Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D1809

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1809 tat-14 ta’ Settembru 2023 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti assorbenti tal-iġjene u għat-tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw (notifikata bid-dokument C(2023) 6024) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2023/6024

ĠU L 234, 22.9.2023, pp. 142–189 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1809/oj

22.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/142


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1809

tat-14 ta’ Settembru 2023

li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti assorbenti tal-iġjene u għat-tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw

(notifikata bid-dokument C(2023) 6024)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista’ tingħata lil dawk il-prodotti b’impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprevedi li għandhom jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE skont il-gruppi tal-prodotti.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/763/UE (2) stabbiliet kriterji u rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati magħhom għall-grupp ta’ prodotti “prodotti assorbenti tal-iġjene”. Il-perjodu ta’ validità ta’ dawk il-kriterji u r-rekwiżiti ġie estiż sal-31 ta’ Diċembru 2023 bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1590 (3).

(4)

Sabiex l-aqwa prattika fis-suq għall-grupp ta’ prodotti tiġi riflessa aħjar, u biex jitqiesu l-iżviluppi tal-politiki, it-twieqi potenzjali futuri ta’ opportunità għal żieda fl-adozzjoni u d-domanda tas-suq għall-prodotti sostenibbli, jixraq li jiġi stabbilit sett ġdid ta’ kriterji għall-prodotti assorbenti tal-iġjene. Bħala alternattiva sostenibbli b’suq potenzjali li qed jikber, jixraq ukoll li jiġi stabbilit sett ta’ kriterji għat-tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw.

(5)

Ir-Rapport tal-Kontroll tal-Idoneità tal-Ekotikketta tal-UE (4) tat-30 ta’ Ġunju 2017, li jirrieżamina l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, ikkonkluda li hemm bżonn jiġi żviluppat approċċ aktar strateġiku għall-Ekotikketta tal-UE, inkluż l-iggruppar ta’ gruppi ta’ prodotti li huma relatati mill-qrib ma’ xulxin, fejn xieraq.

(6)

F’konformità ma’ dawk il-konklużjonijiet u wara konsultazzjoni mal-Bord tal-Ekotikkettar tal-UE, jixraq li l-grupp ta’ prodotti “prodotti assorbenti tal-iġjene” jingħaqad mal-grupp ta’ prodotti “tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw” fl-istess Deċiżjoni, peress li ż-żewġ gruppi ta’ prodotti jaqdu l-istess funzjoni.

(7)

F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE ma għandha tingħata lil ebda tip ta’ apparat mediku, inkluż dawk definiti fir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(8)

Il-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid għal Ekonomija Ċirkolari għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva (6), li ġie adottat fil-11 ta’ Marzu 2020, jistipula li r-rekwiżiti tad-durabbiltà, tar-riċiklabbiltà u tal-kontenut riċiklat iridu jiġu inklużi b’mod aktar sistematiku fil-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE.

(9)

Il-kriterji riveduti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti assorbenti tal-iġjene u t-tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw jenħtieġ li jkollhom l-għan li jippromwovu prodotti li għandhom impatt ambjentali limitat matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, u li jiġu prodotti bl-użu ta’ proċessi effiċjenti fl-użu tal-materjali u tal-enerġija. B’mod partikolari, il-kriterji riveduti tal-Ekotikketta tal-UE jippromwovu prodotti li għandhom impatti limitati f’termini ta’ emissjonijiet fl-ilma u fl-arja matul il-produzzjoni, li jużaw materja prima miksuba minn foresti ġestiti b’mod sostenibbli, u li jissodisfaw rekwiżiti stretti dwar sustanzi perikolużi. Barra minn hekk, sabiex jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar ċirkolari, il-kriterji jippromwovu l-użu ta’ imballaġġ tal-karti u/jew tal-kartun, meta possibbli, bħala alternattiva għall-imballaġġ tal-plastik, u jippromwovu l-imballaġġ b’kontenut riċiklat u li jista’ jiġi riċiklat faċilment.

(10)

Prodotti li jistgħu jerġgħu jintużaw magħmula mit-tessuti qed jitqiegħdu fis-suq bħala alternattiva għal prodotti li jintużaw darba biss. Il-kriterji riveduti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti assorbenti tal-iġjene u għat-tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw ma japplikawx għal dawn l-alternattivi tat-tessuti li jistgħu jerġgħu jintużaw, li l-hotspots ambjentali u l-kriterji ekoloġiċi tagħhom huma ppjanati li jiġu investigati speċifikament għall-finijiet tar-reviżjoni tal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tat-tessuti stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/350/UE (7).

(11)

Il-kriterji l-ġodda u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati magħhom jenħtieġ li jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2029, filwaqt li jitqies iċ-ċiklu tal-innovazzjoni għall-gruppi ta’ prodotti.

(12)

Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/763/UE titħassar.

(13)

Jenħtieġ li jkun hemm perjodu ta’ tranżizzjoni disponibbli għall-produtturi li l-prodotti tagħhom ingħataw l-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti assorbenti tal-iġjene abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2014/763/UE, biex dawn ikollhom żmien biżżejjed biex jadattaw il-prodotti tagħhom biex jikkonformaw mal-kriterji u r-rekwiżiti l-ġodda. Għal perjodu limitat wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, il-produtturi tal-prodotti assorbenti tal-iġjene jenħtieġ li jitħallew iressqu applikazzjonijiet ibbażati fuq il-kriterji stabbiliti bid-Deċiżjoni 2014/763/UE jew fuq il-kriterji l-ġodda stabbiliti b’din id-Deċiżjoni. Jenħtieġ li jitħalla wkoll l-użu tal-Ekotikketti tal-UE mogħtija f’konformità mal-kriterji stabbiliti bid-Deċiżjoni 2014/763/UE għal perjodu ta’ tranżizzjoni.

(14)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-grupp ta’ prodotti “prodotti assorbenti tal-iġjene” għandu jinkludi kwalunkwe oġġett li l-funzjoni tiegħu hija li jassorbi u jżomm fluwidi umani bħall-awrina, rawt, għaraq, fluwidu mestruwali jew ħalib, għajr il-prodotti tat-tessuti. Il-grupp ta’ prodotti “prodotti assorbenti tal-iġjene” għandu jkun fih prodotti kemm għall-użu privat kif ukoll professjonali.

2.   Il-grupp ta’ prodotti “prodotti assorbenti tal-iġjene” ma għandux jinkludi prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/745.

Artikolu 2

1.   Il-grupp ta’ prodotti “tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw” għandu jinkludi tazzi flessibbli li jistgħu jerġgħu jintużaw jew reċipjenti li jintlibsu ġewwa l-ġisem li l-funzjoni tagħhom hija li jżommu u jiġbru l-fluwidu mestruwali, u li huma magħmula mis-siliċju jew minn elastomeri oħra.

2.   Il-grupp ta’ prodotti “tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw” ma għandux jinkludi prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/745.

Artikolu 3

1.   Sabiex prodott jingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 għall-grupp ta’ prodotti “prodotti assorbenti tal-iġjene”, dan għandu jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ dak il-grupp ta’ prodotti kif speċifikat fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni u għandu jkun konformi mal-kriterji rispettivi kif ukoll mar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati magħhom stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Sabiex prodott jingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 għall-grupp ta’ prodotti “tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw”, dan għandu jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ dak il-grupp ta’ prodotti kif speċifikat fl-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni u għandu jkun konformi mal-kriterji rispettivi kif ukoll mar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati magħhom stabbiliti fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti “prodotti assorbenti tal-iġjene” u għall-grupp ta’ prodotti “tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw” u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati magħhom għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2029.

Artikolu 5

1.   Għal finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta’ prodotti “prodotti assorbenti tal-iġjene” għandu jkun “047”.

2.   Għal finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta’ prodotti “tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw” għandu jkun “055”.

Artikolu 6

Id-Deċiżjoni 2014/763/UE titħassar.

Artikolu 7

1.   L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti “prodotti assorbenti tal-iġjene”, kif definit fid-Deċiżjoni 2014/763/UE, imressqa qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu evalwati f’konformità mal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2014/763/UE.

2.   L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-grupp ta’ prodotti “prodotti assorbenti tal-iġjene”, imressqa fid-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jew fi żmien xahrejn minn din id-data, jistgħu jiġu bbażati jew fuq il-kriterji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, inkella fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2014/763/UE.

3.   Il-liċenzji tal-Ekotikketta tal-UE mogħtija abbażi ta’ applikazzjoni evalwata f’konformità mal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2014/763/UE jistgħu jintużaw għal 12-il xahar mid-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Għandha tapplika mill-21 ta’ Settembru 2023.

Magħmul fi Brussell, it-14 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/763/UE tal-24 ta’ Ottubru 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti assorbenti tal-iġjene (ĠU L 320, 6.11.2014, p. 46).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1590 tad-19 ta’ Ottubru 2018 li temenda d-Deċiżjonijiet 2012/481/UE, 2014/391/UE, 2014/763/UE u 2014/893/UE fir-rigward tal-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal ċerti prodotti u tar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati magħhom (ĠU L 264, 23.10.2018, p. 24).

(4)  Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-rieżami tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) u r-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar l-Ekotikketta tal-UE (COM(2017) 355 final).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).

(6)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva (COM(2020) 98 final) (ĠU C 364, 28.10.2020, p. 94).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/350/UE tal-5 ta’ Ġunju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tessili (ĠU L 174, 13.6.2014, p. 45).


ANNESS I

Kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal prodotti assorbenti tal-iġjene

Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE huma mmirati għall-aqwa prodotti assorbenti tal-iġjene fis-suq, f’termini ta’ prestazzjoni ambjentali. Il-kriterji jiffokaw fuq l-impatti ambjentali ewlenin assoċjati maċ-ċiklu tal-ħajja ta’ dawn il-prodotti u jippromwovu aspetti tal-ekonomija ċirkolari.

Rekwiżiti tal-valutazzjoni u l-verifika

Sabiex prodott speċifiku jingħata Ekotikketta tal-UE, il-prodott għandu jikkonforma ma’ kull rekwiżit. L-applikant għandu jipprovdi konferma bil-miktub li tiddikjara li l-kriterji kollha huma ssodisfati.

Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-valutazzjoni u tal-verifika huma indikati f’kull kriterju.

Meta l-applikant ikun meħtieġ li jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżijiet, rapporti tat-testijiet, jew evidenza oħra biex juri konformità mal-kriterji, dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew mill-fornitur/fornituri tagħhom, kif xieraq.

Il-korpi kompetenti għandhom jirrikonoxxu preferenzjalment l-attestazzjonijiet li jinħarġu mill-korpi akkreditati f’konformità mal-istandard armonizzat rilevanti għal-laboratorji tal-ittestjar u l-kalibrazzjoni, u l-verifiki minn korpi li huma akkreditati f’konformità mal-istandard armonizzat rilevanti għall-korpi li jiċċertifikaw il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi.

Meta xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta’ ttestjar minbarra dawk indikati għal kull kriterju jekk il-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.

Meta xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jirrikjedu dokumentazzjoni ta’ sostenn u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.

Tibdiliet fil-fornituri u fis-siti tal-produzzjoni li jappartjenu għall-prodotti li tkun ingħatatilhom l-Ekotikketta tal-UE għandhom jiġu nnotifikati lill-korpi kompetenti, flimkien ma’ informazzjoni ta’ sostenn li tippermetti l-verifika tal-konformità kontinwa mal-kriterji.

Bħala prerekwiżit, il-prodott għandu jissodisfa kull rekwiżit legali rispettiv tal-pajjiż jew tal-pajjiżi fejn il-prodott ikun maħsub li jitqiegħed fis-suq. L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma’ dan ir-rekwiżit.

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta flimkien mal-applikazzjoni għall-Ekotikketta tal-UE:

(a)

deskrizzjoni tal-prodott, flimkien mal-piż tal-unitajiet tal-prodott individwali u l-piż totali tal-prodott;

(b)

deskrizzjoni tal-imballaġġ għall-bejgħ, flimkien mal-piż totali tiegħu, jekk applikabbli;

(c)

deskrizzjoni tal-imballaġġ kollettiv, flimkien mal-piż totali tiegħu, jekk applikabbli;

(d)

deskrizzjoni tal-komponenti separati, flimkien mal-piż individwali tagħhom;

(e)

il-komponenti, il-materjali u s-sustanzi kollha użati fil-prodott bil-piżijiet rispettivi tagħhom u, meta applikabbli, in-numri CAS rispettivi tagħhom.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“addittivi” tfisser sustanzi miżjuda ma’ komponenti, materjali jew il-prodott finali sabiex jittejbu jew jiġu ppreżervati xi wħud mill-karatteristiċi tiegħu;

(2)

“plastik b’bażi bijoloġika” tfisser plastik immanifatturat minn materja prima b’bażi bijoloġika bħala materja prima għall-produzzjoni tiegħu. Filwaqt li l-plastiks konvenzjonali huma magħmula minn riżorsi fossili (żejt u gass naturali), il-plastiks b’bażi bijoloġika huma magħmula mill-bijomassa. Il-bijomassa bħalissa toriġina prinċipalment minn pjanti mkabbra speċifikament biex jintużaw bħala materja prima biex jissostitwixxu r-riżorsi fossili, bħall-kannamiela, l-għelejjel taċ-ċereali, l-għelejjel taż-żejt jew sorsi mhux tal-ikel bħall-injam. Sorsi oħra huma skart organiku u prodotti sekondarji, bħal żejt tat-tisjir użat, bagasse u kolufonja likwida. Il-plastiks jistgħu jsiru kompletament jew parzjalment minn materja prima b’bażi bijoloġika. Il-plastik b’bażi bijoloġika jista’ jkun kemm bijodegradabbli kif ukoll mhux bijodegradabbli;

(3)

“polpa taċ-ċelluloża” tfisser materjal fibruż primarjament taċ-ċelluloża li jinkiseb mit-trattament ta’ materjali linjoċellulożiċi b’soluzzjoni milwiema waħda jew aktar ta’ sustanzi kimiċi għall-ippolpar u/jew l-ibbliċjar;

(4)

“komponent” tfisser materjal wieħed jew diversi materjali u prodotti kimiċi li flimkien jissodisfaw funzjoni mixtieqa fil-prodott assorbenti tal-iġjene, bħal qalba assorbenti, adeżivi, jew folja ta’ reċipjent esterna;

(5)

“imballaġġ imħallat” tfisser unità ta’ imballaġġ magħmula minn żewġ materjali differenti jew aktar, minbarra l-materjali użati għat-tikketti, għall-għeluq u għall-issiġillar, li ma tistax tiġi sseparata manwalment u għalhekk tifforma unità integrali waħda;

(6)

“imballaġġ kollettiv”, magħruf ukoll bħala imballaġġ sekondarju, tfisser imballaġġ maħsub sabiex jikkostitwixxi raggruppament ta’ ċertu għadd ta’ unitajiet ta’ bejgħ fil-punt tal-bejgħ irrispettivament minn jekk dan tal-aħħar jinbiegħx bħala tali lill-utent finali jew iservi biss bħala mezz biex jerġgħu jimtlew l-ixkafef fil-punt tal-bejgħ jew joħloq unità għaż-żamma tal-istokk jew għad-distribuzzjoni, u li jista’ jitneħħa mill-prodott mingħajr ma jiġu affettwati l-karatteristiċi tiegħu;

(7)

“impuritajiet” tfisser residwi, sustanzi niġġiesa, kontaminanti, eċċ. mill-produzzjoni, inkluż il-produzzjoni ta’ materja prima li tibqa’ fil-materja prima/fl-ingredjent u/jew fil-prodott kimiku (użat fil-prodott finali u kwalunkwe komponent tiegħu) f’konċentrazzjonijiet ta’ anqas minn 100 ppm (0,0100 % w/w, 100 mg/kg);

(8)

“sustanza mdaħħla” tfisser is-sustanzi kollha inklużi fil-prodott kimiku (użat fil-prodott finali u kwalunkwe komponent tiegħu), inkluż l-addittivi (eż. preżervattivi u stabbilizzaturi) fil-materja prima. Is-sustanzi magħrufa li jiġu rilaxxati minn sustanzi mdaħħla f’kundizzjonijiet ta’ manifattura stabbilizzati (eż. formaldeid u arilammina) jitqiesu wkoll bħala sustanzi mdaħħla;

(9)

“fibri taċ-ċelluloża magħmula mill-bniedem”, magħrufa wkoll bħala fibri riġenerati, tfisser fibri prodotti miċ-ċelluloża tal-materja prima li jinkludu l-visk, il-modal, il-lijoċell, il-kupru u t-triaċetat;

(10)

“materjali” tfisser il-materjali li jikkostitwixxu komponenti differenti ta’ prodott assorbenti tal-iġjene, bħall-polpa minfuxa, il-qoton jew il-polipropilen (PP);

(11)

“imballaġġ” tfisser oġġetti ta’ kwalunkwe materjal li huma maħsuba biex jintużaw għaż-żamma, għall-protezzjoni, għall-maniġġ, għall-konsenja jew għall-preżentazzjoni tal-prodotti u li jistgħu jiġu differenzjati f’formati ta’ imballaġġ abbażi tal-funzjoni, tal-materjal u tad-disinn tagħhom, inklużi:

(a)

l-oġġetti li huma meħtieġa biex iżommu ġo fihom, jappoġġaw jew jippreżervaw il-prodott matul il-ħajja tiegħu mingħajr ma jkunu parti integrali mill-prodott li huwa maħsub biex jintuża, jiġi kkunsmat jew jintrema flimkien mal-prodott;

(b)

il-komponenti ta’ oġġett imsemmi fil-punt (a) li huma integrati fl-oġġett, u elementi anċillari għalih;

(c)

l-elementi anċillari għal oġġett imsemmi fil-punt (a) li huma mdendla direttament fuq il-prodott jew imwaħħla miegħu, u li jwettaq funzjoni tal-imballaġġ mingħajr ma jkun parti integrali mill-prodott li huwa maħsub biex jintuża, jiġi kkunsmat jew jintrema flimkien mal-prodott; eċċ;

