkulati mill-ġdid mill-Istat Membru għandha tiġi kkalkulata billi tintuża l-formula li ġejja:

    image

    Fejn:

     ti, hija l-kwota tal-emissjonijiet annwali tal-Istat Membru għas-sena i kif determinata skont ir-raba' paragrafu tal-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE kif determinata fl-2012 jew, jekk applikabbli, kif determinata fl-2016 abbażi tar-reviżjoni mwettqa f'konformità mal-Artikolu 27(2) ta' dan ir-Regolament u skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE,

     ti,2022 hija l-kwota tal-emissjonijiet annwali tal-Istat Membru għas-sena i skont ir-raba' paragrafu tal-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE kif tiġi kkalkulata li kieku d-data rieżaminata tal-inventarju ppreżentata fl-2022 tintuża bħala input,

     ei,j hija l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Istati Membri għas-sena i kif stabbiliti skont l-atti adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 19(6) wara r-rieżami espert tal-inventarju fis-sena j.




    ANNESS III

    LISTA TA' INDIKATURI ANNWALI



    Tabella 1  Lista ta' indikaturi prijoritarji (1)

    Nru

    In-Nomenklatura fl-indikaturi tal-Eurostat tal-effiċjenza fl-enerġija

    L-indikatur

    In-numeratur/id-denominatur

    Gwida / definizzjonijiet (2) (3)

    1

    MACRO

    L-intensità totali tas-CO2 tal-PGD, t/Miljuni ta' Euro

    L-emissjonijiet totali tas-CO2, kt

    L-emissjonijiet totali tas-CO2 (ħlief il-LULUCF) kif ġie rrapportat fis-CRF

    Il-PGD, Biljuni ta' Euro (EC95)

    Il-prodott gross domestiku bil-prezzijiet kostanti tal-1995 (sors: Kontijiet Nazzjonali)

    2

    MACRO B0

    L-intensità tas-CO2 relatata mal-enerġija tal-PGD, t/Miljuni ta' Euro

    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-konsum tal-enerġija, kt

    L-emissjonjiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A, metodu settorjali)

    Il-PGD, Biljuni ta' Euro (EC95)

    Il-prodott gross domestiku bil-prezzijiet kostanti tal-1995 (sors: Kontijiet Nazzjonali)

    3

    TRANSPORT C0

    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri, kt

     

    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili għall-attività kollha ta' trasport bil-karozzi tal-passiġġieri (karozzi mfassla primarjament għat-trasport tal-persuni u li jesgħu 12-il persuna jew inqas; klassi tal-piż gross tal-vettura ta' 3 900 kg jew inqas — kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A3bi).

    In-numru ta' kilometri mill-karozzi tal-passiġġieri, Mkm

     

    In-numru ta' kilometri mill-karozzi tal-passiġġieri. (sors: statistika tat-trasport)

    Nota: Jekk ikun possibbli, id-data ta' attività għandha tkun konsistenti mad-data dwar l-emissjonijiet.

    4

    INDUSTRY A1

    L-intensità tas-CO2 relatata mal–enerġija tal-industrija, t/Miljuni ta' Euro

    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-industrija, kt

    L-emissjonijiet mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili fl-industriji tal-manifattura, fil-kostruzzjoni u fit-tħaffir fil-minjieri u fil-barrieri (ħlief għall-minjieri tal-faħam u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass) inkluża l-kombustjoni għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A2). L-enerġija li tintuża għat-trasport mill-industrija m'għandiex tkun inkluża hawnhekk imma fl-indikaturi tat-trasport. L-emissjonijiet li jirriżultaw minn makkinarju mobbli għat-toroq imħarbta u ta' xort'oħra fl-industrija għandhom ikunu inklużi f'dan is-settur.

