This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Interbus agreement: the international occasional carriage of passengers by coach and bus
Ftehim Interbus: it-trasport internazzjonali okkażjonali ta’ passiġġieri bil-coach u bix-xarabank
Ftehim Interbus: it-trasport internazzjonali okkażjonali ta’ passiġġieri bil-coach u bix-xarabank
Il-ftehim japplika għat-trasport internazzjonali okkażjonali ta’ passiġġieri, ta’ kull nazzjonalità, u ta’ vjaġġi mingħajr tagħbija bil-karozzi tal-linja u coaches ikkonċernati b’dawn is-servizzi fit-territorji tal-UE u fl-Albanija, Andorra, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Moldova, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq, is-Serbja, it-Turkija, l-Ukraina u r-Renju Unit.
Il-ftehim:
Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni fuq raġunijiet ta’ nazzjonalità jew il-post ta’ stabbiliment tal-oriġini tal-operatur tat-trasport, u l-oriġini jew destinazzjoni tal-karozza tal-linja jew tal-coach, hu kundizzjoni bażika li tapplika għall-provvista ta’ servizzi ta’ trasport internazzjonali.
Biex jissimplifika proċeduri ta’ spezzjoni, il-ftehim jistipula mudelli uniformi għal
Ix-xarabankijiet u l-coaches huma eżentati minn:
Madankollu, ix-xarabankijiet u l-coaches mhumiex eżentati minn:
Il-ftehim jistabbilixxi kumitat konġunt, li hu responsabbli għall-ġestjoni u għall-applikazzjoni xierqa tal-ftehim. B’mod partikolari, huwa responsabbli għal:
Il-ftehim ġie konkluż għal perjodu ta’ 5 snin, mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. It-tul ta’ żmien huwa awtomatikament estiż għal perjodi suċċessivi ta’ 5 snin fost dawk il-partijiet kontraenti li ma jesprimux ix-xewqa tagħhom li ma jagħmlux hekk.
Il-protokoll jestendi l-ftehim Interbus għat-trasport internazzjonali regolari u regolari speċjali ta’ passiġġieri bil-coach u karozzi tal-linja. Ma jemendax jew jidduplika r-regoli komuni imma jirreferi għad-dispożizzjonijiet sottostanti fil-ftehim Interbus. Il-partijiet kontraenti jistgħu jiffirmaw u jikkonkludu, jirratifikaw jew jaderixxu għall-protokoll biss wara li jkunu ffirmaw u kkonkludew, irratifikaw jew aderrixxew għall-ftehim Interbus; dan jiżgura li r-regoli Interbus huma aċċettati u japplikaw minn dawn il-partijiet meta jiffirmaw u jikkonkludu, jirratifikaw jew jaderixxu għall-protokoll.
Il-protokoll japplika, taħt ċerti kundizzjonijiet:
Il-protokoll ma jippernettix l-operazzjoni ta’ servizzi regolari jew regolari speċjali bl-oriġini u destinazzjoni fl-istess parti kontraenti minn operaturi stabbiliti f’parti kontraenti oħra (kabotaġġ). Madanakollu, fejn it-trasport hu parti minn servizz għal jew mit-territorju li fih l-operatur tat-trasport hu stabbilit, il-passiġġieri jistgħu jinġabru jew jitniżżlu fit-territorju ta’ kull parti kontraenti fi triqtha li tippermetti waqfa fit-territorju tiegħu.
Ma japplikax għall-użu ta’ karozzi tal-linja u coaches iddisinjati biex iġorru passiġġieri għat-trasport ta’ prodotti għal skopijiet kummerċjali jew servizzi awtonomi.
Il-protokoll jistabbilixxi regoli dwar servizzi regolari internazzjonali u regolari speċjali suġġetti għal awtorizzazzjoni. Il-partijiet kontraenti u l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu dwar jekk jagħmlux servizzi regolari jew regolari speċjali bejniethom suġġett għal arranġamenti ta’ sħubija bejn l-operaturi tal-oriġini u d-destinazzjoni tas-servizz. Operaturi tal-partijiet kontraenti jew Stati Membri li jinkroċjaw fit-triq b’passiġġieri li jkunu qed jinġabru u jitniżżlu għandhom id-dritt li jissieħbu ma’ tali sħubijiet.
Dawn jinsabu fl-Anness I għall-protokoll u huma suġġetti għar-regoli stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 dwar regoli operattivi għal kumpaniji tat-trasport (ara s-sommarju) u r-Regolament (UE) Nru 181/2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ (ara s-sommarju).
Regoli dettaljati huma stabbiliti fir-rigward tal-awtoritajiet li jistgħu jagħtu awtorizzazzjonijiet, il-proċeduri tal-applikazzjoni li jridu jsegwu l-operaturi, il-perjodi ta’ validità tal-awtorizzazzjonijiet, it-tiġdid, l-oġġetti li jridu jkunu speċifikati fl-awtorizzazzjonijiet u l-użu ta’ vetturi addizzjonali f’ċirkostanzi temporanji u eċċezzjonali.
Kumitat konġunt li għandu rappreżentanti tal-partijiet kontraenti jimmaniġġjaw il-protokoll.
Il-ftehim daħal fis-seħħ fl-.
Il-Protokoll daħal fis-seħħ fl- għall-partijiet kontraenti li approvawh jew irratifikawh (l-Unjoni Ewropea, il-Moldova, u l-Bożnja u Ħerzegovina). Il-Protokoll jidħol fis-seħħ fl- għall-Albanija, li ddepożitat l-istrument ta’ adeżjoni.
Il-Ftehim dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali ta’ passiġġieri bil-coach u bix-xarabank (Ftehim Interbus) (ĠU L 321, , pp. 13–43).
Korrezzjonijiet suċċessivi għall-ftehim ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/917/KE tat- dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Interbus dwar it-trasport okkażjonali internazzjonali tal-passiġġieri bil-coach u bix-xarabank (ĠU L 321, , pp. 11–12).
Il-Protokoll għall-Ftehim dwar it-trasport okkażjonali internazzjonali tal-passiġġieri bil-coach u bix-xarabank (il-Fehim Interbus) fir-rigward tat-trasport internazzjonali regolari u regolari speċjali tal-passiġġieri bil-coach u bix-xarabank (ĠU L 122, , pp. 3–26).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/911 tat- dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Protokoll għall-Ftehim dwar it-trasport okkażjonali internazzjonali tal-passiġġieri bil-coach u bix-xarabank (il-Ftehim Interbus) rigward it-trasport internazzjonali regolari u regolari speċjali tal-passiġġieri bil-coach u bix-xarabank (ĠU L 122, , pp. 1–2).
l-aħħar aġġornament