This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013AE4349
Opinion of the European Economic and Social Committee on the ‘Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council amending Regulation (EC) No 302/2009 concerning a multiannual recovery plan for bluefin tuna in the eastern Atlantic and Mediterranean’ COM(2013) 250 final — 2013/133 (COD)
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 302/2009 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran” COM(2013) 250 final – 2013/133 (COD)
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 302/2009 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran” COM(2013) 250 final – 2013/133 (COD)
ĠU C 67, 6.3.2014, p. 157–159
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 67/157 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 302/2009 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran”
COM(2013) 250 final – 2013/133 (COD)
2014/C 67/32
Relatur: is-Sur SARRÓ IPARRAGUIRRE
Nhar it-12 ta' Mejju 2013 u nhar it-28 ta' Mejju 2013, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikoli 43(2) u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) 02/2009 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran
COM(2013) 0250 final — 2013/0133 (COD).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar l-1 ta' Ottubru 2013.
Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'137 vot favur, 2 voti kontra u 4 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon din l-emenda tar-Regolament (KE) 02/2009 peress li turi li qegħdin jinkisbu riżultati effettivi fl-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. |
1.2 |
Il-Kumitat jerġa' jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tapplika dan ir-Regolament b'mod strett kemm jista' jkun fl-Istati Membri u għall-partijiet kontraenti tal-ICCAT kollha. |
1.3 |
Il-KESE jtenni r-rikonoxximent tiegħu tal-isforz li qed jagħmlu dawn l-aħħar snin il-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri u s-sajjieda sabiex jikkonformaw mal-pjan multiannwali eżiġenti għall-irkupru, waqt li għandhom jitqiesu l-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi riżultat ta' dan. |
1.4 |
Il-KESE jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex iżidu l-attivitajiet tagħhom ta' informazzjoni, bil-għan li jissensibilizzaw lill-pubbliku dwar ir-realtà tas-sitwazzjoni tat-tonn u dwar ir-riżultati li tħalli l-applikazzjoni tal-pjan għall-rkupru. |
1.5 |
Il-KESE jqis neċessarju ħafna li, biex jiġi salvagwardjat l-irkupru tat-tonn, wara l-Artikolu 7(6) għandhom jiġu speċifikati b'mod ċar liema huma għall-Unjoni Ewropea l-bastimenti awtorizzati jistadu s-sena kollha. |
2. Introduzzjoni
2.1 |
Din l-Opinjoni hi riżultat tal-Proposta COM(2013) 250 li terġa' temenda r-Regolament (KE) 02/2009 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. |
2.2 |
It-tonn huwa wieħed mill-ispeċijiet l-aktar importanti rregolati mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT). L-Unjoni hija parti kontraenti tal-Konvenzjoni tal-ICCAT. |
2.3 |
Fl-2006, l-ICCAT nediet pjan għall-irkupru tat-tonn, li wassal għar-Regolament (KE) 559/2007, li inizjalment stabbilixxa pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. |
2.4 |
Dan ir-Regolament (KE) 559/2007 tħassar bir-Regolament (KE) 02/2009 b'risposta għar-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT 08-05 adottata matul is-16-il laqgħa speċjali tagħha fl-2008, fejn ġie stabbilit pjan ġdid għall-irkupru tat-tonn. |
2.5 |
Matul is-17-il laqgħa speċjali tagħha tal-2010, l-ICCAT adottat ir-Rakkomandazzjoni 10-04 li emendat il-pjan preċedenti għall-irkupru billi ġie stabbilit tnaqqis ġdid tal-qabdiet totali permissibbli u ssaħħew il-miżuri li għandhom l-għan li jnaqqsu l-kapaċità tas-sajd u jżidu l-kontroll tas-sajd. B'riżultat ta' dan, ir-Regolament (KE) 02/2009 ġie emendat bir-Regolament (UE) 00/2012 bil-għan li dawn il-miżuri internazzjonali ta' konservazzjoni jiġu applikati fil-livell tal-Unjoni. |
