This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 01992L0042-20130926
Council Directive 92/42/EEC of 21 May 1992 on efficiency requirements for new hot-water boilers fired with liquid or gaseous fuels
Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE tal- 21 ta’ Mejju 1992 dwar il-ħtiġiet ta’ effiċjenza għal kaldaruni tal-misħun ġodda li jaħdmu b’karburanti likwidi jew gassużi
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE tal- 21 ta’ Mejju 1992 dwar il-ħtiġiet ta’ effiċjenza għal kaldaruni tal-misħun ġodda li jaħdmu b’karburanti likwidi jew gassużi
1992L0042 — MT — 26.09.2013 — 005.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/42/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 (ĠU L 167, 22.6.1992, p.17) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
L 220 |
1 |
30.8.1993 |
||
ID-DIRETTIVA 2004/8/KE TAL-PALAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Frar 2004 |
L 52 |
50 |
21.2.2004 |
|
ID-DIRETTIVA 2005/32/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-6 ta' Lulju 2005 |
L 191 |
29 |
22.7.2005 |
|
DIRETTIVA 2008/28/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta’ Marzu 2008 |
L 81 |
48 |
20.3.2008 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 813/2013 tat-2 ta’ Awwissu 2013 |
L 239 |
136 |
6.9.2013 |
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/42/KEE
tal-21 ta’ Mejju 1992
dwar il-ħtiġiet ta’ effiċjenza għal kaldaruni tal-misħun ġodda li jaħdmu b’karburanti likwidi jew gassużi
▼M5 —————
Artikolu 7
▼M5 —————
2. Il-konformità ta’ kaldaruni manifatturati f’serje għandha tiġi ċertifikata minn:
— eżami ta’ l-effiċjenza tat-tip ta’ kaldarun skond il-modulu B kif deskritt fl-Anness III,
— dikjarazzjoni ta’ konformità mat-tip approvat b’mod konformi mal-modulu Ċ, D jew E kif deskritt fl-Anness IV.
Fir-rigward ta’ kaldaruni li jaħarqu karburanti gassużi, il-proċeduri sabiex tiġi evalwata l-konformità tagħhom għandhom ikunu dawk użati biex jevalwaw il-konformità mal-ħtiġiet tas-sigurta’ stipulati fid-Direttiva 90/396/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’ jaqsmu ma’ apparat li jaħraq karburanti gassużi.
▼M5 —————
Artikolu 8
1. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-korpi li huma nnominaw sabiex iwettqu l-proċeduri li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 7 flimkien ma’ xogħlijiet speċifiċi li dawn il-korpi ġew nominati sabiex iwettqu u n-numri ta’ identifikazzjoni assenjati lilhom minn qabel mill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej lista tal-korpi notifikati flimkien man-numri ta’ identifikazzjoni tagħhom u x-xogħlijiet li għalihom ġew notifikati. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li din il-lista tinżamm aġġornata.
2. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-kriterji minimi stipulati fl-Anness V għall-ħatra ta’ dawn il-korpi. Il-korpi li jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-istandards armonizzati korrispondenti għandhom jitqiesu li jikkonformaw mal-kriterji stipulati f’dak l-Anness.
3. Stat Membru li jkun innotifika korp partikolari għandu jirtira dik in-notifikazzjoni jekk isib li l-korp konċernat ma jissodisfax il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2. Huwa għandu jinforma minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill- Kummissjoni u għandu jirtira n-notifika.
