This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02019R2014-20210501
Rekwiżiti tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija — magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi
Il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u l-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi huma soġġetti għal regoli ġodda u riveduti dwar l-ekodisinn1 rekwiżiti u tikkettar tal-enerġija2 tal-Unjoni Ewropea. L-ekodisinn u t-tikkettar tal-enerġija jimxu id f’id u jipprovdu lill-konsumaturi Ewropej b’informazzjoni ta’ valur sabiex ikunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata u eventwalment iżidu s-suq għal prodotti aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija.
Ir-Regolament (UE) 2019/2023 jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn, skont id-Direttiva 2009/125/KE, għall-bejgħ jew it-tħaddim ta’ magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u ta’ magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċili jaħdmu bil-mejns tal-elettriku. Dan jemenda r-Regolament (KE) Nru 1275/2008 u jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1015/2010 mill-.
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2014 jistabbilixxi regoli dwar it-tikkettar u l-provvista ta’ informazzjoni addizzjonali dwar il-prodotti, fuq l-istess apparat. Dan jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 u jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1061/2010 u d-Direttiva tal-Kummissjoni 96/60/KE.
MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLAMENTI?
It-tnejn li huma jibdew japplikaw mill-.
Id-Direttiva 2009/125/KE tistabbilixxi qafas biex jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija. Hija tinkariga lill-Kummissjoni biex tistabbilixxihom għall-prodotti li jinbiegħu u jiġu kkummerċjalizzati b’mod wiesa’ fl-UE u li għandhom impatt ambjentali sinifikanti.
Ir-Regolament (UE) 2017/1369 jistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti tat-tikkettar tal-enerġija għal prodotti relatati mal-enerġija biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħżlu prodotti aktar effiċjenti biex jitnaqqas il-konsum tal-elettriku tagħhom.
Id-Direttiva WEEE stabbilixiet rekwiżiti dwar pereżempju l-irkupru u r-riċiklaġġ ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) sabiex jitnaqqsu l-effetti ambjentali negattivi mill-ġenerazzjoni u l-ġestjoni tal-WEEE, u mill-użu tar-riżorsi.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2023 tal- li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1015/2010 (ĠU L 315, , pp. 285-312)
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2014 tal- li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħol it-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 u d-Direttiva tal-Kummissjoni 96/60/KE (ĠU L 315, , pp. 29-67)
l-aħħar aġġornament