EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 01997R1466-20111213
Council Regulation (EC) No 1466/97 of 7 July 1997 on the strengthening of the surveillance of budgetary positions and the surveillance and coordination of economic policies
Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika
No longer in force
)
01997R1466 — MT — 13.12.2011 — 002.006
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1466/97 tas-7 Lulju 1997 (ĠU L 209 2.8.1997, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1055/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005 |
L 174 |
1 |
7.7.2005 |
|
REGOLAMENT (UE) Nru 1175/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta’ Novembru 2011 |
L 306 |
12 |
23.11.2011 |
Ikkoreġut bi:
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1466/97
tas-7 Lulju 1997
dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika
TAQSIMA 1
GĦAN U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistipula r-regoli li jkopru l-kontenut, is-sottomissjoni, l-eżami u il-monitoraġġ ta’ programmi ta’ stabbiltà u programmi ta’ konverġenza bħala parti mis-sorveljanza multilaterali mill-Kunsill u mill-Kummissjoni sabiex jipprevjeni, fi stadju bikri, l-okkorrenza ta’ defiċit eċċessiv tal-gvern ġenerali u sabiex jippromwovi s-sorveljanza u l-koordinament tal-linji ta’ politika ekonomika biex b’hekk jappoġġa l-kisba tal-objettivi tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi.
Artikolu 2
Għall-għan ta’ dan ir-Regolament:
“Stati Membri parteċipanti” tfisser dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro;
“Stati Membri mhux parteċipanti” tfisser dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
TAQSIMA 1-A
IS-SIMESTRU EWROPEW GĦALL-KOORDINAMENT TAL-POLITIKA EKONOMIKA
Artikolu 2-a
Is-Simestru Ewropew għandu jinkludi:
il-formulazzjoni, u s-sorveljanza tal-implimentazzjoni, tal-linji gwida ġenerali tal-linji ta’ politika ekonomika tal-Istati Membri u tal-Unjoni (il-linji gwida ġenerali tal-politika ekonomika) f’konformità mal-Artikolu 121(2) TFUE;
il-formulazzjoni, u l-eżami tal-implimentazzjoni, tal-linji gwida għall-impjiegi li għandhom jitqiesu mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 148(2) TFUE (il-linji gwida tal-impjiegi);
il-preżentazzjoni u l-valutazzjoni tal-programmi ta’ stabbiltà jew konverġenza tal-Istati Membri taħt dan ir-Regolament;
il-preżentazzjoni u l-valutazzjoni tal-programmi nazzjonali ta’ riforma tal-Istati Membri li jappoġġaw l-istrateġija għat-tkabbir u l-impjiegi tal-Unjoni u stabbiliti f’konformità mal-linji gwida stipulati f’punti (a) u (b) hawn fuq u bil-gwida ġenerali għall-Istati Membri maħruġa mill-Kummissjoni u mill-Kunsill Ewropew fil-bidu taċ-ċiklu annwali ta’ sorveljanza;
is-sorveljanza biex jiġu evitati u kkoreġuti l-iżbilanċi makroekonomiċi skont ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi ( 1 ).
L-Istati Membri għandhom jieħdu kont xieraq tal-gwida indirizzata lilhom fl-iżvilupp tal-linji ta’ politika ekonomika, tal-impjiegi u baġitarji tagħhom qabel jieħdu deċiżjonijiet ewlenin dwar il-budgets nazzjonali għas-snin ta’ wara. Il-progress għandu jkun immonitorjat mill-Kummissjoni.
In-nuqqas ta’ Stat Membru li jieħu azzjoni dwar il-gwida li tkun ingħatatlu jista jagħti lok għal:
rakkomandazzjonijiet ulterjuri biex jittieħdu miżuri speċifiċi;
twissija mill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 121(4) tat-TFUE;
miżuri taħt dan ir-Regolament, ir-Regolament (KE) Nru 1467/97 jew ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011.
L-implimentazzjoni tal-miżuri għandha tkun suġġetta għal monitoraġġ imsaħħaħ mill-Kummissjoni u tista’ tinkludi missjonijiet ta’ sorveljanza skont l-Artikolu -11 ta’ dan ir-Regolament.
Il-President tal-Kunsill, u il-Kummissjoni skont l-Artikolu 121 tat-TFUE, u, fejn ikun xieraq, il-President tal-Eurogroup, għandhom jirrapportaw annwalment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Ewropew dwar ir-riżultati tas-sorveljanza multilaterali. Dawn ir-rapporti għandhom ikunu parti mid-Djalogu Ekonomiku msemmi fl-Artikolu 2–ab ta’ dan ir-Regolament.
