This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R1221
Regulation (EC) No 1221/2009 of the European Parliament and of the Council of 25 November 2009 on the voluntary participation by organisations in a Community eco-management and audit scheme (EMAS), repealing Regulation (EC) No 761/2001 and Commission Decisions 2001/681/EC and 2006/193/EC
Regolament (KE) 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE
Regolament (KE) 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE
ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 12/07/2023
22.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/1 |
REGOLAMENT (KE) 1221/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Novembru 2009
dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175 (1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),
Billi:
(1) |
L-Artikolu 2 tat-Trattat jipprevedi li l-Komunità, fost kompiti oħra, għandha tippromwovi t-tkabbir sostenibbli fil-Komunità kollha. |
(2) |
Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 li tniżżel is-Sitt Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità Ambjentali (4) tidentifika t-titjib tal-kollaborazzjoni u s-sħubija mal-intrapriżi bħala approċċ strateġiku sabiex jintlaħqu l-objettivi ambjentali. L-impenji volontarji huma parti essenzjali minnu. L-inkoraġġiment ta’ parteċipazzjoni usa’ fl-Iskema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) u l-iżvilupp ta’ inizjattivi li jinkoraġġixxu lill-organizzazzjonijiet biex jippublikaw rapporti rigorużi u vverifikati b’mod independenti dwar il-prestazzjoni tal-iżvilupp ambjentali jew sostenibbli jitqiesu bħala meħtieġa f’dan il-kuntest. |
(3) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2007 dwar ir-reviżjoni ta’ nofs il-perjodu tas-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali Komunitarju tirrikonoxxi li huwa meħtieġ li jittejjeb il-funzjonament ta’ strumenti volontarji li ġew iddisinjati għall-industrija u li dawk l-istrumenti għandhom potenzjal kbir iżda għadhom ma ġewx żviluppati bis-sħiħ. Hija tappella lill-Kummissjoni biex tirrivedi -l-istrumenti sabiex tippromwovi l-parteċipazzjoni tagħhom u tnaqqas il-piż amministrattiv għall-ġestjoni tagħhom. |
(4) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2008 dwar il-Konsum u l-Produzzjoni Sostenibbli u l-Pjan ta’ Azzjoni għal Politika Industrijali Sostenibbli tirrikonoxxi li l-EMAS tgħin lill-kumpanniji jottimizzaw il-proċessi ta’ produzzjoni tagħhom, filwaqt li jnaqqsu l-impatti ambjentali u jagħmlu użu aktar effettiv tar-riżorsi. |
(5) |
Għall-fini li jiġi promoss approċċ koerenti bejn l-istrumenti leġislattivi żviluppati fuq il-livell Komunitarju fil-qasam tal-ħarsien ambjentali, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw kif ir-reġistrazzjoni fl-EMAS tista’ titqies fl-iżvilupp tal-leġislazzjoni jew kif din tista’ tintuża bħala għodda fl-infurzar tal-leġislazzjoni. Sabiex l-EMAS issir tappella aktar għall-organizzazzjonijiet, għandhom iqisu wkoll l-EMAS fil-linji politiċi tagħhom dwar il-kuntratti pubbliċi, u fejn xieraq, jirriferu għall-EMAS jew is-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali ekwivalenti bħala kondizzjonijiet ta’ prestazzjoni fil-kuntratt ta’ xogħlijiet u servizzi. |
(6) |
L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar tal-ambjent u verifika (EMAS) (5) jipprevedi li l-Kummissjoni għandha tirrivedi l-EMAS fid-dawl tal-esperjenza miksuba matul l-operazjoni tagħha u tipproponi emendi xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(7) |
L-applikazzjoni ta’ skemi ta’ ġestjoni ambjentali, inkluża l-EMAS kif stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 761/2001, wriet l-effettività tagħhom fil-promozzjoni tat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjonijiet. Madankollu, hemm il-ħtieġa li jiżdied l-ammont ta’ organizzazzjonijiet li jipparteċipaw fl-iskema sabiex jintlaħaq impatt ġenerali akbar ta’ titjib ambjentali. Għal dan il-għan, l-esperjenza miġbura mill-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament għandha tintuża biex tittejjeb il-kapaċità tal-EMAS li twassal għal titjib fil-prestazzjoni ambjentali globali tal-organizzazzjonijiet. |
(8) |
L-organizzazzjonijiet għandhom jiġu mħeġġa jipparteċipaw fl-EMAS fuq bażi volontarja u jistgħu jakkwistaw valur miżjud f’termini tal-kontroll regolatorju, tat-tfaddil fl-infiq u tad-dehra pubblika, kemm-il darba jkunu kapaċi jagħtu prova ta’ titjib fil-prestazzjoni ambjentali tagħhom. |
(9) |
L-EMAS għandha tkun disponibbli għall-organizzazzjonijiet kollha, ġewwa u barra l-Komunità, li l-attivitajiet tagħhom għandhom impatt ambjentali. L-EMAS għandha tipprovdi mezz biex dawk l-organizzazzjonijiet ikunu jistgħu jiġġestixxu dak l-impatt u jtejbu l-prestazzjoni ambjentali globali tagħhom. |
(10) |
L-organizzazzjonijiet, speċjalment l-organizzazzjonijiet iż-żgħar, għandhom jiġu inkoraġġuti jieħdu sehem fl-EMAS. Il-parteċipazzjoni tagħhom għandha tiġi promossa billi jiġi ffaċilitat l-aċċess għal informazzjoni, għal fondi eżistenti ta’ appoġġ u għal istituzzjonijiet pubbliċi u billi jiġu stabbiliti u promossi miżuri ta’ assistenza teknika. |
(11) |
L-organizzazzjonijiet li jimplimentaw sistemi oħra ta’ ġestjoni ambjentali u li jkunu jridu jaqilbu għall-EMAS għandhom ikunu jistgħu jagħmlu dan bl-aktar mod faċli possibbli. Għandhom jiġu kkunsidrati rabtiet ma’ skemi oħra ta’ ġestjoni ambjentali. |
(12) |
L-organizzazzjonijiet b’siti li jinsabu fi Stat Membru wieħed jew aktar għandhom ikunu jistgħu jirreġistraw dawk is-siti kollha jew numru minnhom taħt reġistrazzjoni waħda. |
(13) |
Il-mekkaniżmu għall-istabbiliment tal-konformità ta’ organizzazzjoni mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent għandu jissaħħaħ sabiex tittejjeb il-kredibbiltà tal-EMAS u, b’mod partikolari, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jnaqqsu l-piż amministrattiv tal-organizzazzjonijiet irreġistrati permezz tad-deregolazzjoni jew eżenzjoni regolatorja. |
(14) |
Il-proċess ta’ implimentazzjoni tal-EMAS għandu jinkludi l-involviment tal-impjegati u l-ħaddiema tal-organizzazzjoni peress li dan iżid is-sodisfazzjon li jieħdu minn xogħlhom, kif ukoll l-għarfien dwar kwistjonijiet ambjentali li jistgħu jiġu replikati fl-ambjent tax-xogħol u barra minnu. |
(15) |
Il-logo tal-EMAS għandu jservi ta’ għodda ta’ komunikazzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni li tappella għall-organizzazzjonijiet, li trawwem il-kuxjenza tal-bejjiegħa u ta’ partijiet interessati oħra dwar l-EMAS. Ir-regoli għall-użu tal-logo tal-EMAS għandhom jiġu ssimplifikati bl-użu ta’ logo uniku u r-restrizzjonijiet eżistenti għandhom jitneħħew għajr dawk marbuta mal-prodott u l-imballaġġ. M’għandux ikun hemm konfużjoni mat-tikketti ambjentali tal-prodotti. |
(16) |
L-ispejjeż u l-miżati għar-reġistrazzjoni fl-EMAS għandhom ikunu raġonevoli u proporzjonati mad-daqs tal-organizzazzjoni u mal-ħidma li jkollha ssir mill-Korpi Kompetenti. Mingħajr preġudizzju għar-regoli tat-Trattat dwar għajnuna mill-Istat, għall-organizzazzjonijiet iż-żgħar għandhom jitqiesu eżenzjonijiet jew tnaqqis mill-miżati. |
(17) |
L-organizzazzjonijiet għandhom jipproduċu u jippubblikaw dikjarazzjonijiet ambjentali perjodiċi li jipprovdu lill-pubbliku u partijiet interessati oħra bl-informazzjoni dwar il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent u l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. |
(18) |
Sabiex tiġi żgurata r-rilevanza u l-komparabiltà tal-informazzjoni, ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjonijiet għandu jkun abbażi ta’ indikaturi ġeneriċi ta’ prestazzjoni speċifiċi għas-settur li jiffokaw fuq oqsma ambjentali ewlenin fil-livell ta’ proċess u prodott bl-użu ta’ punti ta’ referenza u skali xierqa. Dan għandu jgħin lill-organizzazzjonijiet iqabblu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom kemm matul perijodi differenti ta’ rappurtar u mal-prestazzjoni ambjentali ta’ organizzazzjonijiet oħra. |
(19) |
Għandhom jiġu żviluppati, permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni u l-kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri, dokumenti ta’ referenza li jinkludu l-aqwa prattika ta’ ġestjoni ambjentali u indikaturi ta’ prestazzjoni ambjentali għal setturi speċifiċi. Dawk id-dokumenti għandhom jgħinu lill-organizzazzjonijiet jiffokaw aħjar fuq l-aspetti ambjentali l-aktar importanti f’settur partikolari. |
(20) |
Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-swieq marbuta mal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti (6), jorganizza l-akkreditazzjoni fuq il-livell nazzjonali u dak Ewropew u jistabbilixxi l-qafas globali għall-akkreditazzjoni. Dan ir-Regolament għandu jikkomplementa dawk ir-regoli safejn huwa meħtieġ, filwaqt li jqis il-karatteristiċi speċifiċi tal-EMAS, bħall-ħtieġa li jiġi żgurat livell għoli ta’ kredibbiltà lejn il-partijiet interessati, speċjalment Stati Membri u, fejn xieraq, għandu jistabbilixxi regoli aktar speċifiċi. Id-dispożizzjonijiet tal-EMAS għandhom jiżguraw u jtejbu kontinwament il-kompetenza tal-verifikaturi ambjentali billi jiġu previsti sistema ta’ akkreditazzjoni jew liċenzjar indipendenti u newtrali, taħriġ u sorveljanza xierqa tal-attivitajiet tagħhom u b’hekk ikunu ggarantiti t-trasparenza u l-kredibbiltà tal-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fl-EMAS. |
(21) |
Meta Stat Membru jiddeċiedi li ma jużax akkreditazzjoni għall-EMAS, għandu japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008. |
(22) |
Għandhom jitwettqu attivitajiet ta’ promozzjoni u ta’ appoġġ kemm mill-Istati Membri kif ukoll mill-Kummissjoni. |
(23) |
Mingħajr ħsara għar-regoli tat-Trattat dwar għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri għandhom jagħtu inċentivi lill-organizzazzjonijiet reġistrati, bħall-aċċess għal finanzjament jew inċentivi fiskali fil-qafas ta’ skemi li jappoġġaw il-prestazzjoni ambjentali tal-industrija, kemm-il darba l-organizzazzjonijiet ikunu kapaċi jagħtu prova ta’ titjib fil-prestazzjoni ambjentali tagħhom. |
(24) |
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw miżuri speċifiċi mmirati lejn parteċipazzjoni akbar fl-EMAS mill-organizzazzjonijiet, b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet iż-żgħar. |
(25) |
Bl-għan li tiġi żgurata applikazzjoni armonizzata ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tipproduċi dokumenti ta’ referenza settorjali fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament wara programm ta’ prijorità. |
(26) |
Dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut, jekk xieraq, fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu fid-dawl tal-esperjenza miksuba. |
(27) |
Dan ir-Regolament jieħu post ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 li għalhekk għandu jiġi mħassar. |
(28) |
Minħabba li l-elementi utli tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/680/KE tas-7 ta’ Settembru 2001 dwar gwida għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 761/2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar tal-ambjent u verifika (EMAS) (7) u tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/532/KE tal-10 ta’ Lulju 2003 dwar gwida għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 761/2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar tal-ambjent u verifika (EMAS) għall-għażla u l-użu ta indikaturi ta’ prestazzjoni ambjentali (8) huma inklużi f’dan ir-Regolament, dawk l-atti m’għandhomx jintużaw aktar għaliex ġew sostitwiti b’dan ir-Regolament. |
(29) |
Ladarba l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li tinħoloq skema unika kredibbli u li jiġi evitat l-istabbiliment ta’ skemi nazzjonali differenti, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-skala u l-effetti tiegħu, jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
(30) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (9). |
(31) |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tistabbilixxi proċeduri għall-evalwazzjoni bejn il-pari tal-Korpi Kompetenti, tiżviluppa dokumenti ta’ referenza settorjali, tirrikonoxxi sistemi ta’ ġestjoni ambjentali eżistenti, jew partijiet minnhom, għall-konformità mar-rekwiżiti korrispondenti ta’ dan ir-Regolament u li temenda l-Annessi I sa VIII. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma mfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, fost oħrajn, billi jissupplimentawh b’elementi mhux essenzjali ġodda, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(32) |
Ladarba jinħtieġ perijodu ta’ żmien biex jiġi żgurat li l-qafas għall-funzjonament xieraq ta’ dan ir-Regolament ikun ġie stabbilit, l-Istati Membri għandu jkollhom perijodu ta’ 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament biex jemendaw il-proċeduri segwiti mill-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u mill-Korpi Kompetenti skont id-dispożizjonijiet korrispondenti ta’ dan ir-Regolament. F’dak il-perijodu ta’ 12-il xahar, il-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u l-Korpi Kompetenti għandhom jitħallew ikomplu japplikaw il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 761/2001, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Għan
B’dan hija stabbilita skema Komunitarja għall-ġestjoni u l-verifika ambjentali, minn hawn ‘l quddiem imsejħa “EMAS”, li tippermetti l-parteċipazzjoni volontarja minn organizzazzjonijiet li jinsabu fil-Komunità jew barra minnha.
