Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02007R1379-20071130

    Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1379/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jemenda l-Annessi IA, IB, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjaġġi ta’ skart, sabiex jitqiesu l-progress tekniku u l-bidliet miftiehma skond il-Konvenzjoni ta’ Basel (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1379/2007-11-30

    2007R1379 — MT — 30.11.2007 — 000.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1379/2007

    tas-26 ta’ Novembru 2007

    li jemenda l-Annessi IA, IB, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjaġġi ta’ skart, sabiex jitqiesu l-progress tekniku u l-bidliet miftiehma skond il-Konvenzjoni ta’ Basel

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (ĠU L 309, 27.11.2007, p.7)


    Ikkoreġut b'

    ►C1

    Rettifika, ĠU L 299, 8.11.2008, p. 50  (1379/07)




    ▼B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1379/2007

    tas-26 ta’ Novembru 2007

    li jemenda l-Annessi IA, IB, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjaġġi ta’ skart, sabiex jitqiesu l-progress tekniku u l-bidliet miftiehma skond il-Konvenzjoni ta’ Basel

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)



    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjaġġi ta’ skart ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 58(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-ftehim tat-tmien laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll ta' Movimenti Transkonfinali ta' Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, li saret bejn is-27 ta’ Novembru u l-1 ta’ Diċembru 2006, jeħtieġ emendi għall-Annessi IA, IB, VII u VIII għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 dwar vjaġġi ta’ skart. L-emendi jikkonċernaw is-sostituzzjoni ta’ “kg” u “litru” b’“Tunnellati metriċi” u “m3” fil-blokk 5 tad-dokument ta’ notifika fl-Anness IA, fil-blokki 5 u 18 tad-dokument ta’ moviment fl-Anness IB u fil-blokki 3 u 14 ta’ l-informazzjoni dwar il-konsenja fl-Anness VII, l-inserzjoni ta’ blokk 17 ġdid fid-dokument ta’ moviment, emenda għan-nota ta’ qiegħ il-paġna 1 ta’ l-informazzjoni dwar il-konsenja u referenzi għal linji ta’ gwida dwar immaniġġjar ambjentalment san fil-punti I.4-9 ta’ l-Anness VIII. Minħabba kwistjoni ta’ ċarezza, dawn l-Annessi għandhom jiġu sostitwiti.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 għalhekk għandu jiġi emendat skond dan li ntqal.

    (3)

    Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat li ġie stabbilit permezz ta’ l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



    Artikolu 1

    L-Annessi IA, IB, VII u VIII għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 qed jiġu sostitwiti mit-test stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    L-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:




