Kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni
SOMMARJU TA’:
Id-Direttiva 2011/16/UE dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni
X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?
Id-Direttiva 2011/16/UE (id-direttiva dwar kooperazzjoni amministrattiva — DAC) tissettja regoli fuq:
- kooperazzjoni amministrattiva sigura bejn awtoritajiet nazzjonali at-taxxa;
- l-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni dwar taxxa;
- Il-koordinazzjoni u evalwazzjoni ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea.
Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2023/2226 (magħrufa bħala DAC8) temenda ċerti aspetti tad-Direttiva 2011/16/UE. B’mod partikolari, din tintroduċi skambju awtomatiku ta’ informazzjoni għal fornituri tas-servizzi tal-kriptoassi.
PUNTI EWLENIN
Id-Direttiva 2011/16/UE tapplika għat-taxxi kollha apparti minn dawn li ġejjin:
- taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) jew dazji doganali;
- dazji tas-sisa koperti minn leġiżlazzjoni oħra tal-UE;
- kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali obbligatorji;
- mIżati għal ċertifikati u dokumenti maħruġa minn awtoritajiet pubbliċi;
- pagamenti lil utilitajiet pubbliċi.
Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2021/514 tiċċara li l-VAT u taxxi oħra indiretti jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2011/16/UE. B’hekk, informazzjoni kkomunikata bejn l-Istati Membri tista’ tintuża wkoll għall-valutazzjoni, amministrazzjoni u infurzar ta’ VAT u taxxi oħra indiretti.
L-Istati Membri jappuntaw awtorità biex tissorvelja d-direttiva. Din tistabbilixxi uffiċċju ta’ kollegament ċentrali, li r-rwol tiegħu hu li:
- jżomm kuntatti mal-Kummissjoni u l-kontropartijiet nazzjonali;
- jipproċessa t-talbiet għal informazzjoni.
Skambju ta’ informazzjoni fuq talba
Il-proċedura tirrekjedi li:
- awtorità li tkun ikkuntattjata (l-awtorità rikjedenti) tixxerja kull informazzjoni fil-pussess tagħha jew li hi sussekkwentement tiskopri;
- formoli kompjuterizzati standard imfassla mill-Kummissjoni biex jintużaw, fejn possibbli;
- l-awtorità rikjedenti tispeċifika:
- ir-raġunijiet ta’ taxxa wara t-talba tagħha;
- l-informazzjoni li għandha bżonn;
- l-awtorità rikjesta:
- tirrikonoxxi elettronikament fi żmien 7 ijiem ta’ ħidma li tkun irċeviet it-talba;
- tiġbor l-informazzjoni, anki jekk ma jkollhiex bżonnha għall-iskopijiet ta’ taxxa tagħha stess;
- tipprovdi l-informazzjoni kemm jista’ jkun mallajr, u fi żmien 3 xhur l-iktar tard jew fi żmien xahrejn jekk diġà jkollha l-informazzjoni,
- twieġeb fi żmien xahar jekk tirrekjedi dettalji addizzjonali, ma jkollhiex l-informazzjoni jew tiċħad li taqsamha għal raġunijiet bħal sigriet kummerċjali jew politika pubblika, jew għax tirreferi għal taxxi ta’ qabel Jannar 2011.
Kull sena, l-awtoritajiet fi Stat Membru awtomatikament jiskambjaw informazzjoni mal-kontropartijiet tagħhom ġo Stat Membru ieħor għaċ-ċittadini ta’ dan l-aħħar li jirresjedu fit-territorju tal-ewwel. Din l-informazzjoni tirrelata mal-kategoriji li ġejjin:
- introjtu mill-impjieg;
- miżati tad-direttur;
- introjtu minn skemi tal-assigurazzjoni tal-ħajja;
- pensjonijiet;
- sjieda ta’ u introjtu minn proprjetà immobbli;
- royalties (li daħħlu f’DAC7);
- introjtu minn dividendi mhux ta’ kustodja (li daħlu f’DAC8).
L-Istati Membri:
- jimmiraw li jinkludu n-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa ta’ individwu (TIN) flimkien mal-informazzjoni ta’ hawn fuq mill-1 ta’ Jannar 2024.
