Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Indirizzar ta’ problemi tal-istituzzjonijiet finanzjarji fl-inkwiet

Indirizzar ta’ problemi tal-istituzzjonijiet finanzjarji fl-inkwiet

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2014/59/UE li tistabbilixxi regoli għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

  • Hija tistabbilixxi regoli ġodda biex tindirizza l-istituzzjonijiet finanzjarji fl-inkwiet għax ħafna Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) kellhom jinjettaw fondi pubbliċi fis-sistemi bankarji tagħhom biex isalvaw banek wara l-kriżi finanzjarja tal-2008.
  • Hija għandha l-għan li tevita salvataġġi li jinvolvu l-użu tal-flus tal-kontribwenti f’każijiet futuri ta’ falliment tal-bank.
  • Hija tistabbilixxi regoli komuni tal-UE għall-irkupru u r-ristrutturar ta’ banek li fallew.

PUNTI EWLENIN

Banek f’diffikultajietprevenzjoni

  • Kull bank jeħtieġ li jħejji pjan ta’ rkupru u jissottomettih lill-awtorità nazzjonali kompetenti.
  • L-awtorità ta’ riżoluzzjoni nazzjonali jeħtieġ ukoll li tfassal pjan ta’ riżoluzzjoni fil-każ li l-irkupru ma jkunx effettiv u jkun hemm bżonn ta’ ristrutturar (riżoluzzjoni).
  • Iż-żewġ pjanijiet jistabbilixxu l-azzjoni li għandha tittieħed jekk bank ikollu diffikultajiet li jwasslu għall-falliment tiegħu.

Banek f’sitwazzjoni finanzjarja diffiċliintervent bikri

Meta bank ikun f’sitwazzjoni finanzjarja diffiċli, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha s-setgħa li tintervjeni, billi pereżempju taħtar amministratur temporanju tal-bank.

Banek li qed ifallu ristrutturar (riżoluzzjoni)

  • Jekk l-ispirali ’l isfel tal-bank tkompli, l-awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni għandha varjetà ta’ setgħat sabiex timminimizza l-ispiża tan-nuqqas tagħha lil min iħallas it-taxxa. L-aktar setgħa importanti hija li jkun meħtieġ li s-settur privat ibati l-ispejjeż l-ewwel.
  • Dan il-mekkaniżmu ta’ salvataġġ, li jimmarka bidla tar-rotta meta mqabbel mal-għodda pubblika ta’ salvataġġ, daħal fis-seħħ mhux aktar tard minn r Jannar 2016. L-Istati Membri diġà setgħu jiddeċiedu li jinkorporaw l-għodda ta’ salvataġġ fis-sistemi legali tagħhom qabel dik id-data.
  • Jekk bank jikkrolla, l-azzjonisti jkunu minn ta’ l-ewwel li jkopru l-ispejjeż tal-istrutturar. Imbagħad, il-kredituri jintalbu jikkontribwixxu, ma’ depożitaturi mhux garantiti (li għandhom depożiti ta’ aktar minn EUR 100 000) jidħlu l-aħħar. Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2017/2399 armonizzat ir-regoli dwar il-ġerarkija tal-kredituri tal-bank permezz tal-ħolqien ta’ klassi ġdida ta’ dejn superjuri mhux bi preferenza li tikklassifika fl-insolvenza fuq strumenti ta’ fondi proprji u passivi subordinati, iżda taħt obbligi superjuri oħra. Din il-klassifikazzjoni statutorja tal-insolvenza ġdida għal dejn superjuri mhux bi preferenza għandha l-għan li ttejjeb l-applikazzjoni tal-għodda tal-bail-in fir-rigward tal-istrumenti ta’ dejn li huma eliġibbli għar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligi eliġibbli. Se tgħin ukoll fl-implimentazzjoni tal-istandard tal-Kapaċità Totali ta’ Assorbiment tat-Telf G20 (TLAC) għal istituzzjonijiet finanzjarji globali sistematikament importanti.
  • L-azzjonisti u l-kredituri jridu jikkontribwixxu għat-telf tal-istituzzjoni li tkun qed tfalli. Huma jkopru t-telf sa mill-inqas 8 % tal-passivi totali (dejn jew obbligazzjonijiet) tal-bank li jkun għaddej minn pjan ta’ ristrutturar. Jekk ikun fadal xi telf x’jiġi kopert, jista’ jintervjeni l-fond tar-riżoluzzjoni (ara taħt). Setgħat oħrajn li għandhom l-awtoritajiet nazzjonali jinkludu l-possibilità li jbiegħu l-istituzzjoni li tkun għaddejja minn ristrutturar jew jamalgamawha ma’ oħra.
  • Biex jiġi implimentat l-istandard fuq TLAC żviluppat mill-Bord ta’ Stabilità Finanzjarja f’Novembru 2015, id-Direttiva Emendatorja (UE) 2019/879 introduċiet regoli ġodda li jikkonċernaw il-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment.
  • Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2022/2556 tallinja d-dispożizzjonijiet tad-direttiva, u diversi direttivi relatati oħra, mar-rekwiżiti dwar ir-riskju tal-ICT għall-entitajiet finanzjarji stabbiliti fir-reżiljenza operazzjonali diġitali tar-regolament dwar is-settur finanzjarju (DORA), ir-Regolament (UE) 2022/2554 (ara s-sommarju).

