This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012H1222(01)
Council Recommendation of 20 December 2012 on the validation of non-formal and informal learning
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal- 20 ta’ Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal- 20 ta’ Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali
ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
22.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Diċembru 2012
dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali
2012/C 398/01
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 165 u 166 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim, jiġifieri l-konoxxenza, il-ħiliet u l-kompetenzi, li jinkisbu permezz tat-tagħlim mhux formali u informali jistgħu jkollhom rwol importanti fit-tisħiħ tal-impjegabbiltà u l-mobbiltà, kif ukoll tiżdied il-motivazzjoni għal tagħlim tul il-ħajja, partikolarment fil-każ ta’ persuni żvantaġġati soċjoekonomikament jew dawk bi kwalifiki baxxi. |
(2) |
Fi żmien meta l-Unjoni Ewropea qed taffaċċja kriżi ekonomika serja li kkawżat żieda fil-qgħad, speċjalment fost iż-żgħażagħ, u fil-kuntest ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ, il-validazzjoni tal-konoxxenza, il-ħiliet u l-kompetenzi rilevanti kollha għandha kontribut iktar ta’ valur x’taqdi fit-titjib tal-funzjonament tas-suq tax-xogħol, fil-promozzjoni tal-mobbiltà u t-tisħiħ tal-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku. |
(3) |
L-organizzazzjonijiet ta' dawk li jħaddmu, dawk li jħaddmu b’mod individwali, it-trade unions, il-kmamar tal-industrija, il-kummerċ u s-snajja’ ta’ ħila, l-entitajiet nazzjonali involuti fil-proċess tar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali u fil-valutazzjoni u ċertifikazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim, is-servizzi għall-impjiegi, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, il-ħaddiema żgħażagħ, il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kollha huma partijiet interessati prinċipali bi rwol importanti x’jaqdu fl-iffaċilitar ta’ opportunitajiet tat-tagħlim mhux formali u informali u f’kull proċess ta’ validazzjoni sussegwenti. |
(4) |
L-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv titlob l-iżvilupp tal-konoxxenza, il-ħiliet u l-kompetenzi biex jintlaħaq tkabbir ekonomiku u ta’ impjiegi. L-inizjattivi ewlenin li jakkumpanjaw iż-Żgħażagħ Attivi u l-Aġenda għal ħiliet u impjiegi Ġodda jenfasizzaw il-bżonn ta’ mezzi tat-tagħlim aktar flessibbli li jistgħu jtejbu d-dħul u l-progress fis-suq tax-xogħol, jiffaċilitaw it-tranżizzjonijiet bejn il-fażijiet tax-xogħol u dawk tat-tagħlim u jippromwovu l-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali. |
(5) |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) (1) ġie nnutat li t-tagħlim tul il-ħajja għandu jkun meqjus bħala prinċipju fundamentali li jsejjes il-qafas intier, li huwa mfassal b'tali mod li jkopri t-tagħlim fil-kuntesti kollha sew jekk formali, mhux formali jew informali. |
(6) |
L-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ – Investiment u Responsabilizzazzjoni; metodu miftuħ u mġedded ta’ koordinazzjoni biex jindirizza l-isfidi u l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ tal-2009 ħeġġet biex il-ħiliet miksubin minn edukazzjoni mhux formali għaż-żgħażagħ jiġu rikonoxxuti b’mod aħjar u enfasizzat il-bżonn li jsir użu sħiħ mill-firxa ta’ għodod stabbiliti fil-livell tal-UE għall-validazzjoni tal-konoxxenza, ħiliet u kompetenzi għar-rikonoxximent tal-kwalifiki. Din kienet appoġġata mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2009 dwar qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018) (2). |
(7) |
