This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0257
2013/257/EU: Council Decision of 27 May 2013 on the position to be adopted on behalf of the European Union within the ACP-EU Council of Ministers concerning the multiannual financial framework for the period 2014 to 2020 of the Partnership Agreement between the members of the African, Caribbean and Pacific Group of States of the one part, and the European Community and its Member States, of the other part
2013/257/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta’ Mejju 2013 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE dwar il-qafas finanzjarju multiannwali għall-perjodu 2014 sa 2020 tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra
2013/257/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta’ Mejju 2013 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE dwar il-qafas finanzjarju multiannwali għall-perjodu 2014 sa 2020 tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra
ĠU L 150, 4.6.2013, p. 23–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
4.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 150/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-27 ta’ Mejju 2013
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE dwar il-qafas finanzjarju multiannwali għall-perjodu 2014 sa 2020 tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra
(2013/257/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 209(2), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu u l-proċeduri li għandhom ikunu segwiti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (2), kif emendat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (3) u f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010 (4) (“il-Ftehim AKP-UE”) jipprovdi għall-adozzjoni ta’ protokolli finanzjarji għal kull perjodu ta’ ħames snin. |
(2) |
L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, f’konformità mal-Artikolu 7 tal-Anness Ib tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, flimkien mal-Istati tal-AKP, wettqu reviżjoni tal-prestazzjoni, li fost l-oħrajn tivvaluta l-grad ta’ twettiq tal-impenji u l-iżborżamenti. |
(3) |
Fit-8 ta’ Frar 2013, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha qablu dwar it-twaqqif tal-mekkaniżmu ta’ finanzjament, jiġifieri, il-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (“FEŻ”), il-perjodu eżatt li għandu jiġi kopert (2014-2020), u l-ammont ta’ fondi li għandhom jiġu allokati għal dan il-mekkaniżmu. |
(4) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE dwar il-qafas finanzjarju multiannwali għall-perjodu 2014 sa 2020 tal-Ftehim ta’ Sħubija, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-UE rigward il-protokoll dwar il-qafas finanzjarju multiannwali għall-perjodu 2014-2020, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Wara l-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 376.
(2) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Ftehimiet kif rettifikati bi ĠU L 385, 29.12.2004, p. 88.
(3) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.
(4) ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI TAL-AKP-UE
ta’
li tadotta protokoll dwar il-qafas finanzjarju multiannwali għall-perjodu 2014-2020 taħt il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku min-naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra
IL-KUNSILL TAL-MINISTRI TAL-AKP-UE
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1) kif emendat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2) u f’Ouagadougo u fit-22 ta’ Ġunju 2010 (3) (“il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE”), u partikolarment l-Artikolu 95(2) u 100 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha flimkien mal-Istati tal-AKP wettqu reviżjoni tal-prestazzjoni, skont l-Artikolu 7 għall-Anness Ib tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, li fost l-oħrajn tivvaluta l-grad ta’ twettiq tal-impenji u l-iżborżamenti. |
(2) |
L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha qablu li jistabbilixxu l-mekkaniżmu ta’ finanzjament, jiġifieri, il-11-il FEŻ, il-perjodu eżatt li għandu jiġi kopert (2014-2020), u l-ammont ta’ fondi li għandhom jiġu allokati għal dan il-mekkaniżmu. |
(3) |
Il-protokoll li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għall-perjodu 2014-2020 għandu jiddaħħal fil-Ftehim bħala Anness Ic. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għal din id-Deċiżjoni għandu jiġi adottat bħala Anness Iċ ġdid għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku min-naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif rivedut fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 u f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell […], […]
Għall-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-UE
Il-President
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Ftehim kif rettifikat permezz ta’ ĠU L 385,29.12.2004, p. 88.