TAQSIMA 1-Aa
DJALOGU EKONOMIKU
Artikolu 2-ab
Biex jissaħħaħ id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u biex jiġu żgurati trasparenza u responsabbiltà akbar, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-President tal-Kunsill, il-President tal-Kummissjoni u, fejn ikun xieraq, il-President tal-Kunsill Ewropew jew il-President tal-Eurogroup, biex jidhru quddiem il-kumitat biex jiddiskutu:
l-informazzjoni provduta lill-kumitat mill-Kunsill dwar il-linji gwida ġenerali tal-politika ekonomika skont l-Artikolu 121(2) tat-TFUE;
il-gwida ġenerali tal-Istati Membri maħruġa mill-Kummissjoni fil-bidu taċ-ċiklu annwali tas-sorveljanza;
kwalunkwe konklużjoni mill-Kunsill Ewropew dwar l-orjentazzjonijiet għal-linji ta’ politika ekonomika fil-kuntest tas-Simestru Ewropew;
ir-riżultati tas-sorveljanza multilaterali li tkun saret skont dan ir-Regolament;
kwalunkwe konklużjoni li jkun silet il-Kunsill Ewropew dwar l-orjentazzjonijiet għas-sorveljanza multilaterali u r-riżultati tagħha;
kwalunkwe reviżjoni tat-twettiq tas-sorveljanza multilaterali fit-tmiem tas-Simestru Ewropew;
ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill indirizzati lill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 121(4) tat-TFUE fil-każ ta’ devjazzjoni sinifikanti u mar-rapport li sar mill-Kunsill lill-Kunsill Ewropew kif definit fl-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 10(2) ta’ dan ir-Regolament.
TAQSIMA 1A
OBJETTIVI TAL-BUDGET FUQ TERMINU MEDJU TA' ŻMIEN
Artikolu 2a
Kull Stat Membru għandu jkollu objettiv divrenzjat fuq terminu medju ta’ żmien għall-pożizzjoni baġitarja tiegħu. Dawn l-objettivi baġitarji fuq terminu medju ta’ żmien li huma speċifiċi għall-pajjiż jistgħu jitbiegħdu mill-ħtieġa ta’ pożizzjoni qrib il-bilanċ jew f’bilanċ favorevoli, filwaqt li jipprovdu marġini ta’ sikurezza fir-rigward tal-proporzjon ta’ 3 % tal-PGD għad-defiċit tal-gvern. L-objettivi baġitarji fuq terminu medju ta’ żmien għandhom jiżguraw is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi jew progress rapidu lejn din is-sostenibbiltà filwaqt li jippermettu l-ispazju għall-immanuvrar baġitarju, b’konsiderazzjoni partikolarment tal-ħtieġa ta’ investiment pubbliku.
B’kont meħud ta’ dawn il-fatturi, għall-Istati Membri parteċipanti u għall-Istati Membri li jipparteċipaw fl-ERM 2, l-objettivi baġitarji fuq terminu medju ta’ żmien li huma speċifiċi għall-pajjiż għandhom ikunu speċifikati f’firxa definita bejn -1 % tal-PGD u bilanċ jew bilanċ favorevoli, f’termini aġġustati ċiklikament, mingħajr miżuri ta’ darba u miżuri temporanji oħrajn.
L-objettiv baġitarju fuq terminu medju ta’ żmien għandu jiġi rivedut kull tliet snin. Fil-każ tal-implimentazzjoni ta’ riforma b’impatt ewlieni fuq is-sostenibbiltà ta’ finanzi pubbliċi, l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien ta’ Stat Membru jista’ jiġi rivedut b’mod ulterjuri.
Ir-rispett tal-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien għandu jkun inkluż fl-oqfsa baġitarji nazzjonali għal perjodu medju ta’ żmien f’konformità mal-Kapitolu IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta’ Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri ( 2 ).
TAQSIMA 2
PROGRAMMI TA' STABBILITÀ
Artikolu 3
Programm ta' stabbilità għandu jippresenta t-tagħrif li ġej:
l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien u l-perkors ta’ aġġustament lejn dak l-objettiv għall-bilanċ tal-gvern ġenerali bħala perċentwali tal-PGD, il-perkors mistenni tal-proporzjon tad-dejn tal-gvern ġenerali, il-perkors ippjanat tat-tkabbir fl-infiq tal-gvern, inkluża l-allokazzjoni korrispondenti għall-formazzjoni gross tal-kapital fiss, b’mod partikolari jekk wieħed iqis il-kundizzjonijiet u l-kriterji biex jiġi stabbilit it-tkabbir fl-infiq skont l-Artikolu 5(1), il-perkors ippjanat tat-tkabbir fid-dħul tal-gvern b’politika mhux mibdula u kwantifikazzjoni tal-miżuri diskrezzjonali tad-dħul ippjanati;
informazzjoni dwar passivi impliċiti relatati mat-tixjiħ, u passivi kontiġenti, bħal ma huma l-garanziji pubbliċi, b’impatt potenzjalment kbir fuq il-kontijiet ġenerali tal-gvern;
informazzjoni dwar il-konsistenza tal-programm ta’ stabbiltà mal-linji gwida ġenerali għall-politika ekonomika u l-programm ta’ riforma nazzjonali;
l-assunzjonijiet prinċipali dwar żviluppi ekonomiċi mistennija u dwar fatturi varjabbli ekonomiċi importanti li huma rilevanti għall-kisba tal-programm ta’ stabbiltà, bħalma huma l-infiq mill-gvern f’investimenti, tkabbir reali tal-PGD, l-impjiegi u l-inflazzjoni;
valutazzjoni kwantitattiva tal-miżuri baġitarji u ta’ miżuri oħra ta’ politika ekonomika li jkunu qegħdin jittieħdu jew jiġu proposti sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-programm, li tinkludi analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji tar-riformi strutturali prinċipali u li għandhom effetti baġitarji pożittivi diretti fuq perjodu twil ta’ żmien, fosthom billi jiżdied it-tkabbir sostenibbli potenzjali;
analiżi dwar kif tibdil fis-assunzjonijiet prinċipali ekonomiċi jaffettwaw il-pożizzjoni tad-dejn fil-budget;
jekk applikabbli, ir-raġunijiet għal devjazzjoni mit-triq ta' aġġustament meħtieġa lejn l-objettiv tal-budget fuq terminu medju ta' żmien.