    Il-valur miżjud gross totali tal-industrija, Biljuni ta' Euro (EC95)

    Il-valur miżjud gross bil-prezzijiet kostanti tal-1995 fl-industriji tal-manifattura (NACE 15-22, 24-37), fil-kostruzzjoni (NACE 45) u fit-tħaffir fil-minjieri u fil-barrieri (ħlief il-minjieri tal-faħam u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass) (NACE 13-14) (sors: Kontijiet Nazzjonali)

    5

    HOUSEHOLDS A.1

    L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tad-djar, t/dar

    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-konsum tal-fjuwils fossili fid-djar, kt

    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili fid-djar (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A4b).

    Il-ħażna ta' djar okkupati b'mod permanenti, 1 000

    Il-ħażna ta' djar okkupati b'mod permanenti

    6

    SERVICES A0

    L-intensità tas-CO2 tas-settur kummerċjali u istituzzjonali, t/Miljuni ta' Euro

    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-konsum tal-fjuwils fossili fis-settur kummerċjali u istituzzjonali, kt

    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili f'bini kummerċjali u istituzzjonali fis-setturi pubbliċi u privati (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A4a). L-enerġija li ntużat għat-trasport mis-servizzi m'għandiex tkun inkluża hawnhekk imma fl-indikaturi tat-trasport.

    Il–valur miżjud gross tas-servizzi, Biljuni ta' Euro (EC95)

    Il-valur miżjud gross bil-prezzijiet kostanti tal-1995 fis-servizzi (NACE 41, 50, 51, 52, 55, 63, 64, 65, 66, 67, 70, 71, 72, 73, 74, 75, 80, 85, 90, 91, 92, 93, 99) (sors: Kontijiet Nazzjonali)

    7

    TRANSFORMATION B0

    L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-impjanti pubbliċi u awtoproduċenti tal-enerġija, t/TJ

    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-impjanti pubbliċi u awtoproduċenti tal-enerġija termali, kt

    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili kollha għall-produzzjoni tal-elettriku u tas-sħana grossi minn impjanti pubbliċi u awtoproduċenti tal-enerġija termali u tas-sħana u tal-enerġija kkombinati. L-emissjonijiet mill-impjanti tas-sħana biss mhumiex inklużi.

    Il-prodotti kollha — l-output mill-impjanti pubbliċi u awtoproduċenti tal-enerġija termali, PJ

    L-elettriku gross prodott u kwalunkwe sħana mibjugħa lil partijiet terzi (impjanti tas-sħana u tal-enerġija kkombinati — CHP) minn impjanti pubbliċi u awtoproduċenti tal-enerġija termali u tas-sħana u tal-enerġija kkombinati. L-output mill-impjanti tas-sħana mhux inkluż. L-impjanti pubbliċi termali jiġġeneraw elettriku (u sħana) għall-bejgħ lil partijiet terzi, bħala l-attività primarja tagħhom. Jistgħu jkunu proprjetà ta' persuni privati jew pubbliċi. L-impjanti awtoproduċenti tal-enerġija termali jiġġeneraw l-elettriku (u s-sħana) għalkollox jew parzjalment għall-użu tagħhom bħala attività, li ssostni l-attività primarja tagħhom. Il-ġenerazzjoni tal-elettriku gross titkejjel fl-iżbokk tat-transformers ewlenin, jiġifieri l-konsum tal-elettriku fl-awżiljari tal-impjant u fit-transformers huwa inkluż. (sors: bilanċ tal-enerġija)

    (1)   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw numeratur u denominatur, jekk ma jkunux inklużi fil-format komuni ta' rapportar ((CRF) (common reporting format)).

    (2)   L-Istati Membri għandhom isegwu din il-gwida. Jekk ma jistgħux isegwu din il-gwida eżattament jew jekk in-numeratur u d-denominatur ma jkunux għalkollox konsistenti, l-Istati Membri għandhom jindikaw dan b'mod ċar.

    (3)   Ir-referenzi għall-kategoriji tas-sorsi tal-IPCC jirreferu għall-IPCC (1996) Revised 1996 IPCC Guidelines for National Greenhouse Gas Inventories (Il-Linji ta' Gwida Riveduti tal-IPCC għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-1966).