    “ANNESS IA

    ▼C1

    Dokument ta’ notifika għal movimenti/vjaġġi transkonfinali ta’ skart

    1. Esportatur – notifikaturNru ta' Reġistrazzjoni:Isem:Indirizz:Persuna ta' kuntatt:Tel:Faks:E-mail:3. Nru ta' Notifika:In-notifika tikkonċernaA. (i) Vjaġġi individwali:(ii) Vjaġġi multipli:B. (i) Rimi (1):(ii) Irkupru:C. Faċilità ta' rkupru li ngħatat pre-kunsens (2) (3)IvaLe4. Numru totali intenzjonat ta' vjaġġi:5. Kwantità totali intenzjonata (4):Tunnellati metriċi (Mg):m3:2. Importatur – destinatarjuNru ta' Reġistrazzjoni:Isem:Indirizz:Persuna ta' kuntatt:Tel:Faks:E-mail:6. Perjodu ta' żmien intenzjonat għall-vjaġġ(i) (4):L-ewwel tluq:L-aħħar tluq:7. Tip(i) ta' ppakkjar (5):Rekwiżiti speċjali ta' mmaniġġjar (6):Iva:Le:11. Operazzjoni(jiet) ta' rimi / rkupru (2)8. Trasportatur(i) intenzjonat(i)Nru ta' Reġistrazzjoni:Isem (7):Indirizz:Persuna ta' kuntatt:Tel:Faks:E-mail:Mezz ta' trasport (5):Kodiċi-D / kodiċi-R (5):Teknoloġija użata (6):Raġuni għall-esportazzjoni (1) (6):12. Indikazzjoni tat-tip u tal-kompożizzjoni ta' l-iskart (6):9. Ġeneratur(i) – produtturi(i) ta' l-iskart (1) (7) (8)Nru ta' Reġistrazzjoni:Isem:Indirizz:Persuna ta' kuntatt:Tel:Faks:E-mail:Sit u proċess ta' ġenerazzjoni (6)13. Karatteristiċi fiżiċi (5):14. Identifikazzjoni ta' l-iskart (imla l-kodiċijiet rilevanti)(i) Anness VIII ta' Basel (jew IX jekk ikun applikabbli):(ii) Kodiċi ta' l-OECD (jekk differenti minn (i)):(iii) Lista' tal-KE ta' l-iskart:(iv) Kodiċi nazzjonali fil-pajjiż ta' l-esportazzjoni:(v) Kodiċi nazzjonali fil-pajjiż ta' l-importazzjoni:(vi) leħor (speċifika):(vii) Kodiċi-Y:(viii) Kodiċi-H (5):(ix) Klassi tan-NU (5):(x) Numru tan-NU:(xi) Isem il-Bastiment tan-NU:(xii) Kodiċi(jiet) Doganali (HS):10. Faċilità ta' rimi (2):jew faċilità ta' rkupru (2):Nru ta' Reġistrazzjoni:Isem:Indirizz:Persuna ta' kuntatt:Tel:Faks:E-mail:Sit effettiv ta' rimi/rkupru:15. (a) Pajjiżi/Stati konċernati, (b) fejn ikun applikabbli, Nru. tal-kodiċi ta' l-awtoritajiet kompetenti, (c) punti speċifiċi ta' dħul jew ħruġ (fruntiera/port)Stat ta' esportazzjoni – dispaċċStat(i) ta' tranżitu (dħul u ħruġ)Stat ta' importazzjoni – destinazzjoni(a)(b)(c)16. Uffiċċji doganali ta' dħul u/jew ta' ħruġ u/jew ta' esportazzjoni (ll-Komunità Ewropea):Dħul:Ħruġ:Esportazzjoni:17. Id-dikjarazzjoni ta' l-esportatur – tan-notifikatur / tal-ġeneratur – tal-produttur (1):Niċċertifika li safejn naf jiena l-informazzjoni t'hawn fuq hija kompluta u korretta. Niċċertifika wkoll li kien hemm obbligi kuntrattwali infurzabbli bil-miktub u li kwalunkwe assigurazzjoni applikabbli jew garanzija finanzjarja oħra hija jew għandha tkun fis-seħħ biex tkopri l-moviment transkonfinali.18. Numru ta' annessi mehmużaIsem l-esportatur – in-notifikatur:Data:Firma:Isem il-ġeneratur – il-produttur:Data:Firma:BIEX TINTUŻA TA' L-AWTORITAJIET KOMPETENTI19. Rikonoxximenti mill-awtorità kompetenti rilevanti tal-pajjiżi ta' importazzjoni – destinazzjoni / tranżitu (1) / esportazzjoni – dispaċċ (9):20. Kunsens bil-miktub (1) (8) għall-moviment provdut mill-awtorità kompetenti ta' (pajjiż):Pajjiż:Notifika riċevuta fi:Rikonoxximent mibgħut fi:Isem l-awtorità kompetenti:Timbru u/jew firma:Kunsens mogħti fi:Kunsens validu minn:sa:Kundizzjonijiet speċifiċi:Le:Jekk Iva, ara l-blokk 21 (6):Isem l-awtorità kompetenti:Timbru u/jew firma:21. Il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-għoti tal-kunsens għall-moviment jew ir-raġunijiet talli hemm oġġezzjoni għalih:(1) Meħtieġ mill-Konvenzjoni ta' Basel.(2) Fil-każ ta' operazzjoni R12/R13 jew D13-D15, meta jkun meħtieġ, ehmeż ukoll I-informazzjoni korrispondenti dwar kwalunkwe faċilità(ajiet) sussegwenti R12/R13 jew D13-D15 u faċilità(jiet) sussegwenti R1-R11 jew D1-D12(3) Għandha timtela għal movimenti fiż-żona ta' l-OECD u biss jekk tapplika B(ii)(4) Ehmeż lista dettaljata jekk ikun hemm vjaġġi multipli(5) Ara l-lista ta' abbrevjazzjonijiet u ta' kodiċijiet fil-paġna li jmiss(6) Jekk ikun meħtieġ, ehmeż id-dettalji(7) Ehmez lista jekk ikun hemm aktar minn wieħed(8) Jekk ikun meħtieġ mil-leġiżlazzjoni nazzjonali(9) Jekk ikun applikabbli skond id-Deċiżjoni ta' l-OECD

