Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Navigazzjoni interna: aċċess għas-suq

Navigazzjoni interna: aċċess għas-suq

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 169/2009 li japplika r-regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 718/1999 dwar il-politika ta’ kapaċità tal-flotta tal-Komunità biex tippromwovi t-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/75/KE dwar is-sistemi ta’ kiri u prezzar fit-trasport nazzjonali u internazzjonali bil-passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità

Ir-Regolament Tal-Kunsill (KE) Nru 1356/96 dwar regoli komuni li japplikaw għat-trasport ta’ merkanzija jew passiġġieri permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni bejn l-Istati Membri bil-għan li tiġi stabbilita l-libertà li jiġu pprovduti tali servizzi tat-trasport

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3291/91 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom dawk it-trasportaturi li mhumiex residenti jistgħu jittrasportaw merkanzija jew passiġġieri permezz ta’ passaġġi fuq l-ilma interni ġewwa Stat Membru

Id-Direttiva 87/540/KEE dwar l-aċċess għax-xogħol ta’ trasportatur ta’ merkanzija fuq il-passaġġi fuq l-ilma fi trasport nazzjonali u internazzjonali u dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali għal dan ix-xogħol

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2919/85 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-arranġamenti taħt il-Konvenzjoni Riveduta dwar in-navigazzjoni fuq l-ixmara Rhine fir-rigward ta’ bastimenti li huma tan-Navigazzjoni tar-Rhine

Ir-Regolament Nru 11 dwar it-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kondizzjonijiet tat-trasport, fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 79(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENTI U TAD-DIRETTIVI?

  • Ir-Regolament (KE) Nru 169/2009 jistabbilixxi r-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE li japplikaw għat-trasport bit-triq, bil-ferrovija u permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni.
  • Ir-Regolament (KE) Nru 718/1999 flimkien mar-Regolament emendatorju (UE) Nru 546/2014, jistabbilixxi r-regoli għal politika dwar il-kapaċità tal-flotta tal-UE.
  • Id-Direttiva 96/75/KE tiddeskrivi l-passi għall-kisba ta’ kuntratti ta’ kiri u prezzijiet fl-UE innegozjati b’mod liberu.
  • Ir-Regolament (KE) Nru 1356/96 ifittex li jiżgura li l-operaturi li jittrasportaw merkanzija jew passiġġieri permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni jkunu liberi li jipprovdu dawn is-servizzi bejn il-pajjiżi tal-UE.
  • Ir-Regolament (KEE) Nru 3921/91 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom trasportaturi mhux tal-UE huma liberi li joperaw servizzi ta’ trasport permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni fl-UE.
  • Id-Direttiva 87/540/KEE għandha l-għan li tistabbilixxi kundizzjonijiet uniformi ta’ aċċess għall-professjoni tat-trasportatur, billi tiffaċilita r-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi u kwalifiki oħra.
  • Ir-Regolament (KEE) Nru 2919/85 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-arranġamenti skont il-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu relatati ma’ bastimenti li jistgħu jinnavigaw fuq ir-Renu.
  • Ir-Regolament tal-Kunsill KEE Nru 11 għandu l-għan li jelimina d-diskriminazzjoni fir-rati u l-kundizzjonijiet tat-trasport.

PUNTI EWLENIN

Il-qafas leġiżlattiv għat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni tal-UE (IWT) jinkludi leġiżlazzjoni li tkopri diversi għanijiet li flimkien għandhom l-għan li jilliberalizzaw is-suq tat-trasport IWT billi:

  • jiġi żgurat li l-operaturi tal-IWT ikollhom aċċess liberu għall-passaġġi fuq l-ilma interni Ewropej kollha;
  • jiġu eliminati prattiki tas-suq diskriminatorji u inġusti, b’mod partikolari fir-rigward tar-rati u t-tariffi; u
  • jinħolqu kundizzjonijiet ġusti ta’ kompetizzjoni permezz ta’ regoli komuni li jinkludu l-ammissjoni għall-professjoni ta’ trasportatur tal-IWT.