ANNESS
L-Anness li ġej għandu jiddaħħal fil-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE:
“ANNESS Ic
Qafas finanzjarju multiannwali għall-perjodu 2014 - 2020
1. |
Għall-finijiet stabbiliti f’dan il-Ftehim u għal perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2014, l-ammont globali ta’ assistenza finanzjarja disponibbli għall-Istati tal-AKP fi ħdan dan il-qafas finanzjarju multiannwali għandu jkun ta’ EUR 31 589 miljun, kif speċifikat fil-punti 2 u 3. |
2. |
L-ammont ta’ EUR 29 089 miljun taħt il-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni mad-dħul fis-seħħ tal-qafas finanzjarju multiannwali. Dan l-ammont għandu jiġi allokat bejn l-istrumenti ta’ kooperazzjoni kif ġej:
|
3. |
L-operazzjonijiet iffinanzjati permezz tal-Faċilità ta’ Investiment, inklużi s-sussidji għar-rata ta’ imgħax korrispondenti, għandhom jiġu amministrati mill-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI). Ammont sa EUR 2 500 miljun flimkien mal-fondi disponibbli mill-11-il FEŻ għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni mill-BEI fil-forma ta’ self mir-riżorsi proprji. Dawn ir-riżorsi għandhom jingħataw għall-finijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ dan il-Ftehim, b’konformità mal-kundizzjonijiet previsti fl-istatuti tal-BEI u mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-termini u l-kundizzjonijiet għall-finanzjament tal-investimenti ta’ dak l-Anness. Ir-riżorsi finanzjarji l-oħrajn kollha ta’ dan il-qafas finanzjarju multiannwali għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni. |
4. |
Wara l-31 ta’ Diċembru 2013 jew wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-qafas finanzjarju multiannwali, liema waħda minn dawn id-dati tkun l-aktar tard, il-bilanċi mill-għaxar (10) FEŻ jew minn FEŻ preċedenti u fondi diżimpenjati minn proġetti taħt dawn l-FEŻ, m’għandhomx ikunu impenjati aktar, sakemm il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ma jiddeċidix mod ieħor b’unanimità, bl-eċċezzjoni tal-bilanċi li jifdal u r-rimborżi tal-ammonti allokati għall-finanzjament tal-Faċilità ta’ Investiment, esklużi s-sussidji tar-rata ta’ imgħax relatati, u l-bilanċi li jifdal mis-sistema mmirata biex tiggarantixxi l-istabbiltà tad-dħul mill-esportazzjoni ta’ prodotti bażiċi agrikoli (STABEX - Système de Stabilisation des Recettes d’Exportation) skont il-FEŻ qabel id-disa’ (9) FEŻ. |
5. |
L-ammont globali ta’ dan il-qafas finanzjarju multiannwali għandu jkopri l-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020. Il-fondi tal-11-il FEŻ, u fil-każ tal-Faċilità ta’ Investiment, il-fondi li ġejjin minn fluss mill-ġdid, m’għandhomx jiġu impenjati aktar wara l-31 ta’ Diċembru 2020, sakemm il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ma jiddeċidix mod ieħor b’unanimità, fuq proposta mill-Kummissjoni. Madanakollu, il-fondi sottoskritti mill-Istati Membri taħt id-9, l-10 u l-11 FEŻ għall-finanzjament tal-Faċilitajiet tal-Investiment għandhom ikunu disponibbli wara l-31 ta’ Diċembru 2020 għall-iżburżament. |
6. |
Il-Kumitat tal-Ambaxxaturi, f’isem il-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-UE, jista’ jieħu l-miżuri xierqa, fil-limiti tal-ammont globali tal-qafas finanzjarju multiannwali, sabiex jilħaq ir-rekwiżiti ta’ programmazzjoni taħt waħda mill-allokazzjonijiet previsti fil-punt 2, inkluż it-tqassim mill-ġdid ta’ fondi bejn dawn l-allokazzjonijiet. |
7. |
Il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu li jwettqu evalwazzjoni tal-prestazzjoni, li tivvaluta l-grad ta’ twettiq tal-impenji u l-iżborżamenti, kif ukoll ir-riżultati u l-impatt tal-għajnuna mogħtija. Din ir-reviżjoni titwettaq fuq il-bażi ta’ proposta mħejjija mill-Kummissjoni. |
8. |
Kull Stat Membru jista’ jipprovdi lill-Kummissjoni jew lill-BEI b’kontribuzzjonijiet volontarji biex jappoġġja l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE. L-Istati Membri jistgħu wkoll jikkofinanzjaw proġetti jew programmi, pereżempju fil-qafas ta’ inizjattivi speċifiċi li għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni jew l-BEI. Għandha tiġi garantita l-appartenenza AKP fuq il-livell nazzjonali ta’ tali inizjattivi.” |