- jinfurmaw lill-Kummissjoni kull sena dwar l-informazzjoni skambjata, li inizjalment tkopri tnejn mill-kategoriji ta’ fuq imma li ser tkopri tal-inqas ħamsa minnhom mill-1 ta’ Jannar 2026:
- jirrekjedu li l-awtorità nazzjonali tipprovdi l-informazzjoni taħt DAC2 (“rapportar dwar l-istituzzjoni finanzjarja”) timplimenta r-rapportar dettaljat finanzjarju u personali u regoli dwar diliġenza dovuta stipulati f’Annessi I u II u awtomatikament jiskambjaw:
- informazzjoni dwar sentenzi transkonfinali avvanzati u arranġamenti ta’ ffissar ta’ prezzijiet avvanzati taħt DAC3.
- rapporti pajjiż b’pajjiż ta’ grupp ta’ intrapriżi multinazzjonali, inkluża data fuq kull ġuriżdizzjoni ta’ taxxa fejn tkun attiva u fuq profitt ta’ qabel it-taxxa (Anness II jelenka d-dettalji meħtieġa) taħt DAC4.
- arranġamenti reportabbli transkonfinali li jinvolvu iktar minn Stat Membru wieħed jew Stat Membru u pajjiż mhux tal-UE taħt DAC6.
- jirrekjedu li pjattaformi diġitali (“operaturi ta’ pjattaformi”) taħt DAC7 jirrappurtaw ġo Stat Membru u jimplimentaw ir-rapportar u regoli ta’ diliġenza dovuta li hemm f’Anness V dwar bejjiegħa li jużaw is-servizzi tagħhom għal:
- kiri ta’ proprjetà immobbli residenzjali u kummerċjali;
- servizzi personali;
- il-bejgħ ta’ prodotti;
- kirjiet ta’ trasport;
- jagħtu lill-Kummissjoni kull sena statistiċi dwar l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni;
- jżommu rekords tal-informazzjoni li jkunu rċevew permezz tal-iskambji awtomatiċi għal tal-inqas ħames snin;
- jimmonitorjaw u jassessjaw il-kooperazzjoni amministrattiva u jaqsmu s-sejbiet tagħhom kull sena mal-Kummissjoni;
- jiddeterminaw pieni għal ksur tal-leġiżlazzjoni.
Skambju spontanju ta’ informazzjoni
L-awtoritajiet nazzjonali jridu spontanjament jipprovdu informazzjoni lill-kontropartijiet tagħhom kemm jista’ jkun malajr, u fi żmien mhux iktar minn xahar jekk jemmnu li:
- Stat Membru ieħor forsi jkollu telf ta’ taxxa;
- xi ħadd jirċievi benefiċċju ta’ taxxa fi Stat Membru wieħed li jżid l-obbligazzjoni tagħhom f’ieħor;
- kuntatti kummerċjali bejn żewġ persuni fi Stati Membri differenti jistgħu jwasslu għal tfaddil ta’ taxxa f’xi wieħed minnhom jew fit-tnejn;
- tfaddil ta’ taxxa huwa bbażat fuq trasferimenti artifiċjali fi ħdan grupp ta’ kumpaniji;
- informazzjoni li jirċievu minn xi awtorità oħra tista’ tkun rilevanti biex tassessja l-bażi tal-istima tat-taxxa fi Stat Membru ieħor.
Kooperazzjoni amministrattiva addizzjonali
L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu:
- jitolbu li l-uffiċjali tagħhom jipparteċipaw f’inkjesti mwettqa fi Stat Membru ieħor;
- jaqblu li jwettqu verifiki simultanji f’żewġ Stati Membri jew iktar fuq individwi ta’ interess komuni;
- jistaqsu għal feedback fuq informazzjoni li jkunu pprovdew u jagħtu feedback annwali fuq l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni lis-sieħba tagħhom.
Informazzjoni
- kkomunikata bejn Stati Membri hi koperta minn regoli dwar is-segretezza uffiċjali;
- tista’ tintuża biex:
- tinforza l-leġiżlazzjoni nazzjonali fuq VAT, taxxi indiretti oħra, dazji doganali, u finanzjament tal-ġlieda kontra ħasil tal-flus u ta’ kontra t-terroriżmu,
- tassessja taxxi u dazji oħra koperti minn arranġamenti ta’ assistenza reċiproka;
- tappoġġja proċedimenti ġudizzjarji u amminstrattivi li jistgħu jwasslu għal pieni;
- tista’ tkun ixxerjata ma’ pajjiż mhux tal-UE jekk l-Istat Membru oriġinarjament ikun qabel;
- li tkun ġejja minn pajjiż mhux tal-UE, bi ftehim miegħu, tista’ tkun ipprovduta lil Stat Membru ieħor jekk din tkun meqjusa li tkun utli.