    Tabella 2  Lista ta' indikaturi prijoritarji addizzjonali (1)

    Nru

    In-Nomenklatura fl-indikaturi tal-Eurostat tal-effiċjenza fl-enerġija

    L-indikatur

    In-numeratur/id-denominatur

    Gwida / Definizzjonjiet (2)

    1

    TRANSPORT D0

    L-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport tal-merkanzija fit-triq, kt

     

    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili għall-attività kollha tat-trasport bi trakkijiet li ma jifilħux għal ħafna strapazz (vetturi b'piż gross tal-vettura ta' 3 900 kg jew inqas imfassla primarjament għat-trasport ta' merkanzija li ma tantx tkun tqila jew li jkunu mgħammra b'karatteristiċi speċjali bħal li tingrana fuq erba' roti (four-wheel drive) għal sewqan f'toroq imħarbta — kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A3bii) u trakkijiet li jifilħu għall-istrapazz (kwalunkwe vettura kklassifikata bħala li għandha aktar minn 3 900 kg f'piż gross tal-vettura mfassla primarjament għat-trasport ta' merkanzija tqila — kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A3biii ħlief il-karozzi tal-linja).

    It-trasport tal-merkanzija fit-toroq, Mtkm

     

    In-numru ta' tunnellati metriċi f'kilometri ttrasporati fi trakkijiet li ma tantx jifilħu għal strapazz u fi trakkjiet li jifilħu għall-istrapazz fit-toroq; tunnellata metrika f'kilometru wieħed tirrappreżenta t-trasport ta' tunnellata metrika fit-triq tul kilometru wieħed. (sors: statistika tat-trasport)

    Nota: Jekk ikun possibbli, id-data ta' attività għandha tkun konsistenti mad-data dwar l-emissjonijiet.

    2

    INDUSTRY A1.1

    L-intensità totali tas-CO2 — l-industrija tal-ħadid u tal-azzar, t/Miljuni ta' Euro

    L-emissjonijiet totali tas-CO2 mill-ħadid u mill-azzar, kt

    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili fil-manifattura tal-ħadid u tal-azzar inkluża l-kombustjoni għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A2a), mill-proċess ta' produzzjoni tal-ħadid u tal-azzar (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 2C1) u mill-proċess ta' produzzjoni tal-ligi tal-ħadid (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 2C2).

    Il-valur miżjud gross — l-industrija tal-ħadid u tal-azzar, Biljuni ta' Euro (EC95)

    Il-valur miżjud gross bil-prezzijiet kostanti tal-1995 fil-manifattura tal-ħadid u tal-azzar bażiċi u tal-ligi tal-ħadid (NACE 27.1), fil-manifattura tat-tubi (NACE 27.2), l-ewwel ipproċessar ieħor tal-ħadid u tal-azzar (NACE (27.3), il-ikkastjar tal-ħadid (NACE 27.51) u l-ikkastjar tal-azzar (NACE 27.52). (sors: Kontijiet Nazzjonali)

    3

    INDUSTRY A1.2

    L-intensità tas-CO2 relatata mal-enerġija — l-industrija kimika, t/Miljuni ta' Euro

    L-emissjonijiet tas-CO2 relatati mal-enerġija fl-industriji kimiċi, kt

    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili fil-manifattura tal-kimiċi u tal-prodotti kimiċi, inkluża l-kombustjoni għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A2c).

    Il-valur miżjud gross għall-industrija kimika, Biljuni ta' Euro (EC95)

    Il-valur miżjud gross bil-prezzijiet kostanti tal-1995 fil-manifattura tal-kimiċi u tal-prodotti kimiċi (NACE 24) (sors: Kontijiet Nazzjonali)

    4

    INDUSTRY A1.3

    L-intensità tas-CO2 relatata mal-enerġija — l-industrija tal-ħġieġ, tal-fuħħar u tal-materjali tal-bini, t/Miljuni ta' Euro

    L-emissjonijiet tas-CO2 relatati mal-enerġija tal-ħġieġ, tal-fuħħar u tal-materjali tal-bini, kt

    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fil-manifattura ta' prodotti minerali mhux metalliċi (NACE 26) inkluża l-kombustjoni għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana.