(12)

“materjali tal-plastik”’, li jissejħu wkoll “plastiks”, tfisser polimeri skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), li jistgħu jkunu żdidulu addittivi jew sustanzi oħrajn, u li għandhom il-kapaċità li jiffunzjonaw bħala komponenti strutturali ewlenin tal-prodotti finali u/jew tal-imballaġġ, bl-eċċezzjoni ta’ polimeri naturali li ma ġewx modifikati kimikament;

(13)

“polimeru” tfisser sustanza li tikkonsisti f’molekuli kkaratterizzati mis-sekwenza ta’ tip wieħed jew aktar ta’ unitajiet monomeriċi. Tali molekuli jrid ikollhom firxa ta’ piżijiet molekulari fejn id-differenzi fil-piż molekulari tkun attribwibbli primarjament għad-differenzi fl-għadd ta’ unitajiet monomeriċi. Polimeru jkun fih dan li ġej: (a) maġġoranza ta’ piż sempliċi ta’ molekuli li jkun fih tal-anqas tliet unitajiet monomeriċi li jkunu marbuta b’mod kovalenti ma’ tal-anqas unità monomerika oħra jew sustanza reattiva oħra; (b) anqas minn maġġoranza sempliċi ta’ piż ta’ molekuli tal-istess piż molekulari. Fil-kuntest ta’ din id-definizzjoni, “unità monomerika” tfisser il-forma li ġiet soġġetta għal reazzjoni ta’ sustanza monomerika f’polimeru, kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(14)

“unità tal-prodott” tfisser l-iżgħar oġġett li jista’ jintuża mill-konsumatur u li jissodisfa l-funzjoni tal-prodott;

(15)

“riċiklabbiltà” tfisser l-ammont (massa jew perċentwal) ta’ oġġett disponibbli għar-riċiklaġġ;

(16)

“kontenut riċiklat” tfisser l-ammont ta’ oġġett (skont l-erja, it-tul, il-volum jew il-massa) li jinkiseb minn materjal riċiklat postindustrijali u/jew wara l-konsum. F’dan il-każ, l-oġġett jista’ jirreferi għall-prodott jew għall-imballaġġ;

(17)

“riċiklaġġ” tfisser, f’konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru li permezz tagħha l-materjali tal-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi kemm għal finijiet oriġinali kif ukoll għal finijiet oħra. Dan jinkludi l-ipproċessar mill-ġdid ta’ materjal organiku iżda ma jinkludix irkupru ta’ enerġija u l-ipproċessar mill-ġdid f’materjali li għandhom jintużaw bħala fjuwils jew għal operazzjonijiet ta’ radam mill-ġdid;

(18)

“imballaġġ għall-bejgħ”, magħruf ukoll bħala imballaġġ primarju, tfisser imballaġġ maħsub sabiex jikkostitwixxi unità tal-bejgħ li tikkonsisti minn prodotti u imballaġġ lill-utent jew lill-konsumatur finali fil-punt tal-bejgħ;

(19)

“komponent separat”, magħruf ukoll bħala komponent addizzjonali, tfisser komponent tal-imballaġġ li huwa distint mill-qafas ewlieni tal-unità tal-imballaġġ, li jista’ jkun ta’ materjal differenti, li jeħtieġ li jiġi żarmat kompletament u b’mod permanenti mill-unità ewlenija tal-imballaġġ sabiex jinkiseb aċċess għall-prodott, u li tipikament jintrema qabel u b’mod separat mill-unità tal-imballaġġ. Fil-każ ta’ prodotti assorbenti tal-iġjene, huwa kwalunkwe komponent b’funzjoni protettiva jew iġjenika li jitneħħa qabel l-użu tal-prodott, eż. it-tgeżwir jew il-folja individwali fejn jinsabu xi prodotti assorbenti tal-iġjene fl-imballaġġ għall-bejgħ (prinċipalment għat-tampuni u għall-pads sanitarji), il-film protettiv li jitneħħa u l-karta fil-ħrieqi tat-trabi u f’pads sanitarji, jew l-applikatur għat-tampuni;

(20)

“sustanzi identifikati li għandhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali”, li jissejħu wkoll “sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali” tfisser sustanzi li ġew identifikati li għandhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (is-saħħa tal-bniedem u/jew l-ambjent) f’konformità mal-Artikolu 57(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (lista ta’ kandidati ta’ sustanzi ta’ tħassib serju ħafna għall-awtorizzazzjoni), jew ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jew ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jew ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

(21)

“polimeri superassorbenti” tfisser polimeri sintetiċi ddisinjati biex jassorbu u jżommu ammont kbir ta’ likwidu meta mqabbla mal-massa tagħhom stess;

(22)

“polimeri sintetiċi” tfisser sustanzi makromolekulari għajr il-polpa taċ-ċelluloża miksuba intenzjonalment jew permezz ta’:

(a)

proċess ta’ polimerizzazzjoni bħal poliaddizzjoni jew polikondensazzjoni jew bi kwalunkwe proċess simili ieħor ta’ kombinazzjoni ta’ monomeri u sustanzi oħra tal-bidu;

(b)

modifika kimika ta’ makromolekuli naturali jew sintetiċi;

(c)

fermentazzjoni mikrobika.

Kriterju 1.   Polpa minfuxa

Dan il-kriterju japplika għall-polpa minfuxa li tirrappreżenta ≥ 1 % w/w tal-prodott finali.

1.1.    It-tiftix ta’ sorsi ta’ provvista ta’ polpa minfuxa

Il-fornituri kollha (100 %) tal-polpa minfuxa għandu jkollhom ċertifikat tal-katina tal-kustodja validi maħruġ minn skema ta’ ċertifikazzjoni ta’ parti terza indipendenti bħall-FSC, il-PEFC jew skemi ekwivalenti.

Minimu ta’ 70 % tal-materja prima tal-injam użata għall-produzzjoni tal-polpa minfuxa għandha tkun koperta minn ċertifikati validi tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Forestrija maħruġa minn skema ta’ ċertifikazzjoni ta’ parti terza indipendenti bħall-FSC, il-PEFC jew skemi ekwivalenti. Il-proporzjon li jifdal tal-materja prima tal-injam, inkluż kwalunkwe materjal tal-injam verġni, għandu jkun injam ikkontrollat kopert minn sistema ta’ verifika li tiżgura li dawn ikunu ġejjin minn sorsi legali u jkunu jissodisfaw kull rekwiżit ieħor tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni fejn jidħol il-materjal mhux iċċertifikat.

Il-korpi ta’ ċertifikazzjoni li joħorġu ċ-ċertifikati tal-katina tal-kustodja u/jew tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Forestrija għandhom jiġu akkreditati/rikonoxxuti minn dik l-iskema ta’ ċertifikazzjoni.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità appoġġata minn ċertifikati tal-katina tal-kustodja validu u ċċertifikat indipendentement għall-fornituri tal-polpa minfuxa kollha (100 %) użata fil-prodott. L-iskemi tal-FSC, tal-PEFC jew skemi ekwivalenti għandhom jiġu aċċettati bħala ċertifikazzjoni indipendenti minn parti terza.

Barra minn hekk, l-applikant għandu jipprovdi dokumenti tal-kontabbiltà awditjati li juru li tal-anqas 70 % tal-materja prima tal-injam użata għall-produzzjoni tal-polpa minfuxa hija ddefinita bħala materja ċċertifikata skont skemi validi tal-FSC, tal-PEFC jew skemi ekwivalenti. Id-dokumenti tal-kontabbiltà awditjati għandhom ikunu validi għad-durata kollha tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE. Il-korpi kompetenti għandhom jerġgħu jivverifikaw id-dokumenti tal-kontabbiltà tnax-il xahar wara l-għoti tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE.

Jekk il-polpa minfuxa tintuża f’materjal iffurmat bl-arja, il-fornitur tal-materjal iffurmat bl-arja għandu jalloka l-krediti lill-materjal iffurmat bl-arja li jitwassal lill-prodott, billi jipprovdi fatturi biex jappoġġa l-għadd ta’ krediti allokati.

Għall-bqija tal-proporzjon tal-materja prima tal-injam, għandha tingħata prova li l-kontenut tal-materjal verġni mhux iċċertifikat ma jaqbiżx it-30 % u li jkun injam ikkontrollat kopert minn sistema ta’ verifika li tiżgura li jkun inkiseb legalment u li jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni fir-rigward ta’ materjal mhux iċċertifikat. Jekk l-iskema ma tirrikjedix speċifikament li l-materjal verġni kollu jinkiseb minn speċijiet mhux OĠM, għandha tingħata evidenza addizzjonali biex jintwera dan.

1.2.    Ibbliċjar ta’ polpa minfuxa

Il-polpa użata fil-prodott ma għandhiex tkun ibbliċjata permezz tal-gass tal-kloru elementali (Cl2).

Fil-każ ta’ polpa mingħajr klorur elementali (ECF), l-emissjonijiet annwali medji tal-aloġeni adsorbibbli marbuta organikament (AOX), espressi f’kg/tunnellata mnixxfa bl-arja (ADt), mill-produzzjoni ta’ kull polpa użata fi prodotti tal-Ekotikketta tal-UE ma għandhomx jaqbżu l-0,140 kg/ADt.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, appoġġata minn rapport tat-test imwettaq bl-użu tal-metodu ta’ ttestjar ISO 9562:2004, inklużi l-emissjonijiet ta’ AOX marbuta mal-polpa ECF ibbliċjata, espressi bħala kg ta’ polpa AOX/ADt. F’każ li jintużaw gradi ta’ kwalita differenti ta’ polpa, l-applikant għandu jipprovdi l-emissjoni individwali ta’ AOX li tikkorrispondi għal kull polpa. Metodi ekwivalenti jistgħu jiġu aċċettati bħala metodi ta’ ttestjar jekk jitqiesu ekwivalenti minn parti terza, u għandhom ikunu akkumpanjati minn kalkoli dettaljati li juru konformità ma’ dan ir-rekwiżit u dokumentazzjoni ta’ sostenn relatata.

Il-kejl tal-emissjonijiet tal-AOX għandu jittieħed fuq kampjuni mhux iffiltrati u li ma jkunux qagħdu, fil-punt tar-rilaxx tal-effluwenti tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi tal-fabbriki. F’każijiet li fihom l-effluwent mill-fabbrika jintbagħat lejn impjant ta’ trattament tal-ilma mormi muniċipali jew ta’ parti terza oħra, il-kampjuni mhux iffiltrati u li ma jkunux qagħdu, meħuda mill-punt tar-rilaxx tad-drenaġġ effluwenti tal-fabbrika, għandhom jiġu analizzati u r-riżultati mmultiplikati b’fattur standard ta’ effiċjenza fit-tneħħija għall-impjant tat-trattament tal-ilma mormi muniċipali jew ta’ partijiet terzi. Il-fattur ta’ effiċjenza fit-tneħħija għandu jkun ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-operatur tal-impjant tat-trattament tal-ilma muniċipali mormi jew ta’ parti terza oħra.

L-informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-AOX għandha tiġi espressa bħala l-medja annwali minn tal-anqas 12-il kejl meħuda tal-anqas kull xahar. Fil-każ ta’ impjant ta’ produzzjoni ġdid jew li nbena mill-ġdid, il-kejl għandu jkun ibbażat fuq tal-anqas 45 jum sussegwenti ta’ tħaddim stabbli tal-impjant. Id-dokumentazzjoni ta’ sostenn għandha tinkludi indikazzjoni tal-frekwenza tal-kejl.

L-AOX għandu jitkejjel biss fi proċessi li fihom jintużaw il-komposti tal-kloru għall-ibbliċjar tal-polpa (ibbliċjar ECF). L-AOX ma għandux għalfejn jitkejjel fl-effluwent mill-produzzjoni tal-polpa mingħajr ibbliċjar jew fejn l-ibbliċjar isir b’sustanzi mingħajr kloru.

L-applikant għandu jipprovdi wkoll dikjarazzjoni mill-manifattur tal-polpa li ma ntużax gass tal-kloru elementali (Cl2).

F’każ li l-applikant ma juża l-ebda polpa tal-ECF, dikjarazzjoni korrispondenti tkun biżżejjed.

1.3.    Emissjonijiet mill-produzzjoni tal-polpa minfuxa fl-ilma (domanda kimika ta’ ossiġenu - COD u fosfru (P)), u fl-arja (komposti tal-kubrit (S) u NOx)

L-emissjonijiet fl-ilma u fl-arja mill-produzzjoni tal-polpa għandhom jiġu espressi f’termini ta’ punti (PCOD, PP, PS, PNOx). Il-punti huma kkalkulati billi l-valur effettiv tal-emissjoni jiġi diviż bil-valuri ta’ referenza msemmija fit-Tabella 1.

L-ebda wieħed mill-punti individwali PCOD, PP, PS, u PNOx ma għandu jaqbeż l-1,5.

It-total tal-punti (Ptotal = PCOD + PP + PS + PNOx) ma għandux jaqbeż l-4,0.

Għal kull polpa “i” miksuba, l-emissjonijiet relatati mkejla (espressi f’kg/tADT) għandhom ikunu ppeżati skont il-proporzjon ta’ kull polpa miksuba (il-polpa “i” fir-rigward ta’ tunnellata ta’ polpa mnixxfa bl-arja), u għandhom jingħaddu flimkien. Il-valuri ta’ referenza għal kull tip ta’ polpa użata huma mogħtija fit-Tabella 1. Fl-aħħar nett, l-emissjonijiet totali għandhom jiġu diviżi bil-valuri ta’ referenza totali kif jidher f’din il-formola għas-COD:

Formula

Tabella 1

Il-valuri ta’ referenza għall-emissjonijiet minn tipi differenti ta’ polpa. CTMP = polpa kimikatermomekkanika; NSSC = polpa semikimika tas-sulfit newtrali

 

Valuri ta’ referenza (kg/ADt)

CODref

Pref

Sref

NOxref

Fabbriki integrati

Polpa kimika bbliċjata (għajr is-sulfit)

16,0

0,030  (6)

0,05  (7)

0,6

1,5

Polpa kimika bbliċjata (sulfit)

24,0

0,03

0,6

1,5

Polpa kimika mhux ibbliċjata

6,5

0,02

0,6

1,5

Polpa kimika mhux ibbliċjata(kwalità UPK-E biss)

6,5

0,035

0,6

1,5

CTMP

15,0

0,01

0,2

0,3

NSSC

11

0,02

0,4

1,5

Fabbriki mhux integrati  (8)

Proċess ta’ konverżjoni

1

0,001

0,15

0,6

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi kalkoli dettaljati u data tat-testijiet li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn relatata li tinkludi rapporti tat-testijiet bl-użu tal-metodi ta’ ttestjar standard ta’ monitoraġġ kontinwu jew perjodiku li ġejjin: COD: ISO 15705 jew ISO 6060; P Totali: EN ISO 6878; NOx: EN 14792, ISO 11564, jew il-Metodu tal-EPA 7e; S(ossidi tal-kubrit): EN 14791, il-Metodu tal-EPA nru 6C jew 8; S(kubrit ridott): EPA nru. 15A, 16A, 16B jew 16c; kontenut ta’ S fiż-żejt: ISO 8754; kontenut ta’ S fil-faħam: ISO 19579; kontenut ta’ S fil-bijomassa: EN 15289. Għandhom jiġu aċċettati metodi ta’ ttestjar li l-istandards tal-ambitu u tar-rekwiżit tagħhom jitqiesu ekwivalenti għal dawk tal-istandards nazzjonali u internazzjonali msemmija u li l-ekwivalenza tagħhom tkun ġiet ikkonfermata minn parti terza indipendenti. Jistgħu jintużaw ukoll testijiet rapidi biex jiġu mmonitorjati l-emissjonijiet dment li dawn jsiru regolarment (eż kull xahar) billi jitqabblu mal-istandards jew ekwivalenti xierqa li ssemmew qabel.

Fil-każ ta’ kejl tas-COD, monitoraġġ kontinwu bbażat fuq l-analiżi tal-kontenut totali ta’ karbonju organiku (TOC) għandu jiġi aċċettat dment li tkun ġiet stabbilita korrelazzjoni bejn ir-riżultati tat-TOC u s-COD għas-sit inkwistjoni.

Il-frekwenza minima tal-kejl għall-kejl ta’ COD u għall-emissjonijiet totali ta’ P għandha tkun ta’ kull ġimgħa. L-emissjonijiet ta’ S u NOx għandhom jitkejlu tal-anqas darbtejn fis-sena kalendarja (separati b’erba’ sa sitt xhur).

Id-data għandha tkun irrapportata bħala medji annwali ħlief f’każijiet li fihom:

il-kampanja ta’ produzzjoni tkun għal perjodu ta’ żmien limitat biss,

l-impjant ta’ produzzjoni jkun ġdid jew ikun inbena mill-ġdid, f’liema każ il-kejl għandu jkun ibbażat fuq tal-anqas 45 jum sussegwenti ta’ tħaddim stabbli tal-impjant.

Ir-riżultati tal-kejl għandhom ikunu rappreżentattivi tal-kampanja rispettiva u għandu jkun sar għadd suffiċjenti ta’ kejliet għal kull parametru tal-emissjonijiet. Id-dokumentazzjoni ta’ appoġġ għandha tinkludi l-frekwenza tal-kejl u l-kalkolu tal-punti għas-COD, P Totali, S u NOx.

Il-kejl tal-emissjonijiet fl-ilma għandu jittieħed fuq kampjuni mhux iffiltrati u li ma jkunux qagħdu, fil-punt tar-rilaxx tal-effluwent tal-impjant ta’ trattament tal-ilma mormi tal-fabbriki. F’każijiet li fihom l-effluwent mill-fabbrika jintbagħat lejn impjant ta’ trattament tal-ilma mormi muniċipali jew ta’ parti terza oħra, il-kampjuni mhux iffiltrati u li ma jkunux qagħdu, meħuda mill-punt tar-rilaxx tad-drenaġġ effluwenti tal-fabbrika, għandhom jiġu analizzati u r-riżultati mmultiplikati b’fattur standard ta’ effiċjenza fit-tneħħija għall-impjant tat-trattament tal-ilma mormi muniċipali jew ta’ partijiet terzi. Il-fattur ta’ effiċjenza fit-tneħħija għandu jkun ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-operatur tal-impjant tat-trattament tal-ilma muniċipali mormi jew ta’ parti terza oħra.

