Este documento es un extracto de la web EUR-Lex
Documento 32022D1018
Council Decision (CFSP) 2022/1018 of 27 June 2022 amending Decision 2013/354/CFSP on the European Union Police Mission for the Palestinian Territories (EUPOL COPPS)
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1018 tas-27 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1018 tas-27 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)
ST/9356/2022/INIT
ĠU L 170, 28.6.2022, p. 76/77
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Vigente
28.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 170/76 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1018
tas-27 ta’ Ġunju 2022
li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-3 ta’ Lulju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/354/PESK (1), li kompliet l-EUPOL COPPS mill-1 ta’ Lulju 2013. |
(2) |
Fid-29 ta’ Ġunju 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/902 (2) li emendat id-Deċiżjoni 2013/354/PESK u li estendietha mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021. |
(3) |
Fl-4 ta’ Marzu 2021, fil-kuntest tar-Reviżjoni Strateġika tal-EUPOL COPPS, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) qabel li l-Missjoni jenħtieġ li tiġi estiża għal perjodu ulterjuri ta’ 24 xahar, sat-30 ta’ Ġunju 2023. |
(4) |
Fl-1 ta’ Ġunju 2021, il-KPS innota wkoll li, b’kont meħud tal-informazzjoni pprovduta minn Iżrael u l-Awtorità Palestinjana, jenħtieġ li, f’dan l-istadju, l-EUPOL COPPS tiġi estiża b’sena, sat-30 ta’ Ġunju 2022. |
(5) |
Fit-28 ta’ Ġunju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1066 (3) li emendat id-Deċiżjoni 2013/354/PESK u li estendietha mill-1 ta’ Lulju 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2022. |
(6) |
Abbażi ta’ informazzjoni addizzjonali pprovduta minn Iżrael u mill-Awtorità Palestinjana, jenħtieġ li l-EUPOL COPPS issa tiġi estiża bit-tieni sena, sat-30 ta’ Ġunju 2023, kif maqbul fil-kuntest tar-Reviżjoni Strateġika tagħha. |
(7) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/354/PESK tiġi emendata skont dan. |
(8) |
L-EUPOL COPPS ser titwettaq fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2013/354/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 12(1), jinżdied is-subparagrafu li ġej: “3L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta ma’ EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023 għandu jkun EUR 11 660 000."; |
(2) |
fl-Artikolu 15, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Hija għandha tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2023.", |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2022.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-27 ta’ Ġunju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
A. PANNIER-RUNACHER
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 185, 4.7.2013, p. 12).