2.6 |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fassal opinjonijiet li jappoġġjaw il-proposti tal-Kummissjoni għaż-żewġ Regolamenti kif ukoll għal din l-aħħar emenda, fejn jirrikonoxxi l-isforz li qegħdin jagħmlu l-Istati Membri u s-sajjieda sabiex jikkonformaw mal-pjan eżiġenti tal-ICCAT għall-irkupru tat-tonn u jappella sabiex titkompla r-riċerka xjentifika. |
3. Pożizzjoni xjentifika
3.1 |
Mis-16-il laqgħa speċjali tal-2008 tal-ICCAT, ġie osservat irkupru fil-bijomassa tat-tonn tal-Lvant tal-Atlantiku u tal-Mediterran. |
3.2 |
Il-Kumitat Permanenti għar-Riċerka u l-Istatistika (SCRS), kumitat xjentifiku konsultattiv tal-ICCAT, fis-Sommarju Eżekuttiv tar-rapport tiegħu tal-2012 (1) jgħid dan li ġej, fost dikjarazzjonijiet oħra:
|
3.3 |
Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon ir-rapport tal-kumitat xjentifiku konsultattiv tal-ICCAT li juri t-tendenza ċara tal-irkupru tat-tonn, għaliex dan appoġġja bis-sħiħ il-proposti leġislattivi kollha mressqa mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. |
4. Modifikazzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT
4.1 |
Fl-2012, il-Kummissjoni tal-ICCAT adottat Rakkomandazzjoni ġdida 12-03 li temenda l-pjan multiannwali għall-irkupru ta' 15-il sena (2007-2022). |
4.2 |
Din ir-rakkomandazzjoni tistabbilixxi l-qabdiet totali annwali għal 13 500 tunnellata annwali mill-2013 'il quddiem sakemm jinbidlu l-qabdiet totali annwali fuq parir tal-SCRS. Minn dawn it-13 500 tunnellata, 7 548,06 tunnellata jiġu allokati lill-Unjoni Ewropea. Dan ifisser li wara numru ta' snin bi tnaqqis fil-qabdiet totali permissibbli u diversi sforzi sabiex jiġi rkuprat it-tonn, it-tendenza nqalbet din is-sena u l-qabdiet totali permissibbli żdiedu b'600 tunnellata, b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet xjentifiċi. |
4.3 |
Barra minn hekk, bil-għan li l-istaġuni tas-sajd jiġu adattati aħjar għall-attivitajiet tal-flotta, ir-Rakkomandazzjoni timmodifika l-istaġuni tas-sajd, li għandhom jitqiesu bħala staġuni miftuħa b'kuntrast mal-istaġuni magħluqa indikati fir-rakkomandazzjonijiet preċedenti tal-ICCAT. |
4.4 |
Barra minn hekk ġew modifikati wkoll id-dati attwali meta jkun jista' jsir is-sajd b'bastimenti tas-sajd bil-purse seine, b'bastimenti tal-lixka u b'bastimenti tas-sajd bir-rixa. |
4.5 |
Fl-aħħar nett, biex tiġi evitata kwalunkwe inċertezza rigward it-tagħmir li mhux soġġett għal kwalunkwe regola speċifika dwar l-istaġun tas-sajd, qed tiġi introdotta dispożizzjoni li tagħti lill-bastimenti l-oħra kollha l-possibbiltà li jistadu s-sena kollha |
4.6 |
Fir-rigward tat-tqassim tal-kwoti allokati lill-UE fl-ilmijiet tal-ICCAT għall-2013, ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-qabdiet totali permissibbli u l-kwoti (2) diġà stabbilixxa l-opportunitajiet tas-sajd għal kull Stat Membru kif ukoll li l-istaġun tas-sajd bil-purse seine jibda mis-26 ta' Mejju sal-24 ta' Ġunju 2013 sabiex l-Istati Membri jkollhom biżżejjed ħin biex jippjanaw. |
4.7 |
Il-KESE jqis li l-emendi stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT 12-03 huma loġiċi. Huwa jifraħ lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Istati Membri u lis-sajjieda għall-impenn tagħhom sabiex jinkiseb dan il-pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn u jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tkompli bl-isforzi li qiegħda tagħmel. |
5. Emenda tar-Regolament (KE) 02/2009
5.1 Fid-dawl ta' dak kollu li ntqal qabel, il-Proposta għal Regolament temenda l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) 02/2009 billi tistabbilixxi l-perjodi tas-sajd ta' kull tip ta' bastimenti tas-sajd li jistgħu jistadu għat-tonn.
