EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1379

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1379/2007 tas- 26 ta’ Novembru 2007 li jemenda l-Annessi IA, IB, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjaġġi ta’ skart, sabiex jitqiesu l-progress tekniku u l-bidliet miftiehma skond il-Konvenzjoni ta’ Basel Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 309, 27.11.2007, p. 7–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 04 Volume 012 P. 18 - 31

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 30/11/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1379/oj

27.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1379/2007

tas-26 ta’ Novembru 2007

li jemenda l-Annessi IA, IB, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjaġġi ta’ skart, sabiex jitqiesu l-progress tekniku u l-bidliet miftiehma skond il-Konvenzjoni ta’ Basel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjaġġi ta’ skart (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 58(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-ftehim tat-tmien laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll ta' Movimenti Transkonfinali ta' Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, li saret bejn is-27 ta’ Novembru u l-1 ta’ Diċembru 2006, jeħtieġ emendi għall-Annessi IA, IB, VII u VIII għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 dwar vjaġġi ta’ skart. L-emendi jikkonċernaw is-sostituzzjoni ta’ “kg” u “litru” b’“Tunnellati metriċi” u “m3” fil-blokk 5 tad-dokument ta’ notifika fl-Anness IA, fil-blokki 5 u 18 tad-dokument ta’ moviment fl-Anness IB u fil-blokki 3 u 14 ta’ l-informazzjoni dwar il-konsenja fl-Anness VII, l-inserzjoni ta’ blokk 17 ġdid fid-dokument ta’ moviment, emenda għan-nota ta’ qiegħ il-paġna 1 ta’ l-informazzjoni dwar il-konsenja u referenzi għal linji ta’ gwida dwar immaniġġjar ambjentalment san fil-punti I.4-9 ta’ l-Anness VIII. Minħabba kwistjoni ta’ ċarezza, dawn l-Annessi għandhom jiġu sostitwiti.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 għalhekk għandu jiġi emendat skond dan li ntqal.

(3)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat li ġie stabbilit permezz ta’ l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi IA, IB, VII u VIII għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 qed jiġu sostitwiti mit-test stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.


ANNESS I

L-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS IA

Dokument ta’ notifika għal movimenti/vjaġġi transkonfinali ta’ skart

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

L-Anness IB għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS IB

Dokument ta’ moviment għall-movimenti/vjaġġi traskonfinali ta’ l-iskart

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

L-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS VII

L-INFORMAZZJONI LI TAKKUMPANJA L-VJAĠĠI TA’ SKART KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLI 3(2) U (4)

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

L-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS VIII

IL-LINJI TA’ GWIDA DWAR L-IMMANIĠĠJAR AMBJENTALMENT SAN (L-ARTIKOLU 49)

I.   Il-Linji ta’ Gwida adottati taħt il-Konvenzjoni ta’ Basel:

1.

Linji ta' gwidi Tekniċi dwar l-Immaniġġar Ambjentalment San ta' Skart Bijomediku u mill-Kura tas-Saħħa (Y1; Y3) (1)

2.

Linji ta' Gwida Tekniċi dwar l-Immaniġġar Ambjentalment San ta' Skart ta' Batteriji taċ-Ċomb u Aċidużi (1)

3.

Linji ta' Gwida Tekniċi dwar l-Immaniġġar Ambjentalment San ta' l-Iżmuntaġġ Komplet jew Parzjali ta Bastimenti (1)

4.

Linji ta' Gwida Tekniċi għar-Riċiklaġġ Ambjentalment San/Reklamazzjoni Ambjentalment Sana ta' Metalli u ta' Komposti ta' Metalli (R4) (2)

5.

Linji ta' Gwida Tekniċi Ġenerali Aġġornati għall-Immaniġġar Ambjentalment San ta' Skart li Jikkonsisti minn, li Fih jew li huwa Kontaminat b'Sustanzi Organiċi Persistenti li Jniġġżu (POPs) (3)

6.

Linji ta' Gwida Tekniċi Aġġornati għall-Immaniġġar Ambjentalment San ta' Skart li Jikkonsisti minn, li Fih jew li huwa Kontaminat minn Bifenili Poliklorinati (PCBs), Terfenili Poliklorinati (PCTs) jew Bifenili Polibrominati (PBBs). (3)

7.

Linji ta’ Gwidi Tekniċi għall-Immaniġġjar Ambjentalment San ta’ Skart li Jikkonsisti minn, li Fih jew li huwa Kontaminat mill-Pestiċidi Aldrin, Chlordane, Dieldrin, Endrin, Heptachlor, Eżaklorobenżin (HCB), Mirex jew Toxaphene jew mill-HCB bħala Kimika Industrijali (3)

8.

Linji ta’ Gwidi tekniċi għall-Immaniġġjar Ambjentalment San ta’ Skart li Jikkonsisti minn, li Fih jew li huwa Kontaminat mill-1,1,1-trichloro-2,2-bis (4 chlorophenyl)ethane (DDT) (3)

9.

Linji ta’ Gwidi tekniċi għall-Immaniġġjar Ambjentalment San ta’ Skart li Jikkonsisti minn, li Fih jew li huwa Kontaminat minn Dibenzo-p-diossini poliklorinati (PCDDs), Dibenżofurani Polikloronati (PCDFs), Eżaklorobenżin (HCB) jew Bifenili Poliklorinati (PCBs) li Ma Ġewx Prodotti Intenzjonalment (3)

II.   Il-linji ta’ gwida adottati mill-OECD:

Gwida teknika għall-immaniġġar ambjentalment san ta' tipi speċifiċi ta' skart:

Kompjuters personali użati u skartati (4)

III.   Linji ta' Gwida adottati mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO):

Linji ta' Gwida dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (5)

IV.   Linji ta' Gwida adottati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO):

Is-sikurezza u s-saħħa fid-demolizzjoni tal-bastimenti: Linji ta' Gwida għall-pajjiżi Ażjatiċi u għat-Turkija (6)


(1)  Adottati mis-Sitt Laqgħa ta' Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta' Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta' Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, bejn id-9 u t-13 ta' Diċembru 2002.

(2)  Adottati mis-Seba' Laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta' Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, bejn il-25 u d-29 ta' Ottubru 2004.

(3)  Adottati mit-Tmien Laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, bejn is-27 ta’ Novembru u l-1 Diċembru 2006.

(4)  Adottati mill-Kumitat tal-Politika ta' l-Ambjent tal-OECD fi Frar 2003 (dokument ENV/EPOC/WGWPR(2001)3/FINAL).

(5)  Riżoluzzjoni A.962 adottata mill-Assemblea ta' l-IMO fit-23 sessjoni Regolari tagħha, bejn l-24 ta' Novembru u l-5 ta' Diċembru 2003.

(6)  Approvati għall-pubblikazzjoni mill-Korp Diriġenti ta' l-ILO fil-289 sessjoni tiegħu, bejn il-11 u s-26 ta' Marzu 2004.”


Top