L-emissjonijiet fl-arja għandhom jinkludu l-emissjonijiet kollha ta’ S u NOx li jirriżultaw matul il-produzzjoni tal-polpa, inkluż il-fwar iġġenerat barra l-post tal-produzzjoni, barra minn dawk l-emissjonijiet relatati mal-produzzjoni tal-elettriku. F’każijiet ta’ koġenerazzjoni ta’ sħana u elettriku fl-istess impjant, l-emissjonijiet tal-komposti S u tal-NOx li jirriżultaw mill-ġenerazzjoni tal-elettriku fil-post għandhom jitnaqqsu mill-ammont totali. Il-proporzjon tal-emissjonijiet li jirriżultaw mill-ġenerazzjoni tal-elettriku għandu jiġi kkalkulat bħala:

2 × (MWh(elettriku))/[2 × MWh(elettriku) + MWh(sħana)]

F’dan il-kalkolu, l-“elettriku” huwa l-elettriku prodott fl-impjant ta’ koġenerazzjoni, u s-“sħana” hija s-sħana netta fornuta mill-impjant ta’ koġenerazzjoni għall-produzzjoni tal-polpa.

Il-kejl tal-komposti S u tal-NOx għandu jinkludi l-bojlers tal-irkupru, il-fran tal-ġir, il-bojlers tal-fwar u l-fran għall-qerda ta’ gassijiet jintnu ħafna. L-emissjonijiet diffużi għandhom jiġu kkunsidrati wkoll.

Il-valuri rrapportati tal-emissjonijiet għall-komposti S għandhom jinkludu kemm l-emissjonijiet ossidizzati kif ukoll dawk ridotti ta’ S (SO2 u l-kubrit ridott totali (TRS) – imkejla bħala S). L-emissjonijiet ta’ S relatati mal-ġenerazzjoni tal-enerġija tas-sħana miż-żejt, il-faħam u fjuwils esterni oħra b’kontenut magħruf ta’ S jistgħu jiġu kkalkulati minflok imkejla, u għandhom jitqiesu.

1.4.    L-emissjonijiet tas-CO2 mill-produzzjoni tal-polpa minfuxa

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-produzzjoni tal-polpa minfuxa ma għandhomx jaqbżu l-valuri ppreżentati fit-Tabella 2, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku (kemm fuq il-post kif ukoll mhux fuq il-post). L-emissjonijiet tas-CO2 għandhom jinkludu s-sorsi kollha ta’ enerġija użati matul il-produzzjoni tal-polpa.

Fil-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 minn sorsi tal-enerġija għandhom jintużaw il-valuri tal-emissjonijiet ta’ referenza mogħtija fit-Tabella 3. Jekk ikun meħtieġ, il-fatturi tal-emissjonijiet tas-CO2 għal sorsi oħra tal-enerġija jistgħu jinstabu fl-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 (9), filwaqt li l-fatturi tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-elettriku mill-grilja jenħtieġ li jkunu konformi mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 (10).

Tabella 2

Valuri ta’ limitu għal tipi differenti ta’ polpa. CTMP: polpa termomekkanika kimika

Fabbriki integrati

Polpa kimika u semikimika

400 kg CO2/ADt

CTMP

900 kg CO2/ADt

Fabbriki mhux integrati

Proċess ta’ konverżjoni (11)

95 kg CO2/ADt


Tabella 3

Il-valuri ta’ referenza għall-emissjonijiet tas-CO2 minn sorsi differenti tal-enerġija

Fjuwil

Emissjonijiet tas-CO2

Unità

Referenza

Faħam

94,6

g ta’ fossili ta’ CO2/MJ

Ir-Regolament (UE) 2018/2066

Żejt grezz

73,3

g ta’ fossili ta’ CO2/MJ

Ir-Regolament (UE) 2018/2066

Żejt fjuwil 1

74,1

g ta’ fossili ta’ CO2/MJ

Ir-Regolament (UE) 2018/2066

Żejt fjuwil 2-5

77,4

g ta’ fossili ta’ CO2/MJ

Ir-Regolament (UE) 2018/2066

LPG

63,1

g ta’ fossili ta’ CO2/MJ

Ir-Regolament (UE) 2018/2066

Gass Naturali

56,1

g ta’ fossili ta’ CO2/MJ

Ir-Regolament (UE) 2018/2066

Elettriku mill-Grilja

376

g ta’ fossili ta’ CO2/kWh

Ir-Regolament (UE) 2019/331

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi data u kalkoli dettaljati li juru konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn relatata.

Għal kull polpa użata, il-manifattur tal-polpa għandu jipprovdi lill-applikant b’valur tal-emissjonijiet tas-CO2 uniku f’kg ta’ CO2/ADt.

Id-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 għandha tinkludi s-sorsi kollha ta’ fjuwils użati matul il-produzzjoni tal-polpa, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku (kemm fuq il-post kif ukoll mhux fuq il-post).

Meta jiġu kkalkolati l-emissjonijiet tas-CO2, l-ammont ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli mixtrija u użati għall-proċessi ta’ produzzjoni għandu jgħodd bħala emissjoni żero tas-CO2. Għall-kombustjoni tal-bijomassa, dan ifisser li l-bijomassa jeħtieġ li tissodisfa l-kriterji rilevanti dwar is-sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra kif speċifikat fid-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa li din it-tip ta’ enerġija fil-fatt tintuża fil-fabbrika jew inxtrat esternament (kopja tal-kuntratt u fattura li tindika s-sehem rinnovabbli tal-elettriku mixtri).

Il-perjodu għall-kalkoli u/jew il-bilanċi tal-massa għandu jkun ibbażat fuq il-produzzjoni matul 12-il xahar. Il-kalkoli għandhom jiġu ripetuti fuq bażi annwali. Fil-każ ta’ impjant ta’ produzzjoni ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kalkoli għandhom ikunu bbażati fuq tal-anqas 45 jum sussegwenti ta’ tħaddim stabbli tal-impjant. Il-kalkoli għandhom ikunu rappreżentattivi tal-kampanja rispettiva.

Għall-elettriku mill-grilja, għandu jintuża l-valur ipprovdut hawn fuq (il-medja Ewropea) sakemm l-applikant ma jippreżentax dokumentazzjoni li tistabbilixxi l-valur speċifiku għall-fornituri tiegħu tal-elettriku (kuntratt għal elettriku speċifikat jew elettriku ċċertifikat). F’dan il-każ, l-applikant jista’ juża dan il-valur minflok il-valur ikkwotat. Id-dokumentazzjoni użata bħala prova ta’ konformità għandha tinkludi speċifikazzjonijiet tekniċi li jindikaw il-valur medju (eż. kopja ta’ kuntratt).

1.5.    Il-konsum tal-enerġija għall-produzzjoni tal-polpa minfuxa

Il-konsum tal-enerġija għall-produzzjoni tal-polpa għandu jinkludi kemm il-konsum tal-elettriku kif ukoll il-konsum tal-fjuwil għall-produzzjoni tas-sħana u għandu jiġi espress f’termini ta’ punti (Pelettriku u Pfjuwil). Għandhom japplikaw il-limiti u l-valuri ta’ referenza li ġejjin:

Pelettriku < 1,5;

Pfjuwil < 1,5;

It-total tal-punti (Ptotal = Pelettriku + Pfjuwil) ma għandux jaqbeż it-2,5.

Kalkolu tal-punti tal-konsum tal-elettriku:

Formula

Meta:

Epolpa,i = elettriku prodott internament + elettriku mixtri – elettriku mibjugħ;

Eref,polpa,i bħal fit-Tabella 4.

Epolpa,i għandha tiġi espressa f’kWh/ADt u kkalkolata għal kull polpa i użata fil-prodott finali.

Kalkolu tal-punti ta’ konsum tal-fjuwil:

Formula

Fejn:

Fpolpa,i = fjuwil prodott internament + fjuwil mixtri – fjuwil mibjugħ – 1,25 × l-elettriku prodott internament;

Fref,polpa,i bħal fit-Tabella 4.

Fpolpa,i għandha tiġi espressa f’kWh/ADt u kkalkolata għal kull polpa i użata fil-prodott finali.

L-ammont ta’ fjuwil li jintuża biex jipproduċi s-sħana mibjugħa għandu jiżdied mat-terminu “fjuwil mibjugħ” fl-ekwazzjoni ta’ hawn fuq.

Fil-każ ta’ taħlita ta’ polpi, il-valur ta’ referenza għall-konsum tal-elettriku u l-fjuwil għall-produzzjoni tas-sħana għandu jiġi ppeżat skont il-proporzjon ta’ kull polpa użata (polpa “i” fir-rigward ta’ tunnellata ta’ polpa mnixxfa bl-arja) u magħduda flimkien. Għandhom jiżdiedu wkoll l-enerġija kkunsmata meta jitħalltu l-polpi kif ukoll l-enerġija użata fil-proċess tal-konverżjoni.

Tabella 4

Valuri ta’ referenza għall-elettriku u għall-fjuwil

Grad tal-polpa

Eref,polpa

kWh/ADt

Fref,polpa

kWh/ADt

Fabbriki integrati

Polpa kimika u semikimika

800

5 400

CTMP

1 800

900

Fabbriki mhux integrati  (13)

Proċess ta’ konverżjoni

250

1 800

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi l-konsum totali tal-elettriku u tal-fjuwil, flimkien mal-kalkoli u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn relatati li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju.

L-applikant għandu jikkalkula l-inputs kollha tal-enerġija, diviżi fi sħana/fjuwils u f’elettriku użati matul il-produzzjoni tal-polpa. Jekk tintuża taħlita ta’ polpi minfuxa, l-enerġija trid tiġi kkalkolata b’mod proporzjonali għal kull polpa minfuxa. L-enerġija użata fit-trasport tal-materja prima ma hijiex inkluża fil-kalkoli tal-konsum tal-enerġija. Il-perjodu għall-kalkoli jew il-bilanċi tal-massa għandu jkun ibbażat fuq il-produzzjoni matul 12-il xahar. Il-kalkoli għandhom jiġu ripetuti fuq bażi annwali. Fil-każ ta’ impjant ta’ produzzjoni ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kalkoli għandhom ikunu bbażati fuq tal-anqas 45 jum sussegwenti ta’ tħaddim stabbli tal-impjant. Il-kalkoli għandhom ikunu rappreżentattivi tal-kampanja rispettiva.

Il-konsum totali tal-elettriku Epolpa jinkludi l-elettriku nett importat li ġej mill-grilja u l-ġenerazzjoni interna tal-elettriku mkejla bħala enerġija elettrika. L-elettriku użat għat-trattament tal-ilma mormi ma għandux jiġi inkluż.

Il-konsum totali tal-fjuwil Fpolpa jinkludi l-fjuwils kollha mixtrija, l-enerġija tas-sħana rkuprata bl-inċinerazzjoni ta’ likuri u skart minn proċessi fuq il-post (eż. skart tal-injam, serratura, likuri, eċċ.), kif ukoll is-sħana rkuprata mill-ġenerazzjoni interna tal-elettriku. Madankollu, l-applikant jeħtieġ li jgħodd biss 80 % tal-enerġija tas-sħana mit-tali sorsi fil-kalkolu tal-enerġija tas-sħana totali.

Meta l-fwar jiġi ġġenerat bl-użu tal-elettriku bħala s-sors tas-sħana, għandu jiġi kkalkulat il-valur tas-sħana tal-fwar, imbagħad jiġi diviż b’0,8 u jingħadd mal-konsum totali ta’ fjuwil.

Kriterju 2.   Fibri ċellulożi magħmula mill-bniedem

Dan il-kriterju japplika għall-fibri taċ-ċelluloża magħmula mill-bniedem li jirrappreżentaw ≥ 1 % w/w tal-prodott finali.

2.1.    It-tiftix ta’ sorsi ta’ provvista ta’ fibri taċ-ċelluloża magħmula mill-bniedem

Il-fornituri kollha (100 %) tal-polpa għad-dissoluzzjoni għandu jkollhom ċertifikati validi tal-katina tal-kustodja maħruġa minn skema ta’ ċertifikazzjoni ta’ parti terza indipendenti bħall-FSC, il-PEFC jew skemi ekwivalenti.

Minimu ta’ 70 % tal-materja prima użata għall-produzzjoni tal-polpa għad-dissoluzzjoni għandha tkun koperta minn ċertifikati validi tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Forestrija maħruġa minn skema ta’ ċertifikazzjoni ta’ parti terza indipendenti bħall-FSC, il-PEFC jew skemi ekwivalenti. Il-proporzjon li jifdal tal-materja prima użata għall-produzzjoni tal-polpa għad-dissoluzzjoni għandu jkun injam ikkontrollat kopert minn sistema ta’ verifika li tiżgura li dawn ikunu ġejjin minn sorsi legali u jkunu jissodisfaw kull rekwiżit ieħor tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni fejn jidħol il-materjal mhux iċċertifikat.

Il-korpi ta’ ċertifikazzjoni li joħorġu ċ-ċertifikati tal-katina tal-kustodja u/jew tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Forestrija għandhom jiġu akkreditati/rikonoxxuti minn dik l-iskema ta’ ċertifikazzjoni.

Il-polpa għad-dissoluzzjoni magħmula mil-linters tal-qoton għandha tissodisfa l-kriterju 3.1 għall-qoton (it-tiftix ta’ sorsi ta’ provvista u t-traċċabbiltà).

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità appoġġata minn ċertifikat tal-katina tal-kustodja validu u ċċertifikat indipendentement għall-fornituri tal-polpa għad-dissoluzzjoni kollha (100 %) użata fil-prodott. L-iskemi tal-FSC, tal-PEFC jew skemi ekwivalenti għandhom jiġu aċċettati bħala ċertifikazzjoni indipendenti minn parti terza.

Barra minn hekk, l-applikant għandu jipprovdi dokumenti tal-kontabbiltà awditjati li juru li tal-anqas 70 % tal-materja prima użata għall-produzzjoni tal-polpa għad-dissoluzzjoni hija ddefinita bħala materja ċċertifikata skont skemi validi tal-FSC, tal-PEFC jew skemi ekwivalenti. Id-dokumenti tal-kontabbiltà awditjati għandhom ikunu validi għad-durata kollha tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE. Il-korpi kompetenti għandhom jerġgħu jivverifikaw id-dokumenti tal-kontabbiltà tnax-il xahar wara l-għoti tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE.

Jekk il-fibri taċ-ċelluloża magħmula mill-bniedem jintużaw f’materjali iffurmati bl-arja jew fi drapp mhux minsuġ ieħor, il-fornitur tal-materjal iffurmat bl-arja jew ta’ drapp mhux minsuġ ieħor inkella l-produttur tal-materjal iffurmat bl-arja jew ta’ drapp mhux minsuġ ieħor għandu jalloka l-krediti lill-materjal iffurmat bl-arja jew lid-drapp mhux minsuġ ieħor li jitwassal lill-prodott, billi jipprovdi fatturi biex jappoġġa l-għadd ta’ krediti allokati.

Għall-bqija tal-proporzjon tal-materja prima, għandha tingħata prova li l-kontenut tal-materjal verġni mhux iċċertifikat ma jaqbiżx it-30 % u li jkun materjal ikkontrollat kopert minn sistema ta’ verifika li tiżgura li jkun inkiseb legalment u li jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni fir-rigward ta’ materjal mhux iċċertifikat.

Jekk l-iskema ma tirrikjedix speċifikament li l-materjal verġni kollu jinkiseb minn speċijiet mhux OĠM, għandha tingħata evidenza addizzjonali biex jintwera dan.

2.2.    L-ibbliċjar ta’ fibri taċ-ċelluloża magħmula mill-bniedem

Dan is-subkriterju ma japplikax għall-polpa bbliċjata mingħajr kloru totalment (TCF).

Il-polpa użata għall-manifattura ta’ fibri taċ-ċelluloża magħmula mill-bniedem ma għandhiex tiġi bbliċjata bl-użu ta’ gass tal-kloru elementali (Cl2).

L-ammont totali ta’ AOX u ta’ kloru marbut organikament (OCl) li jirriżulta ma għandux jaqbeż wieħed minn dawn:

0,140 kg/ADt, mkejjel fl-ilma mormi mill-produzzjoni tal-polpa (AOX); u

150 ppm, imkejla fil-fibri taċ-ċelluloża lesti magħmula mill-bniedem (OCL).

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mingħand il-fornitur tal-polpa li ma ntużax gass tal-kloru u rapport tat-test (jekk possibbli) li juri l-konformità kemm mar-rekwiżiti tal-AOX kif ukoll dawk tal-OCl, li jkun sar bil-metodu ta’ ttestjar xieraq:

Għall-AOX: ISO 9562 jew l-EPA 1650C ekwivalenti;

Għall-OCI: ISO 11480.

Il-frekwenza tal-kejl għall-AOX għandha tkun stabbilita f’konformità mal-kriterju 1.2 għall-polpa minfuxa.

F’każ li l-applikant ma jkunx jista’ jipprovdi l-valur effettiv tal-livell tal-AOX imkejjel fl-ilma mormi mill-manifattura tal-polpa, għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni korrispondenti ta’ konformità ffirmata mill-manifattur tal-polpa, f’konformità mar-rekwiżit espost.

F’każ li l-applikant ma juża l-ebda polpa tal-ECF, dikjarazzjoni korrispondenti tkun biżżejjed.