    Lista ta' abbrevjazzjonijiet u ta' kodiċijiet li ntużaw fid-dokument ta' notifikaL-OPERAZZJONIJIET TA' RIMI (blokk 11)D1 Depożitu fi jew fuq art (eż. miżbla, eċċ.)D2 Trattament ta' l-art (eż., bijodegradazzjoni ta' rifjuti likwidi jew imtajna fil-ħamrija, eċċ.)D3 Injezzjoni fil-fond (eż., injezzjoni ta' rifjuti li jistgħu jiġu ppumpjati fi bjar, koppli tal-melħ jew repożitorji naturali, eċċ.)D4 Lagunaġġ (eż. tqegħid ta' rifjuti likwidi jew ta' tajn f'fosos, għadajjar jew laguni, eċċ.)D5 Miżbla ppreparata b'mod maħsub (eż. tqegħid f'ċelluli separati miksija minn ġewwa li jkunu mgħottija u iżolati minn xulxin u mill-ambjent, eċċ.)D6 Rilaxx f'ilmijiet li mhumiex ibħra/oċeaniD7 Rilaxx f'ibħra/oċeani inkluża l-inserzjoni f'qiegħ il-baħarD8 Trattament bijoloġiku li mhu speċifikat imkien ieħor f'din il-lista li jirriżulta f'komposti jew taħlitiet finali li jintremew permezz ta' kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet f'din il-listaD9 Trattament fiżiku-kimiku li mhu speċifikat imkien ieħor f'din il-lista li jirriżulta f'komposti jew taħlitiet finali li jintremew permezz ta' kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet f'din il-lista (eż. evaporazzjoni, tinxif, kalċinazzjoni, eċċ.)D10 Inċinerazzjoni fuq l-artD11 Inċinerazzjoni fuq il-baħarD12 Ħażna permanenti (eż. tqegħid ta' kontenituri f'minjiera, eċċ.)D13 Taħlit qabel ma ssir kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet f'din il-listaD14 Ippakkjar mill-ġdid qabel ma ssir kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet f'din il-listaD15 Ħażna preliminari sakemm issir kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet f'din il-listaL-OPERAZZJONIJIET TA' RKUPRU (blokk 11)R1 Użu bħala fjuwil (għajr għal inċinerazzjoni diretta) jew mezz ieħor għall-ġenerazzjoni ta' l-enerġija (Basel/OECD) – Użu prinċipalment bħala fjuwil jew mezz ieħor għall-ġenerazzjoni ta' l-enerġija (UE)R2 Reklamazzjoni/riġenerazzjoni ta' solventiR3 Riċiklaġġ/reklamazzjoni ta' sustanzi organiċi li ma jintużawx bħala solventiR4 Riċiklaġġ/reklamazzjoni ta' metalli u ta' komposti tal-metalliR5 Riċiklaġġ/reklamazzjoni ta' materjali inorganiċi oħraR6 Riġenerazzjoni ta' aċidi jew alkaliR7 Irkupru ta' komponenti li jintużaw għat-tnaqqis tat-tniġġiżR8 Irkupru ta' komponenti minn katalizzaturiR9 Raffinar mill-ġdid ta' żejt użat jew użi mill-ġdid oħra ta' żejt li ntuża qabelR10 Trattament ta' l-art li jirriżulta f'benefiċċju għall-agrikoltura jew f'titjib ekoloġikuR11 Użi ta' materjali residwali miksuba minn kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet innumerati R1- R10R12 Skambju ta' skart biex jgħaddi minn kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet innumerati R1-R11R13 Akkumulazzjoni ta' materjal intenzjonat għal kwalunkwe operazzjoni f'din il-listaTIPI TA' PPAKKJAR (blokk 7)1. Barmil għaż-żejt2. Bittija ta' l-injam3. Ġeriken4. Kaxxa5. Borża6. Ippakkjar kompost7. Reċipjent li jiflaħ għall-pressjoni8. Merkanzija fuq bastiment mhux ippakkjata9. Oħra (speċifika)KODIĊI-H U KLASSI TAN-NU (blokk 14)KlassiKodiċi-HKaratteristiċi tan-NU1H1Splussivi3H3Likwidi li jieħdu n-nar4.1H4.1Solidi li jieħdu n-nar4.2H4.2Sustanzi jew skart li għandhom it-tendeza li jieħdu n-nar b'mod spontanju4.3H4.3Sustanzi jew skart li, f'kuntatt ma' I-ilma, jemettu gassijiet li jieħdu n-nar5.1H5.1Ossidanti5.2H5.2Perossidi organiċi6.1H6.1Velenużi (ħafna)6.2H6.2Sustanzi infettivi8H8Sustanzi korrużivi9H10Liberazzjoni ta' gassijiet tossiċi f'kuntatt ma' l-arja jew ma' l-ilma9H11Tossiċi (li jdumu ma jaġixxu jew kroniċi)9H12Ekotossiċi9H13Kapaċi, bi kwalunkwe mezz, li wara r-rimi jipproduċu materjal ieħor, eż., il-leachate, li huwa mogħni bi kwalunkwe waħda mill-karatteristiċi li ġew elenkati aktar 'il fuqIL-MEZZI TA' TRASPORT (blokk 8)R = TriqT = FerrovijaS = BaħarA = AjruW = Passaġġi ta' l-ilma interniIL-KARATTERISTIĊI FIŻIĊI (blokk 13)1. F'forma ta' trab/trab2. Solidu3. Viskuż/pejst4. Imtajjen5. Likwidu6. Gassuż7. Oħra (speċifika)Aktar informazzjoni, b'mod partikolari relatata ma' l-identifikazzjoni ta' l-iskart (blokk 14), jiġifieri, dwar il-kodiċijiet ta' l-Annessi VIII u IX ta' Basel, il-kodiċijiet ta' l-OECD u l-kodiċijiet-Y, jistgħu jinstabu f'Manwal ta' Gwida/ta' Struzzjonijet li huwa disponibbli mill-OECD u mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta' Basel.