Ir-Regolament (KE) Nru 169/2009 għandu l-għan li jarmonizza r-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE dwar it-trasport bit-triq, bil-ferrovija u bil-passaġġi fuq l-ilma interni, billi jiddefinixxi eżenzjonijiet mill-projbizzjoni ta’ ftehimiet restrittivi, deċiżjonijiet jew prattiki miftiehma li għandhom l-għan li jiksbu titjib tekniku jew kooperazzjoni teknika permezz ta’:

  • l-istandardizzazzjoni tat-tagħmir;
  • l-iskambju jew il-kondiviżjoni ta’ persunal, tagħmir, vetturi jew installazzjonijiet fissi;
  • l-iffissar u l-applikazzjoni ta’ rati inklużivi għal operazzjonijiet ta’ trasport suċċessivi, komplementari, ta’ sostituzzjoni jew kombinati, inklużi rati kompetittivi speċjali;
  • l-użu tar-rotot l-aktar razzjonali;
  • il-koordinazzjoni ta’ skedi tal-ħinijiet tat-trasport għall-konnessjoni tar-rotot;
  • ir-ragruppament ta’ konsenji individwali;
  • l-istabbiliment ta’ strutturi tariffarji uniformi, sakemm dawk ir-regoli ma jistabbilixxux rati u kundizzjonijiet.

Ir-Regolament jeżenta wkoll ċerti intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

Ir-Regolament (KE) Nru 718/1999 għandu l-għan li jistabbilixxi l-politika tal-flotta Komunitarja għall-IWT fl-UE.

  • Ikopri bastimenti li jittrasportaw merkanzija b’mod kummerċjali b’ċerti eżenzjonijiet, fost l-oħrajn għal bastimenti li joperaw esklużivament fuq id-Danubju jew għal bastimenti li jintużaw għall-ħżin ta’ merkanzija jew għat-tħammil.
  • Huwa jirrikjedi li l-pajjiżi tal-UE li għandhom tunnellaġġ tal-flotta ta’ aktar minn 100 000 tunnellata, u b’passaġġi tal-ilma konnessi ma’ pajjiżi oħrajn tal-UE jistabbilixxu fond għall-passaġġi fuq l-ilma interni. Kull fond għandu jkollu fond ta’ riżerva b’kontijiet separati għal trasportaturi ta’ merkanzija xotta1, tankers2 u bastimenti li jimbottaw3. Dawn il-fondi għandhom jiġu amministrati mill-awtoritajiet nazzjonali.
  • Il-fond ta’ riżerva jista’ jintuża:
    • fil-każ ta’ “disturb serju fis-suq” fis-suq tal-IWT (skont it-tifsira tad-Direttiva 96/75/KE, ara hawn taħt) fuq talba ta’ pajjiż tal-UE; jew
    • jekk ikun hekk mitlub unanimament mill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-IWT.

Ir-Regolament (KE) Nru 181/2008 jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-kapaċità tal-flotta tal-UE, inkluża r-rata tal-kontribuzzjonijiet għall-fond.

Ir-Regolament Emendatorju (UE) Nru 546/2014 jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri disponibbli taħt ir-Regolament (KE) Nru 718/1999.

Id-Direttiva 96/75/KE tinkludi żewġ settijiet ta’ miżuri ta’ politika:

  • biex jinkisbu kuntratti ta’ kiri u prezzijiet innegozjati liberament fl-UE permezz ta’ tranżizzjoni mis-sistema preċedenti ta’ “kiri (chartering) b’rotazzjoni” għal operazzjonijiet ta’ trasport (bi prezzijiet stabbiliti minn qabel skont l-ordni li fiha l-bastimenti jsiru disponibbli wara l-ħatt);
  • biex il-Kummissjoni Ewropea tkun tista’ tieħu azzjoni fil-każ ta’ disturb serju fis-suq tal-IWT inkluż, b’mod partikolari, miżuri mfassla biex jipprevjenu kwalunkwe żieda ġdida fil-kapaċità tat-trasport.