In-natura eżatta ta’ dik l-informazzjoni inkluża fil-punti (a), (aa), (b), (c) u (d) tal-paragrafu 2 għandha titfassal f’qafas armonizzat stabbilit mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-Istati Membri.
Artikolu 4
Artikolu 5
Meta jivvalutaw il-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw jekk l-Istat Membru kkonċernat hux jagħmel it-titjib annwali xieraq fil-bilanċ tal-budget aġġustat b’mod ċikliku li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-objettiv baġitarju tiegħu fuq perjodu ta’ żmien, b’0,5 % tal-PGD bħala valur referenzjali u mingħajr ma jqis il-miżuri ta’ darba u miżuri oħra temporanji. Għall-Istati Membri ffaċċjati b’livell ta’ dejn li jaqbeż is-60 % tal-PGD jew b’riskji evidenti ta’ sostenibilità ġenerali ta’ dejn, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw jekk it-titjib annwali fil-bilanċ tal-budget aġġustat b’mod ċikliku, esklużi l-miżuri ta’ darba u miżuri oħra temporanji, ikunx ogħla minn 0,5 % tal-PGD. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw jekk ikunx qed isir sforz ta’ aġġustament akbar fi żminijiet ekonomiċi tajba, filwaqt li l-isforz jista’ jkun iżjed limitat fi żminijiet ekonomiċi ħżiena. B’mod partikolari, għandu jitqies id-dħul imprevist u n-nuqqas tad-dħul.
Il-progress suffiċjenti lejn l-objettiv baġitarju għal perjodu medju ta’ żmien għandu jkun ivvalutat abbażi ta’ valutazzjoni ġenerali bil-bilanċ strutturali bħala r-referenza, inkluża analiżi tal-infiq mingħajr ma jitqiesu l-miżuri tad-dħul diskrezzjonali. Għal dan il-għan, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jivvalutaw jekk il-perkors tat-tkabbir fl-infiq tal-gvern, meħud flimkien mal-effett tal-miżuri li jkunu qegħdin jittieħdu jew jiġu ppjanati min-naħa tad-dħul, ikunx konsistenti mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
għall-Istati Membri li jkunu laħqu l-objettiv baġitarju tagħhom fuq perjodu medju ta’ żmien, it-tkabbir fl-infiq annwali ma jaqbiżx rata ta’ referenza ta’ tkabbir potenzjali tal-PGD fuq perjodu medju ta’ żmien, sakemm l-eċċess ma jiġix korrispost b’miżuri diskrezzjonali tad-dħul;
għall-Istati Membri li jkunu għadhom ma laħqux l-objettiv baġitarju tagħhom fuq perjodu medju ta’ żmien, it-tkabbir fl-infiq annwali ma jaqbiżx rata inqas minn rata ta’ referenza ta’ tkabbir potenzjali tal-PGD fuq perjodu medju ta’ żmien, sakemm l-eċċess ma jiġix korrispost b’miżuri diskrezzjonali dwar id-dħul. Id-differenza negattiva bejn ir-rata tat-tkabbir fl-infiq tal-gvern meta pparagunata ma’ rata ta’ referenza ta’ tkabbir potenzjali tal-PGD fuq perjodu medju ta’ żmien tiġi stipulata b’mod li jiżgura aġġustament xieraq lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien;
għall-Istati Membri li jkunu għadhom ma laħqux l-objettiv baġitarju tagħhom fuq perjodu medju ta’ żmien, it-tnaqqis diskrezzjonali ta’ elementi tad-dħul tal-gvern jiġi korrispost jew bi tnaqqis fl-infiq jew b’żidiet diskrezzjonali f’elementi oħra tad-dħul tal-gvern jew bit-tnejn.
L-infiq totali għandu jeskludi l-infiq fuq l-interessi, infiq fuq programmi tal-Unjoni korrisposti bis-sħiħ mid-dħul tal-fondi tal-Unjoni u mill-bidliet mhux diskrezzjonali fl-infiq tal-benefiċċju tal-qgħad.
L-eċċess fit-tkabbir fl-infiq fuq ir-referenza ta’ perjodu medju ta’ żmien m’għandux jitqies bħala inadempjenza mal-valur referenzjali sal-limitu li dan ikun ibbilanċjat kompletament biż-żidiet tad-dħul li huma obbligatorji skont il-liġi.