    ▼B




    ANNESS II

    L-Anness IB għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:




    “ANNESS IB

    ▼C1

    Dokument ta’ moviment għall-movimenti/vjaġġi traskonfinali ta’ l-iskart

    1. Jikkorrispondi għan-Nru. ta' Notifika:2. Numru tas-serje/totali ta' vjaġġi:/3. Esporatur – notifikaturNru ta' Reġistrazzjoni:Isem:Indirizz:Persuna ta' kuntatt:Tel:Faks:E-mail:4. Importatur – destinatarjuNru ta' Reġistrazzjoni:Isem:Indirizz:Persuna ta' kuntatt:Tel:Faks:E-mail:5. Kwantità effettiva:Tunnellati metriċi (Mg):m3:6. Data effettiva tal-vjaġġ:7. IppakkjarTip(i) (1):Numru ta' pakketti:Rekwiżiti speċjali ta' mmaniġġjar: (2)Iva:Le:8.(a) L-Ewwel Trasportatur (3):Nru ta' Reġistrazzjoni:Isem:Indirizz:Tel:Faks:E-mail:8.(b) It-Tieni Trasportatur (3):Nru ta' Reġistrazzjoni:Isem:Indirizz:Tel:Faks:E-mail:8.(c) L-Aħħar Trasportatur (3):Nru ta' Reġistrazzjoni:Isem:Indirizz:Tel:Faks:E-mail:- - - - - - - Biex timtela mir-rappreżentant tat-trasportatur - - - - - - -Aktar minn tliet trasportaturi (2)Mezz ta' trasport (1):Data tat-trasferiment:Firma:Mezz ta' trasport (1):Data tat-trasferiment:Firma:Mezz ta' trasport (1):Data tat-trasferiment:Firma:9. Ġeneratur(i) – produttur(i) ta' l-iskart (4) (5) (6):Nru ta' Reġistrazzjoni:Isem:Indirizz:Persuna ta' kuntatt:Tel:Faks:E-mail:Sit ta' ġenerazzjoni (2):12. Indikazzjoni tat-tip u tal-kompożizzjoni ta' l-iskart (2):13. Karatteristiċi fiżiċi (1):14. Identifikazzjoni ta' l-iskart (imla l-kodiċijiet rilevanti)(i) Anness VIII ta' Basel (jew IX jekk ikun applikabbli):(ii) Kodiċi ta' l-OECD (jekk ikun differenti minn (i)):(iii) Lista tal-KE ta' l-iskart:(iv) Kodiċi nazzjonali fil-pajjiż ta' l-esportazzjoni(v) Kodiċi nazzjonali fil-pajjiż ta' l-importazzjoni:(vi) leħor (speċifika):(vii) Kodiċi-Y:(viii) Kodiċi-H (1):(ix) Klassi tan-NU (1):(x) Numru tan-NU:(xi) Isem tat-tbaħħir tan-NU:(xii) Kodiċi(jiet) doganali (HS):10. Faċilità ta' rimijew faċilità ta' rkupruNru ta' Reġistrazzjoni:Isem:Indirizz:Persuna ta' kuntatt:Tel:Faks:E-mail:Sit effettiv ta' rimi/rkupru (2)11. Operazzjoni(jiet) ta' rimi/rkupruKodiċi-D / Kodiċi-R (1):15. Id-dikjarazzjoni ta' l-esportatur – tan-notifikatur / tal-ġeneratur – tal-produttur (4)Niċċertifika li safejn naf jiena l-informazzjoni t'hawn fuq hija kompluta u korretta. Niċċertifika wkoll li kien hemm obbligi kuntrattwali infurzabbli bil-miktub, li kwalunkwe assigurazzjoni applikabbli jew garanzija finanzjarja oħra daħlet fis-seħħ biex tkopri l-moviment transkonfinali u li ġew riċevuti l-kunsensi kollha meħtieġa mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi konċernati.IsemDataFirma16. Biex tintuża minn kwalunkwe persuna involuta fil-moviment transkonfinali f'każ li tkun meħtieġa informazzjoni addizzjonali17. L-importatur – id-destinatarju (jekk mhux il-faċilità) irċieva l-vjaġġ:Data:Isem:Firma:BIEX TIMTELA MILL-FAĊILITÀ TA' RIMI / RKUPRU18. Vjaġġ riċevut fil-faċilità ta' rimijew fil-faċilità ta' rkupruData tar-riċeviment:Aċċettat:Rifjutat (*):Kwantità riċevuta:Tunnellati metriċi (Mg):m3:(*) ikkuntattja immedjatament lill-awtoritajiet kompetentiData approssimattiva tar-rimi/ta' l-irkupru:Operazzjoni ta' rimi/rkupru (1):Isem:Data:Firma:19. Jiena niċċertifika li r-rimi/l-irkupru ta' l-iskart li ġie deskritt aktar 'il fuq ġie kkompletatIsem:Data:Firma u timbru:(1) Ara l-lista ta' abbrevjazzjonijiet u ta' kodiċijiet fil-paġna li jmiss(2) Jekk ikun meħtieġ, ehmeż id-dettalji(3) Jekk hemm aktar minn tliet trasportaturi, ehmeż l-informazzjoni kif ikun meħtieġ fil-blokki 8 (a,b,c).(4) Meħtieġa mill-Konvenzjoni ta' Basel(5) Ehmeż lista jekk aktar minn wieħed(6) Jekk ikun meħtieġ mil-leġiżlazzjoni nazzjonali