2.3.    Il-produzzjoni ta’ fibri taċ-ċelluloża magħmula mill-bniedem

(a)

Aktar minn 50 % tal-polpa għad-dissoluzzjoni użata fil-manifattura tal-fibri taċ-ċelluloża magħmula mill-bniedem għandha tinkiseb minn impjanti tal-polpa għad-dissoluzzjoni li jirkupraw il-valur mil-likur tal-proċess użat tagħhom, permezz ta’:

(i)

il-ġenerazzjoni tal-elettriku u/jew il-fwar fuq il-post, jew

(ii)

il-manifattura ta’ koprodotti kimiċi.

(b)

Dawn il-valuri ta’ limitu li ġejjin tal-emissjonijiet ta’ diversi komposti fl-arja u fl-ilma għandhom jiġu rrispettati fil-proċess tal-produzzjoni tal-fibri modali u tal-visk:

Tabella 5

Il-valuri tal-emissjonijiet tal-kubrit tal-fibri modali u tal-visk

Tip ta’ fibra

Emissjonijiet tal-kubrit fl-arja — Valur ta’ limitu (g/kg)

Emissjonijiet taż-żingu fl-ilma — Valur ta’ limitu (g/kg)

Kejl tas-COD fl-ilma — Valur ta’ limitu (g/kg)

Emissjonijiet tal-SO4 2- fl-ilma — Valur ta’ limitu (g/kg)

Fibra diskontinwa

20

0,05

5

300

Fibra tal-filament

 

 

 

 

Ħasil tal-lott

40

0,10

5

200

Ħasil integrat

170

0,50

6

250

Nota:

Il-valuri ta’ limitu huma espressi bħala medja annwali. Il-valuri kollha huma espressi bħala g ta’ sustanza niġġiesa/kg ta’ prodott.

Valutazzjoni u verifika:

(a)

L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni ta’ sostenn u evidenza li l-proporzjon meħtieġ ta’ fornituri ta’ polpa għad-dissoluzzjoni għandu t-tagħmir xieraq li jiġġenera l-enerġija jew is-sistemi ta’ rkupru u manifattura tal-koprodotti installati fis-siti ta’ produzzjoni relatati. Għandha tiġi pprovduta wkoll il-lista ta’ tali fornituri ta’ polpa għad-dissoluzzjoni.

(b)

Fir-rigward tal-metodi ta’ ttestjar:

(i)

L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni dettaljata u rapporti tat-testijiet li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-konformità.

(ii)

Emissjonijiet tal-kubrit fl-arja: uża l-metodu definit fl-EN 14791, Nru 8 tal-EPA, 15 A, 16 A jew 16B jew DIN 38405-D27.

(iii)

Emissjonijiet taż-żingu fl-ilma: uża l-metodu definit fl-EN ISO 11885.

(iv)

Kejl tas-COD fl-ilma: uża l-metodu definit fl-ISO 6060, DIN ISO 15705, DIN 38409-01 jew DIN 38409-44.

(v)

SO4 2- (sulfati) emissjonijiet fl-ilma: uża l-metodu definit fl-ISO 22743.

(vi)

Għandhom jiġu aċċettati metodi ta’ ttestjar li l-istandards tal-ambitu u tar-rekwiżit tagħhom jitqiesu ekwivalenti għal dawk tal-istandards nazzjonali u internazzjonali msemmija u li l-ekwivalenza tagħhom tkun ġiet ikkonfermata minn parti terza indipendenti.

(vii)

Id-dokumentazzjoni dettaljata u r-rapporti tat-testijiet għandhom jinkludu indikazzjoni tal-frekwenza tal-kejl għal S, Zn, COD u SO4 2-. Il-frekwenza minima tal-kejl, għandha tkun ta’ kull ġimgħa għal COD, S, Zn u SO4 2-, minbarra kwalunkwe kejl stabbilit fir-rekwiżiti regolatorji.

Kriterju 3.   Qoton u fibri ċellulożiċi naturali oħra miż-żerriegħa

3.1.    It-tiftix ta’ sorsi ta’ provvista u t-traċċabbiltà tal-qoton u fibri ċellulożiċi naturali oħra miż-żerriegħa

Dan il-kriterju japplika għall-qoton u fibri ċellulożiċi naturali oħra miż-żerriegħa li jirrappreżentaw ≥ 1 % w/w tal-prodott finali.

(a)

Il-qoton kollu u l-fibri ċellulożiċi naturali oħra miż-żerriegħa kollha għandhom jitkabbru skont ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (14) u r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), il-Programm Organiku Nazzjonali (NOP (16)) tal-Istati Uniti jew l-obbligi legali ekwivalenti stabbiliti mis-sħab kummerċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-kontenut tal-qoton organiku jista’ jinkludi qoton li jkun tkabbar b’mod organiku u qoton organiku tranżizzjonali.

(b)

Il-qoton u fibri ċellulożiċi naturali oħra miż-żerriegħa mkabbra skont il-kriterju 3.1(a) u użati għall-manifattura ta’ prodott assorbenti tal-iġjene għandhom ikunu traċċabbli.

L-ispag tat-tampuni huma eżentati milli jikkonformaw ma’ dan ir-rekwiżit.

Valutazzjoni u verifika:

(a)

Il-kontenut organiku tal-qoton u/jew ta’ fibri ċellulożiċi naturali oħra miż-żerriegħa għandu jiġi ċċertifikat minn korp ta’ kontroll indipendenti li jkun ġie prodott f’konformità mar-rekwiżiti tal-produzzjoni u tal-ispezzjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 u fir-Regolament (UE) 2018/848, NOP tal-Istati Uniti jew l-obbligi legali ekwivalenti stabbiliti minn sħab kummerċjali oħra tal-Unjoni Ewropea. Il-verifika għandha tkun ipprovduta fuq bażi annwali u għal kull pajjiż ta’ oriġini.

(b)

L-applikant għandu juri konformità mar-rekwiżit tal-kontenut materjali għall-volum annwali tal-qoton u/jew ta’ fibri ċellulożiċi naturali oħra miż-żerriegħa mixtrija għall-manifattura tal-prodott(i) finali u skont kull linja ta’ prodott, fuq bażi annwali. Għandhom jiġu pprovduti rekords tat-tranżazzjonijiet jew fatturi li jiddokumentaw il-kwantità ta’ qoton u/jew ta’ fibri ċellulożiċi naturali oħra miż-żerriegħa mixtrija fuq bażi annwali mingħand il-bdiewa jew il-gruppi tal-produtturi, u l-piż totali tal-balal iċċertifikati.

3.2.    Ibbliċjar tal-qoton u fibri ċellulożiċi naturali oħra miż-żerriegħa

Il-qoton u/jew ta’ fibri ċellulożiċi naturali oħra miż-żerriegħa għandhom jiġu bbliċjati biss bl-użu ta’ teknoloġiji tat-TCF.

Dan is-subkriterju ma għandux japplika għal linters tal-qoton użati biex jipproduċu polpa għad-dissoluzzjoni.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mill-fornitur tal-qoton u/jew ta’ fibri ċellulożiċi naturali oħra miż-żerriegħa li jintużaw teknoloġiji tat-TCF.

Kriterju 4.   Produzzjoni ta’ polimeri sintetiċi u ta’ materjali tal-plastik

Dan il-kriterju japplika għal kull polimeru sintetiku u materjal tal-plastik li jirrappreżenta ≥ 5 % w/w tal-prodott finali u/jew tal-imballaġġ.

Il-faċilitajiet tal-manifattura li jipproduċu polimeri sintetiċi u materjali tal-plastik użati fil-prodott finali għandu jkollhom sistemi għall-implimentazzjoni ta’:

(a)

iffrankar tal-ilma. Is-sistema ta’ ġestjoni tal-ilma għandha tiġi ddokumentata jew spjegata u għandha mill-inqas tinkludi informazzjoni dwar l-aspetti li ġejjin: il-monitoraġġ tal-flussi tal-ilma; prova ta’ ilma li jiċċirkola f’sistemi magħluqa; u objettivi u miri ta’ titjib kontinwi relatati mat-tnaqqis tal-ġenerazzjoni tal-ilma mormi u r-rati ta’ ottimizzazzjoni (jekk rilevanti, jiġifieri jekk jintuża l-ilma fl-impjant);

(b)

il-ġestjoni integrata tal-iskart, fil-forma ta’ pjan biex jiġu prijoritizzati l-għażliet ta’ trattament għajr ir-rimi għall-iskart kollu ġġenerat fil-faċilitajiet tal-manifattura u biex tiġi segwita l-ġerarkija tal-iskart fir-rigward tal-prevenzjoni, tal-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ, tal-irkupru u tar-rimi finali tal-iskart. Il-pjan għall-ġestjoni tal-iskart għandu jiġi ddokumentat jew spjegat u għandu mill-inqas jinkludi informazzjoni dwar l-aspetti li ġejjin: is-separazzjoni ta’ frazzjonijiet differenti tal-iskart; il-maniġġ, il-ġbir, is-separazzjoni u l-użu ta’ materjali riċiklabbli mill-fluss ta’ skart mhux perikoluż; irkupru ta’ materjali għal użi oħra; il-maniġġ, il-ġbir, is-separazzjoni u r-rimi tal-iskart perikoluż, kif definit mill-awtoritajiet regolatorji lokali u nazzjonali rilevanti; u objettivi u miri ta’ titjib kontinwi relatati mal-prevenzjoni tal-iskart, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-irkupru ta’ frazzjonijiet tal-iskart li ma jistgħux jiġu evitati (inkluż l-irkupru tal-enerġija);

(c)

l-ottimizzazzjoni tal-effiċjenza enerġetika u tal-ġestjoni tal-enerġija. Is-sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija għandha tindirizza l-apparati kollha li jikkunsmaw l-enerġija, inklużi l-makkinarju, id-dawl, il-kundizzjonar tal-arja u t-tkessiħ. Is-sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija għandha tinkludi miżuri għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika u għandha mill-inqas tinkludi informazzjoni dwar l-aspetti li ġejjin: l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ pjan għall-ġbir tad-data dwar l-enerġija sabiex jiġu identifikati ċ-ċifri ewlenin dwar l-enerġija; analiżi tal-konsum tal-enerġija li tinkludi lista ta’ sistemi, proċessi u faċilitajiet li jikkunsmaw l-enerġija; l-identifikazzjoni ta’ miżuri għal użu aktar effiċjenti tal-enerġija; objettivi u miri ta’ titjib kontinwu relatati mat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità mal-kriterju mill-fornituri ta’ polimeri sintetiċi u materjali tal-plastik użati fil-prodott finali u/jew fl-imballaġġ. Id-dikjarazzjoni għandha tiġi appoġġata minn rapport li jiddeskrivi fid-dettall il-proċeduri adottati mill-fornituri sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti għal kull wieħed mis-siti kkonċernati f’konformità mal-istandards, bħall-ISO 14001 u/jew l-ISO 50001 għall-pjanijiet dwar l-ilma, l-iskart u l-enerġija.

Meta l-ġestjoni tal-iskart tiġi esternalizzata, is-sottokuntrattur għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju wkoll.

L-applikanti rreġistrati mal-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) tal-UE u/jew iċċertifikati skont l-ISO 14001, l-ISO 50001, l-EN 16247 jew standard/skema ekwivalenti għandhom jitqiesu li jkunu ssodisfaw dawn ir-rekwiżiti jekk:

(a)

l-inklużjoni ta’ pjanijiet għall-ġestjoni tal-ilma, tal-iskart u tal-enerġija għas-sit(i) tal-produzzjoni hija dokumentata fid-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS tal-kumpanija; jew

(b)

l-inklużjoni tal-pjanijiet għall-ġestjoni tal-ilma, tal-iskart u tal-enerġija għas-sit(i) tal-produzzjoni hija indirizzata biżżejjed mill-ISO 14001, mill-ISO 50001, mill-EN 16247 jew minn standard/skema ekwivalenti.

Kriterju 5.   Materjali tal-plastik b’bażi bijoloġika

Dan il-kriterju japplika biss għall-prodott finali, għall-komponenti separati, u/jew għall-imballaġġ li fihom > 1 % w/w ta’ materjal tal-plastik b’bażi bijoloġika.

L-applikant jista’ jikseb, fuq bażi volontarja, ċertu perċentwal tat-total tal-polimeri sintetiċi u tal-materjali tal-plastik b’rabta mal-piż totali tal-polimeri fil-prodott finali (inklużi polimeri superassorbenti (PSA)), il-komponenti separati u/jew fl-imballaġġ, minn materja prima b’bażi bijoloġika. Il-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari għandhom jiggwidaw l-għażla tal-materja prima (bħala eżempju, il-produtturi għandhom jagħtu prijorità lill-użu tal-iskart organiku u l-prodotti sekondarji bħala materja prima) (17).

F’dan il-każ, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a)

Il-profil ambjentali superjuri tal-materja prima b’bażi bijoloġika użata għall-produzzjoni ta’ plastik b’bażi bijoloġika fil-prodott finali, fil-komponenti separati, u/jew fl-imballaġġ għandu jintwera f’konformità mal-aħħar metodoloġiji applikabbli biex jiġu vvalutati l-impatti ta’ plastiks b’bażi bijoloġika meta mqabbla ma’ plastik ibbażat fuq il-fossili (18).

(b)

Il-materja prima b’bażi bijoloġika użata għall-produzzjoni ta’ plastik b’bażi bijoloġika fil-prodott finali, fil-komponenti separati, u/jew fl-imballaġġ għandha tkun koperta minn ċertifikati tal-katina tal-kustodja maħruġa minn skema ta’ ċertifikazzjoni ta’ partijiet terzi indipendenti rikonoxxuta uffiċjalment mill-Kummissjoni Ewropea (19).

Il-prodott finali, il-komponenti separati, u/jew l-imballaġġ jistgħu jiġu ttikkettati volontarjament bħala li fihom plastik b’bażi bijoloġika. F’dan il-każ, l-asserzjoni għandha tkun li “x % tal-plastik li jinsab fil-prodott [komponenti separati, u/jew imballaġġ] huwa b’bażi bijoloġika” (fejn x > 1, u x huwa s-sehem eżatt u li jista’ jitkejjel tal-kontenut tal-plastik b’bażi bijoloġika fil-prodott [komponenti separati, u/jew imballaġġ]). Ma għandhomx jintużaw asserzjonijiet ġeneriċi bħal “bijoplastik”, “b’bażi bijoloġika”, “ibbażati fuq il-pjanti”, “ibbażati fuq in-natura” u asserzjonijiet simili.

Valutazzjoni u verifika:

(a)

Biex juri l-profil ambjentali superjuri tal-materja prima tal-plastik b’bażi bijoloġika użata fil-prodott, fil-komponenti separati, u/jew fl-imballaġġ, l-applikant għandu jipprovdi ċertifikazzjoni ta’ parti terza indipendenti li tirreferi għall-metodoloġija attwalment disponibbli (20).

(b)

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità appoġġata minn ċertifikat tal-katina tal-kustodja validu u ċċertifikat indipendentement għall-fornituri tal-materja prima tal-plastiks b’bażi bijoloġika kollha użata fil-prodott, fil-komponenti separati, u/jew fl-imballaġġ. Iċ-ċertifikati tal-katina tal-kustodja għandhom ikunu validi għat-tul kollu tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE. Il-korpi kompetenti għandhom jerġgħu jivverifikaw iċ-ċertifikati tnax-il xahar wara l-għoti tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE.

Meta applikabbli, l-applikant għandu jipprovdi ritratt b’riżoluzzjoni għolja tal-imballaġġ għall-bejgħ, li fih l-informazzjoni dwar l-indikazzjoni tal-plastik b’bażi bijoloġika tidher b’mod ċar. L-istandards ibbażati fuq metodi ta’ radjukarbonju bħall-EN 16640 jew l-EN 16785 jew l-ASTM D 6866-12 għandhom jintużaw sabiex jiġi ddeterminat il-kontenut tal-karbonju b’bażi bijoloġika tal-polimeri sintetiċi u tal-materjali tal-plastik preżenti fil-prodott, fil-komponent separat, u/jew fl-imballaġġ. Meta ma jkunux jistgħu jintużaw metodi tar-radjukarbonju, il-metodu tal-bilanċ tal-massa huwa permess jekk jiġi żgurat u appoġġat livell għoli ta’ trasparenza u responsabbiltà mill-istandards miftiehma.

L-użu ta’ ċertifikati mixtrija abbażi tas-sistema Book & Claim huwa eskluż sabiex tkun possibbli t-traċċabbiltà tal-materja prima tal-plastik b’bażi bijoloġika. Il-provi tax-xiri għall-materja prima tal-plastik b’bażi bijoloġika għandhom ikunu bbażati fuq proċessi skont is-sistemi ta’ segregazzjoni jew bilanċ tal-massa.

Jekk l-iskema ma tirrikjedix speċifikament li l-materjal verġni kollu jinkiseb minn speċijiet mhux OĠM, għandha tingħata evidenza addizzjonali biex jintwera dan.

Kriterju 6.   Effiċjenza materjali fil-manifattura tal-prodott finali

Ir-rekwiżiti f’dan il-kriterju għandhom japplikaw għas-sit tal-assemblaġġ finali tal-prodott.

Il-kwantità ta’ skart iġġenerat matul il-manifattura u l-imballaġġ tal-prodotti li jintbagħat fil-landfills jew għall-inċinerazzjoni mingħajr irkupru tal-enerġija, ma għandhiex taqbeż:

(a)

it-8 % skont il-piż tal-prodotti finali għat-tampuni,

(b)

l-4 % skont il-piż tal-prodotti finali għal kull prodott ieħor.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jikkonferma l-konformità mar-rekwiżiti ta’ hawn fuq.

L-applikant għandu jipprovdi evidenza tal-kwantità tal-iskart li ma reġax intuża fil-proċess tal-manifattura jew li ma sarx materjali u/jew li ma ssarrafx f’enerġija.

L-applikant għandu jippreżenta dan kollu li ġej:

(a)

il-piż tal-prodott u tal-imballaġġ,

(b)

il-flussi kollha tal-iskart iġġenerati waqt il-manifattura,

(c)

l-ipproċessar tat-trattament rispettiv tal-frazzjoni tal-iskart irkuprat u dak mormi fil-landfill jew mibgħut għall-inċinerazzjoni.