Ir-rata ta’ referenza fuq perjodu medju tat-tkabbir potenzjali tal-PDG għandha tiġi determinata abbażi ta’ previżjonijiet li jħarsu ’l quddiem, u abbażi ta’ stimi retrospettivi. Il-previżjonijiet għandhom ikunu aġġornati f’intervalli regolari. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku metodu tagħha ta’ kalkolu għal dawk il-previżjonijiet u r-rata ta’ referenza fuq perjodu ta’ żmien medju li tirriżulta tat-tkabbir potenzjali tal-PGD.
Meta jiddefinixxu l-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien għall-Istati Membri li jkunu għadhom ma laħqux dan l-objettiv u meta jippermettu devjazzjoni temporanja minn dan l-objettiv għall-Istati Membri li jkunu diġà laħquh, sakemm jiġi ppreservat marġini xieraq ta’ sikurezza fir-rigward tal-valur ta’ referenza tad-defiċit u li l-pożizzjoni baġitarja tkun mistennija li terġa’ lura għall-objettiv baġitarju għall-perjodu medju ta’ żmien matul il-perjodu tal-programm, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali prinċipali li għandhom effetti baġitarji pożittivi diretti, fosthom billi jżidu t-tkabbir sostenibbli potenzjali, u għalhekk impatt verifikabbli fuq is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fuq perjodu twil ta’ żmien.
Għandha tingħata attenzjoni partikolari lir-riformi fil-pensjonijiet li jintroduċu sistema b’aktar minn pilastru wieħed li tinkludi pilastru mandatorju, kompletament iffinanzjat. L-Istati Membri li jkunu qegħdin jimplimentaw tali riformi għandhom jitħallew jiddevjaw mill-pjan ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju tagħhom fuq perjodu ta’ żmien medju jew mill-objettiv innifsu, bid-devjazzjoni tirrifletti l-ammont tal-impatt dirett inkrementali tar-riforma fuq il-bilanċ tal-gvern ġenerali, sakemmjiġi ppreservat marġini adegwat ta’ sikurezza fir-rigward tal-valur referenzjali tad-defiċit.
Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ukoll jeżaminaw jekk il-programm ta’ stabbiltà jiffaċilitax il-kisba ta’ konverġenza sostenuta u reali fiż-żona euro u l-koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-linji ta’ politika ekonomika, u jekk il-linji ta’ politika ekonomika tal-Istat Membru kkonċernat ikunux konsistenti mal-linji gwida ġenerali tal-politika ekonomika u mal-linji gwida tal-impjiegi tal-Istati Membri u tal-Unjoni.
F’każ ta’ avveniment mhux tas-soltu li ma jkunx fil-kontroll tal-Istat Membru kkonċernat u li jkollu impatt prinċipali fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-gvern ġenerali jew f’perjodi ta’ tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku għaż-żona euro jew l-Unjoni kollha, l-Istati Membri jistgħu jitħallew jiddevjaw temporanjament mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien imsemmi fit-tielet subparagrafu, sakemm dan ma jipperikolax is-sostenibbiltà fiskali fuq perjodu medju ta’ żmien.
Artikolu 6
Il-Kunsill, fi żmien xahar mid-data tal-adozzjoni tat-twissija imsemmija fl-ewwel subparagrafu, għandu janalizza s-sitwazzjoni u jadotta rakkomandazzjoni għall-miżuri ta’ politika neċessarji abbażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, ibbażata fuq l-Artikolu 121(4) tat-TFUE. Ir-rakkomandazzjoni għandha tistabbilixxi skadenza ta’ mhux aktar minn ħames xhur għall-indirizzar tad-devjazzjoni. L-iskadenza għandha titnaqqas għal tliet xhur jekk il-Kummissjoni, fit-twissija tagħha, tqis li s-sitwazzjoni hi partikolarment serja u teħtieġ azzjoni urġenti. Il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jagħmel ir-rakkomandazzjoni pubblika.
Fl-iskadenza stabbilita mill-Kunsill fir-rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 121(4) tat-TFUE, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-azzjoni meħuda bħala tweġiba għar-rakkomandazzjoni.
Jekk l-Istat Membru kkonċernat jonqos li jieħu l-azzjoni xierqa sal-iskadenza speċifikata f’rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont it-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tirrakkomanda immedjatament lill-Kunsill li jadotta, b’maġġoranza kwalifikata, deċiżjoni li tistabbilixxi li ma kien hemm l-ebda azzjoni effikaċi. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tista’ tirrakkomanda lill-Kunsill li jadotta rakkomandazzjoni riveduta skont l-Artikolu 121(4) tat-TFUE dwar miżuri ta’ politika neċessarji.
F’każ li l-Kunsill ma jadottax id-deċiżjoni dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li tgħid li ma ttieħdet l-ebda azzjoni effikaċi, u li għadu jippersisti n-nuqqas ta’ azzjoni xierqa min-naħa tal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni, xahar wara r-rakkomandazzjoni preċedenti tagħha, għandha tirrakkomanda lill-Kunsill jadotta d-deċiżjoni li tiddetermina li ma ttieħdet l-ebda azzjoni effikaċi. Id-deċiżjoni għandha titqies bħala adottata mill-Kunsill sakemm dan ma jiddeċidix, b’maġġoranza sempliċi, li jirrifjuta r-rakkomandazzjoni sa għaxart ijiem minn meta l-Kummissjoni tadottaha. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tista’ tirrakkomanda lill-Kunsill li jadotta rakkomandazzjoni riveduta skont l-Artikolu 121(4) tat-TFUE dwar miżuri ta’ politika neċessarji.