Fondi ta’ riżoluzzjoni nazzjonali biex jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-pjanijiet ta’ ristrutturar tal-banek

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi fond ta’ riżoluzzjoni nazzjonali ffinanzjat bil-quddiem minn istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment stabbiliti fit-territorju tiegħu. Dan il-fond għandu jintuża biex jiffinanzja r-ristrutturar ta’ bank li qed ifalli.

Atti ta’ implimentazzjoni u atti delegati

Bejn l-2015 u l-2023, il-Kummissjoni Ewropea adottat serje ta’ atti ta’ implimentazzjoni u ta’ delega fil-kuntest tad-Direttiva 2014/59/UE. Dawn jinkludu:

  • Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/63 dwar:
    • il-kalkolu u l-aġġustament għall-profil ta’ riskju tal-istituzzjonijiet u l-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu mill-banek għall-fondi ta’ riżoluzzjoni,
    • l-informazzjoni li l-banek għandhom jipprovdu sabiex tiġi kkalkulata l-kontribuzzjoni tagħhom għal fond ta’ riżoluzzjoni.
  • Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/778 dwar:
    • iċ-ċirkostanzi u l-kondizzjonijiet li skonthom il-kontribuzzjonijiet ta’ ħlas lura ta’ istituzzjoni għal fond ta’ riżoluzzjoni jistgħu jiġu posposti parzjalment jew kompletament,
    • il-kriterji użati biex jiddeterminaw liema mill-attivitajiet, servizzi u operazzjonijiet tal-istituzzjoni huma essenzjali għall-ekonomija, u
    • il-kriterji użati biex jiddeterminaw il-linji tan-negozju prinċipali u s-servizzi assoċjati;
  • Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/860 jispeċifika ulterjorment iċ-ċirkostanzi li fihom l-eskulżjoni mill-applikazzjoni tas-segħat tal-valwazzjoni negattiva jew tal-konverżjoni huma meħtieġa skont l-Artikolu 44(3) tad-Direttiva 2014/59/UE;
  • Ir-Regolament (UE) 2016/911 rigward il-forma u l-kontenut tad-deskrizzjoni ta’ ftehimiet ta’ appoġġ finanzjarju tal-grupp;
  • Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/962 dwar formati, mudelli u definizzjonijiet uniformi biex jużawhom l-awtoritajiet kompetenti meta jidentifikaw u jittrażmettu l-informazzjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni lill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA);
  • Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/1075 dwar, fost affarijiet oħra, standards li jispeċifikaw il-kontenut tal-pjanijiet ta’ rkupru, il-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni u l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal-grupp;
  • Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/1400 dwar l-elementi minimi ta’ pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju u l-kontenut minimu tar-rapporti dwar l-implimentazzjoni tiegħu;
  • Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/1401 dwar standards għal metodoloġiji u prinċipji dwar il-valwazzjoni tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi;
  • Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/1450 dwar il-kriterji li għandhom x’jaqsmu ma’ metodoloġija għall-iffissar tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli;
  • Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/1712 dwar standards għal informazzjoni dwar kuntratti finanzjarji;
  • Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/867 dwar il-klassijiet ta’ arranġamenti li għandhom jiġu protetti fi trasferiment parzjali ta’ proprjetà.
  • Ir-Regolament Delegat (UE) 2018/344 dwar l-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji li għandhom x’jaqsmu ma’ metodoloġiji għall-valwazzjoni tad-differenza fit-trattament fir-riżoluzzjoni (valwazzjoni 3);
  • Ir-Regolament Delegat (UE) 2018/345 dwar l-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji li għandhom x’jaqsmu ma’ metodoloġiji għall-valwazzjoni tal-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjonijiet jew l-entitajiet;
  • Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/348 dwar standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-valutazzjoni tal-impatt ta’ falliment ta’ istituzzjoni fuq is-swieq finanzjarji, fuq istituzzjonijiet oħra u fuq il-kundizzjonijiet ta’ finanzjament;
  • Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/622 dwar l-implimentazzjoni ta’ standards tekniċi fir-rigward ta’ mudelli, struzzjonijiet u metodoloġija għar-rapportar dwar ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għall-Awtorità Bankarja Ewropea;
  • Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/1118 dwar standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija li għandha tintuża mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex jiġu stmati r-rekwiżit imsemmi fid-Direttiva 2013/36/UE u r-rekwiżit tal-bafer kombinat għall-entitajiet ta’ riżoluzzjoni fil-livell konsolidat tal-grupp ta’ riżoluzzjoni fejn il-grupp ta’ riżoluzzjoni mhuwiex soġġett għal dawk ir-rekwiżiti skont id-direttiva;
  • Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/1340 dwar standards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw il-kontenut tal-klawżoli kuntrattwali dwar ir-rikonoxximent tas-setgħat ta’ sospensjoni tar-riżoluzzjoni; u
  • Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/1527 fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar ir-rikonoxximent kuntrattwali ta’ setgħat ta’ tnaqqis fil-valur u ta’ konverżjoni.

MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLI?

  • Id-Direttiva 2014/59/UE kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2014 u r-regoli ilhom japplikaw mill1 ta’ Jannar 2015.
  • Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2017/2399 kellha tiġi trasposta sat-28 ta’ Diċembru 2018 u r-regoli ilhom japplikaw minn dik id-data.
  • Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2019/879 kellha tiġi trasposta sat-28 ta’ Diċembru 2020. Ir-regoli tagħha applikaw fl-Istati Membri minn dik id-data, bl-eċċezzjoni tar-regola dwar l-iżvelar pubbliku tar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2024 jew aktar tard.
  • Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2022/2556 għandha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sas-17 ta’ Jannar 2025 u r-regoli japplikaw minn dik id-data.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE, u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, pp. 190–348).

Emendi suċċessivi għad-Direttiva 2014/59/UE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Id-Direttiva (UE) 2022/2556 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li temenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/59/UE, 2014/65/UE, (UE) 2015/2366 u (UE) 2016/2341 fir-rigward tar-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju (ĠU L 333, 27.12.2022, pp. 153–163).

Ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (ĠU L 333, 27.12.2022, pp. 1–79).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1527 tal-31 ta’ Mejj 2021 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għar-rikonoxximent kuntrattwali tas-setgħat tta’ tnaqqis fil-valur u ta’ konverżjoni (ĠUJ L 329, 17.9.2021, pp. 2–5).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1340 tat-22 ta’ April 2021 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw il-kontenut tal-klawżoli kuntrattwali dwar ir-rikonoxximent tas-setgħat ta’ sospensjoni tar-riżoluzzjoni (ĠU L 292, 16.8.2021, pp. 1–3).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1118 tas-26 ta’ Marzu 2021 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija li għandha tintuża mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex jiġi stmat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-rekwiżit ta’ riżerva kombinat għal entitajiet ta’ riżoluzzjoni fil-livell konsolidat tal-grupp ta’ riżoluzzjoni fejn il-grupp ta’ riżoluzzjoni mhuwiex soġġett għal dawk ir-rekwiżiti skont dik id-Direttiva (ĠU L 241, 8.7.2021, pp. 1–6).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/622 tal-15 ta’ April 2021 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli ta’ rapportar, struzzjonijiet u metodoloġija uniformi għar-rapportar dwar ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (ĠU L 131, 16.4.2021, pp. 123–136).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/348 tal-25 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-valutazzjoni tal-impatt ta’ falliment ta’ istituzzjoni fuq is-swieq finanzjarji, fuq istituzzjonijiet oħra u fuq il-kundizzjonijiet ta’ finanzjament (ĠU L 63, 4.3.2019, pp. 1–11).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1624 tat-23 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ proċeduri u formoli u mudelli standard għall-forniment ta’ informazzjoni għall-finijiet ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment skont id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1066 (ĠU L 277, 7.11.2018, pp. 1–65).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/344 tal-14 ta’ Novembru 2017 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji li għandhom x’jaqsmu ma’ metodoloġiji għall-valwazzjoni tad-differenza fit-trattament fir-riżoluzzjoni (ĠU L 67, 9.3.2018, pp. 3–7).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (U) 2018/345 tal-14 ta’ Novembru 2017 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji li għandhom x’jaqsmu ma’ metodoloġija għall-valutazzjoni tal-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjonijiet jew l-entitajiet (ĠU L 67, 9.3.2018, pp. 8–17).