5.2 L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
1) |
Is-sajd għat-tonnu minn bastimenti pelaġiċi akbar minn erbgħa u għoxrin (24) metru għall-qbid bil-konz fuq skala kbira, għandu jkun permess fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju bl-eċċezzjoni taż-żona delimitata mill-Punent ta’ 10°W u mit-Tramuntana ta’ 42°N, fejn dan it-tip ta’ sajd għandu jkun ipprojbit mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Jannar. |
2) |
Is-sajd bil-purse seine għat-tonnu għandu jkun permess fl-Atlantiku tal-Lvant u fil-Mediterran matul il-perjodu mis-26 ta’ Mejju sal-24 ta’ Ġunju. |
3) |
Is-sajd għat-tonnu bil-bastimenti tal-lixka u l-bastimenti tas-sajd bir-rixa għandu jkun permess fl-Atlantiku tal-Lvant u fil-Mediterran matul il-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Ottubru. |
4) |
Is-sajd tat-tonnu b'bastimenti tas-sajd pelaġiku għandu jkun permess fl-Atlantiku tal-Lvant matul il-perjodu mis-16 ta' Ġunju sal-14 ta' Ottubru. |
5) |
Is-sajd rikreazzjonali u sportiv għat-tonnu għandu jkun permess fl-Atlantiku tal-Lvant u fil-Mediterran mis-16 ta' Ġunju sal-14 ta' Ottubru. |
6) |
Is-sajd għat-tonnu b’tagħmir ieħor apparti dak li jissemma fil-paragrafi minn 1 sa 5 għandu jkun permess matul is-sena kollha. (sic.)” |
5.3 Il-KESE jqis din l-emenda tar-Regolament (KE) 02/2009 bħala loġika u għalhekk jaqbel magħha peress li l-Artikolu 7 emendat jindika b'mod aktar ċar l-"istaġuni miftuħa tas-sajd" b'kuntrast għall-kunċett tal-Artikolu 7 preċedenti li jiddiskrivihom bħala "staġuni magħluqa". Fl-istess ħin jemenda d-dati attwali meta s-sajd huwa permess bil-purse seine, mill-bastimenti tas-sajd bil-lixka u bir-rixa u jistipula li t-tagħmir li mhux soġġett għal kwalunkwe regoli speċifiċi b'rabta mal-istaġuni tas-sajd jista' jintuża s-sena kollha. F'dan il-kuntest, il-Kumitat iqis li għandu jiżdied dan li ġej mal-Artikolu 7(6): "b'konformità mal-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni inklużi fir-Rakkomandazzjoni 12-03".
5.4 B'rabta ma' din l-aħħar awtorizzazzjoni, il-KESE jqis neċessarju ħafna li, biex jiġi salvagwardjat l-irkupru tat-tonn, wara l-Artikolu 7(6) għandhom jiġu speċifikati b'mod ċar liema huma għall-Unjoni Ewropea l-bastimenti awtorizzati jistadu s-sena kollha.
6. Kummenti ġenerali
6.1 |
Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon din l-emenda tar-Regolament (KE) 02/2009 peress li turi li l-applikazzjonijiet u l-emendi li qegħdin jiġu introdotti kull sena jindikaw li matul dawn l-ewwel sitt snin tal-pjan multiannwali previst għal 15-il sena qiegħed ikun hemm riżultati effettivi fl-irkupru tat-tonn tal-Lvant tal-Atlantiku u tal-Mediterran. |
6.2 |
Il-Kumitat jerġa' jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tapplika dan ir-Regolament b'mod strett kemm jista' jkun fl-Istati Membri u għall-partijiet kontraenti tal-ICCAT kollha. |
6.3 |
Il-KESE jtenni r-rikonoxximent tiegħu tal-isforz li qed jagħmlu dawn l-aħħar snin il-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri u s-sajjieda sabiex jikkonformaw mal-pjan multiannwali eżiġenti għall-irkupru, waqt li għandhom jitqiesu l-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi riżultat ta' dan. |
6.4 |
Il-Kumitat jixtieq b'mod partikolari jirrikonoxxi l-ħidma li qegħdin iwettqu l-istituzzjonijiet xjentifiċi kollha, kemm tal-Istati Membri kif ukoll tal-partijiet kontraenti, tal-Kummissjoni Ewropea u tal-ICCAT, sabiex imexxu 'l quddiem b'mod determinat dan il-pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn. Il-Kumitat jixtieq jestendi dan ir-rikonoxximent għall-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd. |
6.5 |
Fl-aħħar nett, il-KESE jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex iżidu l-attivitajiet tagħhom ta' informazzjoni, bil-għan li jissensibilizzaw lill-pubbliku dwar ir-realtà tas-sitwazzjoni tat-tonn u dwar ir-riżultati li tħalli l-applikazzjoni tal-pjan għall-rkupru. |
Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE
(1) http://www.iccat.es/Documents/SCRS/ExecSum/BFT_EN.pdf
(2) Regolament (KE) 0/2013/KE, ĠU L 23, 25.1.2013;