Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0150

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/150 tal-20 ta’ Jannar 2023 li jemenda ċerti Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard jew l-irtirar tiegħu, ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew tal-kompartimenti tagħhom, rigward ċertu mard elenkat (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2023/368

    ĠU L 20, 23.1.2023, p. 33–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/150/oj

    23.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 20/33


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/150

    tal-20 ta’ Jannar 2023

    li jemenda ċerti Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard jew l-irtirar tiegħu, ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew tal-kompartimenti tagħhom, rigward ċertu mard elenkat

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 31(3), 36(4) u 42(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-regoli speċifiċi għall-mard għal kull marda elenkata f’konformità mal-Artikolu 5(1) tiegħu u jistabbilixxi kif iridu jiġu applikati dawk ir-regoli għall-kategoriji differenti tal-mard elenkat. Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-Istati Membri jistabbilixxu programmi ta’ eradikazzjoni obbligatorji għall-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1)(b) tiegħu, u programmi ta’ eradikazzjoni fakultattivi għall-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1)(c) tiegħu, u l-approvazzjoni ta’ dawn il-programmi mill-Kummissjoni. Dak ir-Regolament jipprevedi wkoll li l-Kummissjoni tapprova jew tirtira l-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ Stati Membri jew iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (b) u (c) tiegħu.

    (2)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 u jistabbilixxi l-kriterji għall-għoti, għaż-żamma, għas-sospensjoni u għall-irtirar tal-istatus ta’ ħelisen mill-mard għall-Istati Membri jew għaż-żoni jew għall-kompartimenti tagħhom, u jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni obbligatorji jew fakultattivi għall-Istati Membri jew għaż-żoni jew għall-kompartimenti tagħhom.

    (3)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 (3) jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni għall-mard tal-annimali elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2016/429, fir-rigward tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew żoni jew kompartimenti tagħhom, u l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat. B’mod speċifiku, jelenka fl-Annessi tiegħu, l-Istati Membri jew iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom li għandhom l-istatus ta’ ħelsien mill-mard. Is-sitwazzjoni epidemjoloġika li qed tinbidel ta’ ċertu mard wasslet għall-ħtieġa li issa jiġu emendati ċerti Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, sabiex jiġu elenkati Stati Membri jew żoni tagħhom u biex jitneħħew mil-listi ż-żoni fejn ġew ikkonfermati tifqigħat ta’ mard jew fejn il-kundizzjonijiet għaż-żamma tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ma għadhomx jiġu ssodisfati.

    (4)

    Għall-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (Mycobacterium bovis, M. caprae u M. tuberculosis) (MTBC), l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky (ADV), l-infezzjoni bid-dijarea virali bovina (BVD), l-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) (BTV), u l-infezzjoni bis-settiċemija emorraġika virali (VHS), għadd ta’ Stati Membri reċentement applikaw mal-Kummissjoni biex ikollhom status ta’ ħelsien mill-mard għal parti mit-territorju tagħhom. Għadd ta’ Stati Membri nnotifikaw ukoll tifqigħat ta’ infezzjoni bil-virus tar-rabja (RABV), BTV, u ta’ infezzjoni bin-nekrożi ematopojetika (IHN) li jeħtieġ li jiġu riflessi wkoll f’ċerti Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620.

    (5)

    Għall-infezzjoni bl-MTBC, Spanja ressqet informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard mill-infezzjoni bl-MTBC stipulati fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati fil-Komunitajiet Awtonomi tal-Gżejjer Baleariċi, tal-Katalonja u ta’ Murcia. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, intwera li dawk l-applikazzjonijiet kienu jikkonformaw mal-kriterji stipulati fil-Parti II, il-Kapitolu 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-għoti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-MTBC. Għalhekk, jenħtieġ li dawk iż-żoni jiġu elenkati fil-Parti I tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, li għandhom status ta’ ħelsien mill-mard għall-infezzjoni bl-MTBC.