L-għan tal-EMAS, bħala strument importanti tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Konsum u l-Produzzjoni Sostenibbli u l-Politika Industrijali Sostenibbli, huwa l-promozzjoni ta’ titjib kontinwu fil-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjonijiet permezz tal-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ ġestjoni ambjentali mill-organizzazzjonijiet, l-evalwazzjoni sistematika, oġġettiva u perjodika tal-prestazzjoni ta’ sistemi bħal dawn, l-għoti ta’ informazzjoni dwar prestazzjoni ambjentali, djalogu miftuħ mal-pubbliku u ma’ partijiet interessati oħra u involviment attiv tal-impjegati f’organizzazzjonijiet u f’taħriġ xieraq.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“politika ambjentali” tfisser l-intenzjonijiet u d-direzzjoni globali ta’ organizzazzjoni marbuta mal-prestazzjoni ambjentali tagħha kif imfissra b’mod formali mill-maniġment fi skala għolja, inkluża l-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli, rilevanti għall-ambjent u wkoll impenn għal titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali. Din tipprovdi qafas għall-azzjoni u għat-tfassil ta’ objettivi u miri ambjentali; |
(2) |
“prestazzjoni ambjentali” tfisser ir-riżultati li jistgħu jitkejlu tal-ġestjoni ta’ organizzazzjoni tal-aspetti ambjentali tagħha; |
(3) |
“konformità ġuridika” tfisser implimentazzjoni sħiħa tar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli, inkluż il-kondizzjonijiet għall-permessi, fir-rigward tal-ambjent; |
(4) |
“aspett ambjentali” tfisser element tal-attivitajiet, il-prodotti jew is-servizzi ta’ organizzazzjoni li għandu jew li jista’ jkollu impatt fuq l-ambjent; |
(5) |
“aspett ambjentali sinifikattiv” tfisser aspett ambjentali li għandu jew li jista’ jkollu impatt ambjentali sinifikattiv; |
(6) |
“aspett ambjentali dirett” tfisser aspett ambjentali assoċjat ma’ attivitajiet, prodotti u servizzi tal-organizzazzjoni nnifisha li fuqhom hija għandha kontroll dirett tal-ġestjoni; |
(7) |
“aspett ambjentali indirett” tfisser aspett ambjentali li jista’ jirriżulta mill-interazzjoni ta’ organizzazzjoni ma’ partijiet terzi u li jista’ jiġi influwenzat sa livell raġonevoli mill-organizzazzjoni; |
(8) |
“impatt ambjentali” tfisser kwalunkwe bidla fl-ambjent, kemm jekk ta’ ħsara kif ukoll jekk benefiċjali, li tirriżulta kompletament jew parzjalment mill-attivitajiet, il-prodotti jew is-servizzi ta’ organizzazzjoni; |
(9) |
“reviżjoni ambjentali” tfisser analiżi komprensiva inizjali tal-aspetti ambjentali, l-impatti ambjentali u l-prestazzjoni ambjentali relatati mal-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi ta’organizzazzjoni; |
(10) |
“programm ambjentali” tfisser deskrizzjoni tal-miżuri, ir-responsabbiltajiet u l-mezzi meħuda jew previsti sabiex jinkisbu l-objettivi u l-miri ambjentali u l-iskadenzi għall-ksib tal-objettivi u l-miri ambjentali; |
(11) |
“objettiv ambjentali” tfisser mira ambjentali globali, li tirriżulta mill-politika ambjentali, li organizzazzjoni tiffissa għaliha nnifisha li tikseb, u li hija kkwantifikata fejn prattikabbli; |
(12) |
“mira ambjentali” tfisser rekwiżit dettaljat ta’ prestazzjoni, li jirriżulta mill-objettivi ambjentali, applikabbli għal organizzazzjoni jew għal partijiet minnha, u li jeħtieġ li jiġi stabbilit u milħuq sabiex jinkisbu dawk l-objettivi; |
(13) |
“sistema ta’ ġestjoni ambjentali” tfisser il-parti tas-sistema ta’ ġestjoni globali li tinkludi l-istruttura organizzattiva, l-attivitajiet ta’ ppjanar, ir-responsabbiltajiet, il-prassi, il-proċeduri, il-proċessi u r-riżorsi għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-ksib, ir-reviżjoni u ż-żamma tal-politika ambjentali u l-ġestjoni tal-aspetti ambjentali; |
(14) |
“l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali” tfisser l-aktar sistema effettiva ta’ ġestjoni ambjentali li tista’ tiġi implimentata minn organizzazzjonijiet f’settur rilevanti u li tista’ tirriżulta fl-aqwa prestazzjoni ambjentali f’kondizzjonijiet ekonomiċi u tekniċi partikolari; |
(15) |
“bidla sostanzjali” tfisser kwalunkwe bidla fl-operat, l-istruttura, l-amministrazzjoni, il-proċessi, l-attivitajiet, il-prodotti jew is-servizzi ta’ organizzazzjoni li jkollhom jew jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq is-sistema ta’ ġestjoni tal-ambjent tal-organizzazzjoni, l-ambjent jew is-saħħa tal-bniedem; |
(16) |
“verifika ambjentali interna” tfisser evalwazzjoni sistematika, dokumentata, perjodika u oġġettiva tal-prestazzjoni ambjentali ta’ organizzazzjoni, is-sistema u l-proċessi ta’ ġestjoni mfasslin biex iħarsu l-ambjent; |
(17) |
“awditur” tfisser individwu jew grupp ta’ individwi, li jappartjeni għal organizzazzjoni nnifisha jew persuna fiżika jew ġuridika minn barra l-organizzazzjoni, li taġixxi f’isem dik l-organizzazzjoni, li twettaq valutazzjoni, b’mod partikolari, tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali fis-seħħ u li tiddetermina l-konformità mal-politika ambjentali u l-programm tal-organizzazzjoni, inkluża l-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal- ambjent; |
(18) |
“dikjarazzjoni ambjentali” tfisser l-informazzjoni komprensiva għall-pubbliku u partijiet interessati oħrajn rigward:
|
(19) |
“dikjarazzjoni ambjentali aġġornata” tfisser l-informazzjoni komprensiva għall-pubbliku u partijiet interessati oħra li fiha aġġornamenti tad-dikjarazzjoni ambjentali li ġiet ivvalidata l-aħħar, fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni u l-konformità tagħha mal-obbligi ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent kif stipulat fl-Anness IV; |
(20) |
“verifikatur ambjentali” tfisser
|
(21) |
“organizzazzjoni” tfisser kumpannija, korporazzjoni, ditta, intrapriża, awtorità jew istituzzjoni, li tinsab ġewwa jew barra l-Komunità, jew parti jew kombinazzjoni minnha, kemm jekk inkorporata kif ukoll jekk le, pubblika jew privata li jkollha l-funzjonijiet u amministrazzjoni tagħha stess; |
(22) |
“sit” tfisser lokalità ġeografika distinta taħt il-kontroll tal-ġestjoni ta’ organizzazzjoni li tkopri l-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi, inklużi l-infrastruttura, it-tagħmir u l-materjali kollha; sit huwa l-iżgħar entità li għandha tiġi kkunsidrata għar-reġistrazzjoni; |
(23) |
“cluster” tfisser grupp ta’ organizzazzjonijiet indipendenti relatati ma’ xulxin permezz ta’ prossimità ġeografika jew attivitajiet ta’ negozju li konġuntament jimplimentaw sistema ta’ ġestjoni ambjentali; |
(24) |
“verifika” tfisser il-proċess ta’ valutazzjoni tal-konformità mwettaq minn verifikatur ambjentali biex jintwera jekk ir-reviżjoni ambjentali, il-politika ambjentali, is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali u l- verifika ambjentali interna ta’ organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament; |
(25) |
“validazzjoni” tfisser il-konferma mill-verifikatur ambjentali li jkun wettaq il-verifika, li l-informazzjoni u d-data fid-dikjarazzjoni ambjentali ta’ organizzazzjoni u l-aġġornament ambjentali tagħha jkunu affidabbli, kredibbli u korretti u li din id-data, ir-reviżjoni ambjentali, il-politika ambjentali, is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, u l-verifika ambjentali interna jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament; |
(26) |
“awtoritajiet ta’ infurzar” tfisser l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kif identifikati mill-Istati Membri biex jidentifikaw, jipprevjenu u jinvestigaw ksur tar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent, u fejn meħtieġ, jieħdu azzjoni ta’ infurzar; |
(27) |
“indikatur ta’ prestazzjoni ambjentali” tfisser espressjoni speċifika li tippermetti l-kejl tal-prestazzjoni ambjentali ta’ organizzazzjoni; |
(28) |
“organizzazzjonijiet żgħar” tfisser:
|
(29) |
“reġistrazzjoni korporattiva” tfisser reġistrazzjoni unika tas-siti kollha jew ta’ xi wħud mis-siti ta’ organizzazzjoni b’siti li jinsabu fi Stat Membru wieħed jew aktar jew f’pajjiżi terzi; |
(30) |
“Korp ta’ Akkreditazzjoni” tfisser korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni maħtur skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 li huwa responsabbli għall-akkreditazzjoni u s-sorveljanza tal-verifikaturi ambjentali. |
(31) |
“Korp ta’ Liċenzjar” tfisser korp maħtur b’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 li huwa responsabbli għall-ħruġ ta’ liċenzji lil, u għas-sorveljanza ta, l-verifikaturi ambjentali. |
KAPITOLU II
REĠISTRAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONIJIET
Artikolu 3
Determinazzjoni ta’ Korp Kompetenti
1. L-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni minn organizzazzjonijiet fi Stat Membru għandhom jitressqu lill-Korp Kompetenti f’dak l-Istat Membru.
2. Organizzazzjoni b’siti li jinsabu fi Stat Membru jew pajjiż terz wieħed jew aktar tista’ tapplika għal reġistrazzjoni korporattiva unika tas-siti kollha jew ta’ xi wħud minn dawk is-siti.
L-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni korporattiva unika għandhom isiru lil Korp Kompetenti tal-Istat Membru li fih jinsabu l-kwartieri ġenerali jew iċ-ċentru ta’ ġestjoni magħżul mill-organizzazzjoni għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu.
3. Applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni minn organizzazzjonijiet barra l-Komunità, inkluża r-reġistrazzjoni korporattiva li jikkonsistu f’siti lokalizzati barra l-Komunità, għandhom isiru lil kwalunkwe Korp Kompetenti f’dawk l-Istati Membri li jipprovdu għar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet minn barra l-Komunità skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1).
Dawk l-organizzazzjonijiet għandhom jiżguraw li l-verifikatur ambjentali li jagħmel il-verifika u li jivvalida s-sitema ta’ ġestjoni ambjentali tal-organizzazzjoni jkun akkreditat u liċenzjat fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tapplika għar-reġistrazzjoni.
Artikolu 4
Tħejjija għar-reġistrazzjoni
1. L-organizzazzjonijiet li jkunu jixtiequ jirreġistraw għall-ewwel darba għandhom:
(a) |
iwettqu reviżjoni ambjentali tal-aspetti ambjentali kollha tal-organizzazzjoni skont il-ħtiġijiet stabbiliti fl-Anness I u fil-punt A.3.1 tal-Anness II; |
(b) |
fid-dawl tar-riżultati tar-reviżjoni ambjentali, jiżviluppaw u jimplimentaw sistema ta’ ġestjoni ambjentali li tkopri r-rekwiżiti kollha msemmija fl-Anness II, u, fejn din tkun disponibbli, billi jqisu l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali għas-settur rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 46(1)(a); |
(c) |
iwettqu verifika interna skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt A.5.5 tal-Anness II u l-Anness III; |
(d) |
jippreparaw diskjarazzjoni ambjentali skont l-Anness IV. Meta dokumenti ta’ referenza settorjali kif imsemmija fl-Artikolu 46 ikunu disponibbli għas-settur speċifiku, il-valutazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni għandha tieħu kont tad-dokument rilevanti. |
2. L-organizzazzjonijiet jistgħu jużaw l-assistenza msemmija fl-Artikolu 32 li tkun disponibbli fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tapplika għar-reġistrazzjoni.
3. L-organizzazzjonijiet li jkollhom sistema ċċertifikata ta’ ġestjoni ambjentali, rikonoxxuta skont l-Artikolu 45(4), m’għandhomx ikunu obbligati jwettqu dawk il-partijiet li ġew rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dan ir-Regolament.
4. L-organizzazzjonijiet għandhom jipprovdu evidenza materjali jew dokumentarja li turi li mhemmm l-ebda evidenza ta’ ksur ta’ rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent.
L-organizzazzjonijiet jistgħu jitolbu informazzjoni mill-awtorità jew awtoritajiet kompetenti għall-infurzar, skont l-Artikolu 32 jew il-verifikatur ambjentali.
L-organizzazzjonijiet barra l-Komunità għandhom jirriferu wkoll għar-rekwiżiti ġuridiċi relatati mal-ambjent, li jkunu applikabbli għal organizzazzjonijiet simili fl-Istati Membri fejn ikunu bi ħsiebhom jippreżentaw l-applikazzjoni.
Meta dokumenti ta’ referenza settorjali kif imsemmija fl-Artikolu 46 ikunu disponibbli għas-settur speċifiku, il-valutazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni għandha tieħu kont tad-dokument rilevanti.
5. Ir-reviżjoni ambjentali inizjali, is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, il-proċedura ta’ verifika u l-implimentazzjoni tagħha għandhom jiġu vverifikati minn verifikatur ambjentali akkreditat u d-dikjarazzjoni ambjentali għandha tiġi ivvalidata minn dak il-verifikatur.
Artikolu 5
Applikazzjoni għal reġistrazzjoni
1. Kwalunkwe organizzazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti mniżżlin fl-Artikolu 4 tista’ tapplika għal reġistrazzjoni.
2. L-applikazzjoni għal reġistrazzjoni għandha ssir lill-Korp Kompetenti determinat skont l-Artikolu 3 u għandha tinkludi dan li ġej:
(a) |
id-dikjarazzjoni ambjentali validata, f’forma elettronika jew stampata; |
(b) |
id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(9), iffirmata mill-verifikatur ambjentali li jivvalida d-dikjarazzjoni ambjentali; |
(c) |
formola mimlija, li tinkludi mill-inqas l-informazzjoni minima kif imniżżel fl-Anness VI; |
(d) |
prova tal-ħlas tat-tariffi, jekk applikabbli. |
3. L-applikazzjoni għandha tinkiteb bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tapplika għal reġistrazzjoni.
KAPITOLU III
OBBLIGI TA’ ORGANIZZAZZJONIJIET REĠISTRATI
Artikolu 6
Tiġdid tar-reġistrazzjoni fl-EMAS
1. Organizzazzjoni reġistrata għandha, fuq bażi triennali mill-inqas:
(a) |
twettaq verifika tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali sħiħa u l-programm ta’ verifika u l-implimentazzjoni tagħhom, |
(b) |
taġġorna d-dikjarazzjoni ambjentali skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness IV u tara li tkun ivvalidata minn verifikatur ambjentali, |
(c) |
tressaq id-dikjarazzjoni ambjentali vvalidata lill-Korp Kompetenti, |
(d) |
tressaq quddiem il-Korp Kompetenti, formola mimlija li tinkludi mill-inqas informazzjoni minima stipulata fl-Anness VI, |
(e) |
tħallas miżata għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni lill-Korp Kompetenti, jekk applikabbli. |
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, fis-snin li jintervjenu, organizzazzjoni rreġistrata għandha:
(a) |
skont il-programm ta’ verifika, twettaq verifika interna tal-prestazzjoni ambjentali tagħha u tal-konformità tagħha mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent, skont l-Anness III, |
(b) |
tħejji dikjarazzjoni ambjentali aġġornata skont ir-rekwiżiti mniżżlin fl-Anness IV u tara li tkun ivvalidata minn verifikatur ambjentali, |
(c) |
tibgħat id-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata vvalidata lill-Korp Kompetenti, |
(d) |
tibgħat lill-Korp Kompetenti, formola mimlija li tinkludi mill-inqas informazzjoni minima stipulata fl-Anness VI, |
(e) |
tħallas miżata għaż-żamma tar-reġistrazzjoni lill-Korp Kompetenti, jekk applikabbli. |
3. L-organizzazzjonijiet reġistrati għandhom jagħmlu d-dikjarazzjoni ambjentali tagħhom u l-aġġornamenti tagħha aċċessibbli għall-pubbliku fi żmien xahar mir-reġistrazzjoni u għal xahar wara li jkun ikkompletat it-tiġdid tar-reġistrazzjoni.
L-organizzazzjonijiet reġistrati jistgħu jissodisfaw dak ir-rekwiżit billi jipprovdu aċċess għad-dikjarazzjoni ambjentali u d-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata meta dan jintalab, inkella billi joħolqu links fuq siti tal-Internet, li permezz tagħhom jista’ jinkiseb aċċess għal dawk id-dikjarazzjonijiet.
L-organizzazzjonijiet reġistrati għandhom jispeċifikaw il-mod li bih jipprovdu aċċess fil-formuli stabbiliti fl-Anness VI.
Artikolu 7
Deroga għall-organizzazzjonijiet iż-żgħar
1. Il-Korpi Kompetenti għandhom, fuq talba minn organizzazzjoni żgħira, jestendu għal dik l-organizzazzjoni il-frekwenza tri-ennali msemmija fl-Artikolu 6(1) għal erba’ snin jew il-frekwenza annwali msemmija fl-Artikolu 6(2) għal sentejn, dment li l-verifikatur ambjentali li vverifika l-organizzazzjoni jikkonferma li ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
ma jkun hemm l-ebda riskju ambjentali sinifikattiv, |
(b) |
l-organizzazzjoni m’għandha l-ebda bidliet sostanzjali ppjanati, kif definiti fl-Artikolu 8, u |
(c) |
ma teżisti l-ebda problema lokali ambjentali sinifikattiva, li l-organizzazzjoni tikkontribwixxi għaliha. |
Biex tippreżenta t-talba msemmija fl-ewwel paragrafu, l-organizzazzjoni tista’ tuża l-formola stabbilita fl-Anness VI.
2. Il-Korp Kompetenti għandu jiċħad it-talba jekk il-kondizzjonijiet imniżżlin fil-paragrafu 1 ma jintlaħqux. Huwa għandu jagħti ġustifikazzjoni raġunata lill-organizzazzjoni.
3. L-organizzazzjonijiet li jibbenefikaw minn estensjoni sa sentejn, kif imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom jgħaddu d-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata mhux ivvalidata lill-Korp Kompetenti kull sena li fiha jkunu eżentati mill-obbligu li jivvalidaw dikjarazzjoni ambjentali aġġornata.
Artikolu 8
Bidliet sostanzjali
1. Fejn organizzazzjoni rreġistrata tippjana li tintroduċi bidliet sostanzjali, l-organizzazzjoni għandha twettaq reviżjoni ambjentali ta’ dawn il-bidliet, inklużi l-aspetti u l-impatti ambjentali tagħhom.
2. Wara r-reviżjoni ambjentali tal-bidliet, l-organizzazzjoni għandha taġġorna r-reviżjoni ambjentali inizjali u timmodifika l-politika ambjentali tal-organizzazzjoni, il-programm ambjentali u s-sistema ta’ ġestjoni ambjentali u taġġorna d-dikjarazzjoni ambjentali sħiħa kif meħtieġ.
3. Id-dokumenti kollha modifikati u aġġornati skont il-paragrafu 2 għandhom jiġu vverifikati u vvalidati fi żmien sitt xhur.
4. Wara l-validazzjoni, l-organizzazzjoni għandha tippreżenta l-bidliet lill-Korp Kompetenti permezz tal-formola stabbilita fl-Anness VI u tagħmel il-bidliet disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 9
Verifika ambjentali interna
1. Organizzazzjoni reġistrata għandha tistabbilixxi programm ta’ verifika li jiżgura li matul perijodu ta’ żmien ta’ mhux aktar minn tliet snin jew erba’ snin jekk id-deroga li għalija jipprovdi l-Artikolu 7 tapplika, l-attivitajiet kollha fl-organizzazzjoni jkunu soġġetti għal verifika ambjentali interna skont ir-rekwiżiti mniżżlin fl-Anness III.
2. Il-verfika għandha titwettaq mill-awdituri li jkollhom, individwalment jew kollettivament, il-kompetenza meħtieġa biex iwettqu dawn il-kompiti u li huma indipendenti biżżejjed mill-attivitajiet li jivverifikaw biex ikunu jistgħu jagħtu ġudizzju oġġettiv.
3. Il-programm ta’ verifika ambjentali tal-organizzazzjoni għandu jiddefinixxi l-objettivi ta’ kull verifika jew iċ-ċiklu ta’ verifika inkluża l-frekwenza tal-verifika għal kull attività.
4. Fi tmiem kull verifika u kull ċiklu ta’ verifika l-awdituri għandhom iħejju rapport ta’ verifika bil-miktub.
5. L-awditur għandu jikkomunika s-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-verifika lill-organizzazzjoni.
6. Wara l-proċess ta’ verifika, l-organizzazzjoni għandha tħejji u timplimenta pjan ta’ azzjoni xieraq.
7. L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmi xierqa sabiex jiġi żgurat illi r-riżultati tal-verifika jiġu segwiti.
Artikolu 10
Użu tal-logo tal-EMAS
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35(2), il-logo tal-EMAS stabbilit fl-Anness V jista’ jintuża biss mill-organizzazzjonijiet reġistrati u biss sakemm tkun valida r-reġistrazzjoni tagħhom.
Il-logo dejjem għandu jkollu n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-organizzazzjoni.
2. Il-logo tal-EMAS għandu jintuża biss skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi mniżżlin fl-Anness V.
3. F’każ li organizzazzjoni tagħżel, skont l-Artikolu 3(2), li ma tinkludix is-siti kollha tagħha fir-reġistrazzjoni korporattiva, hija għandha tiżgura li fil-komunikazzjonijiet tagħha mal-pubbliku, u fl-użu tagħha tal-logo tal-EMAS ikun ċar liema siti jkunu koperti mir-reġistrazzjoni.
4. Il-logo tal-EMAS m’għandux jintuża:
(a) |
fuq prodotti jew fuq l-imballaġġ tagħhom; jew |
(b) |
flimkien ma’ stqarrijiet komparattivi dwar attivitajiet u servizzi oħra, jew b’tali mod li jista’ jkun hemm konfużjoni ma’ tikketti ambjentali tal-prodott. |
5. Kwalunkwe informazzjoni ambjentali ppubblikata minn organizzazzjoni reġistrata jista’ jkollha fuqha l-logo tal-EMAS, kemm-il darba din l-informazzjoni tkun tirriferi għall-aħħar dikjarazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni jew dikjarazzjoni ambjentali aġġornata, li minnha tkun ittieħdet u li tkun ġiet ivvalidata minn verifikatur ambjentali, bħala:
(a) |
preċiża; |
(b) |
issostanzjata u verifikabbli; |
(c) |
rilevanti u użata f’kuntest jew arranġament xieraq; |
(d) |
rappreżentattiva tal-prestazzjoni ambjentali globali tal-organizzazzjoni; |
(e) |
mhux probabbli li tirriżulta f’misinterpretazzjoni; u |
(f) |
sinifikattiva f’relazzjoni mal-impatt ambjentali globali. |
KAPITOLU IV
REGOLI APPLIKABBLI GĦALL-KORPI KOMPETENTI
Artikolu 11
Ħatra u rwol tal-Korpi Kompetenti
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-Korpi Kompetenti, li għandhom ikunu responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet lokalizzati fil-Komunità skont dan ir-Regolament.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-Korpi Kompetenti li jaħtru, jipprovdu u jkunu responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet lokalizzati fil-Komunità skont dan ir-Regolament.