    Il-valur miżjud gross — l-industrija tal-ħġieġ, tal-fuħħar u tal-materjali tal-bini, Biljuni ta' Euro (EC95)

    Il-valur miżjud gross bil-prezzijiet kostanti tal-1995 fil-manifattura ta' prodotti minerali mhux metalliċi (NACE 26) (sors: Kontijiet Nazzjonali)

    5

    INDUSTRY C0.1

    L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-industrija tal-ħadid u tal-azzar, t/t

    L-emissjonijiet totali tas-CO2 mill-ħadid u mill-azzar, kt

    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili fil-manifattura tal-ħadid u tal-azzar inkluża l-kombustjoni għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A2a), mill-proċess ta' produzzjoni tal-ħadid u tal-azzar (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 2C1) u mill-proċess ta' produzzjoni tal-ligi tal-ħadid (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 2C2).

    Il-produzzjoni tal-azzar bl-ossiġnu, kt

    Il-produzzjoni tal-azzar bl-ossiġnu, kt (NACE 27) (sors: statistika tal-produzzjoni)

    6

    INDUSTRY C0.2

    L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 relatati mal-enerġija tal-industrija tas-siment, t/t

    L-emissjonijiet tas-CO2 relatati mal-enerġija mill-ħġieġ, mill-fuħħar u mill-materjali tal-bini, kt

    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fil-manifattura ta' prodotti minerali mhux metalliċi (NACE 26) inkluża l-kombustjoni għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana.

    Il-produzzjoni tas-siment, kt

    Il-produzzjoni tas-siment (NACE 26) (sors: statistika tal-produzzjoni)

    (1)   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw numeratur u denominatur, jekk ma jkunux inklużi fis-CRF.

    (2)   L-Istati Membri għandhom isegwu din il-gwida. Jekk ma jistgħux isegwu din il-gwida eżattament jew jekk in-numeratur u d-denominatur ma jkunux għalkollox konsistenti, l-Istati Membri għandhom jindikaw dan b'mod ċar.



    Tabella 3  Lista ta' indikaturi supplimentari

    Nru

    In-Nomenklatura fl-indikaturi tal-Eurostat tal-effiċjenza fl-enerġija

    L-indikatur

    In-numeratur/id-denominatur

    Gwida/definizzjonjiet

    1

    TRANSPORT B0

    L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 relatati mad-diżil tal-karozzi tal-passiġġieri, g/100km

    L-emissjonijiet tas-CO2 ta' karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu bid-diżil, kt

    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tad-diżil għall-attività kollha ta' trasport bil-karozzi tal-passiġġeri (karozzi mfassla primarjament għat-trasport tal-persuni u li jesgħu 12-il persuna jew inqas; klassi tal-piż gross tal-vettura ta' 3 900 kg jew inqas — kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A3bi diżil biss).

    In-numru ta' kilometri ta' karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu bid-diżil, Miljuni km

    In-numru ta' kilometri ta' vettura ta' karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu għalkollox bid-diżil b'liċenzja biex jużaw toroq miftuħa għat-traffiku pubbliku. (sors: statistika tat-trasport)

    2

    TRANSPORT B0

    L-emissjonijiet speċifiċi relatati mal-petrol tas-CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri, g/100km

    L-emissjonijiet tas-CO2 ta' karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu bil-petrol, kt

    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-petrol għall-attività kollha ta' trasport bil-karozzi tal-passiġġieri (karozzi mfassla primarjament għat-trasport tal-persuni u li jesgħu 12-il persuna jew inqas; klassi tal-piż gross tal-vettura ta' 3 900 kg jew inqas — kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A3bi petrol biss).