Ir-Regolament (KE) Nru 1356/96 għandu l-għan li jiżgura li l-operaturi li jittrasportaw merkanzija jew passiġġieri permezz ta’ passaġġi fuq l-ilma interni jitħallew iwettqu operazzjonijiet ta’ trasport bejn il-pajjiżi tal-UE u li jgħaddu minnhom mingħajr diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità jew tal-post tal-istabbiliment, jekk huma:

  • ikunu stabbiliti legalment f’pajjiż tal-UE u jkunu intitolati f’dak il-pajjiż li jwettqu trasport internazzjonali ta’ merkanzija jew passiġġieri permezz ta’ passaġġi fuq l-ilma interni u jużaw bastimenti li jkunu rreġistrati f’pajjiż tal-UE;
  • jissodisfaw il-kondizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 3921/91.

Jeżistu regoli speċjali dwar id-drittijiet tal-operaturi minn pajjiżi mhux tal-UE taħt il-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu (Il-Konvenzjoni ta’ Mannheim) u l-Konvenzjoni rigward ir-Reġim ta’ Navigazzjoni fid-Danubju (Il-Konvenzjoni ta’ Belgrad), jew jistgħu jirriżultaw minn ftehimiet jew trattati internazzjonali oħrajn li l-UE hija parti għalihom.

Ir-Regolament (KEE) Nru 3921/91 jibni fuq il-prinċipji ġenerali ta’ trattament ugwali u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, li permezz tagħhom trasportaturi mhux residenti għandhom jitħallew iwettqu servizzi ta’ trasport nazzjonali (“kabotaġġ”) fuq passaġġi fuq l-ilma interni fl-UE. Dan jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li ġejjin:

  • it-trasportaturi jistgħu jwettqu temporanjament servizzi ta’ kabotaġġ, mingħajr ma jkollhom għalfejn jistabbilixxu uffiċċju reġistrat, sakemm dawn ikunu stabbiliti f’pajjiż tal-UE skont il-leġiżlazzjoni tiegħu u jkunu intitolati li jittrasportaw merkanzija jew persuni internazzjonalment permezz ta’ passaġġ fuq l-ilma interni;
  • it-trasportaturi jistgħu jużaw biss bastimenti li huma proprjetà ta’:
    • residenti tal-UE jew ċittadini ta’ pajjiżi tal-UE, jew
    • persuni ġuridiċi li jkollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom f’pajjiż tal-UE u li fihom iċ-ċittadini ta’ pajjiżi tal-UE jkollhom sehem maġġoritarju.

Id-Direttiva 87/540/KEE tirrikjedi li l-persuni fiżiċi u l-impriżi jkollhom kompetenzi rikonoxxuti mill-awtoritajiet jew minn korp maħtur minn kull pajjiż tal-UE fl-oqsma li ġejjin:

  • il-liġi;
  • il-ġestjoni kummerċjali u finanzjarja ta’ impriża;
  • l-aċċess għas-suq;
  • l-istandards tekniċi u l-aspetti tekniċi tal-operazzjoni;
  • is-sigurtà; u
  • il-kwistjonijiet operattivi tat-trasport internazzjonali.

L-awtorità toħroġ ċertifikat abbażi ta’ diploma, attendenza f’kors jew esperjenza prattika ppruvata. Jekk it-trasportatur ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet, iċ-ċertifikat jista’ jiġi rtirat.

Ir-Regolament (KEE) Nru 2919/85. Il-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu (emendata bil-Protokoll Addizzjonali Nru 2) tistipula li huma biss il-bastimenti li jappartjenu għan-navigazzjoni fuq ir-Renu li huma awtorizzati jinnavigaw fuq ir-Renu.

Bastiment jappartjeni għar-Renu jekk ikollu dokument maħruġ minn awtorità kompetenti ta’ pajjiż tar-Renu (jiġifieri Il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, in-Netherlands u l-Iżvizzera). Ir-regolament jestendi l-applikazzjoni tal-konvenzjoni għall-pajjiżi kollha tal-UE, u b’hekk jiżgura t-trattament ugwali tal-bastimenti mill-UE kollha.