Il-Korpi Kompetenti għandhom jikkontrollaw id-dħul u ż-żamma tal-organizzazzjonijiet fir-reġistru, inklużi s-sospensjoni u t-tħassir.
2. Il-Korpi Kompetenti jistgħu jkunu nazzjonali, reġjonali jew lokali.
3. Il-kompożizzjoni tal-Korpi Kompetenti għandha tiggarantixxi l-independenza u n-newtralità tagħhom.
4. Il-Korpi Kompetenti għandu jkollhom ir-riżorsi xierqa, kemm finanzjarji kif ukoll f’termini ta’ persunal, għal prestazzjoni xierqa tal-kompiti tagħhom.
5. Il-Korpi Kompetenti għandhom japplikaw dan ir-Regolament b’mod konsistenti u għandhom jieħdu sehem f’evalwazzjoni bejn il-pari regolari kif imniżżel fl-Artikolu 17.
Artikolu 12
Obbligi dwar il-proċess ta’ reġistrazzjoni
1. Il-Korpi Kompetenti għandhom jistabbilixxu proċeduri għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet. B’mod partikolari, huma għandhom jistabbilixxu regoli:
(a) |
għall-qejsien ta’ osservazzjonijiet minn partijiet interessati, inklużi l-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar u l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar u l-korpi rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet, rigward organizzazzjonijiet applikanti jew reġistrati, |
(b) |
għaċ-ċħid ta’ reġistrazzjoni, is-sospensjoni jew it-tħassir ta’ organizzazzjonijiet, u |
(c) |
għas-soluzzjoni ta’ appelli u lmenti li jsiru kontra d-deċiżjonijiet tagħhom. |
2. Il-Korpi Kompetenti għandhom jistabbilixxu u jżommu reġistru tal-organizzazzjonijiet reġistrati fl-Istati Membri tagħhom, inkluża informazzjoni dwar kif id-dikjarazzjoni ambjentali jew id-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata jistgħu jinkisbu, u, f’każ ta’ bidliet, jaġġornaw dak ir-reġistru kull xahar.
Ir-reġistru għandu jkun disponibbli pubblikament fuq websajt.
3. Il-Korpi Kompetenti għandhom, b’mod dirett jew permezz tal-awtoritajiet nazzjonali kif jiġi deċiż mill-Istati Membri kkonċernati, jikkomunikaw it-tibdil, kull xahar, il-bidliet li jsiru fir-reġistru msemmi fil-paragrafu 2 lill-Kummissjoni.
Artikolu 13
Reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet
1. Il-Korpi Kompetenti għandhom jikkunsidraw applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet skont il-proċeduri stabbiliti għal dan l-għan.
2. Meta organizzazzjoni tapplika għal reġistrazzjoni, il-Korp Kompetenti għandu jirreġistra dik l-organizzazzjoni u jagħtiha numru ta’ reġistrazzjoni, jekk ikunu sodisfatti dawn il-kondizzjonijiet kollha:
(a) |
il-Korp Kompetenti jkun irċieva applikazzjoni għal reġistrazzjoni, li tinkludi d-dokumenti kollha msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 5(2); |
(b) |
il-Korp Kompetenti jkun ikkontrolla li l-verifika u l-validazzjoni jkunu saru skont l-Artikoli 25, 26 u 27; |
(c) |
il-Korp Kompetenti jkun issodisfa abbażi ta’ evidenza materjali rċevuta, pereżempju permezz ta’ rapport bil-miktub mill-awtorità kompetenti tal-infurzar, li ma jkunx hemm evidenza ta’ ksur ta’ rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent; |
(d) |
ma jkunx hemm ilmenti relevanti minn partijiet interessati jew li l-ilmenti jkunu ġew solvuti b’mod sodisfaċenti; |
(e) |
il-Korp Kompetenti jkun sodisfatt abbażi ta’ evidenza rċevuta li l-organizzazzjoni tissodisfa r-rekiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament; u |
(f) |
il-Korp Kompetenti jkun irċieva miżata ta’ reġistrazzjoni, jekk applikabbli. |
3. Il-Korp Kompetenti għandu jinforma lill-organizzazzjoni li huwa jkun ġie rreġistrat u jipprovdi lill-organizzazzjoni n-numru ta’ reġistrazzjoni tiegħu u l-logo tal-EMAS.
4. Jekk Korp Kompetenti jikkonkludi li organizzazzjoni applikanta ma tikkonformax mar-rekwiżiti mniżżlin fil-paragrafu 2, huwa għandu jiċħad li jirreġistra dik l-organizzazzjoni u jikkomunika ġustifikazzjoni motivata lill-organizzazzjoni.
5. Jekk Korp Kompetenti jirċievi rapport ta’ sorveljanza bil-miktub minn Korp ta’ Akkreditazzjoni jew li joħroġ il-liċenzji, li jagħti evidenza li l-attivitajiet tal-verifikatur ambjentali ma jkunux twettqu b’mod adegwat biżżejjed sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jiġu sodisfatti mill-organizzazzjoni rreġistrata mal-EMAS, huwa għandu jiċħad li jirreġistra dik l-organizzazzjoni. Il-Korp Kompetenti għandu jistieden lill-organizzazzjoni biex tissottometti applikazzjoni ġdida għal reġistrazzjoni.
6. Sabiex il-Korp Kompetenti jikseb l-evidenza meħtieġa sabiex jieħu deċiżjoni dwar iċ-ċħid tar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet, huwa għandu jikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati, inkluża l-organizzazzjoni.
Artikolu 14
Tiġdid tar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet;
1. Korp Kompetenti għandu jġedded ir-reġistrazzjoni tal-organizzazzjoni jekk il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:
(a) |
Il-Korp Kompetenti jkun rċieva dikjarazzjoni ambjentali vvalidata kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 6(1), dikjarazzjoni ambjenti aġġornata vvalidata kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 6(2) jew dikjarazzjoni ambjentali aġġornata mhux ivvalidata kif imsemmi fl-Artikolu 7(3); |
(b) |
il-Korp Kompetenti jkun irċieva formula mimlija, li tinkludi mill-inqas l-informazzjoni minima stabbilita fl-Anness VI, kif imsemmi fil-punt (d) tal- Artikolu 6(1) u fil-punt (d) tal-Artikolu 6(2); |
(c) |
il-Korp Kompetenti ma jkollux evidenza li l-verifika u l-validazzjoni ma jkunux saru skont l-Artikoli 25, 26 u 27; |
(d) |
il-Korp Kompetenti ma jkollu l-ebda evidenza ta’ nuqqas ta’ konformità mill-organizzazzjoni ma’ rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent; |
(e) |
ma jkunx hemm ilmenti relevanti minn partijiet interessati jew li l-ilmenti jkunu gew solvuti b’mod sodisfacenti; |
(f) |
il-Korp Kompetenti jkun sodisfatt abbażi ta’ evidenza rċevuta li l-organizzazzjoni tissodisfa r-rekiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament; u |
(g) |
il-Korp Kompetenti jkun irċieva miżata ta’ reġistrazzjoni, jekk applikabbli. |
2. Il-Korpi Kompetenti għandhom jinfurmaw lill-organizzazzjoni li din tkun ġiet irreġistrata.
Artikolu 15
Sospensjoni jew tneħħija ta’ organizzazzjonijiet mir-reġistru
1. Fejn Korp Kompetenti jemmen li organizzazzjoni reġistrata ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, huwa għandu jagħti lill-organizzazzjoni l-opportunità li tressaq il-fehmiet tagħha f’dan ir-rigward. Jekk l-organizzazzjoni tonqos milli tipprovdi risposta sodisfaċenti, għandha titneħħa jew tiġi sospiża mir-reġistru.
2. Fejn Korp Kompetenti jirċievi rapport ta’ sorveljanza bil-miktub minn Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Korp li joħroġ il-liċenzji, li jagħti evidenza li l-attivitajiet tal-verifikatur ambjentali ma jkunux twettqu b’mod adegwat biżżejjed sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jiġu sodisfatti mill-organizzazzjoni rreġistrata, ir-reġistrazzjoni għandha tiġi sospiża.
3. Organizzazzjoni reġistrata għandha tiġi sospiża jew imħassra mir-reġistru, kif xieraq, jekk tonqos milli tippreżenta lill-Korp Kompetenti kwalunkwe minn dawn li ġejjin, fi żmien xahrejn minn meta tintalab tagħmel dan:
(a) |
id-dikjarazzjoni vvalidata, dikjarazzjoni ambjentali aġġornata jew id-dikjarazzjoni ffirmata msemmija fl-Artikolu 25(9); |
(b) |
formola, li tinkludi mill-inqas l-informazzjoni minima stipulata fl-Anness VI mill-organizzazzjoni, jekk applikabbli. |
4. Jekk Korp Kompetenti jiġi informat permezz ta’ rapport bil-miktub mill-awtorità kompetenti tal-infurzar bi ksur mill-organizzazzjoni ta’ kwalunkwe rekwiżit ġuridiku applikabbli relatat mal-ambjent, huwa għandu jissospendi jew iħassar ir-referenza għal dik l-organizzazzjoni mir-reġistru kif xieraq.
5. Fil-każ li Korp Kompetenti jiddeċiedi li jissospendi jew iħassar reġistrazzjoni, huwa għandu jqis mill-inqas dan li ġej:
(a) |
l-effett ambjentali tan-nuqqas ta’ konformità mill-organizzazzjoni mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
il-prevedibbiltà tan-nuqqas ta’ konformità mill-organizzazzjoni mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew iċ-ċirkostanzi li jwasslu għalih; |
(c) |
każijiet preċedenti ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament mill-organizzazzjoni; u |
(d) |
iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-organizzazzjoni. |
6. Sabiex jingħata l-evidenza meħtieġa għat-teħid tad-deċiżjoni tiegħu dwar is-sospensjoni jew it-tħassir ta’ organizzazzjonijiet mir-reġistru, il-Korp Kompetenti għandu jikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati, inkluża l-organizzazzjoni.
7. Jekk il-Korp Kompetenti jkun irċieva evidenza, f’forma oħra għajr permezz ta’ rapport ta’ sorveljanza bil-miktub tal-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Korp li joħroġ il-liċenzji, li l-attivitajiet tal-verifikatur ambjentali ma twettqux tajjeb biżżejjed biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jintlaħqu mill-organizzazzjoni, huwa għandu jikkonsulta lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Korp li joħroġ il-liċenzji li jkun qed jissorvelja lill-verifikatur ambjentali.
8. Il-Korp Kompetenti għandu jagħti r-raġunijiet tiegħu għal kwalunkwe miżura li tittieħed.
9. Il-Korp Kompetenti għandu jagħti informazzjoni xierqa lill-organizzazzjoni dwar il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati.
10. Is-sospensjoni ta’ organizzazzjoni mir-reġistru għandha titreġġa’ lura jekk il-Korp Kompetenti jkun irċieva informazzjoni sodisfaċenti li l-organizzazzjoni hija f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 16
Forum ta’ Korpi Kompetenti
1. Forum ta’ Korpi Kompetenti mill-Istati Membri kollha, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Forum tal-Korpi Kompetenti” għandu jiġi stabbilit mill-Korpi Kompetenti u jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena fil-preżenza ta’ rappreżentant tal-Kummissjoni.
Il-Forum tal-Korpi Kompetenti għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.
2. Il-Korpi Kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jieħdu sehem fil-Forum tal-Korpi Kompetenti. Meta fi Stat Membru wieħed ikun hemm stabbiliti diversi Korpi Kompetenti, għandhom jittieħdu miżuri xierqa sabiex jiġi żgurat li kollha kemm huma jiġu informati dwar l-attivitajiet tal-Forum tal-Korpi Kompetenti.
3. Il-Forum tal-Korpi Kompetenti għandu jiżviluppa gwida sabiex jiżgura l-konsistenza tal-proċeduri relatati mar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet skont dan ir-Regolament, inklużi t-tiġdid tar-reġistrazzjoni u s-sospensjoni u t-tħassir tal-organizzazzjonijiet mir-reġistru kemm fil-Komunità kif ukoll barra minnha.
Il-Forum tal-Korpi Kompetenti għandu jibgħat lill-Kummissjoni d-dokumenti ta’ gwida u dokumenti relatati mal-evalwazzjoni bejn il-pari.
4. Id-dokumenti ta’ gwida li jirriferu għal proċeduri ta’ armonizzazzjoni u li huma approvati mill-Forum tal-Korpi Kompetenti għandhom jiġu proposti mill-Kummissjoni biex ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3).
Dawk id-dokumenti għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 17
Evalwazzjoni bejn il-pari ta’ Korpi Kompetenti
1. Il-Forum tal-Korpi Kompetenti għandu jorganizza evalwazzjoni bejn il-pari biex jivvaluta l-konformità tas-sistema ta’ reġistrazzjoni ta’ kull Korp Kompetenti ma’ dan ir-Regolament u biex jiġi żviluppat approċċ armonizzat lejn l-applikazzjoni tar-regoli relatati mar-reġistrazzjoni.
2. L-evalwazzjoni bejn il-pari għandha ssir fuq bażi regolari, tal-anqas kull erba’ snin, u għandha tinkludi valutazzjoni tar-regoli u l-proċeduri mniżżlin fl-Artikoli 12, 13 u 15. Il-Korpi Kompetenti kollha għandhom jieħdu sehem fl-evalwazzjoni bejn il-pari.
3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċeduri għat-twettiq tal-evalwazzjoni bejn il-pari, inklużi proċeduri xierqa għal appelli kontra deċiżjonijiet meħuda b’riżultat tal-evalwazzjoni bejn il-pari.
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3).
4. Il-proċeduri li qed jirriferi għalihom il-paragrafu 3 għandhom jiġu stabbiliti qabel isseħħ l-ewwel evalwazzjoni tal-pari.
5. Il-Forum tal-Korpi Kompetenti, għandu jibgħat regolarment lill-Kummissjoni u lill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 49(1) rapport dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari.
Dak ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku wara li jkun ġie approvat mill-Forum tal-Korpi Kompetenti u mill-Kumitat imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
KAPITOLU V
VERIFIKATURI AMBJENTALI
Artikolu 18
Kompiti tal-Verifikaturi ambjentali
1. Il-verifikaturi ambjentali għandhom jivvalutaw jekk ir-reviżjoni ambjentali, il-politika ambjentali, is-sistema ta’ ġestjoni u l-proċeduri ta’ verifika tal-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-verifikaturi ambjentali għandhom jivverifikaw dan li ġej:
(a) |
il-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tar-reviżjoni ambjentali inizjali, is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, il-verifika ambjentali u r-riżultati tagħha u d-dikjarazzjoni ambjentali jew l-aġġornamenti tagħha; |
(b) |
il-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti ġuridiċi Komunitarji, nazzjonali, reġjonali u lokali applikabbli relatati mal-ambjent; |
(c) |
it-titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni; u |
(d) |
l-affidabbiltà, il-kredibbiltà u l-korrettezza tad-data u l-informazzjoni fid-dokumenti li ġejjin:
|
3. Il-verifikaturi ambjentali għandhom, b’mod partikolari, jivverifikaw il-validità teknika tar-reviżjoni ambjentali inizjali jew il-verifika jew proċeduri oħra mwettqa mill-organizzazzjoni, mingħajr ma jiddupplikaw bla ħtieġa dawk il-proċeduri.
4. Il-verifikaturi ambjentali għandhom jivverifikaw jekk ir-riżultati tal-verifika interna humiex affidabbli. Fejn ikun xieraq, huma għandhom jużaw kontrolli fuq il-post għal dak l-għan.
5. Fil-ħin tal-verifika għat-tħejjija tar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjoni, il-verifikatur ambjentali għandu jivverifika li mill-inqas ikunu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin minn dik l-organizzazzjoni:
(a) |
tkun fis-seħħ sistema ta’ ġestjoni ambjentali kompletament operattiva skont l-Anness II; |
(b) |
ikun fis-seħħ u jkun inbeda programm ta’ verifika kompletament ippjanat skont l-Anness III sabiex mill-inqas ikunu ġew koperti l-aktar impatti ambjentali sinifikattivi; |
(c) |
tkun tlestiet ir-reviżjoni tal-ġestjoni msemmija fil-Parti A tal-Anness II; u |
(d) |
tkun tħejjiet dikjarazzjoni ambjentali skont l-Anness IV u jkunu tqiesu d-dokumenti ta’ referenza settorjali, fejn dawn ikunu disponibbli. |
6. Għall-finijiet tal-verifika għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1), il-verifikatur ambjentali għandu jivverifika li l-organizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
l-organizzazzjoni jkollha sistema ta’ ġestjoni ambjentali kompletament operattiva skont l-Anness II; |
(b) |
l-organizzazzjoni jkollha programm ta’ verifika ppjanat kompletament operattiv, b’mill-inqas ċiklu ta’ verifika wieħed mitmum skont l-Anness III; |
(c) |
l-organizzazzjoni tkun lestiet reviżjoni waħda tal-ġestjoni; u |
(d) |
l-organizzazzjoni tkun ħejjiet dikjarazzjoni ambjentali skont l-Anness IV u tkun qieset id-dokumenti ta’ referenza settorjali, fejn dawn ikunu disponibbli. |
7. Għall-finijiet tal-verifika għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2), il-verifikatur ambjentali għandu jivverifika li l-organizzazzjoni tissodisfa mill-inqas ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
l-organizzazzjoni tkun wettqet verifika interna tal-prestazzjoni ambjentali u tal-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli, relatati mal-ambjent, skont l-Anness III; |
(b) |
l-organizzazzjoni turi konformità kontinwa mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli, relatati mal-ambjent u titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali tagħha; u |
(c) |
l-organizzazzjoni tkun ħejjiet dikjarazzjoni ambjentali aġġornata skont l-Anness IV u tkun qieset id-dokumenti ta’ referenza settorali, fejn dawn ikunu disponibbli. |
Artikolu 19
Frekwenza tal-verifika
1. F’konsultazzjoni mal-organizzazzjoni, il-verifikatur ambjentali għandu jfassal programm li jiżgura li l-elementi kollha meħtieġa għar-reġistrazzjoni u t-tiġdid tar-reġistrazzjoni msemmijin fl-Artikoli 4, 5 u 6 jkunu vverifikati.