Fil-Communiqué ta’ Bruges ta’ Diċembru 2010, il-Ministri Ewropej għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali, l-Imsieħba Soċjali Ewropej u l-Kummissjoni Ewropea ddikjaraw li l-pajjiżi parteċipanti għandhom jibdew jiżviluppaw, mhux aktar tard mill-2015, proċeduri nazzjonali għar-rikonoxximent u l-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali, appoġġati kif xieraq mill-oqfsa ta’ kwalifiki nazzjonali. |
(8) |
Il-Communiqué tal-Konferenza tal-Ministri Ewropej responsabbli għall-Edukazzjoni Għolja li saret f’Leuven u Louvain-la-Neuve fit-28-29 ta' April 2009 enfasizza li l-politiki ta’ suċċess għal tagħlim tul il-ħajja għandhom jinkludu prinċipji u proċeduri bażiċi għar-rikonoxximent tat-tagħlim preċedenti abbażi ta’ eżiti tat-tagħlim, filwaqt li l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2011 dwar il-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni għolja (3) talbu lill-Istati Membri biex jiżviluppaw rotot ċari li jwasslu għall-edukazzjoni ogħla minn dik vokazzjonali tat-tagħlim minn tipi oħra ta’ edukazzjoni, kif ukoll mekkaniżmi għar-rikonoxximent u esperjenzi preċedenti li jkunu nkisbu barra mill-edukazzjoni u t-taħriġ formali. |
(9) |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2011 dwar aġenda Ewropea mġedda għat-tagħlim fost l-adulti (4) iddefinixxiet bħala wieħed mill-oqsma prijoritarji tagħha għall-perjodu ta' bejn l-2012 u l-2014 l-implimentazzjoni ta’ sistemi li jiffunzjonaw b’mod sħiħ għall-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali u l-promozzjoni tal-użu tagħhom minn adulti ta’ kull età u li għandhom kwalunkwe livell ta’ kwalifiki, kif ukoll minn intrapriżi u organizzazzjonijiet oħra. |
(10) |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2002 dwar il-promozzjoni ta’ kooperazzjoni Ewropea mtejba fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (5) u d-Dikjarazzjoni ta’ Kopenħagen tat-30 ta’ Novembru 2002 talbu li jiġi żviluppat sett ta’ prinċipji komuni fir-rigward tal-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali. |
(11) |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, fit-18 ta’ Mejju 2004, jippromwovu l-Prinċipji Komuni Ewropej għall-identifikazzjoni u l-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali. |
(12) |
Inventarju Ewropew dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali li jinkludi informazzjoni aġġornata dwar il-prattiki ta’ validazzjoni eżistenti fil-pajjiżi Ewropej, ilu jiġi ppubblikat regolarment mill-2004, filwaqt li l-Linji gwida għall-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali ġew ippubblikati fl-2009. |
(13) |
Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 (6) stabbilixxiet il-Europass, portfoljo Ewropew li jista’ jintuża miċ-ċittadini biex dawn jikkomunikaw, jirreġistraw u jippreżentaw aħjar il-kompetenzi u l-kwalifiki tagħhom madwar l-Ewropa. |
(14) |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, fit-18 ta’ Mejju 2006 dwar ir-rikonoxximent tal-valur tat-tagħlim mhux formali u informali fi ħdan il-qasam Ewropew taż-żgħażagħ (7), stiednet lill-Istati Membri biex jippermettu l-identifikazzjoni ta’ kompetenzi miksuba permezz tat-tagħlim mhux formali u informali, bil-għan li jiġu rrikonoxxuti fis-suq tax-xogħol. |
(15) |
Il-Youthpass inħolqot bħala għodda għat-trasparenza għall-parteċipanti fi proġetti ffinanzjati mill-Programm ‘Żgħażagħ fl-Azzjoni’ mwaqqaf mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill bid-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE (8). |