▼M5 —————
ANNESS III
Modulu B: Eżami tat-tip KE
1. |
Dan il-modulu jiddeskrivi dik il-parti tal-proċedura li permezz tagħha l-korp notifikat jista’ jivverifika u jiċċertifika li kampjun, li huwa rappresentattiv tal-produzzjoni maħsuba, jissodisfa d-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva. |
2. |
L-applikazzjoni għall-eżami tat-tip KE tintbagħat mill-manifattur jew mir-rappreżentant tiegħu stabbilit fil-Komunità lill-korp notifikat ta’ l-għażla tiegħu. L-applikazzjoni għandha tinkludi: — l-isem u l-indirizz tal-manifattur, jekk l-applikazzjoni tintbagħat mir-rappreżentant awtorizzat, l-isem u l-indirizz b’żieda ma’, — dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazjoni ma tkunx intbagħtet lil xi korp notifikat ieħor, — id-dokumenti tekniċi, kif deskritti fis-taqsima 3. L-applikant għandu jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-korp notifikat eżempju kampjun rappresentattiv tal-produzzjoni maħsuba, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ “tip”. Il-korp notifikat jista’ jitlob aktar kampjuni jekk dawn ikunu meħtieġa għat-twettiq tat-test tal-programm. |
3. |
Id-dokumenti tekniċi għandhom jippermettu li ssir evalwazzjoni tal-konformità ta’ l-apparat mal-ħtiġiet tad-Direttiva. Dawn għandhom, sal-limitu li huwa relevanti għal din l-evalwazzjoni, ikopru d-disinn, il-manifattura u t-tħaddim ta’ l-apparat, u għandu ikun fihom, sal-limitu li jkun relevanti għall-evalwazzjoni: — deskrizzjoni ġenerali tat-tip, — tpinġijiet konċettwali tad-disinn u tal-manifattura u diagrammi tal-komponenti, sub- immuntar, ċirkwiti, eċċ., — id-deskrizzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet meħtieġa sabiex wieħed jifhem it-tpinġijiet u d-diagrammi u kif jaħdem il-prodott, — lista ta’ l-istandards imsemmija fl-Artikolu 5(2), applikati bi sħiħ jew f’parti, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet addottati sabiex jiġu mħarsa l-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva fejn l-istandards imsemmija fl-Artikolu 5 ma jkunux ġew applikati, — ir-riżultati ta’ kalkoli magħmula fuq id-disinn, l-eżamijiet imwettqa, eċċ., — rapporti tat-testijiet. |
4. |
Il-korp notifikat għandu:
|
5. |
Meta t-tip jissodisfa d-dispożizzjonijiet relevanti ta’ din id-Direttiva, l-korp notifikat joħroġ ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE lill-applikant. Iċ-ċertifikat juri l-isem u l-indirizz tal-manifattur, il-konklużjoni ta’ l-eżami u l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tat-tip approvat. Lista tal-partijiet relevanti tad-dokumenti tekniċi hija annessa maċ-ċertifikat u għandha tinżamm kopja mill-korp notifikat. Jekk il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li jkun stabbilit fil-Komunità jiġi miċħud ċertifikat tat-tip, il-korp notifikat għandu jagħti r-raġunijiet dettaljati għal din iċ-ċaħda. Għandu jsiru provvedimenti dwar proċedura ta’ appell. |
6. |
L-applikant jinforma lill-korp notifikat li jżomm id-dokumenti tekniċi li jirrigwardaw iċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-KE, dwar il-modifikazzjonijiet kollha għall-applikazzjoni approvata li trid tirċievi approvazzjoni addizzjonali kull meta dawn il-bidliet jistgħu jaffettwaw il-konformità mal-ħtiġiet essenzjali jew mal-kondizzjonijiet preskritti għall-użu tal-prodott. Din l-approvazjoni addizzjonali hija mogħtija fil-forma ta’ żieda maċ-ċertifikat oriġinali ta’ l-eżami tat-tip tal-KE. |
7. |
Kull korp notifikat għandu jikkomunika lill-korpi notifikati l-oħrajn l-informazzjoni relevanti li tirrigwarda ċ-ċertifikati ta’ l-eżami tat-tip KE u ż-żidiet maħruġa u rtirati. |
8. |
Il-korpi notifikati l-oħrajn jistgħu jirċievu kopji taċ-ċertifikati ta’ l-eżami tat-tip tal-KE u/jew taż-żiediet tagħhom. L-Annessi li jinsabu maċ-ċertifikati għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-korpi notifikati l-oħrajn. |
9. |
Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu iżomm mad-dokumenti tekniċi kopji taċ-ċertifikati ta’ l-eżami tat-tip KE u ż-żidiet tagħhom għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin wara l-aħħar data ta’ manifattura tal-prodott konċernat. Jekk la l-manifattur u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma jkun stabbilit fil-Komunità, l-obbligazzjoni li jinżammu disponibbli d-dokumenti tekniċi hija r-responsabbiltà tal-persuna li tqiegħed il-prodott fis-suq tal-Komunità. |
ANNESS IV
Modulu Ċ: Konformità mat-tip
1. |