2. Il-verifikatur ambjentali għandu, f’intervalli ta’ mhux aktar minn 12-il xahar, jivvalida kwalunkwe informazzjoni aġġornata fid-dikjarazzjoni ambjentali jew l-aġġornamenti tagħha.
Fejn ikun rilevanti, għandha tapplika d-deroga prevista fl-Artikolu 7.
Artikolu 20
Rekwiżiti għall-verifikaturi ambjentali
1. Sabiex tinkiseb akkreditazzjoni jew liċenzja skont dan ir-Regolament, verifikatur ambjentali kandidat għandu jintroduċi talba mal-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar li minnu jfittex l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja.
Dik it-talba għandha tispeċifika l-ambitu tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja mitluba permezz ta’ referenza għall-klassifika ta’ attivitajiet ekonomiċi kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 (11).
2. Il-verifikatur ambjentali għandu jagħti lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar evidenza xierqa tal-kompetenza tiegħu, inkluż tal-għarfien, l-esperjenza rilevanti u l-kapaċitajiet tekniċi rilevanti għall-ambitu tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja mitluba fl-oqsma li ġejjin:
(a) |
dan ir-Regolament; |
(b) |
il-funzjonament ġenerali tas-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali; |
(c) |
id-dokumenti rilevanti ta’ referenza settorjali maħruġin mill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 46, għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament; |
(d) |
ir-rekwiżiti leġislattivi, regolatorji u amministrattivi rilevanti għall-attività soġġetta għall-verifika u l-validazzjoni; |
(e) |
l-aspetti u l-impatti ambjentali, inkluża d-dimensjoni ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli; |
(f) |
l-aspetti tekniċi, rilevanti għall-kwistjonijiet ambjentali, tal-attività soġġetta għall-verifika u l-validazzjoni; |
(g) |
il-funzjonament ġenerali tal-attività soġġetta għall-verifika u l-validazzjoni sabiex tiġi vvalutata l-adegwatezza tas-sistema ta’ ġestjoni, fir-rigward tal-interazzjoni tal-organizzazzjoni u l-prodotti, is-servizzi u l-operazzjonijiet tagħha mal-ambjent, inklużi mill-inqas dawn li ġejjin:
|
(h) |
ir-rekwiżiti u l-metodoloġija tal-verifika ambjentali inkluża l-kapaċità li jitwettqu verifiki effettivi tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, l-identifikazzjoni ta’ sejbiet u konklużjonijiet xierqa tal-verifika, u t-tħejjija u l-preżentazzjoni tar-rapporti ta’ verifika, fil-forom orali u bil-miktub, biex jiġi pprovdut rekord ċar tal-verifika; |
(i) |
il-verifika tal-informazzjoni, id-dikjarazzjoni ambjentali u d-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata fir-rigward tal-ġestjoni tad-data, il-ħżin u l-manipulazzjoni tad-data, il-preżentazzjoni tad-data fil-format miktub u dak grafiku għall-apprezzament ta’ żbalji potenzjali fid-data, l-użu ta’ suppożizzjonijiet u estimi; |
(j) |
id-dimensjoni ambjentali tal-prodotti u s-servizzi, inklużi l-aspetti ambjentali u l-prestazzjoni ambjentali matul l-użu u wara l-użu, u l-integrità tad-data pprovduta għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ambjentali. |
3. Il-verifikatur ambjentali għandu jkollu juri żvilupp professjonali kontinwu fl-oqsma ta’ kompetenza mniżżlin fil-paragrafu 2 u jżomm tali żvilupp għall-valutazzjoni mill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar.
4. Il-verifikatur ambjentali għandu jkun terza persuna esterna, indipendenti, b’mod partikolari mill-awditur jew il-konsulent tal-organizzazzjoni, imparzjali u oġġettiv fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu.
5. Il-verifikatur ambjentali għandu jiżgura li jkun ħieles minn kwalunkwe pressjoni kummerċjali, finanzjarja jew oħra, li tista’ tinfluwenza l-ġudizzju tiegħu, jew tipperikola l-fiduċja fl-indipendenza tal-ġudizzju u l-integrità fir-rigward tal-attivitajiet ta’ verifika. Il-verifikatur ambjentali għandu jiżgura konformità ma’ kwalunkwe regola applikabbli f’dan ir-rigward.
6. Il-verifikatur ambjentali għandu jkollu metodi u proċeduri dokumentati, inklużi mekkaniżmi ta’ kontroll tal-kwalità u dispożizzjonijiet ta’ kunfidenzjalità, biex ikun konformi mar-rekwiżiti tal-verifika u tal-validazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
7. Fil-każ li organizzazzjoni taġixxi bħala verifikatur ambjentali, hija għandha żżomm tabella informattiva tal-organizzazzjoni li turi l-istrutturi u r-responsabbiltajiet fl-organizzazzjoni u dikjarazzjoni tal-istatus ġuridiku, il-pussess u s-sorsi ta’ finanzjament.
Dik it-tabella informattiva tal-organizzazzjoni għandha tiġi pprovduta meta tintalab.
8. Il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti għandha tiġi żgurata permezz tal-evalwazzjoni li ssir qabel l-akkreditazzjoni jew il-liċenzjar u permezz tas-sorveljanza tal-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar.
Artikolu 21
Rekwiżiti addizzjonali għall-verifikaturi ambjentali li huma persuni fiżiċi u li jwettqu attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni individwalment
Persuni fiżiċi li jaġixxu bħala verifikaturi ambjentali u li jwettqu verifiki u validazzjoni individwalment, minbarra li jikkonformaw mar-rekwiżiti mniżżlin fl-Artikolu 20 għandu jkollhom:
(a) |
il-kompetenza kollha meħtieġa sabiex iwettqu l-attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni fl-oqsma liċenzjati tagħhom; |
(b) |
ambitu limitat tal-liċenzja li jiddependi fuq il-kompetenza personali tagħhom. |
Artikolu 22
Rekwiżiti addizzjonali għal verifikaturi ambjentali attivi f’pajjiżi terzi
1. Fejn verifikatur ambjentali jkun bi ħsiebu jwettaq attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni f’pajjiżi terzi, huwa għandu jikseb akkreditazzjoni jew liċenzjagħal pajjiżi terzi speċifiċi.
2. Sabiex jikseb akkreditazzjoni jew liċenzja għal pajjiż terz, il-verifikatur ambjentali għandu, minbarra r-rekwiżiti mniżżlin fl-Artikoli 20 u 21, jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
l-għarfien u l-intendiment tar-rekwiżiti leġislattivi, regolatorji u amministrattivi relatati mal-ambjent fil-pajjiż terz li għalih qed tintalab l-akkreditazzjoni jew liċenzja; |
(b) |
l-għarfien u l-intendiment tal-lingwa uffiċjali tal-pajjiż terz li għalih qed tintalab l-akkreditazzjoni jew liċenzja. |
3. Ir-rekwiżiti mniżżlin fil-paragrafu 2 għandhom jitqiesu bħala milħuqa fejn il-verifikatur ambjentali juri l-eżistenza ta’ relazzjoni kuntrattwali bejnu u bejn persuna jew organizzazzjoni kkwalifikata li tissodisfa dawk ir-rekwiżiti.
Dik il-persuna jew organizzazzjoni għandha tkun indipendenti mill-organizzazzjoni li tkun ser tiġi vverifikata.
Artikolu 23
Sorveljanza tal-verifikaturi ambjentali
1. Is-sorveljanza tal-attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni mwettqa mill-verifikaturi ambjentali fi:
(a) |
l-Istat Membru li fih huma akkreditati jew liċenzjati, għandha ssir mill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar li jkun ħareġ l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja; |
(b) |
pajjiżi terzi, għandha ssir mill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar li jkun ħareġ l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja lill-verifikatur ambjentali għal dawk l-attivitajiet; |
(c) |
Stat Membru ieħor li ma jkunx dak fejn tkun inħarġet l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja, għandha ssir mill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar ta’ dan l-Istat Membru fejn issir il-verifika. |
2. Mill-inqas erba’ ġimgħat qabel kull verifika fi Stat Membru, il-verifikatur ambjentali għandu jinnotifika d-dettalji tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja tiegħu u l-ħin u l-post tal-verifika lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar responsabbli għas-sorveljanza tal-verifikatur ambjentali kkonċernat.
3. Il-verifikatur ambjentali għandu jinforma minnufih lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar bi kwalunkwe bidla li taffettwa l-akkreditazzjoni jew il-liċenzji jew l-ambitu tagħhom.
4. Għandha ssir dispożizzjoni mill-Korp ta’ Akkreditazzjonijew Liċenzjar, f’intervalli regolari li ma jaqbżux 24 xahar, biex jiżgura li l-verifikatur ambjentali jkompli jikkonforma mar-rekwiżiti tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja u jissorvelja l-kwalità tal-attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni mwettqa.
5. Is-sorveljanza tista’ tikkonsisti minn verifika fl-uffiċċju, sorveljanza fuq il-post tal-organizzazzjonijiet, kwestjonarji, reviżjoni tad-dikjarazzjonijiet ambjentali jew tal-aġġornamenti tagħhom ivvalidati mill-verifikaturi ambjentali u reviżjoni tar-rapport ta’ verifika.
Is-sorveljanza għandha tkun proporzjonata għall-attività mwettqa mill-verifikatur ambjentali.
6. L-organizzazzjonijiet għandhom jippermettu lill-Korpi ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar jissorveljaw il-verifikatur ambjentali matul il-proċess tal-verifika u l-validazzjoni.
7. Kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar biex tintemm jew tiġi sospiża l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja jew biex jiġi ristrett l-ambitu tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja, għandha tittieħed biss wara li l-verifikatur ambjentali jkun ingħata l-possibbiltà li jiġi mismugħ.
8. Jekk il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar, li jkun qiegħed jissorvelja, jkun tal-fehma li l-kwalità tax-xogħol ta’ verifikatur ambjentali ma tilħaqx ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, huwa għandu jibgħat rapport ta’ sorveljanza bil-miktub lill-verifikatur ambjentali kkonċernat u lill-Korp Kompetenti fejn l-organizzazzjoni kkonċernata tkun bi ħsiebha tapplika għal reġistrazzjoni jewfejn l-organizzazzjoni kkonċernata ġiet reġistrata.
Fil-każ ta’ kwalunkwe tilwim ieħor, ir-rapport ta’ sorveljanza għandu jintbagħat lill-Forum tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar msemmija fl-Artikolu 30.
Artikolu 24
Rekwiżiti addizzjonali għas-sorveljanza ta’ verifikaturi ambjentali attivi fi Stat Membru ieħor minbarra dak fejn tkun inħarġet l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja
1. Mill-inqas erba’ ġimgħat qabel ma’ verifikatur ambjentali, akkreditat jew liċenzjati fi Stat Membru, iwettaq attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni fi Stat Membru ieħor, huwa għandu jipprovdi lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar tal-Istat Membru tal-aħħar l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
id-dettalji tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja tiegħu, il-kompetenzi tiegħu, b’mod partikolari l-għarfien tar-rekwiżiti ġuridiċi relatati mal-ambjent u mal-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru l-ieħor, u l-kompożizzjoni tal-korp, jekk ikun xieraq; |
(b) |
il-ħin u l-post tal-verifika u l-validazzjoni; |
(c) |
l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-organizzazzjoni. |
Din in-notifika għandha tingħata qabel kull attività ta’ verifika u ta’ validazzjoni.
2. Il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar jista’ jitlob kjarifika dwar l-għarfien tal-verifikatur rigward ir-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent.
3. Il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar jista’ jirrikjedi kondizzjonijiet oħra minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafu 1 fil-każ biss li dawn il-kondizzjonijiet l-oħra ma jippreġudikawx id-dritt tal-verifikatur ambjentali li jipprovdi servizzi fi Stat Membru ieħor għajr f’dak fejn ingħatat l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja.
4. Il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar m’għandux juża l-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 sabiex idewwem il-wasla tal-verifikatur ambjentali. Meta l-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar ma jkunx jista’ jissodisfa l-kompiti tiegħu skont il-paragrafi 2 u 3 qabel ma jasal iż-żmien tal-verifika u l-validazzjoni kif innotifikat mill-verifikatur skont il-punt (b) tal-paragrafu 1, huwa għandu jibgħat ġustifikazzjoni raġunata lill-verifikatur.
5. M’għandha tiġi imposta l-ebda miżata diskriminatorja għan-notifika u s-sorveljanza mill-Korpi ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar.
6. Fejn il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar li jkun qiegħed jissorvelja jkun tal-fehma li l-kwalità tax-xogħol tal-verifikatur ambjentali ma tilħaqx ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, huwa għandu jibgħat rapport ta’ sorveljanza bil-miktub lill-verifikatur ambjentali kkonċernat, lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar li ħareġ l-akkreditazzjoni jew liċenzjar, u lill-Korp Kompetenti fejn l-organizzazzjoni kkonċernata tkun bi ħsiebha tapplika għal reġistrazzjoni jew fejn l-organizzazzjoni kkonċernata tkun reġistrata. Fil-każ ta’ kwalunkwe tilwim ieħor, ir-rapport ta’ sorveljanza għandu jintbagħat lill-Forum tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar imsemmija fl-Artikolu 30.
Artikolu 25
Kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ verifika u validazzjoni
1. Il-verifikatur ambjentali għandu jopera fl-ambitu tal-akkredizzjoni jew tal-liċenzja tiegħu, u fuq il-bażi ta’ ftehim bil-miktub mal-organizzazzjoni.
Dak il-ftehim għandu:
(a) |
jispeċifika l-ambitu tal-attività; |
(b) |
jispeċifika l-kondizzjonijiet immirati li jgħinu lill-verifikatur ambjentali jopera b’mod indipendenti u professjonali; u |
(c) |
jimpenja l-organizzazzjoni biex tagħti l-kooperazzjoni meħtieġa. |
2. Il-verifikatur ambjentali għandu jiżgura li l-komponenti tal-organizzazzjoni jiġu definiti b’mod mhux ambigwu u jikkorrespondu mat-tqassim reali tal-attivitajiet.
Id-dikjarazzjoni ambjentali għandha tispeċifika b’mod ċar il-partijiet differenti tal-organizzazzjoni li huma soġġetti għal verifika jew validazzjoni.
3. Il-verifikatur ambjentali għandu jwettaq valutazzjoni tal-elementi mniżżlin fl-Artikolu 18.
4. Bħala parti mill-attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni, il-verifikatur ambjentali għandu jeżamina d-dokumentazzjoni, iżur l-organizzazzjoni, iwettaq kontrolli fuq il-post u jmexxi intervisti mal-persunal.
5. Qabel ma ssir iż-żjara mill-verifikatur ambjentali, l-organizzazzjoni għandha tipprovdilu informazzjoni bażika dwar l-organizzazzjoni u l-attivitajiet tagħha, il-politika u l-programm ambjentali, deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali fis-seħħ fl-organizzazzjoni, dettalji dwar ir-reviżjoni ambjentali jew il-verifika li twettqet, ir-rapport dwar dik ir-reviżjoni jew verifika, u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva li tkun ittieħdet wara, u l-abbozz tad-dikjarazzjoni ambjentali jew l-aġġornamenti tagħha.
6. Il-verifikatur ambjentali għandu jħejji rapport bil-miktub għall-organizzazzjoni, dwar l-eżitu tal-verifika, li għandu jispeċifika:
(a) |
il-kwistjonijiet kollha rilevanti għall-attività mwettqa mill-verifikatur ambjentali; |
(b) |
deskrizzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament inklużi evidenza ta’ appoġġ, sejbiet u konklużjonijiet; |
(c) |
it-tqabbil tal-kisbiet u l-miri mad-dikjarazzjonijiet ambjentali preċedenti u l-valutazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali u l-valutazzjoni tat-titjib kontinwu fil-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni; |
(d) |
jekk applikabbli, id-difetti tekniċi fir-reviżjoni ambjentali, il-metodu tal-verifika, is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, jew kwalunkwe proċess rilevanti ieħor. |
7. F’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, ir-rapport għandu jispeċifika wkoll:
(a) |
is-sejbiet u l-konklużjonijiet dwar in-nuqqas ta’ konformità mill-organizzazzjoni u l-evidenza li fuqha huma bbażati dawk is-sejbiet u l-konklużjonijiet; |
(b) |
il-punti ta’ nuqqas ta’ qbil mal-abbozz tad-dikjarazzjoni ambjentali jew l-aġġornamenti tagħha, u d-dettalji tal-emendi jew iż-żidiet li għandhom isiru fid-dikjarazzjoni ambjentali jew l-aġġornamenti tagħha. |
8. Wara l-verifika, il-verifikatur ambjentali għandu jivvalida d-dikjarazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni jew l-aġġornamenti tagħha u jikkonferma li din tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament dment li l-eżitu tal-verifika u tal-validazzjoni jikkonferma li:
(a) |
l-informazzjoni u d-data fid-dikjarazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni jew l-aġġornamenti tagħha jkunu affidabbli u korretti u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament; u |
(b) |
ma jkun hemm l-ebda evidenza li l-organizzazzjoni ma tissodisfax ir-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent. |
9. Mal-validazzjoni, il-verifikatur ambjentali għandu joħroġ dikjarazzjoni ffirmata kif imsemmi fl-Anness VII fejn jiddikjara li l-verifika u l-validazzjoni jkunu twettqu skont dan ir-Regolament.
10. Il-verifikaturi ambjentali akkreditati jew liċenzjati fi Stat Membru wieħed jistgħu jwettqu attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni fi kwalunkwe Stat Membru ieħor skont ir-rekwiżiti mniżżlin f’dan ir-Regolament.
L-attività ta’ verifika jew ta’ validazzjoni għandha tkun soġġetta għal sorveljanza mill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar tal-Istat Membru fejn tkun ser titwettaq l-attività. Il-bidu tal-attività għandu jiġi nnotifikat lil dak il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar skont iż-żmien stipulat fl-Artikolu 24(1).