    (6)

    Għall-infezzjoni bl-ADV, l-Italja ressqet informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard mill-ADV stipulati fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati fil-Komunità Awtonoma ta’ Trento u ta’ Veneto. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, intwera li dawk l-applikazzjonijiet kienu jikkonformaw mal-kriterji tal-Parti II, il-Kapitolu 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-għoti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-ADV. Għalhekk, jenħtieġ li dawk iż-żoni jiġu elenkati fil-Parti I tal-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, li għandhom status ta’ ħelsien mill-mard għall-infezzjoni bl-ADV.

    (7)

    Għall-infezzjoni bil-BVD, il-Ġermanja ressqet informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard mill-infezzjoni bil-BVD stipulati fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati f‘Dachau, f’Straubing-Bogen u f’Günzburg fil-Bavarja. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, intwera li dawk l-applikazzjonijiet kienu jikkonformaw mal-kriterji stipulati fil-Parti II, il-Kapitolu 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-għoti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-BVD. Għalhekk, jenħtieġ li dawk iż-żoni jiġu elenkati fl-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, li għandhom status ta’ ħelsien mill-mard għall-infezzjoni bil-BVD.

    (8)

    L-Ungerija nnotifikat lill-Kummissjoni b’diversi tifqigħat ta’ infezzjoni bil-RABV fil-kontea ta’ Szabolcs-Szatmár-Bereg. Peress li t-territorju kollu tal-Ungerija għandu status ta’ ħelsien mill-mard mill-infezzjoni bil-RABV u huwa elenkat fil-Parti I tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, l-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-kontea ta’ Szabolcs-Szatmár-Bereg jenħtieġ li jiġi rtirat, u l-entrata għall-Ungerija f’dik il-lista jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

    (9)

    Għall-infezzjoni bil-RABV, l-Ungerija ressqet ukoll applikazzjoni lill-Kummissjoni biex ikollha programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-kontea ta’ Szabolcs-Szatmár-Bereg. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, intwera li dik l-applikazzjoni kienet tikkonforma mal-kriterji stipulati fil-Parti II, il-Kapitolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-approvazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-RABV. Għalhekk, jenħtieġ li l-kontea ta’ Szabolcs-Szatmár-Bereg jiġi elenkat fil-Parti II tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, bħala żona li għandha programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-infezzjoni bil-RABV.

    (10)

    Il-Portugall innotifika lill-Kummissjoni b’tifqigħat ta’ infezzjoni bil-BTV serotip 4 fid-distretti ta’ Aveiro, Bragança, Coimbra, Guarda u Viseu, li jaffettwaw ukoll id-distretti tal-madwar. Peress li dawk id-distretti għandhom status ta’ ħelsien mill-mard u huma elenkati fil-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, jenħtieġ li l-istatus ta’ ħelsien mill-mard tagħhom għall-infezzjoni bil-BTV jiġi rtirat, u jenħtieġ li l-entrata għall-Portugall f’dik il-lista tiġi emendata skont dan.

    (11)

    Spanja nnotifikat lill-Kummissjoni b’tifqigħat tal-infezzjoni bil-BTV serotip 4 fil-provinċja ta’ Toledo fil-Komunità Awtonoma ta’ Castilla-La Mancha, u fil-provinċja ta’ Salamanca fil-Komunità Awtonoma ta’ Castilla y Leon li taffettwa wkoll żoni fil-provinċja ta’ Avila u Zamora. Peress li dawk iż-żoni għandhom status ta’ ħelsien mill-mard u huma elenkati fil-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, jenħtieġ li l-istatus ta’ ħelsien mill-mard tagħhom għall-infezzjoni bil-BTV jiġi rtirat, u jenħtieġ li l-entrata għal Spanja f’dik il-lista tiġi emendata skont dan.

