EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0490

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 490/2009 tal- 10 ta' Ġunju 2009 li jemenda għall-107 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

ĠU L 148, 11.6.2009, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/490/oj

11.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 490/2009

tal-10 ta' Ġunju 2009

li jemenda għall-107 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti oġġetti u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi finanzjarji oħra fir-rigward tat-Taliban tal-Afganistan (1), u b’ mod partikolari fl-ewwel inċiż tiegħu tal-Artikolu 7(1),

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fl-27 ta' Mejju 2009, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni naturali u legali, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi billi jiżdiedu erba' persuni mal-lista fid-dawl tal-informazzjoni dwar ir-rabta tagħhom mal-Al-Qaida. Il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ipprovda d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet tad-deċiżjoni tal-elenkar.

(3)

L-Anness I għandu jiġi emendat kif jixraq.

(4)

Sabiex jiġi garantit li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament.

(5)

Ladarba l-lista tan-NU ma tipprovdix l-indirizzi kurrenti għal xi wħud mill-persuni naturali kkonċernati, għandu jiġi ppubblikat avviż fil-Ġurnal Uffiċjali sabiex il-persuni kkonċernati jkunu jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni u l-Kummissjoni tkun tista' sussegwentement tikkomunika r-raġunijiet li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament lill-persuni naturali kkonċernati, tipprovdihom bl-opportunità li jikkummentaw dwar dawn ir-raġunijiet u tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-kummenti u tal-informazzjoni addizzjonali li tista' tingħata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

“Bekkay Harrach (magħruf bħala a) Abu Talha al Maghrabi, (b) al Hafidh Abu Talha der Deutsche ((‘al Hafidh Abu Talha l-Ġermaniż’)). Data tat-twelid: 4.9.1977. Post tat-twelid: Berkane, il-Marokk. Ċittadinanza: Ġermaniża. Numru tal-passaport: 5208116575 (Passaport Ġermaniż maħruġ f'Bonn, il-Ġermanja, validu sas-7.9.2013). Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: (a) 5209243072 (il-Bundespersonalausweis Ġermaniża (il-karta tal-identità nazzjonali), maħruġa f'Bonn, il-Ġermanja, valida sas-7.9.2013, (b) J17001W6Z12 (liċenzja tas-sewqan Ġermaniża, maħruġa f'Bonn, il-Ġermanja). Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4)(b): 27.5.2009. Tagħrif ieħor: Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan sa' April 2009.”


Top