Artikolu 26
Verifika u validazzjoni ta’ organizzazzjonijiet żgħar
1. Meta jwettaq attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni, il-verifikatur ambjentali għandu jqis il-karatteristiċi speċifiċi ta’ organizzazzjonijiet żgħar, inklużi dawn li ġejjin:
(a) |
strutturi ta’ ġerarkija sempliċi; |
(b) |
persunal multifunzjonali; |
(c) |
taħriġ fuq ix-xogħol; |
(d) |
il-kapaċità għal adattament rapidu għal tibdil; u |
(e) |
dokumentazzjoni limitata ta’ proċeduri. |
2. Il-verifikatur ambjentali għandu jwettaq verifika jew validazzjoni b’mod li ma jimponix piżijiet mhux meħtieġa fuq organizzazzjonijiet żgħar.
3. Il-verifikatur ambjentali għandu jieħu kont ta’ evidenza oġġettiva li sistema tkun effettiva, inklużi l-eżistenza ta’ proċeduri fl-organizzazzjoni li jkunu proporzjonati mad-daqs u l-kumplessità tal-operazzjoni, in-natura tal-impatti ambjentali assoċjati u l-kompetenza tal-operaturi.
Artikolu 27
Kondizzjonijiet għal verifika u validazzjoni f’pajjiżi terzi
1. Il-verifikaturi ambjentali akkreditati jew liċenzjati fi Stat Membru wieħed jistgħu jwettqu attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni għal organizzazzjoni li tkun tinsab f’pajjiż terz skont ir-rekwiżiti mniżżlin f’dan ir-Regolament.
2. Mill-inqas sitt ġimgħat qabelverifika jew validazzjoni f’pajjiż terz, il-verifikatur ambjentali għandu jinnotifika d-dettalji ta’ akkreditazzjoni jew tal-liċenzja tiegħu u l-ħin u l-post tal-verifika jew validazzjoni lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar tal-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni kkonċernata tkun biħsiebha tapplika għal reġistrazzjoni jew fejn hija rreġistrata.
3. L-attivitajiet ta’ verifika jew ta’ validazzjoni għandhom ikunu soġġetti għal sorveljanza mill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar tal-Istat Membru li fih il-verifikatur ambjentali jkun akkreditat jew liċenzjat. Il-bidu tal-attività għandu jiġi nnotifikat lil dak il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar skont iż-żmien stipulat fil-paragrafu 2.
KAPITOLU VI
KORPI TA’ AKKREDITAZZJONI U LIĊENZJAR
Artikolu 28
Operazzjoni ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar
1. Il-Korpi ta’ Akkreditazzjoni maħturin mill-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, għandhom ikunu responsabbli għall-akkreditazzjoni ta’ verifikaturi ambjentali u s-sorveljanza tal-attivitajiet imwettqin minn verifikaturi ambjentali skont dan ir-Regolament.
2. L-Istati Membri jistgħu jaħtru Korp ta’ Liċenzjar, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, li jkun responsabbli għall-ħruġ ta’ liċenzji lill-verifikaturi ambjentali ta’ sorveljanza u għalihom.
3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jippermettux l-akkreditazzjoni jew il-liċenzjar ta’ persuni fiżiċi bħala verifikaturi ambjentali.
4. Il-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar għandhom jivvalutaw il-kompetenza tal-verifikaturi ambjentali fid-dawl tal-elementi mniżżlin fl-Artikoli 20, 21 u 22 rilevanti għall-ambitu tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja mitluba.
5. L-ambitu tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja tal-verifikaturi ambjentali għandu jiġi ddeterminat skont il-klassifika tal-attivitajiet ekonomiċi mniżżlin fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006. Dan l-ambitu għandu jkun limitat mill-kompetenza tal-verifikatur ambjentali u, fejn xieraq, għandu jieħu kont tad-daqs u l-kumplessità tal-attività.
6. Il-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar għandhom jistabbilixxu proċeduri xierqa dwar l-akkreditazzjoni, iċ-ċħid tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja, is-sospensjoni u t-tħassir tal-akkreditazzjoni jew ta’ liċenzja tal-verifikaturi ambjentali u dwar is-sorveljanza tal-verifikaturi ambjentali.
Dawk il-proċeduri għandhom jinkludu mekkaniżmi biex jitqiesu l-osservazzjonijiet minn partijiet ikkonċernati, inklużi l-Korpi Kompetenti u l-korpi rappreżentattivi ta’ organizzazzjonijiet, fir-rigward tal-applikanti u tal-verifikaturi ambjentali akkreditati jew liċenzjati.
7. Fil-każ ta’ ċħid ta’ akkreditazzjoni jew ta’ liċenzja, il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar għandu jinforma lill-verifikatur ambjentali bir-raġunijiet għad-deċiżjoni.
8. Il-Korpi ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar għandhom jistabbilixxu, jirrivedu u jaġġornaw lista ta’ verifikaturi ambjentali u l-ambitu tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja tagħhom fl-Istati Membri tagħhom u għandhom jikkomunikaw kull xahar, direttament jew permezz tal-awtoritajiet nazzjonali kif deċiż mill-Istat Membru kkonċerat, kwalunkwe bidliet f’din il-lista lill-Kummissjoni u lill-Korp Kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun jinsab il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar.
9. Fil-qafas tar-regoli u l-proċeduri li jirrigwardaw il-monitoraġġ tal-attivitajiet kif stabbiliti fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar għandhom ifasslu rapport ta’ superviżjoni fejn jiddeċiedu, wara konsultazzjoni mal-verifikatur ambjentali kkonċernat, waħda minn dawn li ġejjin:
(a) |
li l-attivitajiet tal-verifikatur ambjentali ma twettqux b’mod adegwat biżżejjed biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament huma sodisfatti mill-organizzazzjoni; |
(b) |
li l-verifika u l-validazzjoni mill-verifikatur ambjentali twettqu bi ksur ta’ rekwiżit wieħed jew aktar ta’ dan ir-Regolament. |
Dan ir-rapport għandu jintbagħat lill-Korp Kompetenti fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tkun irreġistrata jew fejn hija tapplika għal reġistrazzjoni, u jekk applikabbli, lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar li jkun ħareġ l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja.
Artikolu 29
Sospensjoni u rtirar ta’ akkreditazzjoni jew liċenzja
1. Is-sospensjoni jew l-irtirar tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja għandha tirrekjedi l-konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati, inkluż il-verifikatur ambjentali, sabiex il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar jingħata l-evidenza meħtieġa għat-teħid tad-deċiżjoni tiegħu.
2. Il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar għandu jinforma lill-verifikatur ambjentali bir-raġunijiet li għalihom ikunu ttieħdu l-miżuri u, jekk applikabbli, bil-proċess ta’ diskussjoni mal-awtorità kompetenti tal-infurzar.
3. L-akkreditazzjoni jew liċenzja għandha tiġi sospiża jew irtirata sakemm tinkiseb garanzija tal-konformità tal-verifikatur ambjentali ma’ dan ir-Regolament, kif xieraq, skont in-natura u l-ambitu tan-nuqqas jew tal-ksur tar-rekwiżiti ġuridiċi.
4. Is-sospensjoni tal-akkreditazzjoni jew liċenzja għandha titneħħa fejn il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar ikun irċieva informazzjoni sodisfaċenti li l-verifikatur ambjentali jkun f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 30
Forum tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar
1. Forum kostitwit mill-Korpi ta’ Akkreditazzoni u Liċenzjar kollha mill-Istati Membri kollha, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Forum ta’ Korpi ta’ Akkreditazzjoni u ta’ Liċenzjar”, għandu jitwaqqaf u jiltaqa’ mill-inqas darba f’sena fil-preżenza ta’ rappreżentant tal-Kummissjoni.
2. Il-kompitu tal-Forum tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar għandu jkun li jiżgura l-konsistenza ta’ proċeduri relatati ma’ dan li ġej:
(a) |
l-akkreditazzjoni jew l-għoti tal-liċenza lill-verifikaturi ambjentali skont dan ir-Regolament, inkluż iċ-ċħid, is-sospensjoni u l-irtirar tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenza; |
(b) |
is-sorveljanza ta’ attivitajiet imwettqin minn verifikaturi ambjentali akkreditati jew liċenzati. |
3. Il-Forum tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar għandu jiżviluppa gwida dwar il-kwistjonijiet fil-qasam tal-kompetenza tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar.
4. Il-Forum tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.
5. Id-dokumenti ta’ gwida msemmijin fil-paragrafu 3 u r-regoli ta’ proċedura msemmijin fil-paragrafu 4 għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni.
6. Id-dokumenti ta’ gwida li jirriferu għal proċeduri ta’ armonizzazzjoni u li huma approvati mill-Forum tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar għandhom jiġu proposti mill-Kummissjoni biex ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3).
Dawn id-dokumenti għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 31
Evalwazzjoni bejn il-pari ta’ Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar
1. L-evalwazzjoni bejn il-pari fir-rigward tal-akkreditazzjoni u l-liċenzjar ta’ verifikaturi ambjentali skont dan ir-Regolament, li għandha tiġi organizzata mill-Forum ta’ Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar, għandha titwettaq fuq bażi regolari, tal-anqas kull erba’ snin, u għandha tinkludi valutazzjoni tar-regoli u l-proċedurimniżżlin fl-Artikoli 28 u 29.
Il-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar kollha għandhom jieħdu sehem fl-evalwazzjoni bejn il-pari.
2. Il-Forum tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar għandu jibgħat regolarment rapport tal-evalwazzjoni bejn il-pari lill-Kummissjoni u lill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 49(1).
Dak ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku wara l-approvazzjoni tal-Forum tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar imsemmi fl-Artikolu 30(1) u l-Kumitat imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
KAPITOLU VII
REGOLI APPLIKABBLI GĦALL-ISTATI MEMBRI
Artikolu 32
Assistenza għal organizzazzjonijiet rigward il-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi relatati mal-ambjent
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ikollhom aċċess għall-informazzjoni u l-possibilitajiet ta’ assistenza rigward ir-rekwiżiti ġuridiċi relatati mal-ambjent f’dak l-Istat Membru.
2. L-assistenza għandha tinkludi dan li ġej:
(a) |
informazzjoni dwar ir-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent; |
(b) |
identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar għal rekwiżiti ġuridiċi uniċi relatati mal-ambjent li jkunu ġew identifikati bħala applikabbli; |
3. L-Istati Membri jistgħu jikkonferixxu l-kompitu msemmi fil-paragrafi 1 u 2 lill-Korpi Kompetenti jew lil kwalunkwe korp ieħor li jkollu l-kompetenza meħtieġa u r-riżorsi xierqa biex iwettaq il-kompitu.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-infurzar iwieġbu għat-talbiet, għall-inqas minn organizzazzjonijiet żgħar dwar ir-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent li jaqgħu fil-kompetenza tagħhom, u jipprovdu informazzjoni lill-organizzazzjonijiet dwar il-mezzi li bihom tingħata evidenza dwar kif l-organizzazzjonijiet jissodisfaw r-rekwiżiti ġuridiċi rilevanti.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet għall-infurzar kompetenti jikkomunikaw xi nuqqas min-naħa ta’ organizzazzjonijiet reġistrati li jikkonformaw ma’ rekwiżiti legali applikabbli relatati mal-ambjent lill-Korp Kompetenti li jkun irreġistra lill-organizzazzjoni.
L-awtorità ta’ infurzar kompetenti għandha tinforma lil dak il-Korp Kompetenti mill-aktar fis u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar minn meta tkun saret konxja min-nuqqas.
Artikolu 33
Propozzjoni tal-EMAS
1. L-Istati Membri għandhom, flimkien mal-Korpi Kompetenti, mal-awtoritajiet tal-infurzar u ma’ partijiet interessati oħra rilevanti, jippromwovu l-iskema EMAS filwaqt li jqisu l-attivitajiet imsemmijin fl-Artikoli 34 sa 38.
2. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu strateġija ta’ promozzjoni li għandha tkun riveduta fuq bażi regolari.
Artikolu 34
Informazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jipprovdu informazzjoni:
(a) |
lill-pubbliku dwar l-objettivi u l-komponenti prinċipali tal-EMAS; |
(b) |
lill-organizzazzjonijiet dwar il-kontenut ta’ dan ir-Regolament. |
2. L-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, jużaw pubblikazzjonijiet professjonali, ġurnali lokali, kampanji ta’ promozzjoni jew kwalunkwe mezz funzjonali ieħor għall-promozzjoni tal-għarfien ġenerali dwar l-EMAS.
L-Istati Membri jistgħu jikkooperaw, b’mod partikolari, ma’ assoċjazzjonijiet industrijali, organizzazzjonijiet tal-konsumatur, organizzazzjonijiet ambjentali, trade unions, istituzzjonijiet lokali u partijiet interessati rilevanti oħrajn.
Artikolu 35
Attivitajiet ta’ promozzjoni
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu attivitajiet ta’ promozzjoni għall-EMAS. Dawn l-attivitajiet jistgħu jinkludu:
(a) |
il-promozzjoni tal-iskambju ta’ għarfien u tal-aqwa prassi dwar l-EMAS fost il-partijiet kollha kkonċernati; |
(b) |
l-iżvilupp ta’ għodod effettivi għall-promozzjoni tal-EMAS u l-kondiviżjoni tagħhom mal-organizzazzjonijiet; |
(c) |
l-għoti ta’ appoġġ tekniku lill-organizzazzjonijiet rigward id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħhom relatati mal-EMAS; |
(d) |
l-inkoraġġiment ta’ sħubiji fost l-organizzazzjonijiet għall-promozzjoni tal-EMAS. |
2. Il-logo tal-EMAS mingħajr numru ta’ reġistrazzjoni jista’ jintuża mill-Korpi Kompetenti, il-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar, awtoritajiet nazzjonali u partijiet interessati oħra għal finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u promozzjoni relatati mal-EMAS. F’każijiet bħal dawn, l-użu tal-logo tal-EMAS stipulat fl-Anness V m’għandux jissuġġerixxi li l-utent ikun irreġistrat meta ma jkunx il-każ.
Artikolu 36
Promozzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet żgħar
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adegwati biex jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet żgħar billi inter alia:
(a) |
jiffaċilitaw l-aċċess għal informazzjoni u fondi ta’ appoġġ adattati speċjalment għalihom; |
(b) |
jiżguraw li jkun hemm miżati raġonevoli tar-reġistrazzjoni biex jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tagħhom; |
(c) |
jippromwovu miżuri ta’ assistenza teknika. |
Artikolu 37
Approċċ ta’ cluster u ta’ pass-pass
1. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-awtoritajiet lokali biex jipprovdu, f’parteċipazzjoni mal-assoċjazzjonijiet industrijali, il-kmamar tal-kummerċ u partijiet kkonċernati oħra, assistenza speċifika lil clusters ta’ organizzazzjonijiet biex jissodisfaw ir-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni kif jissemma fl-Artikoli 4, 5 u 6.
Kull organizzazzjoni mill-cluster għandha tiġi rreġistrata separatament.
2. L-Istati Membri għandhom jinkoraġixxu lill-organizzazzjonijiet biex jimplimentaw sistema ta’ ġestjoni ambjentali. B’mod partikolari huma għandhom jinkoraġġixxu approċċ ta’ pass-pass li jwassal għar-reġistrazzjoni fl-EMAS.
3. Is-sistemi stabbiliti skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom joperaw bl-objettiv li jiġu evitati spejjeż mhux meħtieġa għall-parteċipanti, b’mod partikolari għall-organizzazzjonijiet iż-żgħar.
Artikolu 38
L-EMAS u linji politiċi u strumenti oħra fil-Komunità
1. Mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni Komunitarja, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw kif ir-reġistrazzjoni fl-EMAS skont dan ir-Regolament tkun tista’:
(a) |
titqies fl-iżvilupp ta’ leġislazzjoni ġdida; |
(b) |
tintuża bħala għodda fl-applikazzjoni u l-infurzar tal-leġislazzjoni; |
(c) |
titqies f’kuntratti tal-akkwist u x-xiri pubbliku. |
2. Mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni Komunitarja, notevolment il-leġislazzjoni dwar il-kompetizzjoni, it-tassazzjoni, u l-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri, fejn xieraq, għandhom jieħdu miżuri li jiffaċilitaw ir-reġistrazzjoni jew iż-żamma tar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet fl-EMAS.
Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu, inter alia, dawn li ġejjin:
(a) |
għajnuna regolatorja, sabiex organizzazzjoni reġistrata titqies bħala konformi ma’ ċerti rekwiżiti ġuridiċi relatati mal-ambjent li jkunu stabbiliti fi strumenti ġuridiċi oħra, identifikati mill-awtoritajiet kompetenti; |
(b) |
regolamentzzjoni aħjar, li permezz tagħha strumenti ġuridiċi oħra jiġu mmodifikati sabiex il-piżijiet fuq l-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fl-EMAS jitneħħew, jitnaqqsu jew jiġu ssimplifikati bil-ħsieb li jiġi inkoraġġit l-operat effiċjenti tas-swieq u jiżdied il-livell ta’ kompetittività. |
Artikolu 39
Miżati
1. L-Istati Membri jistgħu jimponu miżati filwaqt li jieħdu kont ta’ dan li ġej:
(a) |
l-ispejjeż imġarrba f’konnessjoni mal-għoti ta’ informazzjoni u assistenza lill-organizzazzjonijiet mill-korpi maħturin jew stabbiliti għal dak il-għan mill-Istati Membri skont l-Artikolu 32; |
(b) |
l-ispejjeż imġarrba f’konnessjoni mal-akkreditazzjoni, il-liċenzjar u s-sorveljanza tal-verifikaturi ambjentali; |
(c) |
l-ispejjeż għal reġistrazzjoni, it-tiġdid ta’ reġistrazzjoni, is-sospensjoni u t-tħassir minn Korpi Kompetenti kif ukoll l-ispejjeż addizzjonali għall-amministrazzjoni ta’ dawk il-proċessi għal organizzazzjonijiet barra l-Komunità. |
Dawk il-miżati m’għandhomx jaqbżu ammont raġonevoli u għandhom ikunu proporzjonati mad-daqs tal-organizzazzjoni u mal-ħidma li għandha ssir.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ikunu infurmati dwar il-miżati kollha applikabbli.
Artikolu 40
Nuqqas ta’ konformità
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri ġuridiċi jew amministrattivi xierqa fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament.
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dispożizzjonijiet effettivi kontra l-użu tal-logo tal-EMAS li jmur kontra dan ir-Regolament.