    (12)

    Fir-rigward tal-infezzjoni bil-BTV, Spanja ressqet informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard mill-BTV huma ssodisfati għal ċerti reġjuni tal-Komunitajiet Awtonomi ta’ Aragona u ta’ Navarra u f’ċerti reġjuni fil-Komunità Awtonoma tal-Pajjiż Bask. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, intwera li dik l-applikazzjoni kienet tikkonforma mal-kriterji stipulati fil-Parti II, il-Kapitolu 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-għoti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-BTV. Peress li l-BTV ġie eradikat b’suċċess minn dawk il-Komunitajiet Awtonomi, it-territorju kollu ta’ dawk il-Komunitajiet Awtonomi, jenħtieġ għalhekk, li jiġi elenkat fil-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, li għandu status ta’ ħelsien mill-mard għall-infezzjoni bil-BTV.

    (13)

    Fir-rigward tal-infezzjoni bil-BTV, il-Ġermanja ressqet informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard mill-BTV huma ssodisfati għall-Bundesland Saarland u għal ċerti partijiet tal-Bundesland Rheinland-Pfalz. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, intwera li dik l-applikazzjoni kienet tikkonforma mal-kriterji stipulati fil-Parti II, il-Kapitolu 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-għoti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-BTV. Għalhekk, jenħtieġ li dawk iż-żoni jiġu elenkati fil-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, li għandhom status ta’ ħelsien mill-mard għall-infezzjoni bil-BTV.

    (14)

    Fir-rigward tal-VHS, il-Finlandja pprovdiet informazzjoni li turi li l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard mill-VHS huma ssodisfati għall-provinċja ta’ Åland. Dik l-informazzjoni tikkonforma mal-kriterji stipulati fil-Parti II, il-Kapitolu 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-għoti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-VHS. Peress li l-VHS ġie eradikat b’suċċess mill-provinċja ta’ Åland, it-territorju kollu tal-Finlandja jenħtieġ għalhekk, li jiġi elenkat fil-Parti I tal-Anness XII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, li għandu status ta’ ħelsien mill-mard għall-VHS.

    (15)

    Minbarra dan, il-Finlandja nnotifikat lill-Kummissjoni b’tifqigħa ta’ IHN fil-provinċja ta’ Åland, f’żona li hija elenkata bl-istatus ta’ ħelsien mill-mard fl-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620. Għalhekk, jenħtieġ li l-istatus ta’ ħelsien mill-mard taż-żona infettata jiġi rtirat u jenħtieġ li dak il-kompartiment jitħassar mill-Parti I ta’ dak l-Anness, u jenħtieġ li l-entrata għal dak l-Istat Membru f’dik il-lista tiġi emendata skont dan.

    (16)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi II, III, VI, VII, VIII, XII u XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 jiġu emendati skont dan.

    (17)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Annessi II, III, VI, VII VIII, XII u XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istatus ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).

    (3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 tal-15 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat, u rigward l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat (ĠU L 131, 16.4.2021, p. 78).


    ANNESS

    L-Annessi II, III, VI, VII, VIII, XII u XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 huma emendati kif ġej:

    (1)

    L-Anness II huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-Parti I, l-entrata għal Spanja hija sostitwita b’dan li ġej:

    Stat Membru

    Territorju

    “Spanja

    Comunidad Autónoma de Canarias

    Comunidad Autónoma de Cataluña

    Comunidad Autónoma de Galicia

    Comunidad Autónoma de Islas Baleares

    Comunidad Autónoma de Murcia

    Comunidad Autónoma del País Vasco

    Comunidad Autónoma del Principado de Asturias”

    (b)

    fil-Parti II, l-entrata għal Spanja hija sostitwita b’dan li ġej:

    Stat Membru

    Territorju

    “Spanja

    Comunidad Autónoma de Andalucía

    Comunidad Autónoma de Aragón

    Comunidad Autónoma de Cantabria

    Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha

    Comunidad Autónoma de Castilla y León

    Comunidad Autónoma de Extremadura

    Comunidad Autónoma de La Rioja

    Comunidad Autónoma de Madrid

    Comunidad Autónoma de Navarra

    Comunidad Autónoma de Valencia”

