Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0017

    Kawża T-17/17: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2017 – Constantinescu vs Il-Parlament

    ĠU C 70, 6.3.2017, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.3.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 70/24


    Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2017 – Constantinescu vs Il-Parlament

    (Kawża T-17/17)

    (2017/C 070/34)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Radu Constantinescu (Kreuzweiler, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Talbiet

    tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

    konsegwentement:

    tannulla d-deċiżjoni tas-27 ta’ Mejju 2016 tal-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika – il-Lussemburgu, li tirreġistra l-wild tar-rikorrent fid-daycare centre ta’ Bertrange Mamer u, għaldaqstant, tirrifjuta d-dħul tiegħu fid-daycare centre ta’ Kirchberg;

    tannulla d-deċiżjoni tas-7 ta’ Ottubru 2016 tal-Parlament Ewropew li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tas-6 ta’ Ġunju 2016 kontra din id-deċiżjoni;

    tordna l-ħlas ta’ kumpens għad-danni materjali u morali subiti;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) u tal-Artikolu 1(d) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni u fuq il-ksur tar-regoli dwar l-oneru tal-prova. F’dan ir-rigward, ir-rikorrent jilmenta li l-konvenut ikkonċeda derogi lil familji oħra, filwaqt li dan irrifjutalu tali deroga mingħajr ma kien iġġustifikat trattament differenti minħabba xi ċirkustanzi oġġettivi.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dmir ta’ diliġenza u tal-Artikolu 41 tal-Karta, li bihom hija vvizzjata d-deċiżjoni kkontestata.


    Top