Jistgħu jintużaw id-dispożizzjonijiet li ġew stabbiliti skont id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (12).
Artikolu 41
Informazzjoni u rappurtar lill-Kummissjoni
1. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-istruttura u l-proċeduri relatati mal-funzjonament tal-Korpi Kompetenti u l-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar u għandhom jaġġornaw dik l-informazzjoni, fejn ikun xieraq.
2. Kull sentejn, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni informazzjoni aġġornata dwar il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament.
F’dawk ir-rapporti, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal -aħħar rapport ippreżentat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 47.
KAPITOLU VIII
REGOLI APPLIKABBLI GĦALL-KUMMISSJONI
Artikolu 42
Informazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tagħti informazzjoni:
(a) |
lill-pubbliku dwar l-objettivi u l-komponenti prinċipali tal-EMAS; |
(b) |
lill-organizzazzjonijiet dwar il-kontenut ta’ dan ir-Regolament. |
2. Il-Kummissjoni għandha żżomm u tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku:
(a) |
reġistru ta’ verifikaturi ambjentali u ta’ organizzazzjonijiet reġistrati; |
(b) |
bażi ta’ data ta’ dikjarazzjonijiet ambjentali f’format elettroniku; |
(c) |
ġabra ta’ data tal-aqwa prattika dwar l-EMAS, inklużi inter alia għodod effettivi għall-promozzjoni tal-EMAS u eżempji ta’ appoġġ tekniku għall-organizzazzjonijiet; |
(d) |
lista ta’ riżorsi Komunitarji għall-finanzjament tal-implimentazzjoni tal-EMAS u proġetti u attivitajiet relatati. |
Artikolu 43
Kollaborazzjoni u koordinazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tippromwovi, kif jixraq, il-kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex, b’mod partikolari, tikseb applikazzjoni uniformi u konsistenti fil-Komunità kollha tar-regoli relatati ma’ dan li ġej:
(a) |
ir-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet; |
(b) |
il-verifikaturi ambjentali; |
(c) |
l-informazzjoni u l-assistenza msemmija fl-Artikolu 32. |
2. Mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-kuntratti pubbliċi, il-Kummissjoni u istituzzjonijiet u korpi Komunitarji oħrajn għandhom, fejn ikun xieraq, jirriferu għall-EMAS jew għal sistemi oħrajn ta’ ġestjoni ambjentali rikonoxxuti skont l-Artikolu 45, jew l-ekwivalenti, bħala kondizzjonijiet kuntrattwali ta’ prestazzjoni għal kuntratti ta’ xogħol u servizzi.
Artikolu 44
Integrazzjoni tal-EMAS f’linji politiċi u strumenti oħra fil-Komunità
Il-Kummissjoni għandha tikkonsidra kif ir-reġistrazzjoni fl-EMAS skont dan ir-Regolament tista’:
(1) |
titqies fl-iżvilupp ta’ leġislazzjoni ġdida u fir-reviżjoni ta’ leġislazzjoni eżistenti, b’mod partikolari fil-forma ta’ għajnuna regolatorja u regolamentazzjoni aħjar kif deskritt fl-Artikolu 38(2); |
(2) |
tintuża bħala għodda fil-kuntest tal-applikazzjoni u l-infurzar tal-leġislazzjoni. |
Artikolu 45
Relazzjoni ma’ sistemi oħra ta’ ġestjoni ambjentali
1. L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw rapport bil-miktub lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent ta’ sistemi eżistenti ta’ ġestjoni ambjentali, jew ta’ partijiet minnhom, li jkunu ċċertifikati skont proċeduri xierqa ta’ ċertifikazzjoni rikonoxxuti fil-livell nazzjonali jew reġjonali bħala konformi mar-rekwiżiti korrispondenti ta’ dan ir-Regolament.
2. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw fit-talba tagħhom il-partijiet rilevanti tas-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali u r-rekwiżiti korrispondenti ta’ dan ir-Regolament.
3. L-Istati Membri għandhom jagħtu evidenza tal-ekwivalenza ma’ dan ir-Regolament tal-partijiet rilevanti kollha tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali kkonċernata.
4. Il-Kummissjoni għandha, wara li teżamina t-talba msemmija fil-paragrafu 1, u filwaqt li taġixxi skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 49(2), tirrikonoxxi l-partijiet rilevanti tas-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali u tirrikonoxxi r-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni jew liċenzjar għall-korpi ta’ ċertifikazzjoni jekk tkun tal-fehma li Stat Membru jkun:
(a) |
speċifika b’mod ċar biżżejjed fit-talba, il-partijiet rilevanti tas-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali u r-rekwiżiti korrispondenti ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
ta biżżejjed evidenza tal-ekwivalenza ma’ dan ir-Regolament tal-partijiet rilevanti kollha tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali kkonċernata. |
5. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-referenzitas-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali rikonoxxuti, inklużi t-taqsimiet rilevanti tal-EMAS imsemmijin fl-Anness I li għalihom dawk ir-referenzi japplikaw, u r-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni jew liċenzja rikonoxxuti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 46
Żvilupp ta’ dokumenti ta’ referenza u gwidi
1. F’konsultazzjoni mal-Istati Membri u partijiet interessati oħrajn, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa dokumenti ta’ referenza settorjali li għandhom jinkludu:.
(a) |
l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali; |
(b) |
indikaturi ta’ prestazzjoni ambjentali għal setturi speċifiċi; |
(c) |
fejn xieraq, punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza u sistemi ta’ klassifikazzjoni li jidentifikaw il-livelli tal-prestazzjoni ambjentali. |
Il-Kummissjoni tista’ wkoll tiżviluppa dokumenti ta’ referenza għall-użu transsettorjali.
2. Il-Kummissjoni għandha tieħu kont ta’ dokumenti ta’ referenza eżistenti u indikaturi ta’ prestazzjoni ambjentali żviluppati skont linji politiċi u strumenti ambjentali oħra fl-istandards Komunitarji jew internazzjonali.
3. Sal-aħħar tal-2010, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjan ta’ ħidma li jistipula lista indikattiva tas-setturi li se jitqiesu bħala prijoritajiet għall-adozzjoni tad-dokumenti ta’ riferenza settorjali u transsettorjali.
Il-pjan ta’ ħidma għandu jkun pubblikament disponibbli u aġġornat regolarment.
4. B’kooperazzjoni mal-Forum tal-Korpi Kostitwiti, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa gwida dwar ir-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet barra l-Komunità.
5. Il-Kummissjoni għandha tippubblika gwida għall-utent li tistabbilixxi l-passi meħtieġa għall-parteċipazzjoni fl-EMAS.
Din il-gwida għandha tkun disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u fuq l-Internet.
6. Id-dokumenti żviluppati bi qbil mal-paragrafi 1 u 4 għandhom jiġu sottomessi gġall-adozzjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3).
Artikolu 47
Rappurtar
Kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jkun fih informazzjoni dwar l-azzjonijiiet u l-miżuri li ttieħdu skont dan il-Kapitolu u informazzjoni li l-Kummissjoni tirċievi mill-Istati Membri skont l-Artikolu 41.
Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni dwar l-impatt tal-iskema fuq l-ambjent u x-xejra f’dak li huwa numru ta’ parteċipanti.
KAPITOLU IX
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 48
Emendar tal-Annessi
1. Il-Kummissjoni tista’ temenda l-Annessi jekk meħtieġ jew xieraq, fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-operat tal-EMAS, bi tweġiba għal ħtiġijiet identifikati għal gwida dwar ir-rekwiżiti tal-EMAS u fid-dawl ta’ kwalunkwe bidla fl-istandards internazzjonali jew standards ġodda li huma ta’ rilevanza għall-effettività ta’ dan ir-Regolament.
2. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3).
Artikolu 49
Preċedura ta’ Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 50
Reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-EMAS fid-dawl tal-esperjenza miksuba matul l-operat tagħha u tal-iżviluppi internazzjonali sal-11 ta’ Jannar 2015. Hija għandha tieħu kont tar-rapporti mibgħutin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 47.
Artikolu 51
Dispożizzjonijiet ta’ revoka u transizzjonali
1. L-atti ġuridiċi li ġejjin għandhom jitħassru:
(a) |
Ir-Regolament (KE) Nru 761/2001, |
(b) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/681/KE tas-7 ta’ Settembru 2001 dwar il-gwida sabiex jiġi implimentat ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ eko-ġestjoni u verifika (EMAS) (13), |
(c) |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/193/KE tal-1 ta’ Marzu 2006 li tistipula r-regoli, taħt ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-użu tal-logo tal-EMAS fil-każijiet eċċezzjonali tal-imballaġġ għat-trasport u l-imballaġġ terzjarju (14). |
2. B’deroga mill-paragrafu 1:
(a) |
il-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u l-Korpi Kompetenti nazzjonali stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 għandhom ikomplu bl-attivitajiet tagħhom. L-Istati Membri għandhom jimmodifikaw il-proċeduri segwiti mill-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u mill-Korpi Kompetenti skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi li jimplimentaw il-proċeduri modifikati jkunu operattivi bis-sħiħ sal-11 ta’ Jannar 2011. |
(b) |
l-organizzazzjonijiet reġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 għandhom jibqgħu fuq ir-reġistru tal-EMAS. Fil-ħin tal-verifika sussegwenti ta’ organizzazzjoni, il-verifikatur ambjentali għandu jivverifika l-konformità tagħha mar-rekwiżiti l-ġodda ta’ dan ir-Regolament. Jekk il-verifika sussegwenti tkun ser issir qabel il-11 ta’ Lulju 2010, id-data tal-verifika sussegwenti tista’ tiġi estiża b’sitt xhur bi ftehim mal-verifikatur ambjentali u l-Korpi Kompetenti; |
(c) |
il-verifikaturi ambjentali akkreditati skont ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 jistgħu jkomplu jwettqu l-attivitajiet tagħhom skont ir-rekwiżiti stabbiliti b’dan ir-Regolament. |
3. Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 761/2001 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness VIII.
Artikolu 52
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta’ Novembru 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
Å. TORSTENSSON
(1) L-Opinjoni tal-25 ta’ Frar 2009 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU C 120, 28.5.2009, p. 56.
(3) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ April 2009 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2009.
(4) ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.
(5) ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1.
(6) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.
(7) ĠU L 247, 17.9.2001, p. 1.
(8) ĠU L 184, 23.7.2003, p. 19.
(9) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(10) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.
(11) Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
(12) ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.
(13) ĠU L 247, 17.9.2001, p. 24.
(14) ĠU L 70, 9.3.2006, p. 63.
ANNESS I
REVIŻJONI AMBJENTJALI
Ir-reviżjoni ambjentali għandha tkopri l-oqsma li ġejjin:
1. |
Identifikazzjoni tar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent. Minbarra l-istabbiliment ta’ lista ta’ rekwiżiti ġuridiċi applikabbli, l-organizzazzjoni għandha tindika wkoll kif tista’ tingħata evidenza li hija qed tikkonforma mar-rekwiżiti differenti. |
2. |
Identifikazzjoni tal-aspetti ambjentali diretti u indiretti kollha b’impatt sinifikattiv fuq l-ambjent, ikkwalifikati u kkwantifikati kif xieraq, u l-kompilazzjoni ta’ reġistru ta’ dawk identifikati bħala sinifikattivi. Organizzazzjoni għandha tqis il-kwistjonijiet li ġejjin meta tivvaluta is-sinifikanza ta’ aspett ambjentali:
|
3. |
Deskrizzjoni tal-kriterji għall-valutazzjoni tas-sinifikanza tal-impatt ambjentali L-organizzazzjoni għandha tiddefinixxi l-kriterji għall-valutazzjoni tas-sinifikanza tal-aspetti ambjentali tal-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħha, biex tiddetermina liema għandhom impatt ambjentali sinfikattiv. Il-kriterji żviluppati minn organizzazzjoni għandhom jieħdu kont tal-leġislazzjoni Komunitarja u għandhom ikunu komprensivi, jistgħu jiġu vverifikati b’mod indipendenti, jistgħu jiġu riprodotti u magħmula disponibbli għall-pubbliku. Il-konsiderazzjonijiet għall-istabbiliment tal-kriterji li jivvalutaw is-sinifikanza tal-aspetti ambjentali ta’ organizzazzjoni jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:
Waqt li tagħmel stima tas-sinifikat tal-impatti tal-ambjent tal-attivitajiet tal-organizzazzjoni, l-organizzazzjoni għandha taħseb mhux biss dwar il-kondizzjonijiet normali tal-ħidma iżda ukoll dwar il-kondizzjonijiet tal-ftuħ tax-xogħol, l-għeluq għall-btajjel u l-kondizzjonijiet ta’ emerġenza li jistgħu jitbassru b’mod raġjonevoli. Għandhom jiġu kkunsidrati l-attivitajiet tal-passat, tal-preżent u dawk ippjanati. |
4. |
Eżami tal-prattika u l-proċeduri kollha eżistenti għall-ġestjoni ambjentali. |
5. |
Evalwazzjoni ta’ informazzjoni mill-investigazzjoni ta’ inċidenti preċedenti. |
ANNESS II
Rekwiżiti tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali u kwistjonijiet addizzjonali li għandhom jiġu indirizzati mill-organizzazzjonijiet li jimplimentaw l-EMAS
Ir-rekwiżiti tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali skont l-EMAS huma dawk stabbiliti fit-Taqsima 4 tal-istandard EN ISO 14001:2004. Dawn ir-rekwiżiti huma riprodotti fil-kolonna tax-xellug tat-tabella hawn taħt, li tikkostitwixxi l-Parti A ta’ dan l-Anness.
Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet reġistrati huma meħtieġa jindirizzaw għadd ta’ kwistjonijiet addizzjonali li għandhom rabta diretta ma’ għadd ta’ elementi tat-Taqsima 4 tal-istandard EN ISO 14001:2004. Dawn ir-rekwiżiti addizzjonali huma elenkati fil-kolonna tal-lemin hawn taħt, li tikkostitwixxi l-Parti B ta’ dan l-Anness.