Il-kwantità ta’ skart mibgħut fil-landfills jew għall-inċinerazzjoni mingħajr irkupru tal-enerġija għandha tiġi kkalkolata bħala d-differenza bejn l-ammont ta’ skart prodott u l-ammont ta’ skart irkuprat (użat mill-ġdid, riċiklat, eċċ.).

Kriterju 7.   Sustanzi esklużi u ristretti

7.1.    Restrizzjonijiet fuq sustanzi kklassifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008

Dan is-subkriterju japplika għall-prodott finali u kwalunkwe komponent fih.

Sakemm ma jkunx hemm deroga fit-Tabella 8, il-prodott finali, u kwalunkwe komponent fih, ma għandux ikun fihom sustanzi mdaħħla (waħedhom jew f’taħlitiet) li huma assenjati kwalunkwe waħda mill-klassijiet ta’ periklu, mill-kategoriji u mill-kodiċijiet assoċjati tad-dikjarazzjonijiet ta’ periklu ddikjarati fit-Tabella 6, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

Tabella 6

Klassijiet ta’ periklu, kategoriji u kodiċijiet assoċjati tad-dikjarazzjoni ta’ periklu esklużi

Karċinoġeniku, mutaġeniku jew tossiku għar-riproduzzjoni

Kategoriji 1 A u 1B

Kategorija 2

H340 Jista’ jikkawża difetti ġenetiċi

H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi

H350 Jista’ jikkawża l-kanċer

H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer

H350i Jista’ jikkawża l-kanċer jekk jinġibed man-nifs

-

H360F Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità

H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

H360D Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf

H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf

H360FD Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf

H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf

H360Fd Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf

H362 Jista’ jagħmel ħsara lit-tfal imreddgħa

H360Df Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

 

Tossiċità akuta

Kategoriji 1 u 2

Kategorija 3

H300 Fatali jekk jinbela’

H301 Tossiku jekk jinbela’

H310 Fatali jekk imiss mal-ġilda

H311 Tossiku jekk imiss mal-ġilda

H330 Fatali jekk jinxtamm

H331 Tossiku jekk jinxtamm

H304 Jista’ jkun fatali jekk jinbela’ u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs

EUH070 Tossiku meta jmiss mal-għajnejn

Tossiċità speċifika għal organi ta’ mira

Kategorija 1

Kategorija 2

H370 Jagħmel ħsara lill-organi

H371 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi

H372 Jikkawża ħsara lill-organi minħabba espożizzjoni fit-tul jew ripetuta

H373 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi minħabba espożizzjoni fit-tul jew ripetuta

Sensitizzazzjoni respiratorja u tal-ġilda

Kategorija 1 A

Kategorija 1B

H317 Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

H317 Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

H334 Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtamm

H334 Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtamm

Interferenti endokrinali għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent

Kategorija 1

Kategorija 2

EUH380: Jista’ jikkawża tfixkil fis-sistema endokrinali fil-bnedmin

EUH381: Suspettati li jikkawżaw tfixkil fis-sistema endokrinali fil-bnedmin

EUH430: Jista’ jikkawża tfixkil fis-sistema endokrinali fl-ambjent

EUH431: Suspettati li jikkawżaw tfixkil fis-sistema endokrinali fl-ambjent

Persistenti, Bijoakkumulattiv u Tossiku

PBT

vPvB

EUH440: Jakkumula fl-ambjent u f’organiżmi ħajjin inkluż fil-bnedmin

EUH441: Jakkumula ħafna fl-ambjent u f’organiżmi ħajjin inkluż fil-bnedmin

Persistenti, Mobbli u Tossika

PMT

vPvM

EUH450: Jista’ jikkawża kontaminazzjoni dejjiema u diffuża tar-riżorsi tal-ilma

EUH451: Jista’ jikkawża kontaminazzjoni dejjiema u diffuża ħafna tar-riżorsa tal-ilma

Barra minn hekk, il-prodott finali u kwalunkwe komponent fih ma għandux ikun fihom sustanzi mdaħħla (waħedhom jew f’taħlitiet) f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,010 % (piż skont il-piż) li huma assenjati lil kwalunkwe waħda mill-klassijiet ta’ periklu, kategoriji u kodiċijiet assoċjati tad-dikjarazzjonijiet ta’ periklu msemmija fit-Tabella 7, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 – sakemm ma jkunx hemm deroga fit-Tabella 8.

Tabella 7

Klassijiet ta’ periklu, kategoriji u kodiċijiet assoċjati tad-dikjarazzjoni ta’ periklu ristretti

Perikoluż għall-ambjent akkwatiku

Kategoriji 1 u 2

Kategoriji 3 u 4

H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema

H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema

H413 Jista’ jikkawża effetti ta’ ħsara dejjiema lill-organiżmi akkwatiċi

H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema

 

Perikoluż għas-saff tal-ożonu

H420 Jagħmel ħsara lis-saħħa pubblika u lill-ambjent għax jeqred l-ożonu fl-atmosfera ta’ fuq

 


Tabella 8

Derogi għal restrizzjonijiet fuq sustanzi bi klassifikazzjoni armonizzata skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008

Tip ta’ sustanza

Klassi ta’ periklu, kategorija u kodiċi tad-dikjarazzjoni ta’ periklu b’deroga

Kundizzjonijiet tad-deroga

2-metil-2H-isotijażol-3-on (MIT)

H400, H314, H301, H311, H318, H410, H330 u H317

Fil-linka li tinħall fl-ilma biss u f’konċentrazzjoni ta’ anqas minn 15 ppm fil-linka (qabel l-applikazzjoni) u ta’ inqas minn 0,1 ppm fil-prodott finali. Il-linka għandha tikkonforma mas-subkriterju 7.3.4

Dipropilen glikol dibenżoat

H412

F’adeżivi li jinħallu bis-saħħa biss li jintużaw biex jindikaw il-grad ta’ tixrib

Sustanzi u taħlitiet bi klassifikazzjoni armonizzata bħala H304

H304

Sustanzi b’viskożità ta’ anqas minn 20,5 cSt f’temperatura ta’ 40 °C.

Diossidu tat-titanju (nanoforma)

H351

Meta jintuża bħala pigment biss. Ma jistax jintuża f’forma ta’ trab jew sprej.

Il-kodiċijiet tad-dikjarazzjoni tal-periklu ġeneralment jirreferu għal sustanzi. Madankollu, jekk l-informazzjoni dwar is-sustanzi ma tkunx tista’ tinkiseb, għandhom japplikaw ir-regoli ta’ klassifikazzjoni għat-taħlitiet.

L-użu ta’ sustanzi jew ta’ taħlitiet li jkunu mmodifikati kimikament matul il-proċess ta’ produzzjoni, sabiex ma jibqa’ japplika l-ebda periklu rilevanti li għalih is-sustanza jew it-taħlita tkun ġiet ikklassifikata taħt ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, għandu jkun eżentat mir-rekwiżit ta’ hawn fuq.

Dan il-kriterju ma għandux japplika għal:

sustanzi mhux inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 kif iddefinit fl-Artikolu 2(2) ta’ dak ir-Regolament;

sustanzi koperti bl-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li jistabbilixxi kriterji għall-eżenzjoni ta’ sustanzi inklużi fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament mir-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni, tal-utenti downstream u tal-evalwazzjoni.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata ta’ konformità mas-subkriterju 7.1, flimkien mad-dikjarazzjonijiet rilevanti mill-produtturi tal-komponenti, lista tas-sustanzi kimiċi kollha użati, l-iskeda tad-data tas-sikurezza tagħhom jew id-dikjarazzjoni tal-fornitur tas-sustanzi kimiċi u kwalunkwe dikjarazzjoni rilevanti li turi l-konformità mar-rekwiżit.

Għal sustanzi ristretti u impuritajiet inevitabbli bi klassifikazzjoni ristretta, għandha tintuża l-konċentrazzjoni tas-sustanza jew tal-impurità ristretta u fattur ta’ kapaċità preżunt ta’ 100 % biex tiġi stmata l-kwantità tas-sustanza jew tal-impurità ristretta li jifdal fil-prodott finali. L-impuritajiet jistgħu jkunu preżenti fil-prodott kimiku sa 0,0100 % w/w, sakemm ma jkunux ristretti aktar skont il-kriterju 7.3.8. Is-sustanzi magħrufa li jiġu rilaxxati jew li jiddegradaw mis-sustanzi mdaħħla jitqiesu bħala sustanzi mdaħħla u mhux impuritajiet.

Għandhom jiġu pprovduti ġustifikazzjonijiet għal kwalunkwe devjazzjoni minn fattur ta’ kapaċità ta’ 100 % (eż. evaporazzjoni tas-solvent) jew għal modifika kimika ta’ impurità ristretta.

Għas-sustanzi eżentati mis-subkriterju 7.1 (ara l-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006), dikjarazzjoni għal dan il-għan mingħand l-applikant għandha tkun biżżejjed biex tintwera l-konformità.

Peress li diversi prodotti jew prodotti potenzjali li jużaw l-istess sustanzi kimiċi tal-proċess jistgħu jkunu koperti minn liċenzja waħda tal-Ekotikketta tal-UE, il-kalkolu jeħtieġ li jiġi ppreżentat biss għal kull impurità għall-prodott jew il-komponent tal-agħar xenarju kopert mil-liċenzja (eż. l-aktar oġġett tal-komponent stampat b’mod qawwi meta jsir skrinjar għal-linka bi klassifikazzjonijiet ristretti).

L-evidenza ta’ hawn fuq tista’ tingħata wkoll direttament lill-korpi kompetenti minn kwalunkwe fornitur fil-katina tal-provvista tal-prodott tal-applikant.

7.2.    Sustanzi ta’ Tħassib Serju Ħafna (SVHCs)

Dan is-subkriterju japplika għall-prodott finali u kwalunkwe komponent fih.

Il-prodott finali u kwalunkwe komponent fih ma għandux ikun fihom sustanzi mdaħħla (waħedhom jew f’taħlitiet) li jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li ġew identifikati skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 59 ta’ dak ir-Regolament u inklużi fil-lista tal-kandidati għal sustanzi ta’ tħassib serju ħafna għall-awtorizzazzjoni.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata li l-prodott finali u kwalunkwe komponent fih ma jkun fihom l-ebda SVHC. Id-dikjarazzjoni għandha tkun appoġġata minn skedi tad-data tas-sikurezza tas-sustanzi kimiċi u l-materjali kollha fornuti li jintużaw biex jiġi mmanifatturat il-prodott finali u il-komponenti fih.

Il-lista ta’ sustanzi identifikati bħala SVHCs u inklużi fil-lista ta’ kandidati f’konformità mal-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tista’ tinkiseb hawn:

https://www.echa.europa.eu/mt/candidate-list-table.

Għandha ssir referenza għal-lista fid-data ta’ sottomissjoni tal-applikazzjoni tal-Ekotikketta tal-UE.

Għall-impuritajiet inevitabbli identifikati bħala SVHCs, għandhom jintużaw il-konċentrazzjoni tal-impurità u fattur ta’ kapaċità preżunt ta’ 100 %, biex tiġi stmata l-kwantità tal-impurità tal-SVHC li jifdal fil-prodott finali. L-impuritajiet jistgħu jkunu preżenti fil-prodott kimiku sa 0,0100 % w/w, sakemm ma jkunux ristretti aktar skont il-kriterju 7.3.8. Is-sustanzi magħrufa li jiġu rilaxxati jew li jiddegradaw mis-sustanzi mdaħħla jitqiesu bħala sustanzi mdaħħla u mhux impuritajiet.

Għandhom jiġu pprovduti ġustifikazzjonijiet għal kwalunkwe devjazzjoni minn fattur ta’ kapaċità ta’ 100 % (eż. evaporazzjoni tas-solvent) jew għal modifika kimika ta’ impurità ta’ SVHC.

7.3.    Restrizzjonijiet speċifiċi oħra

7.3.1.   Sustanzi esklużi speċifikati

Dan is-subkriterju japplika għall-prodott finali u kwalunkwe komponent fih.

Is-sustanzi li ġejjin ma għandhomx jiġu miżjuda (waħedhom jew f’taħlitiet) mal-prodott kimiku użat fil-prodott finali u lanqas fi kwalunkwe komponent fih:

(a)

5-kloro-2-metil-4-isotijażolin-3-on (CMIT);

(b)

Akrilammid f’polimeri superassorbenti;

(c)

Alkilfenoletossilati (APEOs) u derivattivi oħra tal-alkilfenol [1]. Huma permessi antiossidanti fenoliċi b’piż molekulari (MW) > 600 g/mol li jkunu sterikament imfixkla;

(d)

Aġenti antibatteriċi (eż. Nanofidda u triklosan);

(e)

Formaldeid u rilaxxaturi tal-formaldeid [2];

(f)

Nitromiski u Miski poliċikliċi;

(g)

Il-komposti tal-organotin użati bħala katalizzaturi fil-produzzjoni tas-silikonu;

(h)

Parabeni;

(i)

Ftalati [3];

(j)

Sustanzi identifikati li għandhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali;

(k)

Sustanzi meqjusa bħala interferenti endokrinali potenzjali fil-kategorija 1 jew 2 fuq il-lista ta’ prijorità tal-UE ta’ sustanzi li għandhom jiġu investigati aktar għal effetti ta’ tfixkil tas-sistema endokrinali.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata ta’ konformità mas-subkriterju, appoġġata b’dikjarazzjonijiet mingħand il-fornituri, jekk ikun rilevanti. Is-sustanzi elenkati f’dan is-subkriterju huma permessi biss bħala impuritajiet, u madankollu f’konċentrazzjonijiet anqas minn 0,0100 % w/w fil-prodott kimiku, sakemm ma jkunux ristretti aktar skont il-kriterju 7.3.8. Is-sustanzi magħrufa li jiġu rilaxxati jew li jiddegradaw mis-sustanzi mdaħħla jitqiesu bħala sustanzi mdaħħla u mhux impuritajiet.

[Noti:

[1]

Isem is-sustanza = “Alkilfenol”, skont:https: //echa.europa.eu/es/advanced-search-for-chemicals

[2]

L-użu tal-formaldeid u tar-rilaxxaturi tal-formaldeid fl-adeżivi huwa regolat skont is-subkriterju 7.3.5

[3]

Jista’ jkun permess DINP jekk jintuża f’formulazzjonijiet adeżivi b’konċentrazzjoni massima ta’ 0,010 % piż skont il-piż tal-formulazzjoni tal-adeżivi]

7.3.2.   Fwejjaħ

Dan is-subkriterju japplika għall-prodott finali, għal kwalunkwe komponent fih, għall-komponenti separati u għall-imballaġġ.

Ma għandhomx jiġu miżjuda fwejjaħ mal-prodott finali, ma’ kwalunkwe komponent tiegħu, mal-komponenti separati u lanqas mal-imballaġġ.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata ta’ konformità mas-subkriterju.

7.3.3.   Lozzjonijiet

Dan is-subkriterju japplika għall-prodott finali u kwalunkwe komponent fih.

Ma għandhomx jintużaw lozzjonijiet fil-prodott, u lanqas fi kwalunkwe komponent tiegħu.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata ta’ konformità mas-subkriterju ta’ hawn fuq.

7.3.4.   Linka u żebgħa

Dan is-subkriterju japplika għall-prodott finali u kwalunkwe komponent fih. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-komponenti separati, l-imballaġġ għall-bejgħ u l-iskedi ta’ informazzjoni.

(a)

Ma għandhomx jiżbgħu jew jistampaw fuq il-prodott finali u kwalunkwe komponent fih.

(b)

Il-komponenti li ġejjin huma eżentati u jistgħu jinżebgħu jew jistampaw fuqhom:

(i)

spag tat-tampuni;

(ii)

sistemi tal-għeluq;

(iii)

materjali li ma jkunux f’kuntatt dirett mal-ġilda, jekk iż-żebgħa jew il-linka tissodisfa funzjonijiet speċifiċi (eż: biex il-prodott ikun jidher anqas mill-ilbies bajdani jew ċar, biex jintwera fejn għandu jeħel it-tejp, biex ikun jidher li l-prodott ikun imxarrab, biex tiġi indikata l-parti ta’ wara ta’ prodott) jew finijiet dekorattivi.

F’dawn il-każijiet, il-kontenut ta’ antimonju, arseniku, barju, kadmju, kromu, ċomb, merkurju, selenju, amini aromatiċi primarji u poliklorobifenil li jinstabu bħala impurità fil-koloranti li jagħtu l-kulur u fil-linka għandhom ikunu taħt il-limiti mogħtija fir-Riżoluzzjoni AP (89) 1 tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-użu ta’ koloranti fil-materjali tal-plastik li jiġu f’kuntatt mal-ikel (21).

Barra minn hekk, il-koloranti li jagħtu l-kulur għandhom jikkonformaw ma’ dan li ġej:

(a)

jekk jintużaw f’materjali tal-plastik: Ir-rakkomandazzjoni tal-BfR IX. Colorants for Plastics and other Polymers Used in Commodities (22) jew l-Anness 2 (23) u l-Anness 10 (24) tal-Ordinanza Żvizzera 817.023.21,

(b)

jekk jintużaw f’materjali taċ-ċelluloża: Ir-rakkomandazzjoni XXXVI tal-BfR. Karta u kartun għall-kuntatt mal-ikel (25).

Il-koloranti li jagħtu l-kulur u l-linka użati għandhom jikkonformaw ukoll mas-subkriterji 7.1 u 7.2.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata ta’ konformità mas-subkriterju ta’ hawn fuq, appoġġata b’dikjarazzjonijiet mingħand il-fornituri, jekk ikun rilevanti.

F’każ li jintużaw żebgħat u/jew linka, il-preżenza tagħhom għandha tkun iġġustifikata billi tiġi indikata l-funzjoni speċifika pprovduta, u għandha tiġi pprovduta dokumentazzjoni biex jiġi żgurat li l-impuritajiet fl-aġent li jagħti l-kulur jew fil-linka jikkonformaw mar-Riżoluzzjoni AP (89) 1 tal-Kunsill tal-Ewropa, u li ż-żebgħa użata hija awtorizzata skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-BfR IX. Colorants for Plastics and other Polymers Used in Commodities, l-Anness 2 u l-Anness 10 tal-Ordinanza Żvizzera 817.023.21, jew ir-rakkomandazzjoni tal-BfR XXXVI. Paper and board for food contact.