    In-numru ta' kilometri ta' karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu bil-petrol, Miljuni km

    In-numru ta' kilometri ta' vettura ta' karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu għalkollox bil-petrol b'liċenzja biex jużaw toroq miftuħa għat-traffiku pubbliku. (sors: statistika tat-trasport)

    3

    TRANSPORT C0

    L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri, t/pkm

    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri, kt

    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili għall-attività kollha ta' trasport bil-karozzi tal-passiġġieri (karozzi mfassla primarjament għat-trasport tal-persuni u li jesgħu 12-il persuna jew inqas; klassi tal-piż gross tal-vettura ta' 3 900 kg jew inqas — kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A3bi).

    It-trasport tal-passiġġieri bil-karozzi, Mpkm

    In-numru ta' kilometri ta' passiġġieri vvjaġġati f'karozzi tal-passiġġieri; kilometru ta' passiġġier wieħed huwa t-trasport ta' passiġġier wieħed tul kilometru wieħed. (sors: statistika tat-trasport)

    Nota: Jekk ikun possibbli, id-data ta' attività għandha tkun konsistenti mad-data dwar l-emissjonijiet.

    4

    TRANSPORT E1

    L-emissjonijiet speċifiċi tat-trasport bl-ajru, t/passiġġier

    L-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport domestiku bl-ajru, kt

    L-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport domestiku bl-ajru (kummerċjali, privat, agrikolu, eċċ.), inklużi t-tluq u l-inżul (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A3aii). Eskludi l-użi tal-fjuwil fl-ajruporti għat-trasport fuq l-art. Eskludi wkoll il-fjuwil għal kombustjoni stazzjonarja fl-ajruporti.

    Il-passiġġeri domestiċi bl-ajru, Miljuni

    In-numru ta' persuni, ħlief il-membri fuq xogħol tal-ekwipaġġi tat-titjira u tal-kabina, li qed jagħmlu l-vjaġġ bl-ajru (avjazzjoni domestika biss) (sors: statistika tat-trasport)

    Nota: Jekk ikun possibbli, id-data ta' attività għandha tkun konsistenti mad-data dwar l-emissjonijiet.

    5

    INDUSTRY A1.4

    L-intensità tas-CO2 relatata mal-enerġija — l-industrija tal-ikel, tax-xorb u tat-tabakk, t/Miljuni ta' Euro

    L-emissjonijiet tas-CO2 relatati mal-enerġija tal-industriji tal-ikel, kt

    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili fil-manifattura tal-prodotti tal-ikel u tax-xorb u tal-prodotti tat-tabakk inkluża l-kombustjoni għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A2e).

    Il-valur miżjud gross — l-industrija tal-ikel, tax-xorb u tat-tabakk, Miljuni ta' Euro (EC95)

    Il-valur miżjud gross bil-prezzijiet kostanti tal-1995 fil-manifattura tal-prodotti tal-ikel u tax-xorb (NACE 15) u tal-prodotti tat-tabakk (NACE 16) (sors: Kontijiet Nazzjonali)

    6

    INDUSTRY A1.5

    L-intensità tas-CO2 relatata mal-enerġija — l-industrija tal-karta u tal-istampar, t/Miljuni ta' Euro

    L-emissjonijiet tas-CO2 relatati mal-enerġija mill-karta u l-istampar, kt

    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili fil-manifattura tal-polpa, tal-karta u tal-prodotti tal-karta u fil-pubblikazzjoni, fl-istampar u fir-riproduzzjoni ta' midja rrekordjati inklużi l-emissjonijiet mill-kombustjoni għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A2d).

    Il-valur miżjud gross — l-industrija tal-karta u tal-istampar, Miljuni ta' Euro (EC95)

    Il-valur miżjud gross bil-prezzijiet kostanti tal-1995 fil-manifattura tal-polpa, tal-karta u tal-prodotti tal-karta (NACE 21) u fil-pubblikazzjoni, fl-istampar u fir-riproduzzjoni ta' midja rrekordjata (NACE 22) (sors: Kontijiet Nazzjonali)

    7

    HOUSEHOLDS A0

    L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tad-djar għat-tisħin tal-ispazju, t/m2

    L-emissjonijiet tas-CO2 għat-tisħin tal-ispazju fid-djar, kt

    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwil għat-tisħin tal-ispazju fid-djar.