PARTI A rekwiżiti tas-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali skont l-EN ISO 14001:2004 |
PARTI B kwistjonijiet addizzjonali li għandhom jiġu indirizzati mill-organizzazzjonijiet li jimplimentaw l-EMAS |
||||
L-organizzazzjonijiet li jipparteċipaw fl-iskema għall-ġestjoni ambjentali u l-verifika (EMAS) għandhom jimplimentaw ir-rekwiżiti tal-EN ISO 14001:2004, li huma deskritti fit-Taqsima 4 tal-Istandard Ewropew (1) u huma riprodotti fl-intier tagħhom hawn taħt: |
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, tiddokumenta, timplimenta, iżżomm u ttejjeb kontinwament sistema ta’ ġestjoni ambjentali skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-Istandard Internazzjonali u tiddetermina kif se tissodisfa dawn ir-rekwiżiti. |
|
||||
L-organizzazzjoni għandha tiddefinixxi u tiddokumenta l-ambitu tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha. |
|
||||
|
|
||||
L-ogħla ġestjoni għandha tiddefinixxi l-politika ambjentali tal-organizzazzjoni u tiżgura li, fl-ambitu definit tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha, hija: |
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura/i: |
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
L-organizzazzjoni għandha tiddokumenta din l-informazzjoni u żżommha aġġornata. |
|
||||
L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-aspetti ambjentali sinifikattivi jiġu kkunsidrati fl-istabbiliment, l-implimentata u ż-żamma tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha. |
|
||||
|
|
||||
|
L-organizzazzjonijiet għandhom iwettqu reviżjoni ambjentali inizjali kif stabbilit fl-Anness I sabiex jiġi identifikati u valutati l-aspetti ambjentali tagħhom u jiġu identifikati rekwiżiti ġuridiċi applikabbli li jkollhom x’jaqsmu mal-ambjent. |
||||
|
L-organizzazzjonijiet barra l-Komunità għandhom jirriferu wkoll għar-rekwiżiti ġuridiċi li jkollhom x’jaqsmu mal-ambjent, li jkunu applikabbli għal organizzazzjonijiet simili fl-Istati Membri fejn ikunu bi ħsiebhom jippreżentaw l-applikazzjoni. |
||||
|
|
||||
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura/i: |
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
L-organizzazzjoni għandha tiżgura li dawn ir-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli u rekwiżiti oħra li l-organizzazzjoni tkun issottomettiet ruħha għalihom jiġu kkunsidrati fl-istabbiliment, l-implimentazzjoni u ż-żamma tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha. |
|
||||
|
|
||||
|
L-organizzazzjonijiet li jixtiequ jirreġistraw mal-EMAS għandhom ikunu kapaċi juru li huma: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm dokumentati, objettivi u miri ambjentali, f’funzjonijiet u livelli relevanti fl-organizzazzjoni. |
|
||||
L-objettivi u l-miri għandhom ikunu jistgħu jitkejlu, fejn prattikabbli, u jkunu konsistenti mal-politika ambjentali, inklużi l-impenji lejn il-prevenzjoni tat-tniġġis, lejn il-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli u ma’ rekwiżiti oħra li l-organizzazzjoni tkun issottomettiet ruħha għalihom, u lejn titjib kontinwu. |
|
||||
Meta tistabbilixxi u tirrivedi l-objettivi u l-miri tagħha, organizzazzjoni għandha tqis ir-rekwiżiti ġuridiċi u rekwiżiti oħra li l-organizzazzjoni tkun issottomettiet ruħha għalihom, u l-aspetti ambjentali sinifikattivi tagħha. Hija għandha tikkunsidra wkoll l-għażliet teknoloġiċi tagħha, ir-rekwiżiti finanzjarji, operattivi u ta’ negozju tagħha, u l-fehmiet tal-partijiet interessati. |
|
||||
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm programm(i) għall-ksib tal-objettivi u l-miri tagħha. Il-programm(i) għandu/hom jinkludi/u: |
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
Il-ġestjoni għandha tiżgura d-disponibbiltà tar-riżorsi essenzjali biex tistabbilixxi, timplimenta, iżżomm u ttejjeb is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali. Ir-riżorsi jinkludu r-riżorsi umani u l-ħiliet speċjalizzati, l-infrastruttura ta’ organizzazzjoni, it-teknoloġija u r-riżorsi finanzjarji. |
|
||||
L-irwoli, ir-responsabilitajiet u l-awtoritajiet għandhom ikunu definiti, dokumentati u kkomunikati sabiex tiġi ffaċilitata ġestjoni ambjentali effettiva. |
|
||||
L-ogħla korp ta’ ġestjoni tal-organizzazzjoni għandu jaħtar rappreżentant(i) maniġerjali speċifiku/ċi li, irrispettivament minn responsabbiltajiet oħra, ikollu/hom rwoli, responsabbiltajiet u awtorità definiti biex: |
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
L-organizzazzjoni għandha tiżgura li kull persuna li twettaq kompiti għaliha jew f’isimha li għandha l-potenzjal li tikkawża impatt(i) ambjentali sinifikattiv(i) identifikat(i) mill-organizzazzjoni hija kompetenti abbażi ta’ edukazzjoni, taħriġ jew esperjenza xierqa, u għandha żżomm reġistri assoċjati. |
|
||||
L-organizzazzjoni għandha tidentifika ħtiġijiet ta’ taħriġ assoċjati mal-aspetti ambjentali u mas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha. Hija għandha tipprovdi taħriġ jew tieħu azzjoni oħra biex tilħaq dawn il-ħtiġijiet, u għandha żżomm reġistri assoċjati. |
|
||||
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura(i) biex tgħarraf lill-persuni li jaħdmu għaliha jew f’isimha dwar: |
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
Fir-rigward tal-aspetti ambjentali u tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura(i) għal: |
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
L-organizzazzjoni għandha tiddeċiedi jekk għandhiex tikkomunika esternament dwar l-aspetti ambjentali sinifikattivi tagħha, u għandha tiddokumenta d-deċiżjoni tagħha. Jekk tiddeċiedi li tikkomunika, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi u timplimenta metodu/i għal din il-komunikazzjoni esterna. |
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali għandha tinkludi: |
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
Id-dokumenti meħtieġa mis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali u minn dan l-Istandard Internazzjonali għandhom ikunu kkontrollati. Ir-reġistri huma tip speċjali ta’ dokument u għandhom ikunu kkontrollati skont ir-rekwiżiti mogħtija f’punt A.5.4. |
|
||||
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura/i biex: |
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
L-organizzazzjoni għandha tidentifika u tippjana dawk l-operazzjonijiet li huma assoċjati ma’ aspetti ambjentali sinifikattivi identifikati bħala konsistenti mal-politika, l-objettivi u l-miri ambjentali tagħha, sabiex tiżgura li dawn jitwettqu taħt kondizzjonijiet speċifiċi, billi: |
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura/i biex tidentifika sitwazzjonijiet ta’ emerġenza potenzjali u aċċidenti potenzjali li jista’ jkollhom impatt(i) fuq l-ambjent u kif ser tirreaġixxi għalihom. |
|
||||
L-organizzazzjoni għandha tirreaġixxi għal sitwazzjonijiet u inċidenti ta’ emerġenza attwali u tipprevjeni jew ittaffi l-impatti ambjentali avversi assoċjati. |
|
||||
L-organizzazzjoni għandha teżamina perjodikament u, fejn meħtieġ, tirrivedi l-proċeduri tat-tlestija u r-rispons tagħha għal emerġenzi, b’mod partikolari wara li jseħħu aċċidenti jew sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. |
|
||||
L-organizzazzjoni għandha wkoll tittestja perjodikament proċeduri bħal dawn fejn prattikabbli. |
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura/i għal monitoraġġ u kejl regolari, tal-karatteristiċi ewlenin tal-operazzjonijiet tagħha li jista’ jkollhom impatt ambjentali sinifikattiv. Il-proċedura/i għandha/hom tinkludi/jinkludu d-dokumentazzjoni ta’ informazzjoni għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni, il-kontrolli operattivi applikabbli u l-konformità mal-objettivi u l-miri ambjentali tal-organizzazzjoni. |
|
||||
L-organizzazzjoni għandha tiżgura li jintuża u jinżamm tagħmir għal monitoraġġ u kejl kalibrat u verifikat u għandha żżomm reġistri assoċjati. |
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
L-organizzazzjoni għandha żżomm reġistri tar-riżultati tal-evalwazzjonijiet perjodiċi. |
|
||||
|
|
||||
L-organizzazzjoni għandha żżomm reġistri tar-riżultati tal-evalwazzjonijiet perjodiċi. |
|
||||
|
|
||||
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura(i) biex tindirizza nuqqas(ijiet) ta’ konformità reali jew potenzjali u biex tieħu azzjoni korrettiva u azzjoni preventiva. Il-proċedura/i għandha/hom tiddefinixxi/jiddefinixxu r-rekwiżiti għal: |
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
L-organizzazzjoni għandha tiżgura li jsir kull tibdil meħtieġ fid-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali. |
|
||||
|
|
||||
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi u żżomm reġistri kif meħtieġ biex turi l-konformità mar-rekwiżiti tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha u ta’ dan l-Istandard Internazzjonali, u r-riżultati miksubin. |
|
||||
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura(i) għall-identifikazzoni, il-ħażna, il-protezzjoni, l-irkupru, iż-żamma u r-rimi tar-reġistri. |
|
||||
Ir-reġistri għandhom ikunu u jinżammu leġġibbli, identifikabbli u traċċabbli. |
|
||||
|
|
||||
L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-verifiki interni tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali jitwettqu f’intervalli ppjanati biex: |
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
Il-programm(i) ta’ verifika għandu/hom ikun(u) ppjanat(i), stabbilit(i), implimentat(i) u miżmum(a) mill-organizzazzjoni, filwaqt li titqies l-importanza ambjentali tal-operazzjoni(jiet) ikkonċernata/i u r-riżultati ta’ verifiki preċedenti. |
|
||||
Proċedura/i ta’ verifika għandha/hom tkun/ikunu stabbilita/i, implimentata/i u miżmuma sabiex tindirizza/jindirizzaw: |
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
L-għażla tal-verifikaturi u t-twettiq tal-verifiki għandhom jiżguraw l-oġġettività u l-imparzjalità tal-proċess ta’ verifika. |
|
||||
|
|
||||
L-ogħla korp ta’ ġestjoni għandu jirrivedi s-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tal-organizzazzjoni, f’intervalli ppjanati, sabiex jiżgura l-konvenjenza, l-adegwatezza u l-effettività kontinwa tagħha. Ir-reviżjonijiet għandhom jinkludu l-valutazzjoni ta’ opportunitajiet għat-titjib u l-ħtieġa għal bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, inklużi l-politika ambjentali u l-objettivi u l-miri ambjentali. |
|
||||
Għandhom jinżammu reġistri tar-reviżjonijiet ta’ ġestjoni. |
|
||||
Il-kontributi għar-reviżjonijiet ta’ ġestjoni għandhom jinkludu: |
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
L-eżiti tar-reviżjonijiet ta’ ġestjoni għandhom jinkludu kull deċiżjoni u azzjoni relatata ma’ bidliet possibbli fil-politika ambjentali, fl-objettivi, fil-miri u f’elementi oħra tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, konsistenti mal-impenn għal titjib kontinwu. |
|
||||
Lista ta’ korpi nazzjonali tal-istandards BE: IBN/BIN (Institut Belge de Normalisation/Belgisch Instituut voor Normalisatie) CZ: ČNI (Český normalizační institut) DK: DS (Dansk Standard) DE: DIN (Deutsches Institut für Normung e.V.) EE: EVS (Eesti Standardikeskus) EL: ELOT (Ελληνικός Οργανισμός Τυποποίησης) ES: AENOR (Asociacion Espanola de Normalizacion y Certificacion) FR: AFNOR (Association Française de Normalisation) IE: NSAI (National Standards Authority of Ireland) IT: UNI (Ente Nazionale Italiano di Unificazione) CY: CYS (Κυπριακός Οργανισμός Προώθησης Ποιότητας) LV: LVS (Latvijas Standarts) LT: LST (Lietuvos standartizacijos departamentas) LU: SEE (Service de l’Energie de l’Etat) (Luxembourg) HU: MSZT (Magyar Szabványügyi Testület) MT: MSA (Awtorita' Maltija dwar l-Istandards/Malta Standards Authority) NL: NEN (Nederlands Normalisatie-Instituut) AT: ON (Österreichisches Normungsinstitut) PL: PKN (Polski Komitet Normalizacyjny) PT: IPQ (Instituto Português da Qualidade) SI: SIST (Slovenski inštitut za standardizacijo) SK: SÚTN (Slovenský ústav technickej normalizácie) FI: SFS (Suomen Standardisoimisliitto r.y) SE: SIS (Swedish Standards Institute) UK: BSI (British Standards Institution). |
|
||||
|
Lista kumplimentarja ta’ korpi nazzjonali tal-istandards |
||||
|
Korpi nazzjonali tal-istandards fi Stati Membri mhux koperti mill-EN ISO 14001:2004: |
||||
|
BG: BDS (Български институт за стандартизация); |
||||
|
RO: ASRO (Asociația de Standardizare din România) |
||||
|
Korpi nazzjonali tal-istandards fi Stati Membri, meta korp nazzjonali tal-istandrads elenkat fl-EN ISO 14001:2004 ikun ġie sostitwit: |
||||
|
CZ: ÚNMZ (Ústav pro technickou normalizaci, metrologii a státní zkušebnictví) |
(1) L-użu tat-test riprodott f’dan l-Anness qed isir bil-permess tal-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN). It-test sħiħ jista’ jinkiseb mill-korpi nazzjonali tal-istandards, li l-lista tagħhom tinsab f’dan l-Anness. Kwalunkwe riproduzzjoni ta’ dan l-Anness għal raġunijiet kummerċjali mhix permessa.
ANNESS III
VERIFIKA AMBJENTALI INTERNA
A. Programm ta’ verifika u frekwenza tal-verifika
1. Programm ta’ verifika
Il-programm ta’ verifika għandu jiggarantixxi li l-ġestjoni tal-organizzazzjoni tingħata t-tagħrif li teħtieġ biex tanalizza l-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni u l-effikaċja tas-sistema tal-ġestjoni ambjentali, u li jkun jista’ juri li huma taħt kontroll.
2. L-għanijiet tal-programm ta’ verifika
L-għanijiet għandhom jinkludu, b’mod partikolari, il-valutazzjoni tas-sistemi tal-ġestjoni fis-seħħ u d-determinazzjoni tal-konformità mal-politika u mal-programm tal-organizzazzjoni, li għandhom jinkludu l-konformità mar-rekwiżiti regolatorji ambjentali.
3. L-ambitu tal-programm ta’ verifika
L-ambitu ġenerali tal-verifiki individwali, jew ta’ kull stadju ta’ ċiklu tal-verifika fejn xieraq, għandhom jiġu ddefiniti b’mod ċar u għandhom jispeċifikaw b’mod espliċitu:
(a) |
l-oqsma tas-suġġetti koperti; |
(b) |
l-attivitajiet li għandhom jiġu vverifikati; |
(c) |
il-kriterji ambjentali li għandhom jitqiesu; |
(d) |
il-perjodu kopert bil-verifika. |
Il-verifika ambjentali tinkludi valutazzjoni tad-dejta fattwali meħtieġa sabiex tigi evalwata l-prestazzjoni ambjentali.
4. Frekwenza tal-verifiki
Il-verifika jew iċ-ċiklu tal-verifika li jkopru l-attivitajiet kollha tal-organizzazzjoni għandhom jitlestew, kif xieraq, f’intervalli ta’ mhux aktar minn 3 snin jew 4 snin jekk tapplika d-deroga prevista fl-Artikolu 7. Il-frekwenza li biha tiġi vverifikata kwalunkwe attività għandha tvarja skont:
(a) |
in-natura, l-iskala u l-komplessità tal-attivitajiet; |
(b) |
is-sinifikat tal-impatti ambjentali assoċjati magħhom; |
(c) |
l-importanza u l-urġenza tal-problemi misjuba minn verifiki preċedenti; |
(d) |
problemi ambjentali tal-imgħoddi. |
Attivitajiet aktar kumplessi b’impatt ambjentali aktar sinifikanti għandhom jiġu vverifikati aktar ta’ sikwit.
L-organizzazzjoni għandha twettaq ukoll verifiki mill-inqas fuq bażi annwali, għaliex dan jgħin sabiex juri lill-ġestjoni tal-organizzazzjoni u lill-verifikatur ambjentali illi hija għandha kontroll fuq l-aspetti ambjentali sinifikanti tagħha.
L-organizzazzjoni għandha twettaq verifiki dwar
(a) |
il-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni; u |
(b) |
il-konformità tal-organizzazzjoni mal-obbligi ġuridiċi ambjentali applikabbli. |
B. Attivitajiet tal-verifika
L-attivitajiet tal-verifika għandhom jinkludu d-diskussjonijiet mal-persunal, l-ispezzjoni tal-kundizzjonijiet u tat-tagħmir operattivi u analiżi tar-reġistri, tal-proċeduri miktuba u tad-dokumentazzjoni l-oħra rilevanti, bil-mira li tiġi evalwata l-prestazzjoni ambjentali tal-attività li tkun qiegħda tiġi vverifikata sabiex jiġi stabbilit jekk tikkonformax mal-istandards, ir-regolamenti jew l-għanijiet u l-miri ambjentali applikabbli u jekk is-sistema fis-seħħ hijiex effettiva u xierqa għall-ġestjoni tar-responsabbiltajiet ambjentali. Fost ħwejjeġ oħra, għandhom jintużaw metodi ta’ kontrolli fuq il-post għall-konformità ma’ dawn il-kriterji sabiex jiġi stabbilit kemm hija effettiva s-sistema kollha ta’ ġestjoni.
Il-passi li ġejjin għandhom, b’mod partikolari, jiġu inklużi fil-proċess tal-verifika:
(a) |
il-komprensjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni; |
(b) |
il-valutazzjoni tal-punti qawwija u dawk debboli tas-sistemi ta’ ġestjoni; |
(c) |
il-ġbir tal-provi rilevanti; |
(d) |
il-valutazzjoni tas-sejbiet tal-verifika; |
(e) |
it-tħejjija tal-konklużjonijiet tal-verifika; |
(f) |
ir-rappurtar tas-sejbiet u tal-konklużjonijiet tal-verifika. |
C. Rappurtar tas-sejbiet u tal-konklużjonijiet tal-verifika
Il-miri fundamanentali ta’ rapport bil-miktub tal-verifika huma:
(a) |
li jiddokumentaw l-ambitu tal-verifika; |
(b) |
li jipprovdu lill-korp ta’ ġestjoni bit-tagħrif dwar l-istat tal-konformità mal-politika ambjentali tal-organizzazzjoni u dwar il-progress ambjentali fl-organizzazzjoni; |
(c) |
li jipprovdu lill-korp ta’ ġestjoni bit-tagħrif dwar l-effettività u l-fiduċja tal-arranġamenti tal-monitoraġġ tal-impatti ambjentali tal-organizzazzjoni; |
(d) |
li juru l-ħtieġa li tittieħed azzjoni korrettiva, meta jkun xieraq. |
ANNESS IV
RAPPURTAR AMBJENTALI
A. Introduzzjoni
L-informazzjoni ambjentali għandha tiġi ppreżentata b’mod ċar u koerenti f’forma elettronika jew stampata.
B. Dikjarazzjoni ambjentali
Id-dikjarazzjoni ambjentali għandu jkun fiha mill-inqas l-elementi li ġejjin u għandha tissodisfa r-rekwiżiti minimi mniżżlin hawn taħt:
(a) |
deskrizzjoni ċara u mhux ambigwa tal-organizzazzjoni li tirreġistra fl-EMAS u sommarju tal-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħha u r-relazzjoni tagħha ma’ kull organizzazzjoni prinċipali kif xieraq; |
(b) |
il-politika ambjentali u deskrizzjoni fil-qosor tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tal-organizzazzjoni; |
(c) |
deskrizzjoni tal-aspetti ambjentali sinifikattivi kollha diretti u indiretti li jirriżultaw f’impatti ambjentali sinifikattivi tal-organizzazzjoni u spjegazzjoni tan-natura tal-impatti kif relatati ma’ dawn l-aspetti (Anness I.2); |
(d) |
deskrizzjoni tal-objettivi u l-miri ambjentali fir-rigward tal-aspetti u l-impatti ambjentali sinifikattivi; |
(e) |
sommarju tad-data disponibbli dwar il-prestazzjoni tal-organizzazzjoni f’taqbil mal-objettivi u l-miri ambjentali tagħha fir-rigward tal-impatti ambjentali sinifikattivi. Għandu jsir rapputar dwar l-indikaturi ċentrali u l-indikaturi ta’ prestazzjoni ambjentali eżistenti relevanti oħra kif imniżżlin fit-Taqsima C; |
(f) |
fatturi oħra li jirrigwardaw il-prestazzjoni ambjentali inkluża l-prestazzjoni f’taqbil mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi fir-rigward tal-impatti ambjentali sinifikattivi tagħhom; |
(g) |
referenza għar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent; |
(h) |
l-isem u n-numru tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja tal-verifikatur ambjentali u d-data tal-validazzjoni. |
Id-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata għandu jkun fiha mill-inqas l-elementi li ġejjin u għandha tissodisfa r-rekwiżiti minimi mniżżlin fil-punti (e) sa (h).
C. Indikaturi ċentrali u indikaturi ta’ prestazzjoni ambjentali eżistenti relevanti oħra
1. Introduzzjoni
L-organizzazzjonijiet għandhom jirrappurtaw, kemm fid-dikjarazzjoni ambjentali, kif ukoll fid-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata, dwar l-indikaturi ċentrali, safejn dawn jirrigwardaw l-aspetti ambjentali diretti tal-organizzazzjoni u indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali relevanti oħra kif imniżżel hawn taħt.
Ir-rappurtar għandu jipprovdi data dwar l-input/l-impatt attwali. Jekk l-iżvelar se jaffettwa b’mod negattiv il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjali jew industrijali tal-organizzazzjoni meta kunfidenzjalità bħal din hija stipulata fil-liġi nazzjonali jew Komunitarja biex ikun protett interess ekonomiku leġittimu, l-organizzazzjoni jista’ jkollha permess biex telenka din l-informazzjoni fir-rappurtar tagħha, pereżempju billi tistabbilixxi sena ta’ bażi (bin-numru tal-indiċi 100) li minnu jidher l-iżvilupp tal-input/l-impatt.