Meta tittieħed id-deċiżjoni dwar nonkonformità msemmija fir-raba’ u l-ħames subparagrafi, il-membri tal-Kunsill biss li jirrappreżentaw lill-Istati Membri parteċipanti għandhom jivvutaw u l-Kunsill għandu jaġixxi mingħajr ma jqis il-vot tal-membru tal-Kunsill li jirrappreżenta l-Istat Membru kkonċernat.
Il-Kunsill għandu jissottometti rapport formali lill-Kunsill Ewropew dwar id-deċiżjonijiet meħuda skont il-każ.
Il-valutazzjoni jekk id-devjazzjoni tkunx sinifikanti għandha b’mod notevoli tinkludi l-kriterji li ġejjin:
għal Stat Membru li ma jkunx laħaq l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien, meta tiġi vvalutata l-bidla fil-bilanċ strutturali, jekk id-devjazzjoni tkunx ta’ mill-anqas 0,5 % tal-PGD f’sena waħda jew ta’ mill-anqas 0,25 % tal-PGD bħala medja kull sena f’sentejn wara xulxin;
meta jiġu vvalutati l-iżviluppi tal-infiq mingħajr ma jitqiesu l-miżuri diskrezzjonali tad-dħul, jekk id-devjazzjoni ikollhiex impatt totali fuq il-bilanċ tal-gvern ta’ mill-anqas 0,5 % tal-PGD f’sena waħda jew b’mod kumulattiv f’sentejn konsekuttivi.
Id-devjazzjoni tal-iżviluppi fl-infiq ma għandhiex tiġi kkunsidrata sinifikanti jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun qabeż l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien, filwaqt li jitqiesu l-possibbiltà ta’ dħul sinifikanti imprevist u l-pjanijiet baġitarji stipulati fil-programm ta’ stabbilità ma jipperikolawx dan l-objettiv matul il-perjodu tal-programm.
Bl-istess mod, id-devjazzjoni tista’ wkoll ma tiġix ikkunsidrata meta tirriżulta minn avveniment mhux tas-soltu li mhux fil-kontroll tal-Istat Membru kkonċernat u li għandu impatt kbir fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-gvern ġenerali jew f’każ ta’ tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku għaż-żona tal-euro jew għall-Unjoni kollha, sakemm din ma tipperikolax is-sostenibbiltà fiskali fil-perjodu medju.
TAQSIMA 3
PROGRAMMI TA' KONVERĠENZA
Artikolu 7
Programm ta' konverġenza għandu jagħti t-tagħrif li ġej partikolarment dwar fatturi varjabbli li għandhom x'jaqsmu mal-konverġenza:
l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien u l-perkors ta’ aġġustament lejn dan l-objettiv għall-bilanċ tal-gvern ġenerali bħala perċentwali tal-PGD, il-perkors mistenni tal-proporzjon tad-dejn tal-gvern ġenerali, il-perkors ippjanat tat-tkabbir fl-infiq tal-gvern, inkluża l-allokazzjoni korrispondenti għall-formazzjoni gross tal-kapital fiss, b’mod partikolari meta wieħed iżomm quddiem għajnejh il-kundizzjonijiet u l-kriterji biex jiġi stabbilit it-tkabbir tal-infiq skont l-Artikolu 9(1), il-perkors ippjanat tat-tkabbir fid-dħul tal-gvern b’politika mhux mibdula u l-kwantifikazzjoni tal-miżuri diskrezzjonali tad-dħul ippjanati, l-objettivi tal-politika monetarja fuq perjodu medju ta’ żmien, ir-relazzjoni ta’ dawk l-objettivi mal-istabbiltà tal-prezzijiet u tar-rata tal-kambju u mal-kisba ta’ konverġenza sostnuta;
informazzjoni dwar responsabbiltajiet impliċiti relatati mat-tixjiħ, u responsabbiltajiet kontiġenti, bħal ma huma l-garanziji pubbliċi, b’impatt potenzjalment kbir fuq il-kontijiet ġenerali tal-gvern;
informazzjoni dwar il-konsistenza tal-programm ta’ konverġenza mal-linji gwida ġenerali għall-politika ekonomika u l-programm ta’ riforma nazzjonali;
l-assunzjonijiet prinċipali dwar żviluppi ekonomiċi mistennija u dwar fatturi varjabbli ekonomiċi importanti li huma rilevanti għall-kisba tal-programm ta’ konverġenza, bħall-infiq mill-gvern f’investimenti, tkabbir reali tal-PGD, l-impjiegi u l-inflazzjoni;
valutazzjoni kwantitattiva tal-miżuri baġitarji u ta’ miżuri oħra ta’ politika ekonomika li jkunu qegħdin jittieħdu jew jiġu proposti sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-programm, li tinkludi analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji tar-riformi strutturali prinċipali u li għandhom effetti baġitarji pożittivi diretti fuq perjodu twil ta’ żmien, fosthom billi jiżdied it-tkabbir sostenibbli potenzjali;
analiżi dwar kif tibdil fis-assunzjonijiet prinċipali ekonomiċi jaffettwaw il-pożizzjoni tad-dejn fil-budget;
jekk applikabbli, ir-raġunijiet għal devjazzjoni mit-triq ta' aġġustament meħtieġa lejn l-objettiv tal-budget fuq terminu medju ta' żmien.