7.3.5.   Aktar restrizzjonijiet li japplikaw għall-adeżivi

Il-kontenut ta’ formaldeid liberu fl-adeżiv imwebbes (il-kolla) ma għandux jaqbeż l-10 ppm. Il-limitu għall-formaldeid iġġenerat matul il-produzzjoni tal-adeżiv għandu jkun ta’ 250 ppm, imkejjel fid-dispersjoni tal-polimeru maħluq ġdida. L-adeżivi mdewba bis-sħana għandhom ikunu eżentati minn dan ir-rekwiżit.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata ta’ konformità mas-subkriterju ta’ hawn fuq, appoġġata minn dikjarazzjonijiet mill-fornituri jekk rilevanti, u skedi tad-data tas-sikurezza (SDS) ta’ kwalunkwe sustanza/taħlita u l-konċentrazzjoni tagħhom fil-adeżiv.

L-applikant għandu jipprovdi wkoll riżultati tat-testijiet għall-kontenut ta’ formaldeid, skont il-metodu ta’ ttestjar ISO 14184-1:2011 jew ekwivalenti.

7.3.6.   Polimeri superassorbenti (SAP)

Il-polimeri superassorbenti użati fil-prodott għandu jkun:

(a)

fihom massimu ta’ 1 000 ppm ta’ monomeri residwi [4] li huma kklassifikati bil-kodiċijiet H irrapportati fis-subkriterju 7.1. Għall-poliakrilat tas-sodju, dan il-limitu japplika għas-somma ta’ aċidu akriliku li ma jkunx irreaġixxa u ta’ aġenti ta’ retikolazzjoni.

(b)

bħala massimu, ikun fihom 10 % (piż/piż) ta’ estratti li jinħallu fl-ilma [5] u dawn għandhom jikkonformaw mas-subkriterji 7.1, 7.2 u 7.3.1. Għall-poliakrilat tas-sodju, dawn jirrappreżentaw monomeri u oligomeri ta’ aċidu akriliku b’inqas piż molekulari mill-polimeru superassorbenti skont l-istandard ISO 17190.

(c)

L-akrilammid ma għandux jiġi inkluż f’polimeri superassorbenti.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata ta’ konformità ma’ dan is-subkriterju, appoġġata minn dikjarazzjonijiet mill-fornituri jekk rilevanti, u skedi tad-data tas-sikurezza (SDS) ta’ kwalunkwe sustanza/taħlita u l-konċentrazzjoni tagħhom fil-prodott finali.

Barra minn hekk, l-applikant għandu jipprovdi wkoll dikjarazzjoni mill-fornitur li tiddokumenta l-kompożizzjoni tal-polimeru/polimeri superassorbenti użat(i) fil-prodott u l-kwantità ta’ estratti li jinħallu fl-ilma fil-polimeru/polimeri superassorbenti(i). Id-dikjarazzjoni għandha tkun appoġġata minn skedi tad-data tas-sikurezza jew minn riżultati tat-testijiet li jispeċifikaw il-monomeri residwi li jinsabu fl-SAP u l-kwantitajiet tagħhom. Il-metodi ta’ ttestjar irrakkomandati huma l-ISO 17190 u d-WSP 210. Il-kwantitajiet ittestjati għall-monomeri residwi u għall-estratti li jinħallu għandhom ikunu l-medji minn kejl ripetut fuq ċertu perjodu ta’ żmien. Għandhom jiġu deskritti l-metodi użati u l-frekwenza tal-kejl għall-analiżijiet, inkluża l-informazzjoni tal-laboratorji użati għall-analiżi.

[Noti:

[4]

Il-monomeri residwi huma maħsuba bħala t-total ta’ aċidu akriliku li ma jkunx irreaġixxa u ta’ aġenti ta’ retikolazzjoni

[5]

L-estratti li jinħallu fl-ilma fl-SAP huma maħsuba bħala monomeri u oligomeri tal-aċidu akriliku b’piż molekulari aktar baxx minn dak tal-SAP, u l-imluħa]

7.3.7   Silikonu

Dan is-subkriterju japplika għar-release liner.

(a)

Ma għandhomx jintużaw kisjiet tas-silikonu bbażati fuq is-solventi.

(b)

Oktametil ċiklotetrasilossan D4 (CAS 556-67-2), dekametil ċiklopentasilossan D5 (CAS 541-02-6) u dodekametilċikloeżaasilossan D6 (CAS 540-97-6) ma għandhomx ikunu preżenti fit-taħlita tas-silikonu [6] f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 800 ppm (0,08 % w/w). Il-limitu ta’ 800 ppm għandu jiġi applikat għal kull sustanza separatament.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan is-subkriterju, iffirmata mill-manifattur tar-release liner, appoġġata mill-iskedi tad-data tas-sikurezza.

[Nota:

[6]

F’dan il-każ, it-taħlita tas-silikonu hija maħsuba bħala t-taħlita likwida magħmula minn żewġ materji primi tas-silikonu jew aktar li tintuża bħala kisi fuq il-karta protettiva jew fuq il-folja protettiva użata għall-film protettiv li jitneħħa f’xi prodotti tal-iġjene tan-nisa (eż. panty liners u assorbenti sanitarji) jew fuq it-tejp tal-ħrieqi.]

7.3.8.   Sustanzi kimiċi oħra ta’ tħassib

Dan is-subkriterju japplika għall-impuritajiet fil-prodott finali.

Is-sustanzi kimiċi li ġejjin ma għandhomx ikunu preżenti fil-prodott finali f’konċentrazzjoni ogħla minn dik indikata fit-Tabella 9.

Tabella 9

Lista ta’ sustanzi kimiċi ristretti

Sustanzi

Restrizzjonijiet

Formaldeid

< 16 ppm

Dibenżo-p-diossini (PCDDs): 2,3,7,8-TCDD; 1,2,3,7,8-PeCDD; 1,2,3,4,7,8-HxCDD; 1,2,3,6,7,8-HxCDD; 1,2,3,7,8,9-HxCDD; 1,2,3,4,6,7,8-HpCDD; OCDD

it-total tat-TEQ tal-konġeneri individwati tal-PCDDs, tal-PCDFs u tad-DLPCBs < 2  ng/kg

Dibenżofurani (PCDFs): 2,3,7,8-TCDF; 1,2,3,7,8-PeCDF; 2,3,4,7,8- PeCDF; 1,2,3,4,7,8-HxCDF; 1,2,3,6,7,8-HxCDF; 1,2,3,7,8,9-HxCDF; 2,3,4,6,7,8-HxCDF; 1,2,3,4,6,7,8-HpCDF; 1,2,3,4,7,8,9-HpCDF; OCDF

DLPCBs: PCB 77; PCB 81; PCB 126; PCB 169; PCB 105; PCB 114; PCB 118; PCB 123; PCB 156; PCB 157; PCB 167; PCB 189

PAHs

Benżo[a]antraċen; Benżo[a]piren; Benżo[e]piren; Krisen; Benżo[b]fluworanten; Benżo[k]fluworanten; Dibenżo[a,h]antraċen; Benżo[j]fluworanten; Benżo[g,h,i] perilen; Indeno[1,2,3,cd]piren; Fenantren; Piren; Antraċen; Fluworanten; Naftalen

Kull PAH < 0,2  mg/kg

It-total tal-PAHs < 1  mg/kg

Fenoli

Bisfenol A

< 0,02  %

Nonilfenol-di-etossilat

< 10  mg/kg

Nonilfenol

< 10  mg/kg

Ftalati

DINP, DEHP, DNOP, DIDP, BBP, DBP, DiBP, DIHP, BMEP, DPP/DIPP, DnPP, DnHP, DMP, DHNUP, DCHP, DHxP, DIHxP, DIOP, DPrP, DNP, aċidu 1,2-benżendikarbossiliku, esteri di-C6-10 alkiliċi, aċidu 1,2-benżendikarbossiliku, id-diesteri mħallta tad-deċil u tal-eżil u tal-oktil

< 0,01  % kull wieħed

Pestiċidi

Glifosat

< 0,5  mg/kg

AMPA

< 0,5  mg/kg

Kintożen

< 0,5  mg/kg

Eżaklorobenżen

< 0,5  mg/kg

Organotini

Tributiltin

< 2 ppb

Organotini oħra: Monobutiltin, Dibutiltin, Trifeniltin, Diottiltin, Monoottiltin

Kull organotin < 10 ppb

Metalli tqal

Antimonju

< 30  mg/kg

Kadmju

< 0,1  mg/kg

Kromu

< 1  mg/kg

Ċomb

< 0,2  mg/kg

Merkurju

< 0,02  mg/kg

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata ta’ konformità mas-subkriterju ta’ hawn fuq, appoġġata b’dikjarazzjonijiet mingħand il-fornituri, jekk ikun rilevanti.

Barra minn hekk, l-applikant għandu jipprovdi r-riżultati tal-analiżijiet imwettqa fuq il-prodott finali. It-testijiet għandhom jitwettqu fuq prodott rappreżentattiv. Fil-każ ta’ prodotti mmanifatturati bl-istess mod (eż. prodotti tal-iġjene ta’ daqsijiet differenti), huwa biżżejjed li jitwettqu testijiet fuq wieħed mid-daqsijiet tal-prodott. Inkella, l-analiżijiet jistgħu jitwettqu separatament fuq kull materjal li jifforma l-prodott (rappreżentattiv) finali. Għandhom jiġu deskritti l-metodi użati u d-data tal-kejl għall-analiżijiet, inkluża l-informazzjoni tal-laboratorji użati għall-analiżi. Il-metodi ta’ ttestjar irrakkomandati huma NWSP 360.1R0 jew ekwivalenti għall-preparazzjoni tal-kampjun, NWSP 360.2R0 jew ekwivalenti għall-estrazzjoni tal-analita, u NWSP 360.3R0 jew ekwivalenti għall-analiżi strumentali. Il-frekwenza tal-kejl għandha tkun mill-inqas darba fis-sena.

Kriterju 8.   Imballaġġ

Dan il-kriterju jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-bejgħ u għall-imballaġġ kollettiv.

L-imballaġġ kollettiv għandu jiġi evitat jew magħmul biss minn kartun u/jew karta.

(a)   Kartun u/jew karta użati għall-imballaġġ

L-imballaġġ għall-bejgħ magħmul mill-kartun u/jew mill-karta għandu jkun fih minimu ta’ 40 % ta’ materjal riċiklat.

L-imballaġġ kollettiv magħmul mill-kartun u/jew mill-karta għandu jkun fih 80 % ta’ materjal riċiklat.

Is-sehem li jifdal (100 % nieqes il-perċentwal ta’ kontenut riċiklat) tal-kartun u/jew il-karta kollha użati għall-imballaġġ kollettiv u għall-bejgħ għandhom ikunu koperti minn ċertifikati validi tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Forestrija maħruġa minn skema ta’ ċertifikazzjoni indipendenti ta’ partijiet terzi bħall-FSC, il-PEFC jew skemi ekwivalenti. Il-korpi ta’ ċertifikazzjoni li joħorġu ċertifikati tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Forestrija għandhom jiġu akkreditati/rikonoxxuti minn dik l-iskema ta’ ċertifikazzjoni.

(b)   Plastik użat għall-imballaġġ

Sal-31 ta’ Diċembru 2026, l-imballaġġ għall-bejgħ magħmul mill-plastik għandu jkun fih minimu ta’ 20 % ta’ materjal riċiklat.

Mill-1 ta’ Jannar 2027, l-imballaġġ għall-bejgħ magħmul mill-plastik għandu jkun fih minimu ta’ 35 % materjal riċiklat.

(c)   Riċiklabbiltà

Il-kontenut tal-imballaġġ għall-bejgħ (jew tal-kartun u/jew tal-karta jew tal-plastik) u l-imballaġġ kollettiv (tal-kartun u/jew tal-karta) li huwa disponibbli għar-riċiklaġġ għandu jkun minimu ta’ 95 % skont il-piż, filwaqt li 5 % tar-residwi għandhom ikunu kompatibbli mar-riċiklaġġ.

(d)   Rekwiżiti addizzjonali

L-użu ta’ imballaġġ imħallat (għall-bejgħ u kollettiv), plastik imħallat jew il-kisi tal-kartun u/jew karta bi plastik jew metalli ma humiex permessi.

Il-kontenut riċiklat u r-riċiklabbiltà tal-imballaġġ kollettiv u għall-bejgħ għandhom jiġu indikati fuq l-imballaġġ għall-bejgħ.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jissottometti (1) dikjarazzjoni ta’ konformità ffirmata li tispeċifika l-perċentwali tal-kontenut riċiklat fil-bejgħ u fl-imballaġġ kollettiv meta rilevanti; (2) dikjarazzjoni ta’ konformità li tispeċifika r-riċiklabbiltà tal-imballaġġ kollettiv u għall-bejgħ u (3) ritratt b’riżoluzzjoni għolja tal-imballaġġ għall-bejgħ meta l-informazzjoni dwar il-kontenut riċiklat u r-riċiklabbiltà tal-imballaġġ kollettiv u għall-bejgħ tkun tidher b’mod ċar.

Il-korpi kompetenti għandhom jivverifikaw id-dikjarazzjoni ta’ konformità li tispeċifika l-perċentwali tal-kontenut riċiklat tal-plastik għall-imballaġġ għall-bejgħ għal darb’oħra wara l-1 ta’ Jannar 2027.

L-applikant għandu jipprovdi dokumenti tal-kontabbiltà awditjati li juru li s-sehem li jifdal (100 % nieqes il-perċentwal tal-kontenut riċiklat) tal-kartun u/jew tal-karta użati għall-bejgħ u l-imballaġġ kollettiv huma ddefiniti bħala materjal iċċertifikat skont skemi validi tal-FSC, tal-PEFC jew skemi ekwivalenti. Id-dokumenti tal-kontabbiltà awditjati għandhom ikunu validi għad-durata kollha tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE. Il-korpi kompetenti għandhom jerġgħu jivverifikaw id-dokumenti tal-kontabbiltà tnax-il xahar wara l-għoti tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE.

Il-kontenut riċiklat għandu jiġi vverifikat billi jkun hemm konformità mal-EN 45557 jew mal-ISO 14021 filwaqt li r-riċiklabbiltà għandha tiġi vverifikata billi jkun hemm konformità mal-EN 13430 jew mal-ISO 18604.

Il-kontenut riċiklat tal-plastik fl-imballaġġ għandu jikkonforma mal-istandards tal-katina tal-kustodja bħall-ISO 22095 jew l-EN 15343. Jistgħu jiġu aċċettati metodi ekwivalenti jekk jitqiesu ekwivalenti minn parti terza, u għandhom ikunu akkumpanjati minn spjegazzjonijiet dettaljati li juru l-konformità ma’ dan ir-rekwiżit u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn relatata. Għandhom jiġu pprovduti fatturi li juru x-xiri tal-materjal riċiklat.

Barra minn hekk, ir-riċiklabbiltà (id-disponibbiltà u l-kompatibbiltà għar-riċiklaġġ) tal-imballaġġ għandha tiġi ttestjata permezz ta’ protokolli standard tal-ittestjar. Ir-riċiklabbiltà tal-imballaġġ tal-kartun u/jew tal-karta għandha tiġi vvalutata permezz ta’ ttestjar tar-repulpabbiltà u f’dan il-każ, l-applikant għandu juri r-repulpabbiltà tal-imballaġġ tal-kartun u/jew tal-karta appoġġata mir-riżultat(i) tar-rapport(i) tat-test(ijiet) skont il-metodu tal-PTS PTS-RH 021, is-sistema ta’ evalwazzjoni ATICELCA 501 jew metodi standard ekwivalenti li huma aċċettati mill-korp kompetenti bħala li jipprovdu data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti. L-iskemi ta’ segregazzjoni jew l-iskemi ta’ taħlit ikkontrollat bħal RecyClass għandhom jiġu aċċettati bħala ċertifikazzjoni indipendenti ta’ partijiet terzi għall-imballaġġ tal-plastik. Jistgħu jiġu aċċettati metodi ta’ ttestjar ekwivalenti jekk jitqiesu ekwivalenti minn parti terza.

Kriterju 9.   Gwida dwar l-użu u r-rimi tal-prodott u tal-imballaġġ

L-istruzzjonijiet għall-użu tal-prodott finali għandhom ikunu disponibbli fuq l-imballaġġ jew permezz ta’ fuljett stampat u/jew diġitali.

L-imballaġġ għall-bejgħ għandu jkun fih gwida dwar ir-rimi tal-imballaġġ għall-bejgħ, l-imballaġġ kollettiv (jekk ikun hemm), il-komponenti separati u għar-rimi tal-prodott użat. L-informazzjoni li ġejja għandha tinkiteb jew tiġi indikata permezz ta’ simboli viżwali fuq l-imballaġġ għall-bejgħ:

li l-imballaġġ għall-bejgħ, l-imballaġġ kollettiv (jekk ikun hemm), il-komponenti separati u l-prodott użat ma għandhomx jintremew fit-toilets, u

kif għandhom jintremew b’mod korrett l-imballaġġ għall-bejgħ, l-imballaġġ kollettiv (jekk ikun hemm), il-komponenti separati u l-prodott użat.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi ritratt b’riżoluzzjoni għolja tal-istruzzjonijiet għall-użu tal-prodott.

L-applikant għandu jipprovdi ritratt b’riżoluzzjoni għolja tal-imballaġġ għall-bejgħ, li fih l-informazzjoni dwar ir-rimi tidher b’mod ċar.

Kriterju 10.   Adegwatezza għall-użu u kwalità tal-prodott

L-effettività/il-kwalità tal-prodott finali għandha tkun sodisfaċenti u tal-anqas ekwivalenti għal dik tal-prodotti li diġà jinsabu fis-suq.

