Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014L0040

    Regoli tal-UE aktar stretti fuq it-tabakk

    Regoli tal-UE aktar stretti fuq it-tabakk

     

    SOMMARJU TA’:

    Id-Direttiva 2014/40/UE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk

    X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

    Id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ sigarretti, tabakk tal-brim, tabakk tal-pipa, sigarri, cigarillos, tabakk li ma jdaħħanx, sigaretti elettroni`i u prodotti erbali għat-tipjip.

    Hija għandha l-għan li jipproteġi s-saħħa tal-bniedem, speċjalment dak taż-żgħażagħ, u li jissodisfa l-obbligi tal- Unjoni Ewropea (UE) taħt il-Konvenzjoni Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll tat-Tabakk.

    PUNTI EWLENIN

    Ingredjenti u livelli massimi ta’ emissjoni

    L-Istati Membri tal-UE jeħtieġu li l-manifatturi u l-importaturi jissottomettu listi ta’ ingredjenti u livelli ta’ emissjonijiet. Emissjonijiet minn sigaretti mqiegħda fuq is-suq jew manifatturati fl-UE m’għandhomx jaqbżu:

    • 10 mg ta’ qatran;
    • 1 mg ta’ nikotina;
    • 10 mg ta’ monossidju tal-karbonju.

    Twissijiet tas-saħħa

    Id-direttiva teħtieġ twissijiet prominenti tas-saħħa fuq il-pakketti tas-sigaretti u tat-tabakk tal-brim:

    • twissija ġenerali ta’ “It-tipjip joqtol — ieqaf issa” jew “It-tipjip joqtol”;
    • il-messaġġ ta’ informazzjoni: Id-“duħħan tat-tabakk għandu ’il fuq minn 70 sustanza magħrufa li jikkawżaw il-kanċer”;
    • test ieħor u immaġnijiet espliċiti miġjuba minn lista u librerija tal-istampi fl-annessi tad-direttiva;
    • twissijiet ikkombinati li għandhom ikopru 65 % tan-naħat ta’ quddiem u ta’ wara tal-pakkett.

    Projbizzjoni fuq it-togħmiet u l-ippakkjar f’format żgħir

    Id-direttiva tipprojbixxi:

    • togħmiet, bħall-frott u l-mentol, li jħeġġu l-bidu tat-tipjip billi jtaffu togħmiet aktar qawwija tat-tabakk; u
    • pakketti tas-sigaretti attraenti, żgħar, jixbħu l-lipstik, li ta’ spiss ikunu mmirati lejn bniet u nisa żgħażagħ.

    Sigaretti elettroniċi

    Il-leġiżlazzjoni tistabbilixxi regoli ta’ sigurtà u kwalità għas-sigaretti elettroniċi li jkun fihom in-nikotina, inkluż:

    • twissijiet obbligatorji tas-saħħa fuq il-pakketti;
    • projbizzjoni fuq elementi promozzjonali fuq il-pakketti.

    Miżuri oħrajn

    • L-Istati Membri jistgħu, jekk ikunu jixtiequ, jipprojbixxu l-bejgħ fuq l-internet tas-sigaretti u tal-prodotti tat-tabakk.
    • Qed tiġi introdotta sistema ta’ traċċar u monitoraġġ madwar l-UE kollha biex tindirizza l-kummerċ illegali tas-sigaretti.

    Traċċabbiltà

    Id-direttiva tintroduċi regoli għat-traċċabilità tat-tabakk u l-karatteristiċi tas-sigurtà applikati għall-prodotti tat-tabakk, elaborati fil-leġiżlazzjoni sekondarja li ġejja.

    Ir-Regolament (UE)2018/574 (att ta’ implimentazzjoni) jistabbilixxi standards tekniċi għas-sistema tat-traċċabilità tat-tabakk:

    • Il-pakketti jridu jkunu mmarkati b’identifikatur uniku biex jirreġistraw il-movimenti tagħhom permezz tal-katina tal-provvista, maħruġa minn emittent indipendenti u validu għal sitt xhur;
    • l-ispeċifikazzjonijiet għar-repożitorji tad-data biex jiġu rreġistrati l-movimenti tal-prodotti tat-tabakk u t-tranżazzjonijiet relatati.