    L-erja tas-superfiċje ta' djar okkupati b'mod permanenti, Miljuni m2

    L-erja totali tas-superfiċje ta'djar okkupati b'mod permanenti

    8

    SERVICES B0

    L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tas-settur kummerċjali u istituzzjonali għat-tisħin tal-ispazju, kg/m2

    L-emissjonijiet tas-CO2 mit-tisħin tal-ispazju fis-setturi kummerċjali u istituzzjonali, kt

    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili għat-tisħin tal-ispazju f'bini kummerċjali u istituzzjonali fis-setturi pubbliċi u privati.

    L-erja tas-superfiċje tal-bini tas-servizzi, Miljuni m2

    L-erja totali tas-superfiċje tal-bini tas-servizzi (NACE 41, 50, 51, 52, 55, 63, 64, 65, 66, 67, 70, 71, 72, 73, 74, 75, 80, 85, 90, 91, 92, 93, 99)

    9

    TRANSFORMATION D0

    L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-impjanti pubbliċi tal-enerġija, t/TJ

    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-impjanti pubbliċi tal-enerġija termali, kt

    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili kollha għall-produzzjoni tal-elettriku u tas-sħana grossi mill-impjanti pubbliċi tal-enerġija termali u tas-sħana u tal-enerġija kkombinata (kategoriji tas-sorsi tal-IPCC 1A1ai u 1A1aii). L-emissjonijiet mill-impjanti tas-sħana biss mhumiex inklużi.

    L-output tal-prodotti kollha mill-impjanti pubbliċi tal-enerġija termali, PJ

    L-elettriku gross prodott u kwalunkwe sħana mibjugħa lil partijiet terzi (impjanti tas-sħana u tal-enerġija kkombinati — CHP) minn impjanti pubbliċi tal-enerġija termali u tas-sħana u tal-enerġija kkombinati. L-output mill-impjanti tas-sħana biss mhux inkluż. L-impjanti pubbliċi termali jiġġeneraw elettriku (u sħana) għall-bejgħ lil partijiet terzi, bħala l-attività primarja tagħhom. Jistgħu jkunu proprjetà ta' persuni privati jew pubbliċi. Il-ġenerazzjoni tal-elettriku gross titkejjel fl-iżbokk tat-transformers ewlenin, jiġifieri l-konsum tal-elettriku fl-awżiljari tal-impjant u fit-transformers huwa inkluż. (sors: bilanċ tal-enerġija)

    10

    TRANSFORMATION E0

    L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-impjanti awtoproduċenti, t/TJ

    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-awtoproduċenti, kt

    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili kollha għall-produzzjoni tal-elettriku u tas-sħana grossi minn impjanti awtoproduċenti tal-enerġija termali u tas-sħana u tal-enerġija kkombinati.

    L-output tal-prodotti kollha mill-impjanti awtoproduċenti tal-enerġija termali, PJ

    L-elettriku gross prodott u kwalunkwe sħana mibjugħa lil partijiet terzi (sħana u enerġija kkombinati — CHP) mill-impjanti awtoproduċenti tal-enerġija termali u tas-sħana u tal-enerġija kkombinati. L-impjanti awtoproduċenti tal-enerġija termali jiġġeneraw l-elettriku (u s-sħana) għalkollox jew parzjalment għall-użu tagħhom bħala attività, li ssostni l-attività primarja tagħhom. Il-ġenerazzjoni tal-elettriku gross titkejjel fl-iżbokk tat-transformers ewlenin, jiġifieri l-konsum tal-elettriku fl-awżiljari tal-impjant u fit-transformers huwa inkluż. (sors: bilanċ tal-enerġija)

    11

    TRANSFORMATION

    L-intensità tal-karbonju tal-ġenerazzjoni totali tal-enerġija, t/TJ

    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-produzzjoni tal-enerġija klassika, kt

    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili kollha għall-produzzjoni tal-elettriku u tas-sħana grossi mill-impjanti pubbliċi tal-enerġijatermali u tas-sħana u tal-enerġija kkombinati u mill-impjanti awtoproduċenti tal-enerġija termali u tas-sħana u tal-enerġija kkombinati. L-emissjonijiet mill-impjanti tas-sħana biss mhumiex inklużi.