L-adegwatezza għall-użu għandha tiġi ttestjata fir-rigward tal-karatteristiċi u tal-parametri mniżżla fit-Tabella 10. Meta jkunu ġew identifikati, il-limiti tal-prestazzjoni għandhom jitqabblu.

Tabella 10

Il-karatteristiċi u l-parametri li jiddeskrivu l-adegwatezza għall-użu tal-prodott li se jiġi ttestjat

Karatteristika

Il-prattika tal-ittestjar meħtieġa (il-limitu tal-prestazzjoni)

Ħrieqi tat-trabi

Assorbenti iġjeniċi tan-nisa

Tampuni

Assorbenti tat-treddigħ

Testijiet waqt l-użu

U1. Assorbiment u protezzjoni mit-tnixxija  (26)

Test tal-konsumatur (80 % tal-konsumaturi li jittestjaw il-prodott għandhom jikklassifikaw il-prestazzjoni bħala sodisfaċenti)

U2. It-tnixxif tal-ġilda

Test tal-konsumatur (80 % tal-konsumaturi li jittestjaw il-prodott għandhom jikklassifikaw il-prestazzjoni bħala sodisfaċenti)

Mhux applikabbli

Bħal fil-każ tal-ħrieqi tat-trabi u l-assorbenti iġjeniċi tan-nisa

U3. Tajbin u komdi

Test tal-konsumatur (80 % tal-konsumaturi li jittestjaw il-prodott għandhom jikklassifikaw il-prestazzjoni bħala sodisfaċenti)

U4. Prestazzjoni kumplessiva

Test tal-konsumatur (80 % tal-konsumaturi li jittestjaw il-prodott għandhom jikklassifikaw il-prestazzjoni bħala sodisfaċenti)

Testijiet tekniċi

T1. Assorbiment u protezzjoni mit-tnixxija  (26)

Ir-rata ta’ assorbiment u l-assorbiment qabel it-tnixxija

Il-metodu sinġina

Bħal fil-każ tal-ħrieqi tat-trabi u l-assorbenti iġjeniċi tan-nisa

T2. Tnixxif tal-ġilda  (26)

TEWL, il-metodu msejjaħ “rewet” jew ittestjar korneometriku

Mhux applikabbli

Bħal fil-każ tal-ħrieqi tat-trabi u l-assorbenti iġjeniċi tan-nisa

Valutazzjoni u verifika:

Għandu jiġi pprovdut rapport tat-test għat-testijiet waqt l-użu u għat-testijiet tekniċi. Ir-rapport tat-test għandu jiddeskrivi, bħala minimu, il-metodi ta’ ttestjar, ir-riżultati tat-testijiet u d-data użata. It-testijiet għandhom jitwettqu minn laboratorji ċċertifikati biex jimplimentaw sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità.

Għandhom isiru testijiet għat-tip u għad-daqs speċifiċi kollha tal-prodotti li għalihom issir l-applikazzjoni għall-Ekotikketta tal-UE. Madankollu, jekk jintwera li l-prodotti għandhom l-istess prestazzjoni, għandu jiġi ttestjat daqs wieħed biss jew taħlita rappreżentattiva ta’ qisien għal kull disinn tal-prodott.

Għandha tingħata attenzjoni speċjali rigward it-teħid tal-kampjuni, it-trasport u l-ħażna tal-prodotti ħalli jkunu żgurati riżultati riproduċibbli. Huwa rrakkomandat li l-prodotti ma jinsatrux jew jerġgħu jiġu ppakkjati f’imballaġġ newtrali minħabba r-riskju li tinbidel il-prestazzjoni tal-prodotti u/jew tal-imballaġġ, sakemm ma jkunx jista’ jiġi eskluż il-bdil.

Informazzjoni dwar l-ittestjar għandha ssir disponibbli għall-korpi kompetenti b’tali mod li tkun rispettata l-kunfidenzjalità. Ir-riżultati tat-testijiet għandhom jitfissru ċar u tond u jitniżżlu bil-lingwa, l-unitajiet u s-simboli li jista’ jifhem l-utent tad-data. Għandhom jitniżżlu dawn id-dettalji: il-post u d-data tat-testijiet; il-kriterji użati biex jingħażlu l-prodotti ttestjati u r-rappreżentattività tagħhom; il-karatteristiċi magħżula tal-ittestjar u, jekk ikunu japplikaw, ir-raġunijiet għalfejn ċerti karatteristiċi ma tħaddmux; il-metodi ta’ ttestjar użati u l-limitazzjonijiet tagħhom, jekk ikollhom. Għandhom jingħataw linji gwida ċari dwar l-użu tar-riżultati tat-testijiet.

Linji gwida oħra għat-testijiet waqt l-użu:

Il-kampjunar, id-disinn tat-test, ir-reklutaġġ tal-panel u l-analiżi tar-riżultati tat-testijiet għandhom ikunu konformi mal-prattiki tal-istatistika standard (AFNOR Q 34-019, ASTM E1958-07e1 jew ekwivalenti).

Kull prodott għandu jiġi vvalutat abbażi ta’ kwestjonarju. It-test għandu jdum tal-anqas 72 siegħa, ġimgħa sħiħa meta possibbli, u għandu jsir f’kundizzjonijiet normali tal-użu tal-prodott.

L-għadd irrakkomandat ta’ saġġaturi għandu jkun tal-anqas 30 (għall-prodotti ddisinjati speċifikament jew mhux għal ġeneru wieħed). Kull individwu li jieħu sehem fl-istħarriġ għandu jkun utent attwali tat-tip/daqs speċifiku tal-prodott ittestjat.

Meta l-prodott ma jkunx iddisinjat speċifikament għal ġeneru wieħed, il-proporzjon tal-irġiel u n-nisa għandu jkun ta’ 1:1.

Fl-istħarriġ għandhom jieħdu sehem taħlita ta’ individwi li jirrappreżentaw proporzjonalment gruppi differenti ta’ konsumaturi disponibbli fis-suq. Għandhom jitniżżlu ċar u tond, l-etajiet, il-pajjiżi u l-ġeneri.

L-individwi morda u l-persuni b’kundizzjoni kronika fil-ġilda ma għandhomx jieħdu sehem fit-test. Meta xi individwi jimirdu waqt il-prova tal-utenti, dan għandu jitniżżel fil-kwestjonarju u t-tweġibiet ma għandhomx jitqiesu fl-evalwazzjoni.

Għat-testijiet kollha waqt l-użu (assorbiment u protezzjoni minn tnixxija, tnixxif tal-ġilda, tajbin u komdi u prestazzjoni kumplessiva), 80 % tal-konsumaturi li jittestjaw il-prodott għandhom jikklassifikaw il-prestazzjoni bħala sodisfaċenti, b’rata ogħla minn 60 assenjata mill-konsumatur (fuq skala kwantitattiva minn 1 sa 100). Inkella, 80 % tal-konsumaturi li jittestjaw il-prodott għandhom jikklassifikawh bħala tajjeb jew tajjeb ħafna (fost ħames opzjonijiet kwalitattivi: ħażin ħafna, ħażin, medju, tajjeb, tajjeb ħafna).

Ir-riżultati għandhom jiġu evalwati statistikament wara li titlesta l-prova tal-utenti.

Għandhom jiġu kkomunikati wkoll fatturi esterni bħal marki kummerċjali, ishma mis-suq u reklamar li jaf ikollhom impatt fuq l-impressjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti.

Rekwiżiti oħra għat-testijiet tekniċi:

Il-metodi ta’ ttestjar għandhom jissejsu kemm jista’ jkun fuq metodi rilevanti għall-prodott, riproduċibbli u rigorużi.

Għandhom jiġu ttestjati tal-anqas ħames kampjuni. Ir-riżultati medji għandhom jiġu rrapportati flimkien ma’ indikazzjoni tad-devjazzjoni standard.

It-testijiet tekniċi rrakkomandati għall-assorbenti tat-treddigħ huma l-istess bħal dawk għall-ħrieqi tat-trabi u għall-assorbenti iġjeniċi tan-nisa.

Il-piż, id-dimensjonijiet u l-karatteristiċi tad-disinn tal-prodott għandhom jiġu deskritti u pprovduti f’konformità mal-informazzjoni pprovduta fit-test ġenerali tal-valutazzjoni u tal-verifika tal-applikazzjoni.

Kriterju 11.   Ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva fir-rigward tal-aspetti tax-xogħol

Dan il-kriterju jistabbilixxi r-rekwiżiti li japplikaw għas-sit tal-assemblaġġ tal-prodott assorbenti tal-iġjene finali.

Wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Tripartitika dwar il-Prinċipji li Jikkonċernaw l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (27), il-Patt Globali tan-NU (Pilastru 2) (28), il-Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem (29) u l-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali (30), l-applikant għandu jikseb verifika minn parti terza appoġġata minn awditu/awditi fuq il-post li l-prinċipji applikabbli inklużi fit-testi internazzjonali msemmija hawn fuq u d-dispożizzjonijiet supplimentari ta’ hawn taħt identifikati ġew rispettati fl-impjant(i) tal-immuntar finali għall-prodott.

Konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO:

(i)

Tħaddim tat-Tfal:

Il-Konvenzjoni dwar l-Età Minima, 1973 (Nru 138)

Il-Konvenzjoni dwar l-Agħar Forom tax-Xogħol tat-Tfal, 1999 (Nru 182)

(ii)

Ix-Xogħol Furzat u Obbligatorju:

Il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, 1930 (Nru 29) u 2014 il-Protokoll għall-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat

Il-Konvenzjoni dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat, 1957 (Nru 105)

(iii)

Il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u d-Dritt għal Negozjar Kollettiv:

Il-Konvenzjoni dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni, 1948 (Nru 87)

Il-Konvenzjoni dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji tad-Dritt ta’ Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv, 1949 (Nru 98)

(iv)

Diskriminazzjoni:

Il-Konvenzjoni dwar ir-Remunerazzjoni Indaqs, 1951 (Nru 100)

Il-Konvenzjoni dwar id-Diskriminazzjoni (fl-Impjieg u fix-Xogħol), 1958 (Nru 111)

Dispożizzjonijiet supplimentari:

(v)

Sigħat tax-Xogħol:

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar is-Sigħat tax-Xogħol (Industrija), 1919 (Nru 1)

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar il-Mistrieħ ta’ Kull Ġimgħa (Industrija), 1921 (Nru 14)

(vi)

Remunerazzjoni:

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar l-Iffissar tal-Paga Minima, 1970 (Nru 131)

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar il-Btajjel Imħallsa (Riveduta), 1970 (Nru 132)

Paga li tiggarantixxi l-għajxien: L-applikant għandu jiżgura li l-pagi (minbarra kwalunkwe taxxa, bonus, benefiċċju, jew paga tas-sahra) imħallsa għal ġimgħa tax-xogħol normali (li ma jaqbżux it-48 siegħa) għandhom ikunu biżżejjed biex joffru ħtiġijiet bażiċi (akkomodazzjoni, enerġija, nutrizzjoni, ħwejjeġ, kura tas-saħħa, edukazzjoni, ilma għax-xorb, kura tat-tfal, u t-trasport) ta’ ħaddiema u ta’ familja ta’ erba’ persuni, u li jipprovdu xi introjtu diskrezzjonali. L-implimentazzjoni għandha tiġi awditjata b’referenza għall-gwida SA8000 (31) dwar ir-“Remunerazzjoni”.

(vii)

Saħħa u Sikurezza:

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar is-Sikurezza fl-użu tas-sustanzi kimiċi fuq ix-xogħol, 1981 (Nru 170)

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar is-Sikurezza u s-Saħħa fuq ix-Xogħol, 1990 (Nru 155)

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar l-Ambjent tax-Xogħol (Tniġġis tal-Arja, Storbju u Vibrazzjoni), 1977 (Nru 148)

(viii)

Protezzjoni u inklużjoni soċjali:

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar il-Kura Medika u l-Benefiċċji tal-Mard, 1969 (Nru 130)

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar is-Sigurtà Soċjali (Standards Minimi), 1952 (Nru 102)

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar il-Benefiċċji ta’ f’każ ta’ Korriment fuq ix-Xogħol, 1964 (Nru 121)

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar it-Trattament Ugwali (Kumpens għal Inċidenti), 1925 (Nru 19)

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar il-Protezzjoni tal-Maternità, 2000 (Nru 183)

(ix)

Tkeċċija ġusta:

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar it-Terminazzjoni tal-Impjieg, 1982 (Nru 158).

F’postijiet fejn id-dritt għal-libertà tal-assoċjazzjoni u n-negozjar kollettiv huwa ristrett bil-liġi, il-kumpanija ma għandhiex tirrestrinġi lill-ħaddiema milli jiżviluppaw mekkaniżmi alternattivi biex jesprimu l-ilmenti tagħhom u jipproteġu d-drittijiet tagħhom rigward il-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-termini tal-impjieg, u għandha tirrikonoxxi assoċjazzjonijiet leġittimi tal-impjegati li magħhom tista’ tidħol fi djalogu dwar kwistjonijiet fuq il-post tax-xogħol.

Il-proċess ta’ awditjar għandu jinkludi konsultazzjoni ma’ partijiet ikkonċernati ta’ organizzazzjoni indipendenti tal-industrija esterni f’oqsma lokali madwar is-siti, inkluż trade unions, organizzazzjonijiet tal-komunità, NGOs u esperti tax-xogħol. Għandhom isiru konsultazzjonijiet sinifikattivi ma’ tal-anqas żewġ partijiet ikkonċernati minn żewġ sottogruppi differenti. F’postijiet fejn il-liġi nazzjonali ma tistax tiżgura l-adegwatezza tar-responsabbiltà soċjali korporattiva mal-konvenzjonijiet internazzjonali msemmija hawn fuq, il-proċess ta’ awditjar għandu jinkludi awditi fuq il-post ta’ partijiet terzi magħmula minn spezzjonijiet fuq il-post mhux imħabbra minn evalwaturi indipendenti mill-industrija.

Matul il-perjodu ta’ validità tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jippubblika r-riżultati aggregati u s-sejbiet ewlenin mill-awditi (inkluż dettalji dwar (a) kemm hemm u kemm huma serji l-vjolazzjonijiet ta’ kull dritt tax-xogħol u tal-istandard tal-OHS; (b) strateġija għar-rimedju – fejn ir-rimedju jinkludi l-prevenzjoni għal kull kunċett tal-UNGP; (c) il-valutazzjoni tal-kawżi ewlenin tal-vjolazzjonijiet persistenti li jirriżultaw minn konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati – min ġie kkonsultat, liema kwistjonijiet tqajmu, kif dan influwenza l-pjan ta’ azzjoni korrettiva), online sabiex tiġi pprovduta evidenza tal-prestazzjoni tagħhom lill-konsumaturi interessati.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu juri l-konformità mar-rekwiżiti billi jipprovdi kopji tal-verżjoni l-aktar reċenti tal-kodiċi ta’ kondotta tagħhom li għandha tkun konsistenti mad-dispożizzjonijiet speċifikati hawn fuq u kopji ta’ rapporti ta’ awditi ta’ appoġġ għal kull impjant finali tal-assemblaġġ tal-prodott għall-mudell(i) li jrid(u) jiġi(u) ekotikkettat(i) flimkien ma’ link fuq l-Internet għal fejn tista’ tinstab il-pubblikazzjoni tar-riżultati u s-sejbiet online.

L-awditi fuq il-post ta’ partijiet terzi għandhom jitwettqu minn awdituri kkwalifikati biex jivvalutaw il-konformità tas-siti tal-manifattura industrijali mal-istandards soċjali jew mal-kodiċijiet ta’ kondotta jew, f’pajjiżi fejn il-Konvenzjoni tal-ILO dwar l-Ispezzjoni tax-Xogħol, 1947 (Nru 81) ġiet ratifikata u s-superviżjoni tal-ILO tindika li s-sistema nazzjonali ta’ spezzjoni tax-xogħol hija effettiva (32) u l-ambitu tas-sistemi ta’ spezzjoni jkopri l-oqsma elenkati hawn fuq (33), minn spettur(i) tax-xogħol maħtur(a) minn awtorità pubblika.

Għandhom jiġu aċċettati ċertifikazzjonijiet validi minn skemi ta’ partijiet terzi jew proċessi ta’ spezzjoni li jawditjaw il-konformità mal-prinċipji applikabbli tal-Konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO elenkati u d-dispożizzjonijiet supplimentari dwar il-ħinijiet tax-xogħol, ir-remunerazzjoni u s-saħħa u sigurtà u l-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati esterni. Dawn iċ-ċertifikazzjonijiet ma għandhomx ikollhom aktar minn 12-il xahar, fid-data tal-applikazzjoni.

Kriterju 12.   Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

Il-logo tal-Ekotikketta tal-UE jista’ jintwera fuq l-imballaġġ għall-bejgħ tal-prodott. Jekk tintuża t-tikketta fakultattiva bil-kaxxa testwali, din għandu jkun fiha t-tliet dikjarazzjonijiet li ġejjin:

“Iddisinjat biex jitnaqqas l-impatt fuq l-ambjent”,

“Jissodisfa rekwiżiti stretti dwar sustanzi perikolużi”,

“Prestazzjoni verifikata”,

L-applikant għandu jsegwi l-istruzzjonijiet dwar kif għandu jintuża l-logo tal-Ekotikketta tal-UE kif ipprovdut fil-Linji Gwida dwar il-Logo tal-Ekotikketta tal-UE:

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/logo_guidelines.pdf

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit u ritratt b’riżoluzzjoni għolja tal-imballaġġ għall-bejgħ tal-prodott li juri b’mod ċar it-tikketta, in-numru tar-reġistrazzjoni/tal-liċenzja u, meta rilevanti, id-dikjarazzjonijiet li jistgħu jintwerew flimkien mat-tikketta.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(2)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(6)  Fil-kalkolu jitqiesu l-emissjonijiet netti ta’ P. Il-P li jkun jinsab b’mod naturali fil-materja prima tal-injam u fl-ilma jista’ jitnaqqas mill-emissjonijiet totali ta’ P. Għandu jiġi aċċettat tnaqqis sa 0,010 kg/ADt.

