This document is an excerpt from the EUR-Lex website
L-għan tal-liġi ta’ nondiskriminazzjoni huwa illi tippermetti lill-individwi kollha ċans ugwali u ġust għall-aċċess għall-opportunitajiet disponibbli f’soċjetà. Dan ifisser li individwi jew gruppi ta’ individwi li huma f’sitwazzjonijiet komparabbli ma għandhomx jiġu ttrattati b’mod inqas favorevoli sempliċiment minħabba karatteristika partikolari, bħall-ġeneru, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali tagħhom.
It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprojbixxi diskriminazzjoni fuq il-bażi ta’ nazzjonalità. Jippermetti wkoll lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jieħu azzjoni xierqa sabiex jiġġieled id-diskriminazzjoni minħabba l-ġeneru, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali. F’din il-kwistjoni, il-Kunsill għandu jieħu azzjoni b’mod unanimu u wara jikseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew. Madanakollu, fil-qasam speċifiku tat-trattament indaqs u opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel, ġiet applikata l-proċedura leġiżlattiva ordinarja, li ma teħtieġx l-unanimità imma maġġoranza kwalifikata (l-Artikolu 157 TFUE).
Diskriminazzjoni fuq il-bażi ta’ nazzjonalità minn dejjem kienet ipprojbita mit-trattati tal-Unjoni Ewropea (UE), kif ukoll id-diskriminazzjoni fuq il-bażi ta’ sess fil-kuntest ta’ impjiegi. Ir-raġunijiet l-oħra ta’ diskriminazzjoni kienu msemmija għall-ewwel darba fl-1997, bil-firma tat-Trattat ta’ Amsterdam.
Fl-2000, ġew adottati żewġ direttivi:
Fl-2009, it-Trattat ta’ Lisbona introduċa klawsola orizzontali bil-ħsieb li tkun integrata l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fil-politiki u l-miżuri kollha tal-UE (l-Artikolu 10 TFUE).
Kull persuna għandha d-dritt għal rikors ġudizzjarju f’każi ta’ diskriminazzjoni diretta jew indiretta, b’mod speċifiku f’każi meta jkunu f’sitwazzjoni komparabbli imma qed jiġu ttrattati b’mod differenti mingħajr għan u ġustifikazzjoni leġittima. Vittmi ta’ diskriminazzjoni jistgħu wkoll ifittxu għajnuna minn korpi ta’ ugwaljanza nazzjonali, li huma istituzzjonijiet pubbliċi stabbiliti madwar l-UE biex jippromwovu l-ugwaljanza u jindirizzaw id-diskriminazzjoni.
ARA WKOLL