    (2)

    L-Anness III huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-Parti I, l-entrata għall-Ungerija hija sostitwita b’dan li ġej:

    Stat Membru

    Territorju

    “L-Ungerija

    It-territorju kollu minbarra Szabolcs-Szatmár-Bereg megye”

    (b)

    fil-Parti II, l-entrata li ġejja għall-Ungerija tiddaħħal qabel l-entrata għall-Polonja:

    Stat Membru

    Territorju

    “L-Ungerija

    Szabolcs-Szatmár-Bereg megye”

    (3)

    L-Anness VI huwa emendat kif ġej

    (a)

    fil-Parti I, l-entrata għall-Italja hija sostitwita b’dan li ġej:

    Stat Membru

    Territorju

    “L-Italja

    Regione Friuli Venezia Giulia

    Regione Trentino – Alto Adige

    Regione Veneto”

    (b)

    fil-Parti II, l-entrata għall-Italja hija sostitwita b’dan li ġej:

    Stat Membru

    Territorju

    Data tal-approvazzjoni inizjali msemmija fl-Artikolu 15, il-punt 2, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689

    “L-Italja

    Regione Abruzzo

    Regione Apulia

    Regione Basilicata

    Regione Calabria

    Regione Campania

    Regione Emilia-Romagna

    Regione Lazio

    Regione Liguria

    Regione Lombardia

    Regione Marche

    Regione Molise

    Regione Piemonte

    Regione Sicilia

    Regione Toscana

    Regione Valle d’Aosta

    Regione Umbria

    Il-21 ta’ April 2021”

    (4)

    L-Anness VII huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-Parti I, l-entrata għall-Ġermanja hija sostitwita b’dan li ġej:

    Stat Membru

    Territorju

    “Il-Ġermanja

    Bundesland Baden-Württemberg

    Bundesland Bayern:

    Regierungsbezirk Oberbayern

    Il-bliet u l-Landkreis li ġejjin fir-Regierungsbezirk Niederbayern: Stadt Landshut, Stadt Passau, Stadt Straubing, Freyung-Grafenau, Kelheim, Lkr. Landshut, Lkr. Passau, Regen, Rottal-Inn, Lkr. Straubing-Bogen,

    Il-bliet u l-Landkreis li ġejjin fir-Regierungsbezirk Oberpfalz: Stadt Amberg, Stadt Regensburg, Weiden in der Oberpfalz, Lkr. Amberg-Sulzbach, Cham, Neumarkt in der Oberpfalz, Neustadt an der Waldnaab, Lkr. Regensburg, Schwandorf, Tirschenreuth

    Il-bliet u l-Landkreis li ġejjin fir-Regierungsbezirk Oberfranken: Stadt Bamberg, Stadt Bayreuth, Stadt Coburg, Stadt Hof, Lkr. Bamberg, Lkr. Bayreuth, Lkr. Coburg, Forchheim, Lkr. Hof, Kronach, Kulmbach, Lichtenfels, Wunsiedel im Fichtelgebirge

    Il-bliet u l-Landkreis li ġejjin fir-Regierungsbezirk Mittelfranken: Stadt Ansbach, Stadt Erlangen, Stadt Fürth, Nürnberg, Schwabach, Lkr. Ansbach, Lkr. Erlangen-Höchstadt, Lkr. Fürth, Nürnberger Land, Neustadt an der Aisch-Bad Windsheim, Roth, Weißenburg-Gunzenhausen

    Il-bliet u l-Landkreis li ġejjin fir-Regierungsbezirk Unterfranken: Stadt Aschaffenburg, Stadt Schweinfurt, Stadt Würzburg, Lkr. Aschaffenburg, Bad Kissingen, Röhn-Grabfeld, Haßberge, Kitzingen, Miltenberg, Main-Spessart, Lkr. Schweinfurt, Lkr. Würzburg