Ir-Regolament tal-Kunsill KEE Nru 11/1960 għandu l-għan li jimplimenta l-Artikolu 79(3) tat-Trattat ta’ Ruma (issa l-Artikolu 95 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea). Ir-regolament:

  • jipprojbixxi kull diskriminazzjoni mit-trasportaturi — fil-forma ta’ impożizzjoni ta’ rati differenti u l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet differenti għat-trasport tal-istess merkanzija fuq l-istess rotot ta’ trasport — fuq il-bażi tal-pajjiż tal-oriġini jew tad-destinazzjoni tal-merkanzija inkwistjoni;
  • ikopri t-trasport tal-merkanzija kollha b’diversi modi ta’ trasport, kemm jekk bil-ferrovija, bit-triq jew permezz ta’ passaġġi fuq l-ilma interni;
  • jistabbilixxi regoli dwar ir-rekwiżiti tad-dokumentazzjoni għad-dokumenti tat-trasport;
  • jirrikjedi li l-pajjiżi tal-UE jivverifikaw il-konformità mal-obbligi.

MINN META TAPPLIKA L-LEĠIŻLAZZJONI?

  • Ir-Regolament (KE) Nru 169/2009 ilu japplika mill-.
  • Ir-Regolament (KE) Nru 718/1999 ilu japplika mid-.
  • Id-Direttiva 96/75/KE ilha tapplika mit- u kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sal-.
  • Ir-Regolament (KE) Nru 1356/96 ilu japplika mit-.
  • Ir-Regolament (KEE) Nru 3921/91 ilu japplika mill-.
  • Id-Direttiva 87/540/KEE ilha tapplika mit- u kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sat-.
  • Ir-Regolament (KEE) Nru 2919/85 ilu japplika mit-.
  • Ir-Regolament (UE) Nru 11/1960 ilu japplika mill-.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Trasportaturi ta’ merkanzija xotta: bastimenti li jġorru merkanzija xotta (eż. qamħ).
  2. Tankers: bastimenti li jġorru merkanzija mxarrba (eż. żejt).
  3. Bastimenti li jimbottaw: bastimenti li jservu biex jimbottaw bastimenti oħrajn bħal braken iżda li ma jġorrux merkanzija huma stess.

DOKUMENTI EWLENIN

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 169/2009 tas- li japplika r-regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 61, , pp. 1-5)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 718/1999 tad- dwar il-politika ta’ kapaċità tal-flotta tal-Komunità biex tippromwovi t-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 90, , pp. 1-5)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 718/1999 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/75/KE tad- dwar is-sistemi ta’ kiri u prezzar fit-trasport nazzjonali u internazzjonali bil-passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (ĠU L 304, , pp. 12-14)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1356/96 tat- dwar regoli komuni li japplikaw għat-trasport ta’ merkanzija jew passiġġieri permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni bejn l-Istati Membri bil-għan li tiġi stabbilita l-libertà li jiġu pprovduti tali servizzi tat-trasport (ĠU L 175, , pp. 7-8)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3921/91 tas- li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom dawk it-trasportaturi li mhumiex residenti jistgħu jittrasportaw merkanzija jew passiġġieri permezz ta’ passaġġi fuq l-ilma interni ġewwa Stat Membru (ĠU L 373, , pp. 1-3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 87/540/KEE tad- dwar l-aċċess għax-xogħol ta’ trasportatur ta’ merkanzija fuq il-passaġġi fuq l-ilma fi trasport nazzjonali u internazzjonali u dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali għal dan ix-xogħol (ĠU L 322, , pp. 20-24)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2919/85 tas- li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-arranġamenti taħt il-Konvenzjoni Riveduta dwar in-navigazzjoni fuq l-ixmara Rhine fir-rigward ta’ bastimenti li huma tan-Navigazzjoni tar-Rhine (ĠU L 280, , pp. 4-7)

Il-Kunsill tal-KEE: Ir-Regolament Nru 11 dwar it-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kondizzjonijiet tat-trasport, fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 79(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 52, , pp. 1121-1126)

l-aħħar aġġornament

Top