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/867 tas-7 ta’ Frar 2017 dwar il-klassijiet ta’ arranġamenti li għandhom jiġu protetti fi trasferiment parzjali ta’ proprjetà skont l-Artikolu 76 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 131, 20.5.2017, pp. 15–19).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1712 tas-7 ta’ Ġunju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment, rigward standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw sett minimu ta’ informazzjoni dwar kuntratti finanzjarji li għandha tkun fir-rekords dettaljati u ċ-ċirkustanzi li fihom ir-rekwiżit għandu jkun impost (ĠU L 258, 24.9.2016, pp. 1–7).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450 tat-23 ta’ Mejju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji li għandhom x’jaqsmu ma’ metodoloġija għall-iffissar tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (ĠU L 237, 3.9.2016, pp. 1–9).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1401 tat-23 ta’ Mejju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għal metodoloġiji u prinċipji dwar il-valwazzjoni tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi (ĠU L 228, 23.8.2016, pp. 7–15).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1400 tal-10 ta’ Mejju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-elementi minimi ta’ pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju u l-kontenut minimu tar-rapporti dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan (ĠU L 228, 23.8.2016, pp. 1–6).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1075 tat-23 ta’ Marzu 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut tal-pjanijiet ta’ rkupru, il-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni u l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal-grupp, il-kriterji minimi li l-awtorità kompetenti trid tivvaluta fir-rigward tal-pjanijiet ta’ rkupru u l-pjanijiet ta’ rkupru tal-grupp, il-kundizzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju tal-grupp, ir-rekwiżiti għall-valutaturi indipendenti, ir-rikonoxximent kuntrattwali tas-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u konverżjoni u l-avviż tas-sospensjoni u l-funzjonament operattivi tal-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni (ĠU L 184, 8.7.2016, pp. 1–71).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/962 tas-16 ta’ Ġunju 2016 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward formati, mudelli u definizzjonijiet uniformi għall-identifikazzjoni u t-trażmissjoni tal-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni lill-Awtorità Bankarja Ewropea skont id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 160, 17.6.2016, pp. 35–49).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/911 tad-9 ta’ Ġunju 2016 li jistipula standards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-forma u l-kontenut tad-deskrizzjoni ta’ ftehimiet ta’ appoġġ finanzjarju tal-grupp skont id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment (ĠU L 153, 10.6.2016, pp. 25–27).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/860 tal-4 ta’ Frar 2016 li jispeċifika aktar iċ-ċirkostanzi meta esklużjoni mill-applikazzjoni tas-setgħat ta’ tniżżil fil-valur jew ta’ konverżjoni hija meħtieġa skont l-Artikolu 44(3) tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment (ĠU L 144, 1.6.2016, pp. 11–20).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/778 tat-2 ta’ Frar 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward taċ-ċirkustanzi u l-kondizzjonijiet li taħthom il-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post jista’ jkun parzjalment jew kompletament differit, u l-kriterji għad-determinazzjoni tal-attivitajiet, is-servizzi u l-operazzjonijiet fir-rigward ta’ funzjonijiet kritiċi, u għad-determinazzjoni tal-linji ta’ negozju u servizzi assoċjati fir-rigward tal-linji tan-negozju ewlenin (ĠU L 131, 20.5.2016, pp. 41–47).

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU L 11, 17.1.2015, pp. 44–64).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 20.06.2023

Top