    Il-bliet u l-Landkreis li ġejjin fir-Regierungsbezirk Schwaben: Stadt Augsburg, Kaufbeuren, Kempten im Allgäu, Memmingen, Aichach-Friedberg, Dillingen an der Donau, Günzburg, Neu-Ulm, Lindau, Oberallgäu, Unterallgäu, Donau-Ries

    Bundesland Brandenburg

    Bundesland Bremen

    Bundesland Hamburg

    Bundesland Hessen

    Bundesland Mecklenburg-Vorpommern

    Bundesland Rheinland-Pfalz

    Bundesland Saarland

    Bundesland Sachsen

    Bundesland Sachsen-Anhalt

    Bundesland Thüringen”

    (b)

    fil-Parti II, l-entrata għall-Ġermanja hija sostitwita b’dan li ġej:

    Stat Membru

    Territorju

    Data tal-approvazzjoni inizjali msemmija fl-Artikolu 15, il-punt 2, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689

    “Il-Ġermanja

    Bundesland Bayern:

    Il-bliet u l-Landkreis li ġejjin fir-Regierungsbezirk Niederbayern: Deggendorf, Dingolfing-Landau

    Il-bliet u l-Landkreis li ġejjin fir-Regierungsbezirk Schwaben: Lkr. Augsburg, Ostallgäu

    Bundesland Berlin

    Bundesland Niedersachsen

    Bundesland Nordrhein-Westfalen

    Bundesland Schleswig-Holstein

    Il-21 ta’ Frar 2022”

    (5)

    Fl-Anness VIII, il-Parti I hija emendata kif ġej:

    (a)

    l-entrata għall-Ġermanja hija sostitwita b’dan li ġej:

    Stat Membru

    Territorju

    “Il-Ġermanja

    Bundesland Baden-Württemberg

    Bundesland Bayern

    Bundesland Berlin

    Bundesland Brandenburg

    Bundesland Bremen

    Bundesland Hamburg

    Bundesland Hessen

    Bundesland Mecklenburg-Vorpommern

    Bundesland Niedersachsen

    Bundesland Nordrhein-Westfalen

    Bundesland Rheinland-Pfalz:

    Il-Landkreis li ġejjin: Ahrweiler, Altenkirchen, Alzey-Worms, Bad Dürkheim, Bad Kreuznach, Birkenfeld, Cochem-Zell, Donnersbergkreis, Germersheim, Kaiserslautern, Kusel, Mainz-Bingen, Mayen-Koblenz, Neuwied, Rhein-Hunsrück-Kreis, Rhein-Lahn-Kreis, Rhein-Pfalz-Kreis, Südliche Weinstraße, Südwestpfalz, Westerwaldkreis

    Il-bliet li ġejjin: Frankenthal (Pfalz), Kaiserslautern, Koblenz, Landau in der Pfalz, Ludwigshafen am Rhein, Mainz, Neustadt an der Weinstraße, Pirmasens, Speyer, Worms, Zweibrücken

    Bundesland Saarland

    Bundesland Sachsen

    Bundesland Sachsen-Anhalt

    Bundesland Schleswig-Holstein

    Bundesland Thüringen”

    (b)

    l-entrata għal Spanja hija sostitwita b’dan li ġej:

    Stat Membru

    Territorju

    “Spanja

    Comunidad Autónoma de Andalucía: Il-Provinċja ta’ Almería

    Il-Provinċja ta’ Granada, ir-reġjuni li ġejjin: Alhama de Granada (Alhama/Temple), Baza (Altiplanicie Sur), Guadix (Hoya-Altiplanicie de Guadix), Huescar (Altiplanicie Norte), Iznalloz (Montes Orientales), Loja (Vega/Montes Occ.), Orgiva (Alpujarra/Valle de Lecrin), Santa Fe (Vega de Granada)