    BIEX TINTUŻA MILL-UFFIĊJI DOGANALI (jekk ikun meħtieġ mil-leġiżlazzjoni nazzjonali)20. Il-pajjiż ta' esportazzjoni – dispaċċ jew l-uffiċċju doganali tal-ħruġL-iskart li ġie deskritt f'dan id-dokument ta' moviment ħallal-pajjiż fiFirma:Timbru:21. Il-pajjiż ta' importazzjoni – destinazzjoni jew l-uffiċċju doganali tad-dħulL-iskart li ġie deskritt f'dan id-dokument ta' moviment daħalfil-pajjiż fi:Firma:Timbru:22. Timbri ta' l-uffiċċji doganali tal-pajjiżi ta' tranżituIsem il-pajjiż:Isem il-pajjiż:Dħul:Ħruġ:Dħul:Ħruġ:Isem il-pajjiż:Isem il-pajjiż:Dħul:Ħruġ:Dħul:Ħruġ:Lista' ta' Abbrevjazzjonijiet u ta' Kodiċijiet li Ntużaw fid-Dokument ta' MovimentL-OPERAZZJONIJIET TA' RIMI (blokk 11)D1 Depożitu fi jew fuq art (eż. miżbla, eċċ.)D2 Trattament ta' l-art (eż., bijodegradazzjoni ta' rifjuti likwidi jew imtajna fil-ħamrija, eċċ.)D3 Injezzjoni fil-fond (eż., injezzjoni ta' rifjuti li jistgħu jiġu ppumpjati fi bjar, koppli tal-melħ jew repożitorji naturali, eċċ.)D4 Lagunaġġ (eż. tqegħid ta' rifjuti likwidi jew ta' tajn f'fosos, għadajjar jew laguni, eċċ.)D5 Miżbla ppreparata b'mod maħsub (eż. tqegħid f'ċelluli separati miksija minn ġewwa li jkunu mgħottija u iżolati minn xulxin u mill-ambjent)D6 Rilaxx f'ilmijiet li mhumiex ibħra/oċeaniD7 Rilaxx f'ibħra/oċeani inkluża l-inserzjoni f'qiegħ il-baħarD8 Trattament bijoloġiku li mhu speċifikat imkien ieħor f'din il-lista li jirriżulta f'komposti jew taħlitiet finali li jintremew permezz ta' kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet f'din il-listaD9 Trattament fiżiku-kimiku li mhu speċifikat imkien ieħor f'din il-lista li jirriżulta f'komposti jew taħlitiet finali li jintremew permezz ta' kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet fil-lista (eż. evaporazzjoni, tinxif, kalċinazzjoni, eċċ.)D10 Inċinerazzjoni fuq l-artD11 Inċinerazzjoni fuq il-baħarD12 Ħażna permanenti (eż. tqegħid ta' kontenituri f'minjiera, eċċ.)D13 Taħlit qabel ma ssir kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet f'din il-listaD14 Ippakkjar mill-ġdid qabel ma ssir kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet f'din il-listaD15 Ħażna preliminari sakemm issir kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet f'din il-listaL-OPERAZZJONIJIET TA' RKUPRU (blokk 11)R1 Użu bħala fjuwil (għajr għal inċinerazzjoni diretta) jew mezz ieħor għall-ġenerazzjoni ta' l-enerġija (Basel/ OECD) – Użu prinċipalment bħala fjuwil jew mezz ieħor għall-ġenerazzjoni