Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R2160

Bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta’ bonds koperti

Bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta’ bonds koperti

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva (UE) 2019/2162 dwar il-ħruġ ta’ bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta’ bonds koperti

Ir-Regolament (UE) 2019/2160 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta’ skoperturi fil-forma ta’ bonds koperti

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA U TAR-REGOLAMENT?

  • Id-Direttiva (UE) 2019/2162 għandha l-għan li tipproteġi l-investituri madwar l-Unjoni Ewropea (UE) kollha billi tistabbilixxi regoli armonizzati minimi, speċjalment dwar definizzjonijiet u standards, għal bonds koperti1 maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu2. Dawn ir-regoli japplikaw għall-mod kif il-bonds jinħarġu, huma strutturati u sorveljati.
  • Ir-Regolament (UE) 2019/2160 jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 (magħruf bħala r-Regolament dwar ir-rekwiżiti ta’ kapital jew CRR — ara s-sommarju) biex jistabbilixxi kundizzjonijiet addizzjonali li jridu jiġu sodisfatti għall-għoti ta’ trattament prudenzjali preferenzjali lil bonds koperti skont is-CRR.

PUNTI EWLENIN

Direttiva (UE) 2019/2162

Kamp ta’ applikazzjoni

Id-direttiva tkopri dan li ġej:

Karatteristiċi strutturali.

  • Rikors doppju. L-investituri għandhom drittijiet preferenzjali u huma intitolati għal protezzjoni doppja (magħrufa bħala “rikors doppju”) permezz ta’ pretensjonijiet kemm kontra l-istituzzjoni li toħroġ il-bonds, kif ukoll l-assi koperti fil-każ ta’ insolvenza jew riżoluzzjoni ta’ din l-istituzzjoni.
  • Assi ta’ kopertura. Bonds koperti huma ggarantiti f’kull waqt minn assi ta’ kopertura ta’ kwalità għolja — tipikament ipoteki jew titoli ta’ dejn tal-gvern — jew oġġetti oħra speċifikati fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva (UE) 2019/2162.
  • Dawn l-assi ta’ kopertura għandhom jissodisfaw rekwiżiti speċifiċi fl-Artikolu 129(1) tas-CRR, jew iridu jissodisfaw ċerti rekwiżiti speċifiċi għal kwalità għolja kif speċifikat fid-Direttiva (UE) 2019/2162 (id-direttiva dwar bonds koperti), bħal:
    • standards ta’ valutazzjoni aċċettati ġeneralment għal assi fiżiċi, li għandhom jiġu sorveljati u assigurati b’mod adegwat;
    • superviżjoni pubblika kontinwa tas-solidità operazzjonali u s-solvenza finanzjarja tal-kontroparti fejn l-assi huma fil-forma ta’ skoperturi;
    • regoli ta’ diversifikazzjoni tar-riskju għal assi li mhumiex eliġibbli skont l-Artikolu 129(1) tas-CRR, eċċ.
  • Japplikaw regoli speċifiċi fil-każ ta’ ġbir flimkien u finanzjament konġunt intragrupp.
  • Trasparenza. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jipprovdu informazzjoni dettaljata biżżejjed dwar il-programmi ta’ bonds koperti tagħhom (fil-livell tal-portafoll, mhux fil-livell tas-self) sabiex tippermetti lill-investituri jivvalutaw il-profil u r-riskji ta’ dawn il-programmi u jwettqu d-diliġenza dovuta tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fuq is-sit web tal-istituzzjoni, fornuta mill-inqas fuq bażi trimestrali u, bħala minimu, għandha tinkludi dan li ġej:
    • il-valur tal-aggregazzjoni ta’ kopertura u l-bonds koperti pendenti;
    • lista tan-Numri Internazzjonali ta’ Identifikazzjoni ta’ Titoli għall-ħruġ ta’ bonds koperti kollha skont il-programm relevanti;
    • id-distribuzzjoni ġeografika u t-tip ta’ assi ta’ kopertura, id-daqs tas-self tagħhom u l-metodu ta’ evalwazzjoni;
    • dettalji tar-riskju tas-suq, taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax u r-riskju fil-munita, u riskji ta’ kreditu u likwidità;
    • l-istruttura tal-maturità tal-assi ta’ kopertura u ta’ bonds koperti;
    • il-livelli ta’ kopertura meħtieġa u disponibbli, u l-livelli tas-sovrakollateralizzazzjoni statutorja, kuntrattwali u volontarja (il-livell ta’ kollateral li jaqbeż il-kopertura meħtieġa);
    • il-perċentwal ta’ self fejn inadempjenza titqies li tkun seħħet u fejn is-self ikun ilu aktar minn 90 jum.
  • Riżerva ta’ likwidità. Aggreggazzjonikjiet ta’ kopertura għandhom dejjem jinkludu riżerva ta’ assi likwidi (disponibbli jew faċilment konvertibbli fi flus kontanti) biex ikopru l-fluss ta’ ħruġ ta’ likwidità netta massimu kumulattiv matul il-180 jum li jmiss.
  • Bonds koperti bi strutturi ta’ maturità estiżi. Dawn huma bonds koperti li d-data tat-tmiem miftiehma tagħhom tista’ tiġi estiża. Dawn jistgħu jiġu permessi mill-Istati Membri tal-UE soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet u għandhom jiġu nnotifikati lill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA).