In-natura eżatta tal-informazzjoni inkluża fil-punti (a), (aa), (b), (c) u (d) tal-paragrafu 2 għandha titfassal f’qafas armonizzat stabbilit mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-Istati Membri.
Artikolu 8
Artikolu 9
Meta jivvalutaw il-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu qasir ta’ żmien, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw jekk ikunx qed isir sforz akbar ta’ aġġustament fi żminijiet ekonomiċi tajba, filwaqt li l-isforz jista’ jkun iżjed limitat fi żminijiet ekonomiċi ħżiena. B’mod partikolari, għandu jitqies id-dħul imprevist u n-nuqqas tiegħu. Għall-Istati Membri ffaċċjati b’livell ta’ dejn li jaqbeż is-60 % tal-PGD jew b’riskji evidenti ta’ sostenibilità ġenerali ta’ dejn, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw jekk it-titjib annwali fil-bilanċ tal-budget aġġustat b’mod ċikliku, esklużi l-miżuri ta’ darba u miżuri oħra temporanji, ikunx ogħla minn 0,5 % tal-PGD. Għall-Istati Membri li jipparteċipaw fl-ERM 2, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw jekk l-Istat Membru kkonċernat ikunx qed jagħmel it-titjib annwali xieraq fil-bilanċ tiegħu aġġustat b’mod ċikliku u li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-objettiv baġitarju tiegħu fuq perjodu medju ta’ żmien, b’0,5 % tal-PGD bħala valur referenzjali u mingħajr ma jqis il-miżuri ta’ darba u miżuri oħra temporanji.
Il-progress suffiċjenti lejn l-objettiv baġitarju għal perjodu medju ta’ żmien għandu jkun ivvalutat abbażi ta’ valutazzjoni ġenerali bil-bilanċ strutturali bħala r-referenza, inkluża analiżi tal-infiq mingħajr ma jitqiesu l-miżuri tad-dħul diskrezzjonali. Għal dan il-għan, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jivvalutaw jekk il-perkors tat-tkabbir fl-infiq tal-gvern, meħud flimkien mal-effett ta’ miżuri li jkunu qegħdin jittieħdu jew li jkunu ppjanati min-naħa tad-dħul, ikunx konsistenti mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
għall-Istati Membri li jkunu laħqu l-objettiv baġitarju tagħhom fuq perjodu medju ta’ żmien, it-tkabbir fl-infiq annwali ma jaqbiżx rata ta’ referenza ta’ tkabbir potenzjali tal-PGD fuq perjodu medju ta’ żmien, sakemm l-eċċess ma jiġix korrispost b’miżuri diskrezzjonali tad-dħul;
għall-Istati Membri li jkunu għadhom ma laħqux l-objettiv baġitarju tagħhom fuq perjodu medju ta’ żmien, it-tkabbir fl-infiq annwali ma jaqbiżx rata inqas minn rata ta’ referenza ta’ tkabbir potenzjali tal-PGD fuq perjodu medju ta’ żmien, sakemm l-eċċess ma jiġix korrispost b’miżuri diskrezzjonali dwar id-dħul. Id-differenza negattiva bejn ir-rata tat-tkabbir fl-infiq tal-gvern meta pparagunata ma’ rata ta’ referenza ta’ tkabbir potenzjali tal-PGD fuq perjodu medju ta’ żmien tiġi stipulta b’mod li jiżgura aġġustament xieraq lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien;
għall-Istati Membri li jkunu għadhom ma laħqux l-objettiv baġitarju tagħhom fuq perjodu medju ta’ żmien, it-tnaqqis diskrezzjonali tal-elementi tad-dħul tal-gvern jiġi korrispost jew bi tnaqqis fl-infiq jew b’żidiet diskrezzjonali f’elementi oħra tad-dħul tal-gvern jew bit-tnejn.
L-infiq totali għandu jeskludi l-infiq fuq l-interessi, infiq fuq programmi tal-Unjoni korrisposti bis-sħiħ mid-dħul tal-fondi tal-Unjoni u mill-bidliet mhux diskrezzjonali fl-infiq tal-benefiċċju tal-qgħad.
L-eċċess fit-tkabbir fl-infiq ’il fuq mir-referenzi ta’ perjodu medju ta’ żmien m’għandux jitqies bħala inadempjenza mal-valur referenzjali sal-limitu li dan ikun ibbilanċjat kompletament biż-żidiet tad-dħul li huma obbligatorji skont il-liġi.
Ir-rata ta’ referenza fuq perjodu ta’ żmien medju tat-tkabbir potenzjali tal-PDG għandha tiġi determinata abbażi ta’ previżjonijiet li jħarsu ’l quddiem, u abbażi ta’ stimi retrospettivi. Il-previżjonijiet għandhom ikunu aġġornati f’intervalli regolari. Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubbliku l-metodu ta’ kalkolu għal dawk il-previżjonijiet u r-rata ta’ referenza fuq perjodu ta’ żmien medju li tirriżulta tat-tkabbir potenzjali tal-PGD.
