EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1473

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1473 tas-26 ta' Awwissu 2015 li jemenda għall-235 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida

ĠU L 225, 28.8.2015, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1473/oj

28.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 225/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1473

tas-26 ta' Awwissu 2015

li jemenda għall-235 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fis-17 ta' Awwissu 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) iddeċieda li jemenda żewġ entrati mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. Barra minn hekk, fit-18 ta' Awwissu 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU ddeċieda li jneħħi persuna waħda mil-lista.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrati li ġejjin jiġu emendati taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:

(a)

L-entrata “Maxamed Cabdullaah Ciise, (magħruf ukoll bħala (a) Maxamed Cabdullaahi Ciise, (b) Maxammed Cabdullaahi, (c) Cabdullah Mayamed Ciise). Indirizz: is-Somalja. Data tat-twelid: 8.10.1974. Post tat-twelid: Kismaayo, is-Somalja. Nazzjonalità: Somala. Identifikazzjoni nazzjonali: PX910063D (numru ta' identifikazzjoni tar-Renju Unit). Tagħrif ieħor: Preżenti fis-Somalja minn April 2009 wara trasferiment mir-Renju Unit. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 12.11.2003.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” tinbidel b'dan li ġej:

“Maxamed Cabdullaah Ciise, (magħruf ukoll bħala (a) Maxamed Cabdullaahi Ciise, (b) Maxammed Cabdullaahi, (c) Cabdullah Mayamed Ciise). Indirizz: is-Somalja. Data tat-twelid: 8.10.1974. Post tat-twelid: Kismaayo, is-Somalja. Nazzjonalità: Somala. Tagħrif ieħor: Preżenti fis-Somalja minn April 2009 wara trasferiment mir-Renju Unit. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 12.11.2003.”

(b)

L-entrata “Abd Al Wahab Abd Al Hafiz (magħruf ukoll bħala (a) Ferdjani Mouloud, (b) Mourad, (c) Rabah Di Roma, (d) Abdel Wahab Abdelhafid (e) Said). Data tat-twelid: 7.9.1967, (b) 30.10.1968. Post tat-twelid: (a) l-Alġier, l-Alġerija; (b) l-Alġerija, Tagħrif ieħor: (a) Mandat ta' arrest maħruġ mill-awtoritajiet Taljani; (b) Meqjus maħrub mill-ġustizzja mill-awtoritajiet Taljani minn Ġunju 2009. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 17.3.2004.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” tinbidel b'dan li ġej:

“Abd Al Wahab Abd Al Hafiz (magħruf ukoll bħala (a) Mouloud Ferdjani, (b) Abdelwahab Abdelhafid, (c) Abdel Wahab Abdelhafid, (d) Abdewahab Abdel Hafid, (e) Abedel Wahad Abdelhafio, (f) Abdelouahab Abdelhafid, (g) Mourad, (h) Said, (i) Rabah Di Roma. Data tat-twelid: 7.9.1967, (b) 30.10.1968. Post tat-twelid: (a) l-Alġier, l-Alġerija; (b) l-Alġerija, (c) El Harrach, l-Alġerija. Nazzjonalità: Nru tal-passaport Alġerin: 3525282 (numru Alġerin. Maħruġ taħt l-isem Abdelouahab Abdelhafid). Tagħrif ieħor: Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 17.3.2004.”

(2)

L-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” hija mħassra:

“Al Sayyid Ahmed Fathi Hussein Eliwah (magħruf ukoll bħala (a) Al Sayyid Ahmed Fathi Hussein Eliwa, (b) Al Sayyid Ahmed Fathi Hussein Alaiwah, (c) Al Sayyid Ahmed Fathi Hussein Elaiwa, (d) Al Sayyid Ahmed Fathi Hussein Ilewah, (e) Al Sayyid Ahmed Fathi Hussein Alaywah, (f) El Sayed Ahmad Fathi Hussein Elaiwa, (g) Hatim, (h) Hisham, (i) Abu Umar, (j) El-Sayed Ilawah). Data tat-twelid: (a) 30.7.1964, (b) 30.1.1964, (c) 3.7.1954. Indirizz: Ir-Renju Unit. Post tat-twelid: Suez, l-Eġittu. Nazzjonalità: Eġizzjana. Nru tal-passaport: RP0185179 (Passaport tar-Renju Unit maħruġ f'isem Al-Sayyid Ilewah, li nħareġ fil-11.9.2001 u jiskadi fil-11.9.2011). Tagħrif ieħor: (a) Isem il-missier huwa Fathi Hussein Elaiwa (b) Membru tal-Ġiħad Iżlamika Eġizzjana. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 29.9.2005.”


Top