Dan il-modulu jiddeskrivi dik il-parti tal-proċedura li permess tagħha l-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jiżgura u jiddikjara li l-apparati konċernati jikkonformaw mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE, u jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Diretiva li japplikaw għalihom. ►M1 Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jwaħħal l-immarkar CE fuq kull strument u għandu jifformola dikjarazzjoni ta’ konformità bil-miktub. ◄ |
2. |
Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassigura li l-proċess ta’ manifattura jassigura li l-apparati manifatturati jikkonformaw mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE u mal-ħtiġiet ta’ effiċjenza tad-Direttiva. |
3. |
Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu iżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin wara l-aħħar data ta’ manifattura tal-prodott konċernat. Jekk la l-manifatturjew lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma jkun stabbiliti fil-Komunità, l-obbligazzjoni li jinżammu disponibbli d-dokumenti tekniċi hija r-responsabbiltà tal-persuna li tqiegħed il-prodott fis-suq tal-Komunità. |
4. |
Korp notifikat magħżul mill-manifattur għandu jwettaq jew għandu jkun wettaq l-eżamijiet tal-prodott f’intervalli kif jiġi jiġi. Kampjun addattat tal-prodotti finali, meħuda fuq il-post mill-korp notifikat, għandu jiġi eżaminat u testijiet xierqa, kif definiti skond l-istandard jew standards applikabbli msemmija fl-Artikolu 5(2) jew testijiet ekwivalenti għandhom isiru sabiex tiġi kontrollata l-konformità tal-prodott mal-ħtiġiet tad-Direttiva relattiva. F’kas li kampjun wieħed jew iżjed minn dawk eżaminati ma jikkonformax, il-korp notifikat għandu jieħu l-miżuri xierqa. |
Modulu D: Assigurazzjoni tal-kwalità tal-produzzjoni
1. |
Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li permess tagħha l-manifattur li jissodisfa l-obbligazzjonijiet tat-taqsima 2 jassigura u jiddikjara li l-apparati konċernati jikkonformaw mat-tip, skond kif deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżamii tat-tip KE, u li jissodisfa l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva. ►M1 Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jwaħħal l-immarkar CE fuq kull strument u għandu jifformola dikjarazzjoni ta’ konformità bil-miktub. L-immarkar CE huwa akkumpanjat min-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat responsabbli għall-investigazzjonijiet li hemm referenza għalihom fit-Taqsima 4. ◄ |
2. |
Il-manifattur għandu jħaddem sistema ta’ kwalità approvata ta’ produzzjoni, spezzjoni u testijiet finali ta’ l-apparat kif speċifikat fit-taqsima 3. Huwa soġġett għall-verifiki msemmija fit-taqsima 4. |
3. |
Sistema ta’ kwalità
|
4. |
Sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat.
|
5. |
Il-manifattur għandu, għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin wara l-aħħar data ta’ manifattura tal-prodott, iżomm għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali: — id-dokument imsemmi fit-tieni inċiż ta’ 3.1, — l-aġġornar imsemmi fit-tieni paragrafu ta’ 3.4, — id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat li huma msemmija fil-paragrafu finali ta’ 3.4, u fi 4.3 u 4.4. |
6. |
Kull korp notifikat għandu jagħti lill-korpi notifikati l-oħrajn l-informazzjoni relevanti li tirrigwarda l-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità maħruġa u rtirati. |
Modulu E: Assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodotti
1. |
Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li permess tagħha l-manifattur li jissodisfa l-obbligazzjonijiet tat-taqsima 2 jassigura u jiddikjara li l-kaldaruni u l-apparati konċernati jikkonformaw mat-tip, skond kif huwa deskritt fiċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE. ►M1 Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jwaħħal l-immarkar CE fuq kull kaldarun u strument u għandu jifformola dikjarazzjoni ta’ konformità bil-miktub. L-immarkar CE għandu jiġi akkumpanjat min-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat responsabbli għall-inivestigazzjonijiet li hemm referenza għalihom fit-Taqsima 4. ◄ |
2. |
Il-manifattur għandu iħaddem sistema ta’ kwalità approvata għall-ispezzjoni u l-ittestjar finali tal-kaldarun u ta’ l-apparati kif speċifikat fit-taqsima 3. Huwa għandu jkun soġġett għall-verifiki msemmija fit-taqsima 4. |
3. |
Sistema tal-kwalità
|
4. |
Sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat.