Superviżjoni pubblika ta’ bonds koperti.

  • Bonds koperti huma soġġetti għal superviżjoni pubblika speċjali. Il-gvernijiet tal-UE jaħtru awtorità kompetenti waħda jew aktar biex jissorveljaw il-ħruġ ta’ bonds koperti sabiex jivvalutaw il-konformità mar-rekwiżiti legali.
  • Programmi ta’ bonds koperti huma soġġetti għal permess li għandu jinkiseb qabel ma jinħarġu bonds koperti skont il-programm rilevanti. Biex jirċievu dan, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom:
    • programm operazzjonali adegwat għall-ħruġ ta’ bonds koperti;
    • politiki, proċessi u metodoloġiji adegwati għall-approvazzjoni, l-emendar, it-tiġdid u l-iffinanzjar mill-ġdid ta’ self inkluż fl-aggreggazzjoni tal-kopertura;
    • maniġment u persunal iddedikat u kkwalifikat kif xieraq.
  • Fil-każ ta’ insolvenza jew ristrutturar ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni li tkun qed tittratta l-każ biex jiġu żgurat li d-drittijiet u l-interessi tal-investituri ta’ bonds koperti huma ppreservati. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għall-ħatra ta’ amministratur speċjali.
  • L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni speċifikata fid-direttiva lill-awtoritajiet kompetenti fuq bażi regolari.
  • Penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra japplikaw għall-istituzzjonijiet li jiksru r-regoli. Dawn il-penali u miżuri għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jipprovdux għal pieni amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra għal każijiet ta’ ksur li huma soġġetti għal pieni kriminali skont il-liġi nazzjonali tagħhom.
  • L-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom:
    • il-liġijiet nazzjonali, ir-regolamenti, ir-regoli amministrattivi, inklużi l-penali u miżuri oħra, u l-gwida ġeneral adottati fir-rigward tal-ħruġ ta’ bonds koperti;
    • il-lista ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li għandhom il-permess joħorġu bonds koperti.
  • Bonds koperti huma intitolati li jużaw it-tikketta “Bond Kopert Ewropew” (biss għal bonds koperti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva) jew “Bond Kopert Ewropew (Premium)” (għal bonds koperti biss li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva flimkien mar-rekwiżiti tal-Artikolu 129 tas-CRR). It-tikketti huma volontarji, flimkien mad-denominazzjonijiet nazzjonali.
  • Id-Direttiva tagħmel emendi żgħar għad-Direttivi 2009/65/KE (ara s-sommarju) u 2014/59/UE (ara s-sommarju).
  • Miżuri tranżizzjonali japplikaw għal bonds koperti maħruġa qabel it-.
  • Il-Kummissjoni Ewropea, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Awtorità Bankarja Ewropea:
    • kellha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, sat-, b’rapport u, jekk xieraq, b’proposta leġiżlattiva dwar jekk — u, jekk iva, kif — setgħax jiġi introdott reġim ta’ ekwivalenza għal istituzzjonijiet ta’ kreditu ta’ pajjiżi mhux tal-UE li joħorġu bonds koperti u għall-investituri f’dawk il-bonds koperti;
    • trid tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sat-, b’rapport dwar l-implimentazzjoni tad-direttiva fir-rigward tal-livell ta’ protezzjoni tal-investitur u dwar l-iżviluppi rigward il-ħruġ ta’ bonds koperti fl-UE.
  • Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2023/2864 iddaħħal artikolu fid-Direttiva (UE) 2019/2162 li jeħtieġ li l-Istati Membri, mill-, jiżguraw li, meta jagħmlu pubblika kwalunkwe informazzjoni regolata lill-investituri, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu permessi li joħorġu bonds koperti jissottomettu dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp tal-ġbir u jinnotifikaw lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq b’dan għall-finijiet li jagħmluha aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew, stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859.