ta' l-enerġija (UE)R2 Reklamazzjoni/riġenerazzjoni ta' solventiR3 Riċiklaġġ/reklamazzjoni ta' sustanzi organiċi li ma jintużawx bħala solventiR4 Riċiklaġġ/reklamazzjoni ta' metalli u ta' komposti tal-metalliR5 Riċiklaġġ/reklamazzjoni ta' materjali inorganiċi oħraR6 Riġenerazzjoni ta' aċidi jew alkaliR7 Irkupru ta' komponenti li jintużaw għat-tnaqqis tat-tniġġiżR8 Irkupru ta' komponenti minn katalizzaturiR9 Raffinar mill-ġdid ta' żejt użat jew użi mill-ġdid oħra ta' żejt li ntuża qabelR10 Trattament ta' l-art li jirriżulta f'benefiċċju għall-agrikoltura jew f'titjib ekoloġikuR11 Użi ta' materjali residwali miksuba minn kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet innumerati R1 sa R10R12 Skambju ta' skart biex jgħaddi minn kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet innumerati R1 sa R11R13 Akkumulazzjoni ta' materjal intenzjonat għal kwalunkwe operazzjoni f'din il-lista.TIPI TA' PPAKKJAR (blokk 7)1. Barmil għaż-żejt2. Bittija ta' l-injam3. Ġeriken4. Kaxxa5. Borza6. Ippakkjar kompost7. Reċipjent li jiflaħ għall-pressjoni8. Merkanzija fuq bastiment mhux ippakkjata9. Oħra (speċifika)KODIĊI-H U KLASSI TAN-NU (blokk 14)KlassiKodiċi-HKaratteristiċi tan-NU1H1Splussivi3H3Likwidi li jieħdu n-nar4.1H4.1Solidi li jieħdu n-nar4.2H4.2Sustanzi jew skart li għandhom it-tendeza li jieħdu n-nar b'mod spontanju4.3H4.3Sustanzi jew skart li, f'kuntatt ma' I-ilma, jemettu gassijiet li jieħdu n-nar5.1H5.1Ossidanti5.2H5.2Perossidi organiċi6.1H6.1Velenużi (ħafna)6.2H6.2Sustanzi infettivi8H8Sustanzi korrużivi9H10Liberazzjoni ta' gassijiet tossiċi f'kuntatt ma' l-arja jew ma' l-ilma9H11Tossiċi (li jdumu ma jaġixxu jew kroniċi)9H12Ekotossiċi9H13Kapaċi, bi kwalunkwe mezz, li wara r-rimi jipproduċu materjal ieħor, eż., il-leachate, li huwa mogħni bi kwalunkwe waħda mill-karatteristiċi li ġew elenkati aktar 'il fuqIL-MEZZI TA' TRASPORT (blokk 8)R = TriqT = FerrovijaS = BaħarA = AjruW = Passaġġi ta' l-ilma interniIL-KARATTERISTIĊI FIŻIĊI (blokk 13)1. F'forma ta' trab/trab2. Solidu3. Viskuż/pejst4. Imtajjen5. Likwidu6. Gassuż7. Oħra (speċifika)Aktar informazzjoni, b'mod partikolari relatata ma' l-identifikazzjoni ta' l-iskart (blokk 14), jiġifieri, dwar il-kodiċijiet ta' l-Annessi VIII u IX ta' Basel, il-kodiċijiet ta' l-OECD u l-kodiċijiet-Y, jistgħu jinstabu f'Manwal ta' Gwida/ta' Struzzjonijet li huwa disponibbli mill-OECD u mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta' Basel.