|
5. |
Il-manifattur għandu, għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin wara l-aħħar data tal-manifattura tal-kaldarun jew apparat, iżomm għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali: — id-dokumenti msemmija fit-tieni inċiż ta’ 3.1, — il-bidliet imsemmija fit-tieni paragrafu ta’ 3.4, — id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat li huma msemmija fil-paragrafu finali ta’ 3.4, u fl- 4.3 u 4.4. |
6. |
Kull korp notifikat għandu jibgħat lill-korpi notifikati l-oħrajn l-informazzjoni relevanti li tirrigwarda l-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità maħruġa u rtirati. |
ANNESS V
Il-kriterji minimi li għandu jingħata kont tagħhom mill-Istati Membri għan-notifikazzjoni tal-korpi.
1. |
Il-korp, id-direttur tiegħu u l-impjegati responsabbli biex iwettqu t-testijiet ta’ verifikazzjoni ma jistgħux ikunu d-disinjatur, il-manifattur, il-fornitur jew il-persuna responsabbli għall-installazzjoni ta’ l-apparati li jispezzjonaw, u l-anqas ir-rappreżentant awtorizzat ta’ xi waħda minn dawk il-partijiet. Ma jistgħux jinvolvu ruħhom direttament jew bħala rappreżentanti awtorizzati fid-disinn, fil-kostruzzjoni, fit-tqegħid fis-suq jew fil-manutenzjoni ta’ dawn il-kaldaruni jew apparati. Dan ma jipprekludix il-possibiltà li jsir bdil ta’ informazzjoni teknika bejn il-manifattur u l-korp. |
2. |
Il-korp u l-impjegati tiegħu għandhom iwettqu t-testijiet ta’ verifikazzjoni bl-ogħla grad ta’ integrità professjonali u kompetenza teknika u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni jew suġġerimenti, b’mod partikolari finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom tar-riżultati ta’ l-ispezzjoni, speċjalment minn persuni jew minn gruppi ta’ persuni li għandhom interess fir-riżultat tal-verifikazzjonijiet. |
3. |
L-organu għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-impjegati meħtieġa u għandu jipposjedi l-faċilitajiet meħtieġa sabiex ikun jista’ jwettaq sew id-dmirijiet amministrattivi u tekniċi marbuta mal-verifikazzjoni; għandu jkollu aċċess ukoll għall-apparat meħtieġ għall-verifikazzjoni speċjali. |
4. |
L-impjegati responsabbli għal spezzjoni għandu jkollhom: — taħriġ tekniku u professjonali sod, — għarfien sodisfaċenti tal-ħtiġiet tat-testijiet li jwettqu u l-esperjenza adegwata ta’ dawk it-testijiet, — il-kapaċità li jħejju ċ-ċertifikati, ir-rekords u r-rapporti meħtieġa sabiex jawtentikati it-twettieq ta’ dawk it-testijiet. |
5. |
L-imparzjalità ta’ l-impjegati ta’ spezzjoni għandha tiġi garantita. Il-ħlas tagħhom m’ għandux jiddependi fuq in-numru ta’ testijiet imwettqa jew fuq ir-riżultati ta’ dawk it-testijiet. |
6. |
Il-korp għandu jagħmel assigurazzjoni dwar ir-responsabbiltà, ħlief jekk ir-responsabbiltà tiegħu taqa’ fuq l-Istat skond il-liġi nazzjonali, jew jekk l-Istat Membru nnifsu jkun direttament responsabbli għat-testijiet. |
7. |
L-impjegati tal-korp għandhom ikunu marbuta li josservaw s-segretezza professjonali (ħlief fir-rigward ta’ l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti ta’ l-Istat li fih jitwettqu l-attivitajiet tiegħu) taħt din id Direttiva jew kull dispożizzjoni ta’ liġi nazzjonali li tagħtiha effett. |