L-indikaturi għandhom:
(a) |
jagħtu stima preċiża tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni; |
(b) |
ikunu jistgħu jinftehmu u mhux ambigwi; |
(c) |
jippermettu li jsir paragun kull sena biex jiġi vvalutat l-iżvilupp tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni; |
(d) |
jippermettu li jsir paragun mal-punti ta’ riferiment settorjali, nazzjonali jew reġjonali kif xieraq; |
(e) |
jippermettu li jsir paragun mar-rekwiżiti regolatorji kif xieraq. |
2. Indikaturi ċentrali
(a) |
L-indikaturi ċentrali għandhom japplikaw għat-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet. Huma jiffokaw fuq prestazzjoni fl-oqsma ambjentali ewlenin li ġejjin:
Meta organizzazzjoni tikkonkludi li indikatur ċentrali wieħed jew aktar mhumiex relevanti għall-aspetti ambjentali diretti sinifikanti tagħha, dik l-organizzazzjoni tista’ ma tirrappurtax dwar dawk l-indikaturi ċentrali. L-organizzazzjoni għandha tipprovdi ġustifikazzjoni għal dak l-iskop b’referenza għar-reviżjoni ambjentali tagħha. |
(b) |
Kull indikatur ċentrali huwa magħmul minn:
Kull organizzazzjoni għandha tirrapporta fuq it-tliet elementi kollha għal kull indikatur. |
(c) |
L-indikazzjoni tal-kontribut/impatt totali annwali f’qasam partikolari, iċ-ċifra A, għandha tiġi rappurtata kif ġej:
|
(d) |
L-indikazzjoni tal-eżitu globali annwali tal-organizzazzjoni, iċ-ċifra B, hija l-istess għall-oqsma kollha, iżda hija adattata għat-tipi differenti ta’ organizzazzjonijiet, skont it-tip ta’ attività tagħhom, u għandha tkun rappurtata kif ġej:
|
3. Indikaturi ta’ prestazzjoni ambjentali relevanti oħra
Kull organizzazzjoni għandha tirrapporta wkoll fuq bażi annwali dwar il-prestazzjoni tagħha rigward aspetti ambjentali aktar speċifiċi kif identifikati fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħha u, fejn disponibbli, tieħu kont ta’ dokumenti ta’ referenza settorjali kif imsemmi fl-Artikolu 46.
D. Disponibbiltà għall-pubbliku
L-organizzazzjoni għandha tkun kapaċi turi lill-verifikatur ambjentali li kull min ikun interessat fil-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni jista’ faċilment u liberament jingħata aċċess għall-informazzjoni meħtieġa ta’ hawn fuq taħt il-punti B u C.
L-organizzazzjoni għandha tiżgura li din l-informazzjoni tkun disponibbli f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru, li fih l-organizzazzjoni hija reġistrata, u jekk applikabbli, f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ dawk l-Istati Membri, li fihom hemm siti li huma koperti mir-reġistrazzjoni korporattiva.
E. Kontabbiltà lokali
L-organizzazzjonijiet li jirreġistraw fl-EMAS jistgħu jkunu jixtiequ jipproduċu dikjarazzjoni ambjentali korporattiva waħda, li tkopri numru ta’ lokazzjonijiet geografiċi differenti.
Billi l-intenzjoni tal-EMAS hija li tiżgura kontabbiltà lokali, l-organizzazzjonijiet għandhom jiżguraw li l-impatti ambjentali sinifikattivi ta’ kull sit jiġu identifikati b’mod ċar u rappurtati fid-dikjarazzjoni ambjentali korporattiva.
ANNESS V
LOGO TAL-EMAS
1. Il-logo jista’ jintuża fi kwalunkwe lingwa mit-23 lingwa bil-kundizzjoni li jintuża l-kliem li ġej:
Bulgaru |
: |
“Проверено управление по околна среда” |
Ċek |
: |
“Ověřený systém environmentálního řízení” |
Daniż |
: |
“Verificeret miljøledelse” |
Olandiż |
: |
“Geverifieerd milieuzorgsysteem” |
Ingliż |
: |
“Verified environmental management” |
Estonjan |
: |
“Tõendatud keskkonnajuhtimine” |
Finlandiż |
: |
“Todennettu ympäristöasioiden hallinta” |
Franċiż |
: |
“Management environnemental vérifié” |
Ġermaniż |
: |
“Geprüftes Umweltmanagement” |
Grieg |
: |
“επιθεωρημένη περιβαλλοντική διαχείριση” |
Ungeriż |
: |
“Hitelesített környezetvédelmi vezetési rendszer” |
Taljan |
: |
“Gestione ambientale verificata” |
Irlandiż |
: |
“Bainistíocht comhshaoil fíoraithe” |
Latvjan |
: |
“Verificēta vides pārvaldība” |
Litwan |
: |
“Įvertinta aplinkosaugos vadyba” |
Malti |
: |
“Ġestjoni Ambjentali Verifikata” |
Pollakk |
: |
“Zweryfikowany system zarządzania środowiskowego” |
Portugiż |
: |
“Gestão ambiental verificada” |
Rumen |
: |
“Management de mediu verificat” |
Slovakk |
: |
“Overené environmentálne manažérstvo” |
Sloven |
: |
“Preverjen sistem ravnanja z okoljem” |
Spanjol |
: |
“Gestión medioambiental verificada” |
Svediż |
: |
“Verifierat miljöledningssystem” |
2. Il-logo għandu jintuża jew:
— |
bi tliet kuluri (Pantone Nru 355 Aħdar; Pantone Nru 109 Isfar; Pantone Nru 286 Ikħal); |
— |
bl-iswed |
— |
bl-abjad jew |
— |
fuq skala griża. |
ANNESS VI
REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI GĦAR-REĠISTRAZZJONI
(informazzjoni li għandha tingħata fejn applikabbli)
|
|
||
Isem |
… |
||
Indirizz |
… |
||
Belt |
… |
||
Kodiċi Postali |
… |
||
Pajjiż/Stat/Reġjun/Komunità Awtonoma |
… |
||
Persuna ta’ kuntatt |
… |
||
Telefon |
… |
||
FAX |
… |
||
Posta elettronika |
… |
||
Websajt |
… |
||
Aċċess pubbliku għad-dikjarazzjoni ambjentali jew stqarrija ambjentali aġġornata |
|
||
|
… |
||
|
… |
||
Numru tar-reġistrazzjoni |
… |
||
Data tar-reġistrazzjoni |
… |
||
Data tas-sospensjoni tar-reġistrazzjoni |
… |
||
Tħassir tad-data tar-reġistrazzjoni |
… |
||
Data tad-dikjarazzjoni ambjentali li jmiss |
… |
||
Data tad-dikjarazzjoni ambjentali li jmiss aġġornata |
… |
||
Talba għal deroga skont l-Artikolu 7 IVA - LE |
… |
||
Kodiċi tan-NACE tal-attivitajiet |
… |
||
Numru ta’ impjegati |
… |
||
Fatturat jew karta tal-bilanċ annwali |
… |
||
|
|
||
Isem |
… |
||
Indirizz |
… |
||
Kodiċi Postali |
… |
||
Belt |
… |
||
Pajjiż/Stat/Reġjun/Komunità Awtonoma |
… |
||
Persuna ta’ kuntatt |
… |
||
Telefon |
… |
||
FAX |
… |
||
Posta elettronika |
… |
||
Websajt |
… |
||
Aċċess pubbliku għad-dikjarazzjoni ambjentali jew stqarrija ambjentali aġġornata |
|
||
|
… |
||
|
… |
||
Numru tar-reġistrazzjoni |
… |
||
Data tar-reġistrazzjoni |
… |
||
Data tas-sospensjoni tar-reġistrazzjoni |
… |
||
Tħassir tad-data tar-reġistrazzjoni |
… |
||
Data tad-dikjarazzjoni ambjentali li jmiss |
… |
||
Data tad-dikjarazzjoni ambjentali li jmiss aġġornata |
… |
||
Talba għal deroga skont l-Artikolu 7 IVA - LE |
… |
||
Kodiċi tan-NACE tal-attivitajiet |
… |
||
Numru ta’ impjegati |
… |
||
Fatturat/jew karta tal-bilanċ annwali |
… |
||
|
|
||
Isem il-verifikatur ambjentali |
… |
||
Indirizz |
… |
||
Kodiċi Postali |
… |
||
Belt |
… |
||
Pajjiż/Stat/Reġjun/Komunità Awtonoma |
… |
||
Telefon |
… |
||
FAX |
… |
||
Posta elettronika |
… |
||
Numru tar-reġistrazzjoni tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja |
… |
||
Ambitu tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja (Kodiċi tan-NACE) |
… |
||
Korpi ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar |
… |
||
Magħmul fi … fi …/…/20 |
… |
||
Firma tar-rappreżentant tal-organizzazzjoni |
… |
ANNESS VII
DIKJARAZZJONI TAL-VERIFIKATUR AMBJENTALI DWAR L-ATTIVITAJIET TA’ VERIFIKA U TA’ VALIDAZZJONI
… (isem).
bin-numru tar-reġistrazzjoni tal-verifikatur ambjentali tal-EMAS …
Akkreditat jew liċenzjat għall-ambitu … (Kodiċi tan-NACE)
niddikjara li vverifikajt jekk is-sit(i) jew l-organizzazzjoni kollha kif indikat fid-dikjarazzjoni ambjentali/dikjarazzjoni ambjentali aġġornata (*) tal-organizzazzjoni … (isem)
bin-numru tar-reġistrazzjoni (jekk disponibbli) …
tissodisfa r-rekwiżiti kollha tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS).
Bil-firma ta’ din id-dikjarazzjoni, qed niddikjara li:
— |
il-verifika u l-validazzjoni twettqu f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009; |
— |
ir-riżultat tal-verifika u l-validazzjoni jikkonferma illi m’hemm l-ebda evidenza ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent; |
— |
id-data u l-informazzjoni tad-dikjarazzjoni ambjentali/id-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata (*) tal-organizzazzjoni/tas-sit (*) jirriflettu immaġni affidabbli, kredibbli u korretta tal-attivitajiet kollha tal-organizzazzjoni/tas-sit (*), fl-ambitu msemmi fid-dikjarazzjoni ambjentali. |
Dan id-dokument mhuwiex ekwivalenti għal reġistrazzjoni fl-EMAS. Reġistrazzjoni fl-EMAS tista’ tingħata biss minn Korp Kompetenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009. Dan id-dokument m’għandux jintuża bħala dokument għalih-waħdu fil-komunikazzjoni pubblika.
Magħmul fi … fil-…/…/20..
Firma
(*) ħassar fejn mhux applikabbli.
ANNESS VIII
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Regolament (KE) Nru 761/2001 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 (1) |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 (2) (a) |
— |
Artikolu 1 (2) (b) |
— |
Artikolu 1 (2) (c) |
— |
Artikolu 1 (2) (d) |
— |
Artikolu 2 (a) |
Artikolu 2 (1) |
Artikolu 2 (b) |
— |
Artikolu 2 (c) |
Artikolu 2 (2) |
Artikolu 2 (d) |
— |
Artikolu 2 (e) |
Artikolu 2 (9) |
Artikolu 2 (f) |
Artikolu 2 (4) |
Artikolu 2 (g) |
Artikolu 2 (8) |
Artikolu 2 (h) |
Artikolu 2 (10) |
Artikolu 2 (i) |
Artikolu 2 (11) |
Artikolu 2 (j) |
Artikolu 2 (12) |
Artikolu 2 (k) |
Artikolu 2 (13) |
Artikolu 2 (l) |
Artikolu 2 (16) |
Artikolu 2 (l) (i) |
— |
Artikolu 2 (l) (ii) |
— |
Artikolu 2 (m) |
— |
Artikolu 2 (n) |
Artikolu 2 (17) |
Artikolu 2 (o) |
Artikolu 2 (18) |
Artikolu 2 (p) |
— |
Artikolu 2 (q) |
Artikolu 2 (20) |
Artikolu 2 (r) |
— |
Artikolu 2 (s) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 2 (21) |
Artikolu 2 (s) it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 2 (t) |
Artikolu 2 (22) |
Artikolu 2 (u) |
— |
Artikolu 3 (1) |
— |
Artikolu 3(2) (a) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 4 (1)(a) u (b) |
Artikolu 3(2) (a) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 4 (3) |
Artikolu 3 (2) (b) |
Artikolu 4 (1)(c) |
Artikolu 3 (2) (c) |
Artikolu 4 (1)(d) |
Artikolu 3 (2) (d) |
Artikolu 4 (5) |
Artikolu 3 (2) (e) |
Artikolu 5 (2) l-ewwel subparagrafu; Artikolu 6 (3) |
Artikolu 3 (3) (a) |
Artikolu 6 (1) (a) |
Artikolu 3(3) (b) l-ewwel sentenza |
Artikolu 6(1) (b) u (c) |
Artikolu 3 (3) (b) it-tieni sentenza |
Artikolu 7 (1) |
Artikolu 4 (1) |
— |
Artikolu 4 (2) |
Artikolu 51 (2) |
Artikolu 4 (3) |
— |
Artikolu 4 (4) |
— |
Artikolu 4 (5) l-ewwel sentenza |
Artikolu 25 (10) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 4 (5) it-tieni sentenza |
Artikolu 25 (10) it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza |
Artikolu 4 (6) |
Artikolu 41 |
Artikolu 4 (7) |
— |
Artikolu 4 (8) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 30 (1) |
Artikolu 4 (8) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 30 (3) u (5) |
Artikolu 4 (8), it-tielet subparagrafu, l-ewwel u t-tieni sentenza |
Artikolu 31 (1) |
Artikolu 4 (8) it-tielet subparagrafu, l-aħħar sentenza |
Artikolu 31 (2) |
Artikolu 5 (1) |
Artikolu 11 (1) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 5 (2) |
Artikolu 11 (3) |
Artikolu 5 (3) l-ewwel sentenza |
Artikolu 12 (1) |
Artikolu 5 (3), it-tieni sentenza, l-ewwel inċiż |
Artikolu 12 (1) (a) |
Artikolu 5 (3), it-tieni sentenza, it-tieni inċiż |
Artikolu 12 (1) (b) |
Artikolu 5 (4) |
Artikolu 11 (1) it-tieni u t-tielet subparagrafu |
Artikolu 5 (5) l-ewwel sentenza |
Artikolu 16 (1) |
Artikolu 5 (5) it-tieni sentenza |
Artikolu 16 (3) l-ewwel sentenza |
Artikolu 5 (5) it-tielet sentenza |
Artikolu 17 (1) |
Artikolu 5 (5) ir-raba’ sentenza |
Artikolu 16 (3) it-tieni subparagrafu u l-Artikolu 16(4) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 6 (1) |
Artikolu 13 (1) |
Artikolu 6 (1), l-ewwel inċiż |
Artikolu 13 (2) (a) u Artikolu 5 (2) (a) |
Artikolu 6 (1), it-tieni inċiż |
Artikolu 13 (2) (a) u Artikolu 5 (2) (c) |
Artikolu 6 (1), it-tielet inċiż |
Artikolu 13 (2) (a) u Artikolu 5 (2) (d) |
Artikolu 6 (1), ir-raba’ inċiż |
Artikolu 13 (2) (c) |
Artikolu 6 (1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 13 (2) l-ewwel sentenza |
Artikolu 6 (2) |
Artikolu 15 (3) |
Artikolu 6 (3), l-ewwel inċiż |
Artikolu 15 (3) (a) |
Artikolu 6 (3), it-tieni inċiż |
Artikolu 15 (3) (b) |
Artikolu 6 (3), it-tielet inċiż |
— |
Artikolu 6 (3), l-aħħar sentenza |
Artikolu 15 (8) |
Artikolu 6 (4), l-ewwel paragrafu |
Artikolu 15 (2) |
Artikolu 6 (4), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 15 (4) |
Artikolu 6 (5), l-ewwel sentenza |
Artikolu 15 (6) |
Artikolu 6 (5), it-tieni sentenza |
Artikolu 15 (8) u (9) |
Artikolu 6 (6) |
Artikolu 15 (10) |
Artikolu 7 (1) |
Artikolu 28 (8) |
Artikolu 7 (2), l-ewwel sentenza |
Artikolu 12 (2) |
Artikolu 7 (2), it-tieni sentenza |
Artikolu 12 (3) |
Artikolu 7 (3) |
Artikolu 42 (2) (a) |
Artikolu 8 (1), l-ewwel sentenza |
Artikolu 10 (1) |
Artikolu 8 (1), it-tieni sentenza |
Artikolu 10 (2) |
Artikolu 8 (2) |
— |
Artikolu 8(3) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 10 (4) |
Artikolu 8 (3) it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 9 (1) sentenza ta’ introduzzjoni |
Artikolu 4 (3) |
Artikolu 9 (1) (a) |
Artikolu 45 (4) |
Artikolu 9 (1) (b) |
Artikolu 45 (4) |
Artikolu 9 (1) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 45 (5) |
Artikolu 9 (2) |
— |
Artikolu 10 (1) |
— |
Artikolu 10 (2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 38 (1) u (2) |
Artikolu 10 (2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza |
Artikolu 41 |
Artikolu 10 (2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza |
Artikolu 47 |
Artikolu 11 (1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 36 |
Artikolu 11 (1), l-ewwel inċiż |
Artikolu 36 (a) |
Artikolu 11 (1), it-tieni inċiż |
Artikolu 36 (c) |
Artikolu 11 (1), it-tielet inċiż |
Artikolu 36 (b) |
Artikolu 11 (1), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza |
Artikolu 37 (1) |
Artikolu 11 (1), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza |
— |
Artikolu 11 (1), it-tieni subparagrafu, it-tielet sentenza |
Artikolu 37 (2) |
Artikolu 11 (1), it-tieni subparagrafu, ir-raba’ sentenza |
Artikolu 37 (3) |
Artikolu 11 (2) |
Artikolu 43(2) |
Artikolu 11 (3), l-ewwel sentenza |
Artikolu 41 (2), |
Artikolu 11 (3), it-tieni sentenza |
Artikolu 47 |
Artikolu 12 (1) (a) |
— |
Artikolu 12 (1) (b) |
Artikolu 35 (1) |
Artikolu 12 (1) it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 12 (2) |
Artikolu 41 (2) |
Artikolu 12 (3) |
— |
Artikolu 13 |
Artikolu 40 (1) |
Artikolu 14 (1) |
Artikolu 49 (1) |
Artikolu 14 (2) |
— |
Artikolu 14 (3) |
— |
Artikolu 15 (1) |
Artikolu 50 |
Artikolu 15 (2) |
Artikolu 48 |
Artikolu 15 (3) |
— |
Artikolu 16 (1) |
Artikolu 39 (1) |
Artikolu 16 (2) |
Artikolu 42 (2) |
Artikolu 17 (1) |
— |
Artikolu 17 (2), (3) u (4) |
Artikolu 51 (2) |
Artikolu 17 (5) |
— |
Artikolu 18 |
Artikolu 52 |