Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013Q1220(01)

    Ftehim interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni u l-amministrazzjoni

    Status legali tad-dokument Dan is-sommarju ġie arkivjat u mhux se jiġi aġġornat, għaliex id-dokument imqassar ma għadux fis-seħħ jew ma jirriflettix is-sitwazzjoni attwali.

    Ftehim interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni u l-amministrazzjoni

    Il-Ftehim Interistituzzjonali tal-2013 huwa mfassal sabiex jimplimenta d-dixxiplina baġitarja u jtejjeb il-funzjonament tal-proċedura baġitarja annwali u l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fuq kwistjonijiet baġitarji, kif ukoll sabiex jiżgura ġestjoni finanzjarja b’saħħitha.

    ATT

    Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja b’saħħitha.

    SOMMARJU

    F’Diċembru 2013, ġie konkluż il-Ftehim dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja b’saħħitha (IIA) bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni.

    IIA ġie adottat b’mod parallel mal-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) - il-pjan ta’ 7 snin tal-UE li jkopri l-perjodu 2014-2020. L-MFF jammonta għal €960 biljun f’impenji (wegħda legali għall-provvediment ta’ finanzjament) u €908.4 biljun f’pagamenti (trasferimenti attwali lill-benefiċjarji) fuq il-perjodu ta’ 7 snin imfissra fi prezzijiet kostanti tas-sena 2011.

    IIA jinkludi tliet sezzjonijiet:

    • Parti I fiha dettalji kumplimentari dwar l-MFF 2014-2020, kif ukoll strumenti finanzjarji speċjali mhux inklużi fl-MFF (bħar-Riserva ta’ Għajnuna ta’ Emerġenza (użata biex tiffinanzja, pereżempju, l-għajnuna umanitarja u l-ġestjoni ta’ kriżijiet ċivili), il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, l-Istrument tal-Flessibiltà (użat għall-finanzjament tal-infiq li ma jistax jiġi ffinanzjat fi ħdan il-limiti tal-intesturi tal-baġit disponibbli), il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni u l-Marġini ta’ Kontinġenza (strument tal-aħħar għażla biex jirreaġixxi għal ċirkostanzi mhux imbassra). Jistabbilixxi wkoll il-proċeduri għall-użu ta’ dawn l-istrumenti.
    • Parti II timmira li ttejjeb il-kooperazzjoni bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet baġitarji. Din se tippermetti, pereżempju, aktar trasparenza fil-fażijiet kollha tan-negozjati baġitarji u aktar informazzjoni dwar kif jintnefqu l-flus tal-UE.
    • Parti III għandha x’taqsam ma’ ġestjoni finanzjarja b’saħħitha tal-fondi tal-UE. Tindirizza aspetti bħall-evalwazzjoni tal-infiq u l-ipprogrammar finanzjarju sabiex jiġi żgurat infiq li huwa effettiv.

    L-Anness ta’ IIA jistabbilixxi regoli dettaljati għall-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet matul il-proċedura baġitarja. Dawn ikopru:

    • ftehim fuq il-kalendarju pragmatiku;
    • iffissar tal-prijorità;
    • stabbiliment ta’ abbozz ta’ baġit u aġġornament tal-estimi;
    • proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet speċifiċi f’fażijiet differenti tal-proċess tal-baġit;
    • emendar tal-baġits;
    • il-ħruġ ta’ impenji pendenti (għad mhux tradotti f’pagamenti).

    Kwalunkwe emenda ta’ dan l-IIA teħtieġ il-ftehim konġunt tal-istituzzjonijiet kollha.

    Sfond

    Għal aktar informazzjoni, ara wkoll:

    REFERENZI

    Att

    Dħul fis-seħħ

    Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

    Il-Ġurnal Uffiċjali

    Ftehim Interistituzzjonali

    23.12.2013

    -

    ĠU C 373 tal-20.12.2013

    ATTI RELATATI

    Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347 tal-20.12.2013).

    L-aħħar aġġornament: 24.04.2014

    Fuq