    ▼B




    ANNESS III

    L-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:




    “ANNESS VII

    L-INFORMAZZJONI LI TAKKUMPANJA L-VJAĠĠI TA’ SKART KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLI 3(2) U (4)

    Informazzjoni dwar il-konsenja (1)1. Il-persuna li tagħmel l-arranġamenti għall-vjaġġIsem:Indirizz:Persuna ta’ kuntatt:Tel.:Faks:E-mail:2. Importatur/destinatarjuIsem:Indirizz:Persuna ta’ kuntatt:Tel.:Faks:E-mail:3. Kwantità effettiva:Tunnellati metriċi (Mg):m3:4. Data effettiva tal-vjaġġ::5.(a) L-ewwel trasportatur (2):Isem:Indirizz:Persuna ta’ kuntatt:Tel.:Faks:E-mail:Mezz ta’ trasport:Data tat-trasferiment:Firma:5.(b) It-tieni trasportaturIsem:Indirizz:Persuna ta’ kuntatt:Tel.:Faks:E-mail:Mezz ta’ trasport:Data tat-trasferiment:Firma:5.(ċ) It-tielet trasportaturIsem:Indirizz:Persuna ta’ kuntatt:Tel.:Faks:E-mail:Mezz ta’ trasport:Data tat-trasferiment:Firma:6. Ġeneratur ta’ l-iskart (3)Produttur(i) oriġinali, produttur(i) ġdid(ġodda) jew kollettur ġdid:Isem:Indirizz:Persuna ta’ kuntatt:Tel.:Faks:E-mail:8. Operazzjoni ta’ rkupru (jew jekk ikun xieraq, operazzjoni ta’ rimi fil-każ ta’ l-iskart imsemmi fl-Artikolu 3(4)):kodiċi-R/kodiċi-D:9. Deskrizzjoni tas-soltu ta’ l-iskart:7. Faċilità ta’ rkupruLaboratorjuIsem:Indirizz:Persuna ta’ kuntatt:Tel.:Faks:E-mail:10. Identifikazzjoni ta’ l-iskart (imla l-kodiċi rilevanti):(i) Anness IX ta' Basel:(ii) Kodiċi ta’ l-OECD (jekk ikun differenti minn (i)):(iii) Lista tal-KE ta’ l-iskart:(iv) Kodiċi nazzjonali:11. Pajjiżi/Stati konċernati:Esportazzjoni/dispaċċTranżituImportazzjoni/destinazzjoni12. Id-dikjarazzjoni tal-persuna li tagħmel l-arranġamenti għall-vjaġġ: Niċċertifika li safejn naf jiena l-informazzjoni t’hawn fuq hija kompluta u korretta. Niċċertifika wkoll li kien hemm obbligi kuntrattwali infurzabbli bil-miktub mad-destinatarju (mhix meħtieġa fil-każ ta’ l-iskart imsemmi fl-Artikolu 3(4)):Isem:Date:Firma:13. Firma malli d-destinatarju jirċievi l-iskart:Isem:Date:Firma:BIEX TIMTELA MILL-FAĊILITÀ TA’ RKUPRU JEW MIL-LABORATORJU:14. Vjaġġ riċevut fil-faċilità ta’ rkuprujew fil-laboratorjuKwantità riċevuta:Tunnellati metriċi(Mg):m3:Isem:Date:Firma:(1) L-informazzjoni li takkumpanja l-vjaġġi ta’ l-iskart elenkat bħala aħdar u destinat għall-irkupru jew l-iskart destinat għall-analiżi f’laboratorju skond ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006. Biex jimtela dan id-dokument, ara wkoll l-istruzzjonijiet speċifiċi korrispondenti kif jinsabu fl-Anness IC għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006.(2) Jekk ikun hemm aktar minn tliet trasportaturi, ehmeż l-informazzjoni, kif ikun meħtieġ, fil-blokki 5 (a), (b), (ċ).(3) Meta l-persuna li tagħmel l-arranġamenti għall-vjaġġ ma tkunx il-produttur jew il-kollettur, għandha tkun provduta informazzjoni dwar il-produttur jew il-kollettur.




    ANNESS IV

    L-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:




    “ANNESS VIII

    IL-LINJI TA’ GWIDA DWAR L-IMMANIĠĠJAR AMBJENTALMENT SAN (L-ARTIKOLU 49)

    I.