(16) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar l-istabbiliment tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-Ħajja (9) stiednet lill-Istati Membri biex jorbtu l-livelli tal-kwalifiki nazzjonali tagħhom mal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki u biex jippromwovu l-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali f’konformità mal-Prinċipji Komuni Ewropej miftehmin f’Mejju 2004. |
(17) |
Is-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta’ Krediti (ECTS) imwaqqfa fl-1989 fi ħdan il-qafas tal-Programm Erasmus tagħti krediti għal tagħlim formali bbażat fuq l-eżiti tat-tagħlim u x-xogħol li jagħmlu l-istudenti, u tiffaċilita wkoll l-għoti minn istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja ta' krediti bbażati fuq l-eżiti mit-tagħlim minn esperjenzi tat-tagħlim mhux formali u informali. |
(18) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta' Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (10) ddikjarat li dak il-Qafas għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Prinċipji Komuni Ewropej għall-identifikazzjoni u l-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali, it-titjib tar-relazzjoni bejn it-tagħlim, it-taħriġ u l-impjieg, u għar-rabta bejn it-tagħlim formali, it-tagħlim mhux formali u dak informali. |
(19) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 (11) stabbilixxiet Sistema Ewropea ta’ Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET) sabiex tintuża għat-trasferiment u l-akkumulazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim tal-individwi, minn kuntesti formali u, fejn xieraq, mhux formali u informali. |
(20) |
Il-konsultazzjonijiet f’forma ta’ stħarriġ online, id-diskussjonijiet fil-korpi politiċi rilevanti kif ukoll l-għadd ta’ attivitajiet tat-tagħlim bejn il-pari li jinvolvu l-imsieħba soċjali, jindikaw kunsens prevalenti fir-rigward tal-importanza li l-konoxxenza, il-ħiliet u l-kompetenzi miksubin minn esperjenzi tal-ħajja u tax-xogħol isiru viżibbli u juru appoġġ wiesa’ għal inizjattiva tal-Unjoni biex ittejjeb il-politika u l-prattika tal-validazzjoni fl-Istati Membri, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
1. |
L-ISTATI MEMBRI GĦANDHOM, BIL-GĦAN LI JOFFRU LILL-INDIVIDWI L-OPPORTUNITÀ LI JURU X’TAGĦLLMU BARRA L-EDUKAZZJONI U T-TAĦRIĠ FORMALI – ANKE PERMEZZ TA' ESPERJENZI TA’ MOBBILTÀ – U LI JAGĦMLU UŻU MINN DAK IT-TAGĦLIM GĦALL-KARRIERI TAGĦHOM U T-TAGĦLIM ULTERJURI, U B’DILIĠENZA DOVUTA GĦALL-PRINĊIPJU TA’ SUSSIDJARJETÀ:
|
2. |
L-ISTATI MEMBRI U L-KUMMISSJONI GĦANDHOM JIEĦDU L-MIŻURI LI ĠEJJIN:
|
3. |
IL-KUMMISSJONI GĦANDHOM JIEĦDU L-MIŻURI LI ĠEJJIN:
|
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
E. FLOURENTZOU
(1) ĠU C 119, 28.5.2009, p. 2.
(2) ĠU C 311, 19.12.2009, p. 1.
(3) ĠU C 372, 20.12.2011, p. 36.
(4) ĠU C 372, 20.12.2011, p. 1
(6) ĠU L 390, 31.12.2004, p. 6.
(7) ĠU C 168, 20.7.2006, p. 1.
(8) ĠU L 327, 24.11.2006, p. 30.
(10) ĠU C 155, 8.7.2009, p. 1.
(11) ĠU C 155, 8.7.2009, p. 11.
(12) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.
(13) ĠU C 111, 6.5.2008, p. 1.
ANNESS
DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta' din ir-Rakkomandazzjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
Tagħlim formali tfisser tagħlim li jsir f’ambjent organizzat u strutturat, speċifikament dedikat għat-tagħlim u tipikament iwassal għall-għoti ta’ kwalifika, ġeneralment f’forma ta’ ċertifikat jew diploma; dan jinkludi sistemi tal-edukazzjoni ġenerali, it-taħriġ vokazzjonali tal-bidu u l-edukazzjoni għolja; |
(b) |