    Dan ir-regolament ġie emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE)2023/448.

    Ir-Regolament (UE)2018/573 (att delegat) jistabbilixxi l-elementi ewlenin li għandhom jiġu inklużi fil-kuntratti tal-ħżin tad-data bejn il-manifatturi jew l-importaturi u l-fornituri tal-ħżin tad-data:

    • id-depożitarji primarji u sekondarji (minn hawnhekk) u r-router tas-sistema għandhom jiġu stabbiliti;
    • servizzi tekniċi anċillari oħra għandhom jiġu pprovduti fuq talba;
    • l-ispeċifikazzjonijiet dwar l-operabilità, id-disponibilità, il-prestazzjoni u l-indipendenza finanzjarja u organizzazzjonali tas-servizzi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi.

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE)2018/576 tistabbilixxi l-istandards tekniċi għall-karatteristiċi tas-sigurtà tal-imballaġġ tat-tabakk:

    • il-pakketti individwali kollha għandu jkollhom karatteristika tas-sigurtà li ma tistax titbagħbas, magħmula minn elementi viżibbli u inviżibbli, sabiex jiżguraw l-awtentiċità;
    • il-karatteristika għandha tinkludi mill-inqas ħames tipi ta’ awtentifikazzjoni, inkluż elementi ċari, mhux daqshekk ċari u moħbija;
    • mill-inqas element ta’ awtentikazzjoni wieħed għandu jiġi pprovdut minn parti terza indipendenti.

    MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLI?

    • Id-direttiva kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sal-20 ta’ Mejju 2016. Dawn ir-regoli japplikaw mill-istess data.
    • Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/574 fuq it-traċċabilità ilu japplika mis-6 ta’ Mejju 2018.
    • Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/448 japplika mill-21 ta’ Diċembru 2023.
    • Ir-Regolament Delegat (UE) 2018/573 dwar il-ħżin tad-data ilu japplika mis-6 ta’ Mejju 2018.
    • Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/576 dwar karatteristiċi tas-sigurtà li ma jistgħux jitbagħbsu ilha tapplika mit-18 ta’ Diċembru 2017.

    SFOND

    Għal aktar informazzjoni, ara:

    DOKUMENT PRINĊIPALI

    Id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, pp. 1–38).

    Emendi suċċessivi għad-Direttiva 2014/40/UE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

    DOKUMENTI RELATATI

    Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/2100 tad-29 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-irtirar ta’ ċerti eżenzjonijiet fir-rigward ta’ prodotti msaħħna tat-tabakk (ĠU L 283, 3.11.2022, pp. 4–6).

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/573 tal-15 ta’ Diċembru 2017 dwar l-elementi ewlenin tal-kuntratti tal-ħżin tad-data li għandhom jiġu konklużi bħala parti minn sistema ta’ traċċabilità għall-prodotti tat-tabakk (ĠU L 96, 16.4.2018, pp. 1–6).

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/574 tal-15 ta’ Diċembru 2017 dwar l-istandards tekniċi għat-twaqqif u għat-tħaddim ta’ sistema ta’ traċċabilità għall-prodotti tat-tabakk (ĠU L 96, 16.4.2018, pp. 7–55).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/448 tal-1 ta’ Marzu 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/574 dwar l-istandards tekniċi għat-twaqqif u għat-tħaddim ta’ sistema ta’ traċċabilità għall-prodotti tat-tabakk (ĠU L 65, 2.3.2023, pp. 28–57).

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2018/576 tal-15 ta’ Diċembru 2017 dwar l-istandards tekniċi għall-karatteristiċi tas-sigurtà li jiġu applikati fuq il-prodotti tat-tabakk (notifikat skont id-dokument C(2017) 8435) (ĠU L 96, 16.4.2018, pp. 57–63).

    l-aħħar aġġornament 20.04.2023

    Fuq