Il-Kummissjoni tipprovdi lill-Istati Membri b’mezzi elettroniċi u awtomatizzati biex jivverifikaw jekk it-TIN ta’ individwu hux korrett.
Id-direttiva rrevokat id-Direttiva 77/799/KEE fl-1 ta’ Jannar 2013.
Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2023/2226 testendi l-kooperazzjoni amministrattiva tat-taxxa għal kriptoassi billi titlob li:
- fornituri tas-servizzi tal-kriptoassi jikkonformaw mal-obbligi ta’ rapportar dettaljat u ta’ diliġenza dovuta f’Anness VI;
- awtoritajiet nazzjonali awtomatikament jixxerjaw l-informazzjoni li jirċievu mill-fornituri tas-servizzi mal-kontropartijiet tal-UE tagħhom fi żmien 9 xhur mit-tmiem tas-sena kalendarja — l-ewwel skambju ser isir mill-1 ta’ Jannar 2026.
Hi titlob ukoll li l-awtoritajiet nazzjonali jikkomunikaw l-informazzjoni li ġejja għal kull:
- persuna koperta mil-leġiżlazzjoni (“persuna li tista’ tkun irraportata”) — isem, indirizz, Stat Membru tar-residenza, TIN u data u post tat-twelid;
- il-fornitur tas-servizzi tal-kriptoassi — isem, indirizz, TIN, u jekk ikun disponibbli, in-numru individwali ta’ identifikazzjoni pprovdut waqt ir-reġistrazzjoni;
- tranżazzjonijiet tal-kriptoassi — dettalji bħal ammont li tħallas, unitajiet involuti u l-valur tas-suq.
Dan jirrekjedi li l-Kummissjoni:
- tagħmel standard il-formola kompjuterizzata li trid tintuża għall-iskambju ta’ informazzjoni;
- tissettja arranġamenti prattiċi u tekniċi għar-reġistrazzjoni u identifikazzjoni ta’ fornituri ta’ kriptoassi;
- twaqqif reġistru tal-kriptoassi sal-31 ta’ Diċembru 2025;
- tipprovdi lill-Istati Membri b’aċċess għal direttorju ċentrali sigur sal-31 ta’ Diċembru 2026.
MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLI?
Id-Direttiva 2011/16/UE kellha tkun inkorporata fil-liġi nazzjonali sal-1 ta’ Jannar 2013, ħlief għad-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 8, li kellhom ikunu nkorporat sal-1 ta’ Jannar 2015.
Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2023/2226 tapplika mill-1 ta’ Jannar 2026, għalkemm uħud mill-artikoli tagħha mhux ser japplikaw qabel l-1 ta’ Jannar 2030.
SFOND
- Affaċċati b’mobilità dejjem tiżdied ta’ kontributuri tat-taxxa, iktar tranżazzjonijiet transfruntiera u l-wasla ta’ strumenti ta’ finanzjament ġodda, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa nazzjonali jeħtieġ li jżidu l-koperazzjoni amministrattiva biex jassiguraw konformità mar-regoli tat-taxxa u jnaqqsu l-evażjoni, l-evitar u l-frodi tagħha.
- Għal aktar informazzjoni, ara:
DOKUMENT PRINĊIPALI
Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, pp. 1–12).
L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2011/16/UE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/823 tat-13 ta’ April 2023 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE fir-rigward tal-valutazzjoni u d-determinazzjoni tal-ekwivalenza tal-informazzjoni fi ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru u ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni (ĠU L 103, 18.4.2023, pp. 1–4).
Regolament (UE) 2023/1113 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u ta’ ċerti kriptoassi u li jemenda d-Direttiva (UE) 2015/849 (ĠU L 150, 9.6.2023, pp. 1–39).
Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq tal-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (ĠU L 150, 9.6.2023, pp. 40–205).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Direttiva tal-Kunsill (UE) 2023/2226 tas-17 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L., 2023/2226, 24.10.2023).
Direttiva tal-Kunsill (UE) 2022/2523 tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar l-iżgurar ta’ livell minimu globali ta’ tassazzjoni għal gruppi ta’ intrapriżi multinazzjonali u gruppi domestiċi fuq skala kbira fl-Unjoni (ĠU L 328, 22.12.2022, pp. 1–58).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2378 tal-15 ta’ Diċembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1156/2012 (ĠU L 332, 18.12.2015, pp. 19–45).
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 24.01.2024