Ir-Regolament (UE) 2019/2160

  • Ir-regolament jikkumplimenta d-Direttiva (UE) 2019/2162 u jibni fuq it-trattament superviżorju attwali tal-bonds koperti skont is-CRR.
  • Huwa jżid rekwiżiti għall-assi ta’ kopertura, inkluż rekwiżiti għas-sovrakollateralizzazzjoni3 minima u għall-assi ta’ sostituzzjoni4, u b’hekk isaħħaħ il-kwalità tal-bonds koperti eliġibbli għal trattament ta’ kapital preferenzjali.
  • Huwa jittex li jagħmel dan billi:
    • jispeċifika liema tipi ta’ assi ta’ kopertura jistgħu jiġu inklużi fil-bonds koperti biex ikunu eliġibbli għat-trattament ta’ kapital preferenzjali, u taħt liema kundizzjonijiet;
    • jelimina l-użu bħala assi eliġibbli ta’ strutturi li jinkludu fl-aggreggazzjoni ta’ kopertura ta’ titoli kummerċjali appoġġati b’ipoteka residenzjali jew kummerċjali, billi l-użu ta’ dawk l-istrutturi qed jonqos u huwa meqjus li jżid kumplessità bla bżonn għal programmi ta’ bonds koperti; u
    • jeħtieġ mill-inqas 5 % ta’ sovrakollateralizzazzjoni għal bonds koperti biex jikkwalifikaw għal trattament ta’ kapital preferenzjali, jew 2 %, jekk il-valutazzjoni tal-proprjetà hija bbażata fuq valur ta’ self b’ipoteka (dan il-livell ta’ sovrakollateralizzazzjoni jista’ jkun fuq bażi statutorja, kuntrattwali jew volontarja ).

MINN META JAPPLIKAW ID-DIRETTIVA U R-REGOLAMENT?

  • Id-Direttiva (UE) 2019/2162 kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali fl-Istati Membri sat-. Ir-regoli li hemm fid-direttiva għandhom japplikaw mit-
  • Ir-Regolarment (UE) 2019/2160 ilu japplika mit-.

SFOND

  • Bonds koperti jintużaw b’mod estensiv madwar l-Ewropa, u b’mod partikolari f’xi Stati Membri (id-Danimarka, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu u l-Iżvezja), bħala sors importanti ta’ finanzjament irħis u fit-tul għall-banek. Huma jgħinu biex jiffinanzjaw ipoteki u self mis-settur pubbliku u jiżguraw livell għoli ta’ ċertezza għall-investituri.
  • Id-direttiva hija parti mill-pjan ta’ azzjoni tas-swieq kapitali tal-UE. Regoli minimi armonizzati madwar l-UE għal bonds koperti se jżidu s-sigurtà għall-investituri u jiftħu opportunitajiet ġodda.
  • Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Bond kopert. Obbligu ta’ dejn li jkun maħruġ minn istituzzjoni ta’ kreditu, iggarantit b’assi (ġeneralment aggregazzjoni ta’ self ipotekarju jew krediti lis-settur pubbliku, iżda wkoll assi oħra ta’ kopertura ta’ kwalità għolja li jiżguraw li l-istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti jkollha pretensjoni għal ħlas u li l-bonds huma ggarantiti minn assi kollaterali soġġetti għal rekwiżiti strettament definiti) li għalihom l-investituri tagħhom għandhom rikors dirett.
  2. Istituzzjoni ta’ kreditu. Impriża li tieħu depożiti jew fondi oħra ripagabbli mill-pubbliku sabiex tagħti kreditu.
  3. Sovrakollateralizzazzjoni. Il-prattika jew il-proċess tat-tqegħid ta’ assi bħala kollateral fuq self fejn il-valur tal-assi jaqbeż il-valur tas-self.
  4. Assi ta’ sostituzzjoni. Assi miżmuma flimkien ma’ assi primarji, li tipikament jikkostitwixxu derivattivi u assi miżmuma għal skopijiet ta’ likwidità.

DOKUMENTI PRINĊIPALI

Id-Direttiva (UE) 2019/2162 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- dwar il-ħruġ ta’ bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta’ bonds koperti u li temenda d-Direttivi 2009/65/KE u 2014/59/UE (ĠU L 328, , pp. 29–57).

Emendi suċċessivi għad-Direttiva (UE) 2019/2162 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Ir-Regolament (UE) 2019/2160 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta’ skoperturi fil-forma ta’ bonds koperti (ĠU L 328, , pp. 1–6).

l-aħħar aġġornament .

Fuq