    Il-Linji ta’ Gwida adottati taħt il-Konvenzjoni ta’ Basel:

    1. Linji ta' gwidi Tekniċi dwar l-Immaniġġar Ambjentalment San ta' Skart Bijomediku u mill-Kura tas-Saħħa (Y1; Y3) ( 3 )

    2. Linji ta' Gwida Tekniċi dwar l-Immaniġġar Ambjentalment San ta' Skart ta' Batteriji taċ-Ċomb u Aċidużi (3) 

    3. Linji ta' Gwida Tekniċi dwar l-Immaniġġar Ambjentalment San ta' l-Iżmuntaġġ Komplet jew Parzjali ta Bastimenti (3) 

    4. Linji ta' Gwida Tekniċi għar-Riċiklaġġ Ambjentalment San/Reklamazzjoni Ambjentalment Sana ta' Metalli u ta' Komposti ta' Metalli (R4) ( 4 )

    5. Linji ta' Gwida Tekniċi Ġenerali Aġġornati għall-Immaniġġar Ambjentalment San ta' Skart li Jikkonsisti minn, li Fih jew li huwa Kontaminat b'Sustanzi Organiċi Persistenti li Jniġġżu (POPs) ( 5 )

    6. Linji ta' Gwida Tekniċi Aġġornati għall-Immaniġġar Ambjentalment San ta' Skart li Jikkonsisti minn, li Fih jew li huwa Kontaminat minn Bifenili Poliklorinati (PCBs), Terfenili Poliklorinati (PCTs) jew Bifenili Polibrominati (PBBs). (5) 

    7. Linji ta’ Gwidi Tekniċi għall-Immaniġġjar Ambjentalment San ta’ Skart li Jikkonsisti minn, li Fih jew li huwa Kontaminat mill-Pestiċidi Aldrin, Chlordane, Dieldrin, Endrin, Heptachlor, Eżaklorobenżin (HCB), Mirex jew Toxaphene jew mill-HCB bħala Kimika Industrijali (5) 

    8. Linji ta’ Gwidi tekniċi għall-Immaniġġjar Ambjentalment San ta’ Skart li Jikkonsisti minn, li Fih jew li huwa Kontaminat mill-1,1,1-trichloro-2,2-bis (4 chlorophenyl)ethane (DDT) (5) 

    9. Linji ta’ Gwidi tekniċi għall-Immaniġġjar Ambjentalment San ta’ Skart li Jikkonsisti minn, li Fih jew li huwa Kontaminat minn Dibenzo-p-diossini poliklorinati (PCDDs), Dibenżofurani Polikloronati (PCDFs), Eżaklorobenżin (HCB) jew Bifenili Poliklorinati (PCBs) li Ma Ġewx Prodotti Intenzjonalment (5) 

    II.

    Il-linji ta’ gwida adottati mill-OECD:

    Gwida teknika għall-immaniġġar ambjentalment san ta' tipi speċifiċi ta' skart:

    Kompjuters personali użati u skartati ( 6 )

    III.

    Linji ta' Gwida adottati mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO):

    Linji ta' Gwida dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti ( 7 )

    IV.

    Linji ta' Gwida adottati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO):

    Is-sikurezza u s-saħħa fid-demolizzjoni tal-bastimenti: Linji ta' Gwida għall-pajjiżi Ażjatiċi u għat-Turkija ( 8 )



    ( 1 ) ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.

    ( 2 ) ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.

    ( 3 ) Adottati mis-Sitt Laqgħa ta' Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta' Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta' Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, bejn id-9 u t-13 ta' Diċembru 2002.

    ( 4 ) Adottati mis-Seba' Laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta' Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, bejn il-25 u d-29 ta' Ottubru 2004.

    ( 5 ) Adottati mit-Tmien Laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, bejn is-27 ta’ Novembru u l-1 Diċembru 2006.

    ( 6 ) Adottati mill-Kumitat tal-Politika ta' l-Ambjent tal-OECD fi Frar 2003 (dokument ENV/EPOC/WGWPR(2001)3/FINAL).

    ( 7 ) Riżoluzzjoni A.962 adottata mill-Assemblea ta' l-IMO fit-23 sessjoni Regolari tagħha, bejn l-24 ta' Novembru u l-5 ta' Diċembru 2003.

    ( 8 ) Approvati għall-pubblikazzjoni mill-Korp Diriġenti ta' l-ILO fil-289 sessjoni tiegħu, bejn il-11 u s-26 ta' Marzu 2004.”

    Top