Meta jiddefinixxu l-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien għall-Istati Membri li jkunu għadhom ma laħqux dan l-objettiv u meta jippermettu devjazzjoni temporanja minn dan l-objettiv għall-Istati Membri li jkunu diġà laħquh, sakemm jiġi ppreservat marġini xieraq ta’ sikurezza fir-rigward tal-valur ta’ referenza tad-defiċit u li l-pożizzjoni baġitarja tkun mistennija li terġa’ lura għall-objettiv baġitarju għall-perjodu medju ta’ żmien matul il-perjodu tal-programm, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali prinċipali li għandhom effetti baġitarji pożittivi diretti, fosthom billi jżidu t-tkabbir sostenibbli potenzjali, u għalhekk impatt verifikabbli fuq is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fuq perjodu twil ta’ żmien.
Għandha tingħata attenzjoni partikolari lir-riformi fil-pensjonijiet li jintroduċu sistema b’aktar minn pilastru wieħed li tinkludi pilastru mandatorju, kompletament iffinanzjat. L-Istati Membri li jkunu qegħdin jimplimentaw tali riformi għandhom jitħallew jiddevjaw mill-pjan ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju tagħhom fuq perjodu ta’ żmien medju jew mill-objettiv innifsu, bid-devjazzjoni tirrifletti l-ammont tal-impatt dirett inkrementali tar-riforma fuq il-bilanċ tal-gvern ġenerali, sakemm jiġi ppreservat marġini adegwat ta’ sikurezza fir-rigward tal-valur referenzjali tad-defiċit.
Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ukoll jeżaminaw jekk il-kontenut tal-programm ta’ konverġenza jiffaċilitax il-ksib ta’ konverġenza sostnuta u reali u l-koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-linji ta’ politika ekonomika u jekk il-linji ta’ politika ekonomika tal-Istat Membru kkonċernat ikunux konsistenti mal-linji gwida ġenerali tal-politika ekonomika u mal-linji gwida għall-impjiegi tal-Istati Membri u tal-Unjoni. Barra minn hekk, għall-Istati Membri li jipparteċipaw fl-ERM 2, il-Kunsill għandu jeżamina jekk il-programm ta’ konverġenza jiżgurax parteċipazzjoni mingħajr problemi fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju.
F’każ ta’ avveniment mhux tas-soltu li ma jkunx fil-kontroll tal-Istat Membru kkonċernat u li jkollu impatt prinċipali fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-gvern ġenerali jew f’perjodi ta’ tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku għaż-żona euro jew l-Unjoni kollha, l-Istati Membri jistgħu jitħallew jiddevjaw temporanjament mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien imsemmi fit-tielet subparagrafu, sakemm dan ma jipperikolax is-sostenibbiltà fiskali fuq perjodu medju ta’ żmien.
Artikolu 10
Barra minn hekk, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jimmonitorjaw il-linji ta’ politika ekonomika tal-Istati Membri mhux parteċipanti fid-dawl tal-objettivi ta’ programmi ta’ konverġenza bil-ħsieb li jiżguraw li l-linji politiċi tagħhom jadattaw irwieħhom għall-istabbiltà u b’hekk jevitaw miżallinjamenti fir-rati reali tal-kambju u oxxillazzjonijiet eċċessivi fir-rati nominali tal-kambju.
Il-Kunsill, fi żmien xahar mid-data tal-adozzjoni tat-twissija msemmija fl-ewwel subparagrafu, għandu janalizza s-sitwazzjoni u jadotta rakkomandazzjoni għall-miżuri ta’ politika neċessarji abbażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, ibbażata fuq l-Artikolu 121(4) tat-TFUE. Ir-rakkomandazzjoni għandha tistabbilixxi skadenza ta’ mhux aktar minn ħames xhur għall-indirizzar tad-devjazzjoni. L-iskadenza għandha titnaqqas għal tliet xhur jekk il-Kummissjoni, fit-twissija tagħha, tqis li s-sitwazzjoni hi partikolarment serja u teħtieġ azzjoni urġenti. Il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jagħmel ir-rakkomandazzjoni pubblika.
Fl-iskadenza stabbilita mill-Kunsill fir-rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 121(4) tat-TFUE, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-azzjoni meħuda bħala tweġiba għar-rakkomandazzjoni.
Jekk l-Istat Membru kkonċernat jonqos li jieħu l-azzjoni xierqa sal-iskadenza speċifikata f’rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont it-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tirrakkomanda immedjatament lill-Kunsill li jadotta, b’maġġoranza kwalifikata, deċiżjoni li tistabbilixxi li ma kien hemm l-ebda azzjoni effikaċi. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tista’ tirrakkomanda lill-Kunsill li jadotta rakkomandazzjoni riveduta skont l-Artikolu 121(4) tat-TFUE dwar miżuri ta’ politika neċessarji.