    L-output tal-prodotti kollha minn impjanti pubbliċi u awtoproduċenti tal-enerġija, PJ

    L-elettriku gross prodott u kwalunkwe sħana mibjugħa lil partijiet terzi (sħana u enerġija kkombinati — CHP) minn impjanti pubbliċi u awtoproduċenti tal-enerġija u tas-sħana u tal-enerġija kkombinati. Jinkludi l-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli u bl-enerġija nukleari. (sors: bilanċ tal-enerġija)

    12

    TRANSPORT

    L-intensità tal-karbonju tat-trasport, t/TJ

    L-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport, kt

    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-fjuwils fossili għall-attività kollha tat-trasport (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A3)

    Il-konsum totali tal-enerġija finali mit-trasport, PJ

    Jinkludi l-konsum totali tal-enerġija finali mit-trasport mis-sorsi kollha tal-enerġija (inkluż il-konsum tal-bijomassa u tal-elettriku) (sors: bilanċ tal-enerġija)

    13

    INDUSTRY C0.3

    L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 relatati mal-enerġija tal-industrija tal-karta, t/t

    L-emissjonijiet tas-CO2 relatati mal-enerġija mill-industriji tal-karta u tal-istampar, kt

    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili fil-manifattura tal-polpa, tal-karta u tal-prodotti tal-karta u fil-pubblikazzjoni, fl-istampar u fir-riproduzzjoni ta' midja rrekordjati inklużi l-emissjonijiet mill-kombustjoni għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A2d).

    L-output fiżiku tal-karta, kt

    L-output fiżiku tal-karta (NACE 21) (sors: statistika tal-produzzjoni)

    14

    INDUSTRY

    L-emissjonijiet tas-CO2 mis-settur tal-industrija, kt

     

    L-emissjonijiet mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili fl-industriji tal-manifattura, fil-kostruzzjoni u fit-tħaffir fil-minjieri u fil-barrieri (ħlief għall-minjieri tal-faħam u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass) inkluża l-kombustjoni għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A2). L-enerġija li tintuża għat-trasport mill-industrija m'għandiex tkun inkluża hawnhekk imma fl-indikaturi tat-trasport. L-emissjonijiet li jirriżultaw minn makkinarju mobbli għat-toroq imħarbta u ta' xort'oħra fl-industrija għandhom ikunu inklużi f'dan is-settur.

    Il-konsum totali tal-enerġija finali mill-industrija, PJ

     

    Jinkludi l-konsum totali tal-enerġija finali tal-industrija mis-sorsi kollha tal-enerġija (inkluż il-konsum tal-bijomassa u tal-elettriku) (sors: bilanċ tal-enerġija)

    15

    HOUSEHOLDS

    L-emissjonijiet tas-CO2 mid-djar, kt

     

    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili fid-djar (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A4b).

    Il-konsum totali tal-enerġija finali mid-djar, PJ

     

    Jinkludi l-konsum totali tal-enerġija finali tad-djar mis-sorsi kollha tal-enerġija (inkluż il-konsum tal-bijomassa u tal-elettriku) (sors: bilanċ tal-enerġija)

    ▼M2




    ANNESS IIIA

    Metodoloġiji għall-monitoraġġ u r-rapportar imsemmija fil-punt (da) tal-Artikolu 7(1)

    Approċċ 3: Data ta’ konverżjoni tal-użu tal-art ġeografikament espliċita skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006.

    Il-metodoloġija tal-Grad 1 skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006.