    Comunidad Autónoma de Aragón

    Comunidad Autónoma de Asturias

    Comunidad Autónoma de Canarias

    Comunidad Autónoma de Cantabria

    “Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha, minbarra r-reġjuni li ġejjin:

    Almadén, Almodóvar del Campo, Piedrabuena fil-Provinċja ta’ Ciudad Real

    Belvis de la Jara, Gálvez, Los Navalmorales, Oropesa, Talavera de la Reina, Toledo, Torrijos fil-Provinċja ta’ Toledo

    Comunidad Autónoma de Castilla y León, minbarra r-reġjuni li ġejjin:

    il-Provinċja ta’ Salamanca

    Ávila, Arenas de San Pedro, Candeleda, Cebrero, El Barco de Ávila, El Barraco, Navaluenga, Navarredonda de Gredos, Piedrahíta, San Pedro del Arroyo, Sotillo de la Adrada fil-Provinċja ta’ Ávila

    Bermillo de Sayago fil-Provinċja ta’ Zamora

    Comunidad Autónoma de Cataluña

    Comunidad Autónoma de Galicia

    Comunidad Autónoma de La Rioja

    Comunidad Autónoma de Madrid, minbarra r-reġjuni li ġejjin:

    Navalcarnero, San Martín de Valdeiglesias

    Comunidad Autónoma de Murcia

    Comunidad Autónoma de Navarra

    Comunidad Autónoma de País Vasco

    Comunidad Autónoma de Valencia”

    (c)

    l-entrata għall-Portugall hija sostitwita b’dan li ġej:

    Stat Membru

    Territorju

    “Il-Portugall

    Região Autónoma dos Açores

    Região Autónoma da Madeira”

    (6)

    Fl-Anness VIII, il-Parti II hija sostitwita b’dan li ġej:

    “PARTI II

    L-Istati Membri jew iż-żoni tagħhom li għandhom programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-infezzjoni bil-BTV

    Stat Membru

    Territorju

    Data tal-approvazzjoni inizjali msemmija fl-Artikolu 15, il-punt 2, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689

    Spanja

    Communidad Autónoma de Andalucía:

    Province of Cádiz, Córdoba, Huelva, Jáén, Málaga, Sevilla

    Province of Granada: Motril (Costa de Granada)

    Communidad Autónoma de Castilla-La Mancha:

    Province of Ciudad Real, the following regions: Almadén, Almodóvar del Campo and Piedrabuena

    Communidad Autónoma de Extremadura:

    Communidad Autónoma de Islas Baleares

    Il-21 ta’ Frar 2022”

    (7)

    Fl-Anness XII, il-Parti I, l-entrata għall-Finlandja hija sostitwita b’dan li ġej:

    Stat Membru

    Territorju

    “Il-Finlandja

    It-territorju kollu”

    (8)

    Fl-Anness XIII, il-Parti I, l-entrata għall-Finlandja hija sostitwita b’dan li ġej:

    Stat Membru

    Territorju

    “Il-Finlandja

    It-territorju kollu, ħlief għal dan li ġej:

    1)

    it-territorju kollu magħmul mill-partijiet tal-muniċipalitajiet ta’ Föglö, ta’ Lumparland, ta’ Lemland, u ta’ Vårdö f’ċirku b’radjus ta’ 19,331 kilometri li ċ-ċentru tiegħu jinsab fuq WGS84 fil-koordinati Lat 59,975253701°, Lon 20,454027317°

    2)

    il-kompartiment kostali magħmul mill-partijiet tal-muniċipalitajiet ta’ Eckerö u ta’ Hammarland f’ċirku b’radjus ta’ 10 km, li ċ-ċentru tiegħu jinsab fuq WGS84 fil-koordinati Lat 60,207175390°, Lon 19,507907780°”


    Top