Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0242

Kawża C-242/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul București (ir-Rumanija) fl-20 ta’ Marzu 2019 — CHEP Equipment Pooling NV vs Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București — Serviciul Soluționare Contestații, Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București — Administrația Fiscală pentru Contribuabili Nerezidenți

ĠU C 206, 17.6.2019, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul București (ir-Rumanija) fl-20 ta’ Marzu 2019 — CHEP Equipment Pooling NV vs Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București — Serviciul Soluționare Contestații, Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București — Administrația Fiscală pentru Contribuabili Nerezidenți

(Kawża C-242/19)

(2019/C 206/31)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul București

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CHEP Equipment Pooling NV

Konvenuti: Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București — Serviciul Soluționare Contestații, Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București — Administrația Fiscală pentru Contribuabili Nerezidenți

Domandi preliminari

1)

It-trasport ta’ palits minn Stat Membru għal Stat Membru ieħor, bil-għan li jiġu sussegwentement mikrija f’dan l-aħħar Stat Membru lil persuna taxxabbli stabbilita u rreġistrata għall-finijiet tal-VAT fir-Rumanija, jikkostitwixxi nuqqas ta’ trasferiment skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva [2006/112/KE]? (1)

2)

Indipendentement mir-risposta għall-ewwel domanda, il-persuna taxxabbli taħt l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/112/KE, li ma hijiex stabbilita fl-Istat Membru ta’ rimbors iżda fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, hija kkunsidrata bħala persuna taxxabbli taħt l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2008/9/KE (2) ukoll meta din il-persuna tkun irreġistrata għall-finijiet tal-VAT jew tkun obbligata tirreġistra ruħha għall-finijiet tal-VAT fl-Istat Membru ta’ rimbors?

3)

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/9/KE, il-kundizzjoni li persuna ma tkunx irreġistrata għall-finijiet tal-VAT fl-Istat Membru ta’ rimbors tikkostitwixxi kundizzjoni ulterjuri għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/9/KE sabiex dik il-persuna taxxabbli stabbilita fi Stat Membru ieħor u mhux stabbilita fl-Istat Membru ta’ rimbors tista’ tkun eliġibbli għal rimbors f’każ bħal dan il-każ ineżami?

4)

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/9/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi prattika ta’ amministrazzjoni nazzjonali li tirrifjuta rimbors tal-VAT abbażi tan-nuqqas ta’ ssodisfar ta’ kundizzjoni prevista esklużivament fid-dritt nazzjonali ?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta' 28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006 L 347, p. 1).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat- 12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/EC, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (ĠU 2008 L 44, p. 23).


Top