F’każ li l-Kunsill ma jadottax id-deċiżjoni dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li tgħid li ma ttieħdet l-ebda azzjoni effikaċi, u li għadu jippersisti n-nuqqas ta’ azzjoni xierqa min-naħa tal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni, xahar warar-rakkomandazzjoni preċedenti tagħha, għandha tirrakkomanda lill-Kunsill jadotta d-deċiżjoni li tistabbilixxi li ma ttieħdet l-ebda azzjoni effikaċi. Id-deċiżjoni għandha titqies bħala adottata mill-Kunsill sakemm dan ma jiddeċidix, b’maġġoranza sempliċi, li jirrifjuta r-rakkomandazzjoni sa għaxart ijiem minn meta l-Kummissjoni tadottaha. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tista’ tirrakkomanda lill-Kunsill li jadotta rakkomandazzjoni riveduta skont l-Artikolu 121(4) tat-TFUE dwar miżuri ta’ politika neċessarji.
Meta jieħu d-deċiżjoni dwar in-nonkonformità msemmija fir-raba’ u l-ħames subparagrafi, il-Kunsill għandu jaġixxi mingħajr ma jqis il-vot tal-membru tal-Kunsill li jirrappreżenta l-Istat Membru kkonċernat.
Il-Kunsill għandu jissottometti rapport formali lill-Kunsill Ewropew dwar id-deċiżjonijiet meħuda skont il-każ.
Il-valutazzjoni jekk id-devjazzjoni tkunx sinifikanti għandha, b’mod partikolari, tinkludi l-kriterji li ġejjin:
għal Stat Membru li ma jkunx laħaq l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien, meta tiġi vvalutata l-bidla fuq il-bilanċ strutturali, jekk id-devjazzjoni tkunx ta’ mill-anqas 0,5 % tal-PGD f’sena waħda jew ta’ mill-anqas 0,25 % tal-PGD bħala medja kull sena f’sentejn wara xulxin;
meta jiġu vvalutati l-iżviluppi tal-infiq mingħajr ma jitqiesu l-miżuri diskrezzjonali tad-dħul, jekk id-devjazzjoni ikollhiex impatt totali fuq il-bilanċ tal-gvern ta’ mill-anqas 0,5 % tal-PGD f’sena waħda jew b’mod kumulattiv f’sentejn konsekuttivi.
Id-devjazzjoni tal-iżviluppi fl-infiq ma għandhiex tiġi kkunsidrata sinifikanti jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun qabeż l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien, filwaqt li titqies il-possibbiltà ta’ dħul sinifikanti imprevist u l-pjanijiet baġitarji stipulati fil-programm ta’ konverġenza ma jipperikolawx dak l-objettiv matul il-perjodu tal-programm.
Bl-istess mod, id-devjazzjoni tista’ wkoll ma tiġix ikkunsidrata meta tirriżulta minn avveniment mhux tas-soltu li mhux fil-kontroll tal-Istat Membru kkonċernat u li għandu impatt kbir fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-gvern ġenerali jew f’każ ta’ tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku għaż-żona tal-euro jew għall-Unjoni kollha, sakemm din ma tipperikolax is-sostenibbiltà fiskali fil-perjodu medju.
TAQSIMA 3 A
IL-PRINĊIPJU TAL-INDIPENDENZA STATISTIKA
Artikolu 10a
Bil-għan li jiġi żgurat li s-sorveljanza multilaterali tkun ibbażata fuq statistika soda u indipendenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-indipendenza professjonali tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, li tkun konsistenti mal-kodiċi ta’ prattika tal-istatistika Ewropea kif stipulata fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea ( 3 ). Bħala minimu dan għandu jirrikjedi:
proċessi trasparenti għar-reklutaġġ u t-tkeċċija li għandhom ikunu bbażati biss fuq il-kriterji professjonali;
allokazzjonijiet baġitarji li jridu jsiru fuq bażi annwali jew multiannwali;
id-data tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni statistika ewlenija, li għandha tingħażel sew bil-quddiem.
TAQSIMA 4
DISPOSIZZJONIJIET KOMUNI
Artikolu -11
Artikolu 11
Bħala parti mis-sorveljanza multilaterali kif deskritta f' dan ir-Regolament, il-Kunsill għandu jwettaq l-istima totali deskritta ►M2 fl-Artikolu 121 ◄ (3).
Artikolu 12
Skond it-tieni subparagrafu ►M2 tal-Artikolu 121 ◄ (4) il-President tal-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom iżidu mar-rapport tagħhom lill-Parlament Ewropew ir-riżultati tas-sorveljanza multilaterali mwettqa skond dan ir-Regolament.
Artikolu 12a
Dak ir-rapport għandu jevalwa, inter alia:
l-effettività ta’ dan ir-Regolament, partikolarment jekk id-dispożizzjonijiet li jirregolaw it-teħid ta’ deċiżjonijiet kinux sodi biżżejjed,
il-progress biex jiġi żgurat il-koordinament eqreb tal-linji ta’ politika ekonomika u konverġenza sostnuta tal-prestazzjoni ekonomika tal-Istati Membri f’konformità mat-TFUE,
Artikolu 13
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1998.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25.
( 2 ) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41.
( 3 ) ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.