    Għall-emissjonijiet u l-assorbimenti minn raggruppament ta’ karbonju li jifforma mill-inqas 25-30 % tal-emissjonijiet jew l-assorbimenti f’kategorija ta’ sors jew bir li hija prijoritizzata fi ħdan sistema ta’ inventarju nazzjonali ta’ Stat Membru peress li l-istima tiegħu għandha influwenza sinifikanti fuq l-inventarju ta’ gassijiet serra totali ta’ pajjiż f’termini tal-livell assolut ta’ emissjonijiet u assorbimenti, ix-xejra fl-emissjonijiet u l-assorbimenti, jew l-inċertezza fl-emissjonijiet u l-assorbimenti fil-kategoriji tal-użu tal-art, mill-inqas metodoloġija tal-Grad 2 skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006.

    L-Istati Membri huma mħeġġa japplikaw il-metodoloġija tal-Grad 3, skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006.

    ▼B




    ANNESS IV



    TABELLA TA' KORRELAZZJONI

    Deċiżjoni Nru 280/2004/KE

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1

    Artikolu 1

    Artikolu 2(1)

    Artikolu 4(1)

    Artikolu 2(2)

    Artikolu 2(3)

    Artikolu 4(3)

    Artikolu 3(1)

    Artikolu 7(1) u Artikolu 7(3)

    Artikolu 3(2)

    Artikolu 13(1) u Artikolu 14(1)

    Artikolu 3(3)

    Artikolu 123

    Artikolu 4(1)

    Artikolu 6

    Artikolu 4(2)

    Artikolu 4(3)

    Artikolu 24

    Artikolu 4(4)

    Artikolu 5(1)

    Artikolu 5(1)

    Artikolu 21(1)

    Artikolu 5(2)

    Artikolu 21(3)

    Artikolu 5(3)

    Artikolu 5(4)

    Artikolu 5(5)

    Artikolu 22

    Artikolu 5(6)

    Artikolu 5(7)

    Artikolu 24

    Artikolu 6(1)

    Artikolu 10(1)

    Artikolu 6(2)

    Artikolu 10(3)

    Artikolu 7(1)

    Artikolu 7(2)

    Artikolu 11(1) u Artikolu 11(2)

    Artikolu 7(3)

    Artikolu 8(1)

    Artikolu 23

    Artikolu 8(2)

    Artikolu 7(4)

    Artikolu 8(3)

    Artikolu 9(1)

    Artikolu 26

    Artikolu 9(2)

    Artikolu 9(3)

    Artikolu 10

    Artikolu 11

    Artikolu 28

    Artikolu 12

    Artikolu 29




    Dikjarazzjonijiet mill-Kummissjoni

    “Il-Kummissjoni tieħu nota li l-Artikolu 10 tal-proposta oriġinali tagħha tħassar. Madankollu, sabiex tittejjeb il-kwalità tad-data u t-trasparenza dwar l-emissjonijiet ta' CO2 u informazzjoni oħra rilevanti għall-klima relatata mat-trasport marittimu, il-Kummissjoni taqbel li, minflok, tindirizza din il-kwistjoni bħala parti mill-inizjattiva futura tagħha dwar il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet mit-trasport marittimu li l-Kummissjoni qed timpenja ruħha li tadotta matul l-ewwel nofs tal-2013. Il-Kummissjoni biħsiebha tipproponi emenda għal dan ir-Regolament f'dak il-kuntest.”

    “Il-Kummissjoni tinnota li jistgħu jkunu meħtieġa regoli supplimentari li jirrigwardaw il-ħolqien, iż-żamma u l-modifika tas-sistema tal-Unjoni għal linji ta' politika, miżuri u projezzjonijiet kif ukoll it-tħejjija ta' inventarji armonizzati dwar gassijiet b'effett ta' serra sabiex jiġi żgurat li r-Regolament jaħdem tajjeb. Minn kmieni fl-2013, il-Kummissjoni ser teżamina l-kwistjoni b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u, jekk ikun xieraq, tagħmel proposta biex jiġi emendat ir-Regolament.”



    ( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).

    ( 2 ) Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1).

    Top