Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R2157

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2157 tas-16 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 211/2012 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    C/2017/7787

    ĠU L 304, 21.11.2017, p. 21–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/2157/oj

    21.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 304/21


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2157

    tas-16 ta' Novembru 2017

    li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 211/2012 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda (“NM”) annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti.

    (2)

    Skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 211/2012 (3), prodott li jikkonsisti f'taħlita ta' alkoħol etiliku (70 % tal-piż) u gażolina (petrol tal-karozzi) u li jikkonforma ma' EN 228 (30 % tal-piż) irid jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 2207 20 00.

    (3)

    Skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 626/2014 (4), il-Kummissjoni introduċiet Nota addizzjonali 12 għall-Kapitolu 22 tat-Tieni Parti tan-Nomenklatura Magħquda. Jenħtieġ li r-raġunijiet li wasslu biex il-prodott ikkonċernat ikun ikklassifikat fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 211/2012 taħt il-kodiċi NM 2207 20 00, ikunu allinjati mar-regoli stabbiliti f'dik in-Nota addizzjonali biex jiġu evitati diverġenzi potenzjali fil-klassifikazzjoni tariffarja ta' taħlitiet speċifiċi ta' alkoħol etiliku ma' sustanzi oħra u biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda fl-Unjoni. Jenħtieġ ukoll li d-deskrizzjoni tal-prodott stabbilita fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 211/2012 tiċċara li l-prodott jintuża bħala materja prima biex jipproduċi fjuwil għall-vetturi bil-mutur.

    (4)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 211/2012 jiġi emendat skont dan.

    (5)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 211/2012 jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2017.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Stephen QUEST

    Direttur Ġenerali

    Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


    (1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 211/2012 tat-12 ta' Marzu 2012 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 73, 13.3.2012, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 626/2014 tal-10 ta' Ġunju 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 174, 13.6.2014, p. 26).


    ANNESS

    ANNESS

    Deskrizzjoni tal-prodotti

    Klassifikazzjoni (Kodiċi NM)

    Raġunijiet

    (1)

    (2)

    (3)

    Prodott bil-kompożizzjoni li ġejja (% tal-piż):

    alkoħol etiliku

    70

    gażolina (petrol tal-karozzi) li tikkonforma ma' EN 228

    30

    Il-prodott jintuża bħala materja prima biex jipproduċi fjuwil għall-vetturi bil-mutur.

    Dan jiġi ttrasportat bl-ingrossa.

    2207 20 00

    Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota Addizzjonali 12 tal-Kapitolu 22 u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 2207 u 2207 20 00 .

    Il-prodott huwa taħlita ta' alkoħol etiliku u gażolina (petrol tal-karozzi). Il-livelli perċentwali ta' gażolina (petrol tal-karozzi) fil-prodott ma jagħmluhx tajjeb għall-konsum mill-bniedem iżda ma jwaqqafx l-użu tal-prodott għal skopijiet industrijali (ara wkoll in-Noti Spjegattivi tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 2207 , ir-raba' paragrafu).

    Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 2207 20 00 bħala alkoħol etiliku denaturat.


    Top