Tagħlim mhux formali tfisser tagħlim li jsir permezz ta’ attivitajiet pjanati (f’termini ta’ għanijiet tat-tagħlim, żmien tat-tagħlim) fejn ikun hemm xi forma ta’ appoġġ għat-tagħlim (pereżempju, relazzjonijiet bejn l-istudenti u l-għalliema); dan jista’ jkopri programmi li jrawmu l-ħiliet tax-xogħol, il-litteriżmu fost l-adulti u l-edukazzjoni bażika għal min jitlaq kmieni mill-iskola; każijiet tassew komuni tat-tagħlim mhux formali jinkludu taħriġ ma' kumpanija, li permezz tiegħu l-kumpaniji jaġġornaw u jtejbu l-ħiliet tal-ħaddiema tagħhom bħall-ħiliet fl-ICT, tagħlim strutturat online (pereżempju permezz tal-użu ta' riżorsi edukattivi miftuħin), u korsijiet organizzati mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għall-membri tagħhom, il-grupp fil-mira tagħhom jew il-pubbliku ġenerali; |
(c) |
Tagħlim informali tfisser tagħlim li jirriżulta mill-attivitajiet ta' kuljum relatati max-xogħol, il-ħajja tal-familja jew iż-żmien ta' mistrieħ u li ma jkunx organizzat jew strutturat f’termini ta’ għanijiet, ħin jew appoġġ; dan jista’ jkun mhux intenzjonat mill-perspettiva ta’ min ikun qed jitgħallem; xi eżempji ta’ eżiti tat-tagħlim miksubin permezz tat-tagħlim informali, huma l-ħiliet miksubin mill-esperjenzi tal-ħajja u tax-xogħol, ħiliet fil-ġestjoni tal-proġetti jew ħiliet fl-ICT miksubin waqt ix-xogħol, lingwi mitgħallma u ħiliet interkulturali miksubin waqt żjara f’pajjiż ieħor, ħiliet tal-ICT miksubin barra mix-xogħol, ħiliet miksubin mill-volontarjat, minn attivatijiet kulturali, mill-isport, mix-xogħol maż-żgħażagħ u permezz ta’ attivitajiet id-dar (pereżempju, tieħu ħsieb tifel/tifla); |
(d) |
Riżorsi edukattivi miftuħa (OER) tfisser materjal diġitizzat offrut b’xejn u b’mod miftuħ għall-użu tal-għalliema, l-istudenti u dawk li jitgħallmu waħidhom u li jista’ jintuża mill-ġdid għat-tagħlim u r-riċerka; huwa jinkludi kontenut ta’ tagħlim, għodod ta’ software għall-iżvilupp, użu u distribuzzjoni ta’ kontenut, u riżorsi ta’ implimentazzjoni bħal liċenzji miftuħa; OER tirriferi wkoll għal assi diġitali akkumulati li jistgħu jiġu aġġustati u li jipprovdu benefiċċji mingħajr ma jiġu ristretti l-possibbiltajiet li oħrajn igawduhom; |
(e) |
Verifika tal-ħiliet tfisser proċess immirat għall-identifikazzjoni u l-analiżi tal-konoxxenza, il-ħiliet u l-kompetenzi ta’ individwu, inklużi l-kapaċitajiet u l-motivazzjonijiet tiegħu/tagħha sabiex jiġi definit proġett għall-karriera u/jew tiġi ppjanata orjentazzjoni mill-ġdid professjonali jew proġett ta’ taħriġ; il-mira ta’ verifika tal-ħiliet hi li tgħin lill-individwu janalizza l-isfond tal-karriera tiegħu/tagħha, tagħmel awtovalutazzjoni tal-pożizzjoni tiegħu/tagħha fl-ambjent tax-xogħol u tippjana passaġġ tal-karriera jew f’xi każijiet tħejji għall-validazzjoni tal-eżiti mhux formali jew informali; |
(f) |
Kwalifika tfisser l-eżitu formali ta’ proċess ta’ valutazzjoni u ta’ validazzjoni li jinkiseb meta korp kompetenti jiddetermina li individwu jkun kiseb l-eżiti tat-tagħlim sal-livelli preskritti; |
(g) |
Eżiti tat-tagħlim tfisser dikjarazzjonijiet dwar dak li jaf, jifhem u dak li huwa kapaċi jwettaq dak li qiegħed jitgħallem fi tmiem il-proċess tat-tagħlim u li huma definiti f’termini ta’ konoxxenza, ħiliet u kompetenzi; |
(h) |
Qafas nazzjonali tal-kwalifiki tfisser strument għall-klassifikazzjoni tal-kwalifiki skont sett ta’ kriterji għal-livelli speċifikati ta' tagħlim miksub, li jkollu l-għan li jintegra u jikkoordina s-sub-sistemi nazzjonali tal-kwalifiki u jtejjeb it-trasparenza, l-aċċess, il-progress u l-kwalità tal-kwalifiki f’relazzjoni mas-suq tax-xogħol u s-soċjetà ċivili; |
(i) |
Validazzjoni tfisser proċess ta’ konferma minn korp awtorizzat li individwu jkun kiseb eżiti tat-tagħlim li jistgħu jitqabblu ma' standard rilevanti u tikkonsisti mill-erba’ fażijiet distinti li ġejjin:
|
(j) |
Rikonoxximent ta’ tagħlim preċedenti tfisser il-validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim, kemm jekk minn edukazzjoni formali jew mhux formali jew minn tagħlim informali, miksuba qabel it-talba għall-validazzjoni. |