EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R2379

Statistika dwar l-inputs u l-outputs tal-attivitajiet agrikoli

Statistika dwar l-inputs u l-outputs tal-attivitajiet agrikoli

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2022/2379 dwar l-istatistika dwar l-input u l-output agrikoli

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Dan jistabbilixxi qafas għal statistika aggregata tal-Unjoni Ewropea (UE) dwar l-inputs u l-outputs agrikoli — inkluż l-użu intermedju ta’ dan tal-aħħar fl-agrikoltura — u l-ġbir u l-ipproċessar tagħhom.

PUNTI EWLENIN

  • L-istatistika tikkonċerna unitajiet statistiċi bħal:
    • azjendi agrikoli*;
    • unitajiet agrikoli tal-art komuni*;
    • intrapriżi li jipprovdu, jixtru, jiġbru jew jipproċessaw oġġetti u servizzi agrikoli, inklużi imfaqas, fabbriki tal-ħalib u biċċeriji;
    • tranżazzjonijiet u flussi ta’ fatturi tal-produzzjoni, oġġetti u servizzi minn u attivitajiet agrikoli.
  • L- istatistika tkopri:
    • produzzjoni tal-annimali: bhejjem u laħam; bajd u flieles; ħalib u prodotti tal-ħalib;
    • il-produzzjoni tal-għelejjel: żona u produzzjoni; bilanċi tal-uċuh tar-raba’, mergħat;
    • prezzijiet agrikoli: indiċi ta’ prezzijiet; prezzijiet tal-input assoluti; prezzijiet tal-agrikoltura tal-art u kiri;
    • nutrijenti: fertilizzanti agrikoli; bilanċi tan-nutrijenti;
    • prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.
  • L-istatistika għandha tirrappreżenta:
    • 95 % tal-produzzjoni tal-annimali u taż-żona agrikola ta’ kull Stat Membru tal-UE użati għall-għelejjel jew potenzjalment ittrattati bid-nutrijenti fil-fertilizzanti; u
    • inizjalment 75 %, aktar tard 85 % u potenzjalment 95 % tal-użu tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti fl-attività agrikola.

L-Istati Membri:

  • jistgħu jużaw dan li ġej sabiex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa:
    • stħarriġ statistiku jew metodi oħra ta’ ġbir ta’ data statistika,
    • data amministrattiva speċifikata f’ċerti leġiżlazzjoni tal-UE,
    • sorsi oħra bħal data amministrattiva nazzjonali, għodod diġitali jew sensuri remoti;
  • għandhom jiżguraw il-kwalità tad-data li jittrażmettu;
  • jissottomettu rapporti ta’ kwalità lill-Eurostat kull tliet snin, li jibda fit-30 ta’ Ġunju 2028, dwar il-proċessi użati biex jipprovdu d-data tagħhom.

L-Eurostat:

  • janalizza, b’mod trasparenti u verifikabbli, il-kwalità tad-data li jirċievi;
  • jista’, meta jiġu identifikati rekwiżiti ta’ data ġodda jew ħtieġa għal titjib maġġuri, iniedi studji ta’ fattibbilità biex jevalwa:
    • id-disponibbiltà u l-kwalità ta’ sorsi ġodda ta’ data,
    • l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ tekniki statistiċi ġodda,
    • l-impatt finanzjarju u l-piż fuq il-fornituri tad-data;
  • ixerred id-data li jirċievi online u bla ħlas.

Il-Kummissjoni Ewropea:

  • tista’ tadotta atti delegati biex temenda s-suġġetti dettaljati tad-dominji koperti jew biex tissodisfa l-ħtiġijiet tad-data ad hoc;
  • għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika s-settijiet ta’ data li għandhom jiġu trażmessi, inklużi listi u deskrizzjonijiet ta’ varjabbli u rekwiżiti ta’ preċiżjoni;
  • tiżgura li l-leġiżlazzjoni sekondarja ma timponix piż jew spejjeż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri;
  • tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li l-finanzjament tal-UE jiġi protett minn frodi, korruzzjoni jew minn attività illegali oħra;
  • tirrapporta sal-31 ta’ Diċembru 2029, u kull ħames snin wara, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tar-regolament.

L-Anness jistabbilixxi l-frekwenzi ta’ trażmissjoni, il-perjodi ta’ referenza, u d-dimensjonijiet potenzjali tal-livell reġjonali u tal-biedja organika, għas-suġġetti dettaljati kollha tad-data li l-Istati Membri għandhom jittrażmettu.

L-UE tkopri sa 95 % tal-ispejjeż involuti biex tissodisfa wħud mir-rekwiżiti tar-regolament b’għotjiet mill-programm tas-suq uniku.

Regoli tranżizzjonali japplikaw għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mill-2025 sal-2027 sabiex tiżdied il-kopertura gradwalment.

Ir-regolament:

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2025.

SFOND

Ir-regolament huwa parti minn mixja biex tiġi modernizzata l-istatistika agrikola Ewropea. Huwa jtejjeb l-għarfien dwar prattiċi agrikoli u produzzjoni fil-kuntest tal-politika agrikola komuni, il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-istrateġija mill-“għalqa sal-platt”.

Statistika trasparenti, komprensiva u affidabbli hija essenzjali biex tfassal, timplimenta, timmonitorja, tevalwa u tirrevedi l-politiki agrikoli tal-UE u l-impatt tagħhom fuq oqsma oħra ta’ politika.

TERMINI EWLENIN

Azjendi agrikoli. Unità agrikola unika, teknikament, ekonomikament u b’mod maniġerjali.
Unitajiet agrikoli tal-art komuni. Art fejn japplikaw drittijiet komuni u li tintuża minn żewġ azjendi agrikoli jew aktar.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar l-istatistika li tikkonċerna l-input u l-output agrikoli, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 617/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1165/2008, (KE) Nru 543/2009 u (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE (ĠU L 315, 7.12.2022, pp. 1–29).

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, pp. 187–261).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2021/2116 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Ir-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi programm għas-suq intern, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-istatistika Ewropea (Programm tas-Suq Uniku) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014 u (UE) Nru 652/2014 (ĠU L 153, 3.5.2021, pp. 1–47).

Ir-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 (ĠU L 170, 25.6.2019, pp. 1–114).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 40/94, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 40/94, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru. 966/2012 (OJ L 193, 30.7.2018, pp. 1–222).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettjar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, pp. 1–92).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marz 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi Dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, pp. 1–208).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 671–854).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, pp. 1–50).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistika Komunitarja, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, pp. 164–173).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, pp. 71–86).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 617/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 dwar it-termini ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi għat-tqegħid fis-suq tal-bajd tat-tifqis u tal-flieles tat-tjur ta’ l-irziezet (ĠU L 168, 28.6.2008, pp. 5–16).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi ta’ l-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, pp. 1–39).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (KE) Nr 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, pp. 13–19).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2003 dwar il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikolutra fil-Komunità (ĠU L 33, 5.2.2004, pp. 1–87).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, pp. 1–10).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 01.02.2023

Fuq