(7)  Il-valur ogħla jirreferi għall-fabbriki li jużaw l-ewkaliptu u l-ispeċijiet tal-arżnu tan-Nofsinhar tal-Istati Uniti minn reġjuni b’livelli ogħla ta’ fosfru u japplika sal-31 ta’ Diċembru 2026. Mill-1 ta’ Jannar 2027, il-limitu ta’ 0,03 kg P/ADt għandu japplika wkoll għall-fabbriki li jużaw l-ewkaliptu u l-ispeċijiet tal-arżnu tan-Nofsinhar tal-Istati Uniti minn reġjuni b’livelli ogħla ta’ fosfru.

(8)  Għall-fabbriki mhux integrati, il-polpa/i tal-materja prima jenħtieġ li jikkonformaw mal-valuri elenkati għall-fabbriki integrati, li magħhom għandhom jiżdiedu l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-proċess ta’ konverżjoni.

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012, C/2018/8588 (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 1).

(10)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 tad-19 ta’ Diċembru 2018 li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 59, 27.2.2019, p. 8).

(11)  Il-polpa/i tal-materja prima għall-fabbriki mhux integrati jenħtieġ li jikkonformaw mal-valuri elenkati għall-fabbriki integrati, li magħhom għandhom jiżdiedu l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-proċess ta’ konverżjoni.

(12)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(13)  għall-fabbriki mhux integrati, il-polpa/i tal-materja prima jenħtieġ li jikkonformaw mal-valuri elenkati għall-fabbriki integrati, li magħhom għandha tiżdied l-enerġija użata matul il-proċess ta’ konverżjoni.

(14)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).

(15)  Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, PE/62/2017/REV/1 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).

(16)  Programm Organiku Nazzjonali, Regola mis-Servizz tal-Kummerċjalizzazzjoni Agrikola fil-21 ta’ Diċembru 2000, 65 FR 80547.

(17)  F’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar Qafas ta’ Politika tal-UE dwar plastiks b’bażi bijoloġika, bijodegradabbli u kompostabbli. Disponibbli fuq: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52022DC0682&qid=1680246180511.

(18)  L-aħħar metodoloġiji huma l-qafas żviluppat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni, imsejjaħ il-“Metodu LCA għall-plastik” disponibbli fuq https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC125046 jew ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Diċembru 2022 li tistabbilixxi qafas ta’ valutazzjoni Ewropew għal sustanzi kimiċi u materjali “sikuri u sostenibbli mid-disinn” disponibbli fuq https://research-and-innovation.ec.europa.eu/system/files/2022-12/Commission%20recommendation%20-%20establishing%20a%20European%20assessment%20framework%20for%20safe%20and%20sustainable%20by%20design.PDF.

(19)  F’konformità mar-rekwiżiti ta’ sostenibbiltà relatati mat-tiftix ta’ sorsi ta’ provvista ta’ materja prima b’bażi bijoloġika skont ir-rieżami tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED III). L-iskemi ta’ ċertifikazzjoni rikonoxxuti uffiċjalment mill-Kummissjoni Ewropea huma disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/energy/topics/renewable-energy/biofuels/voluntary-schemes_en.

(20)  Il-metodoloġija attwalment disponibbli kif spjegat qabel.

(21)  Il-Kunsill tal-Ewropa, il-Kumitat tal-Ministri, ir-Riżoluzzjoni AP(89)1 dwar l-użu tal-koloranti fil-materjali tal-plastik li jiġu f’kuntatt mal-ikel. Disponibbli hawn: https://rm.coe.int/16804f8648.

(22)  https://www.bfr.bund.de/cm/349/IX-Colorants-for-Plastics-and-other-Polymers-Used-in-Commodities.pdf.

(23)  https://www.blv.admin.ch/dam/blv/fr/dokumente/lebensmittel-und-ernaehrung/rechts-und-vollzugsgrundlagen/lebensmittelrecht2017/anhang2-verordnung-materialien-kontakt-lm-gg.pdf.download.pdf/Annexe_2.pdf.

(24)  https://www.blv.admin.ch/dam/blv/en/dokumente/lebensmittel-und-ernaehrung/rechts-und-vollzugsgrundlagen/lebensmittelrecht2017/anhang10-verordnung-materialien-kontakt-lm-gg.pdf.download.pdf/Annex-10-ordinance-fdha-materials-and-articles-intended-to-come-into-contact-with-food-stuffs.pdf.

(25)  https://www.dssmith.com/contentassets/1bbf9877253f458aa0eed26b76f2d705/360-english.pdf.

(26)  Il-panty liners maħsuba biex jipproteġu l-ilbies ta’ taħt tan-nisa (panty liners ħfief) huma eżentati minn dawn ir-rekwiżiti.

(27)  ILO NORMLEX (http://www.ilo.org/dyn/normlex/en) u l-gwida ta’ sostenn.

(28)  Patt Globali tan-Nazzjonijiet Uniti (Pilastru 2), https://www.unglobalcompact.org/what-is-gc/participants/141550.

(29)  Prinċipji Gwida għan-Negozju u Drittijiet tal-Bniedem, https://www.unglobalcompact.org/library/2.

(30)  Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, https://www.oecd.org/daf/inv/mne/48004323.pdf.

(31)  Social Accountability International, “Social Accountability 8000 International Standard”, http://www.sa-intl.org.

(32)  Jekk jogħġbok, irreferi għan-nota 21 f’qiegħ il-paġna.

(33)  Jekk jogħġbok, irreferi għan-nota 21 f’qiegħ il-paġna.


ANNESS II

Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw

Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE huma mmirati lejn l-aqwa tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw fis-suq, f’termini ta’ prestazzjoni ambjentali. Il-kriterji jiffokaw fuq l-impatti ambjentali ewlenin assoċjati maċ-ċiklu tal-ħajja ta’ dawn il-prodotti u jippromwovu l-aspetti tal-ekonomija ċirkolari.

Rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika

Sabiex prodott speċifiku jingħata Ekotikketta tal-UE, il-prodott għandu jikkonforma ma’ kull rekwiżit. L-applikant għandu jipprovdi konferma bil-miktub li tiddikjara li l-kriterji kollha huma ssodisfati.

Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ valutazzjoni u ta’ verifika huma indikati f’kull kriterju.

Meta l-applikant ikun meħtieġ li jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżijiet, rapporti tat-testijiet, jew evidenza oħra biex juri konformità mal-kriterji, dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew mill-fornitur(i) tagħhom, kif xieraq.

Il-korpi kompetenti għandhom jirrikonoxxu preferenzjalment l-attestazzjonijiet li jinħarġu mill-korpi akkreditati f’konformità mal-istandard armonizzat rilevanti għal-laboratorji tal-ittestjar u l-kalibrazzjoni, u l-verifiki minn korpi li huma akkreditati f’konformità mal-istandard armonizzat rilevanti għall-korpi li jiċċertifikaw il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi.

Meta xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta’ ttestjar minbarra dawk indikati għal kull kriterju jekk il-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.

Meta xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jirrikjedu dokumentazzjoni ta’ sostenn u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.

Tibdiliet fil-fornituri u fis-siti tal-produzzjoni fir-rigward tal-prodotti li tkun ingħatatilhom l-Ekotikketta tal-UE għandhom jiġu nnotifikati lill-korpi kompetenti, flimkien ma’ informazzjoni ta’ sostenn li tippermetti l-verifika tal-konformità kontinwa mal-kriterji.

Bħala prerekwiżit, il-prodott għandu jissodisfa kull rekwiżit legali rispettiv tal-pajjiż jew tal-pajjiżi fejn il-prodott ikun maħsub li jitqiegħed fis-suq. L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma’ dan ir-rekwiżit.

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta flimkien mal-applikazzjoni għall-Ekotikketta tal-UE:

(a)

deskrizzjoni tal-prodott, flimkien mal-piż tal-unitajiet tal-prodott individwali u l-piż totali tal-prodott;

(b)

deskrizzjoni tal-imballaġġ għall-bejgħ, flimkien mal-piż totali tiegħu, jekk applikabbli;

(c)

deskrizzjoni tal-imballaġġ raggruppat, flimkien mal-piż totali tiegħu, jekk applikabbli;

(d)

deskrizzjoni tal-komponenti separati, flimkien mal-piż individwali tagħhom;

(e)

il-komponenti, il-materjali u s-sustanzi kollha użati fil-prodott bil-piżijiet rispettivi tagħhom u, meta applikabbli, in-numri tas-CAS rispettivi tagħhom.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“addittivi” tfisser sustanzi miżjuda ma’ komponenti, materjali jew il-prodott finali sabiex jittejbu jew jiġu ppreservati xi wħud mill-karatteristiċi tiegħu;

(2)

“imballaġġ kompożitu” tfisser unità ta’ imballaġġ magħmula minn żewġ materjali differenti jew aktar, minbarra l-materjali użati għat-tikketti, għall-għeluq u għall-issiġillar, li ma tistax tiġi sseparata manwalment u għalhekk tifforma unità integrali waħda;

(3)

“imballaġġ raggruppat”, magħruf ukoll bħala imballaġġ sekondarju, tfisser imballaġġ maħsub sabiex jikkostitwixxi raggruppament ta’ ċertu għadd ta’ unitajiet ta’ bejgħ fil-punt tal-bejgħ irrispettivament minn jekk dan tal-aħħar jinbiegħx bħala tali lill-utent finali jew iservi biss bħala mezz biex jerġgħu jimtlew l-ixkafef fil-punt tal-bejgħ jew joħloq unità għaż-żamma tal-istokk jew għad-distribuzzjoni, u li jista’ jitneħħa mill-prodott mingħajr ma jiġu affettwati l-karatteristiċi tiegħu;

(4)

“impuritajiet” tfisser residwi, sustanzi niġġiesa, kontaminanti, eċċ. mill-produzzjoni, inkluż il-produzzjoni ta’ materja prima li tibqa’ fil-materja prima/fl-ingredjent u/jew fil-prodott kimiku (użati fil-prodott finali u fi kwalunkwe komponent fih) f’konċentrazzjonijiet ta’ anqas minn 100 ppm (0,0100 % w/w, 100 mg/kg);

(5)

“sustanza mdaħħla” tfisser is-sustanzi kollha inklużi fil-prodott kimiku (użati fil-prodott finali u fi kwalunkwe komponent fih), inkluż l-addittivi (eż. preservattivi u stabbilizzaturi) fil-materja prima. Is-sustanzi magħrufa li jiġu rilaxxati minn sustanzi mdaħħla f’kundizzjonijiet ta’ manifattura stabbilizzati (eż. formaldeid u arilammina) jitqiesu wkoll bħala sustanzi mdaħħla;

(6)

“imballaġġ” tfisser oġġetti ta’ kwalunkwe materjal li huma maħsuba biex jintużaw għaż-żamma, għall-protezzjoni, għall-immaniġġar, għall-konsenja jew għall-preżentazzjoni tal-prodotti u li jistgħu jiġu differenzjati f’formati ta’ imballaġġ abbażi tal-funzjoni, tal-materjal u tad-disinn tagħhom, inklużi:

(a)

l-oġġetti li huma meħtieġa biex iżommu ġo fihom, jappoġġaw jew jippreservaw il-prodott matul il-ħajja tiegħu mingħajr ma jkunu parti integrali mill-prodott li huwa maħsub biex jintuża, jiġi kkunsmat jew jintrema flimkien mal-prodott;

(b)

il-komponenti ta’ oġġett imsemmi fil-punt (a) li huma integrati fl-oġġett, u elementi anċillari tiegħu;

(c)

l-elementi anċillari ta’ oġġett imsemmi fil-punt (a) li huma mdendla direttament fuq il-prodott jew imwaħħla miegħu, u li jwettqu funzjoni tal-imballaġġ mingħajr ma jkunu parti integrali mill-prodott li huwa maħsub biex jintuża, jiġi kkunsmat jew jintrema flimkien mal-prodott; eċċ.;

(7)

“materjali tal-plastik”’, li jissejħu wkoll “plastiks”, tfisser polimeri skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li jistgħu jkunu żdidulu addittivi jew sustanzi oħra, u li għandhom il-kapaċità li jiffunzjonaw bħala komponenti strutturali ewlenin tal-prodotti finali u/jew tal-imballaġġ, bl-eċċezzjoni ta’ polimeri naturali li ma ġewx modifikati kimikament;

(8)

“polimeru” tfisser sustanza li tikkonsisti f’molekuli kkaratterizzati mis-sekwenza ta’ tip wieħed jew aktar ta’ unitajiet monomeriċi. Tali molekuli jrid ikollhom firxa ta’ piżijiet molekulari fejn id-differenzi fil-piż molekulari tkun attribwibbli primarjament għad-differenzi fl-għadd ta’ unitajiet monomeriċi. Polimeru jkun fih dan li ġej: (a) maġġoranza ta’ piż sempliċi ta’ molekuli li jkun fih tal-anqas tliet unitajiet monomeriċi li jkunu marbuta b’mod kovalenti ma’ tal-anqas unità monomerika oħra jew sustanza reattiva oħra; (b) anqas minn maġġoranza sempliċi ta’ piż ta’ molekuli tal-istess piż molekulari. Fil-kuntest ta’ din id-definizzjoni, “unità monomerika” tfisser il-forma li ġiet soġġetta għal reazzjoni ta’ sustanza monomerika f’polimeru, kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(9)

“riċiklabbiltà” tfisser l-ammont (massa jew perċentwal) ta’ oġġett disponibbli għar-riċiklaġġ;

(10)

“kontenut riċiklat” tfisser l-ammont ta’ oġġett (skont l-erja, it-tul, il-volum jew il-massa) miksub minn materjal riċiklat wara l-konsum u/jew qabel il-konsum. F’dan il-każ, l-oġġett jista’ jirreferi għall-prodott jew għall-imballaġġ;

(11)

“riċiklaġġ” tfisser, f’konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE, kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru li permezz tagħha l-materjali tal-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi kemm jekk għal finijiet oriġinali kif ukoll għal finijiet oħra. Dan jinkludi l-ipproċessar mill-ġdid ta’ materjal organiku iżda ma jinkludix irkupru ta’ enerġija u l-ipproċessar mill-ġdid f’materjali li għandhom jintużaw bħala fjuwils jew għal operazzjonijiet ta’ radam mill-ġdid;

(12)

“imballaġġ għall-bejgħ”, magħruf ukoll bħala imballaġġ primarju, tfisser imballaġġ maħsub sabiex jikkostitwixxi unità tal-bejgħ li tikkonsisti minn prodotti u imballaġġ lill-utent jew lill-konsumatur finali fil-punt tal-bejgħ;

(13)

“komponent separat”, magħruf ukoll bħala komponent addizzjonali, tfisser komponent tal-imballaġġ li huwa distint mill-qafas ewlieni tal-unità tal-imballaġġ, li jista’ jkun ta’ materjal differenti, li jeħtieġ li jiġi żarmat kompletament u b’mod permanenti mill-unità ewlenija tal-imballaġġ sabiex jinkiseb aċċess għall-prodott, u li tipikament jintrema qabel u b’mod separat mill-unità tal-imballaġġ. Fil-każ ta’ tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw, huwa kwalunkwe komponent (b’funzjoni protettiva jew iġjenika) li jitneħħa qabel l-użu tal-prodott, eż. il-borża li normalment jinbiegħu biha t-tazzi mestruwali;

(14)

“sustanzi identifikati li għandhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali”, magħrufa wkoll bħala interferenti endokrinali, tfisser sustanzi li ġew identifikati li għandhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (is-saħħa tal-bniedem u/jew l-ambjent) f’konformità mal-Artikolu 57(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (lista ta’ kandidati ta’ sustanzi ta’ tħassib serju ħafna għall-awtorizzazzjoni), jew ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 jew ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jew ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

(15)

“polimeri sintetiċi” tfisser sustanzi makromolekulari għajr il-polpa taċ-ċelluloża miksuba intenzjonalment permezz ta’:

(a)

proċess ta’ polimerizzazzjoni bħal poliaddizzjoni jew polikondensazzjoni jew bi kwalunkwe proċess simili ieħor ta’ kombinazzjoni ta’ monomeri u sustanzi oħra tal-bidu;

(b)

modifika kimika ta’ makromolekuli naturali jew sintetiċi;

(c)

fermentazzjoni mikrobika.

Kriterju 1.   Emissjonijiet matul il-produzzjoni tal-materja prima

1.1.    Emissjonijiet tat-trab u tal-kloruri fl-arja

(a)   Emissjonijiet tat-trab

(i)   Dan ir-rekwiżit japplika għas-siliċju biss.

Il-ħżin u l-immaniġġar tal-materja prima tas-siliċju elementali għandhom jużaw tal-anqas waħda mit-tekniki li ġejjin:

Il-ħżin tas-siliċju elementali f’sajlos (wara t-tħin);

Il-ħżin tas-siliċju elementali f’żoni mgħottija protetti mix-xita u mir-riħ (wara t-tħin);

L-użu ta’ tagħmir iddisinjat b’kapep u b’kanali sabiex jinqabdu l-emissjonijiet tat-trab diffuż matul it-tagħbija tas-siliċju elementali fil-ħżin (wara t-tħin);

Iż-żamma tal-atmosfera tal-magna tat-tħin bi pressjoni kemxejn aktar baxxa mill-pressjoni atmosferika.

(ii)   Dan ir-rekwiżit japplika kemm għas-siliċju kif ukoll għal elastomeri oħra.

Il-medja annwali ta’ emissjonijiet inkanalati tat-trab għandha tkun anqas minn 5 mg/Nm3. L-emissjonijiet tat-trab għandhom jiġu mmonitorjati fuq bażi kontinwa.

(b)   Emissjonijiet tal-kloruri

(i)   Dan ir-rekwiżit japplika għas-siliċju biss.

L-effluwenti gassużi mill-klorur tal-metil, mill-istadji tal-proċess tas-sinteżi diretta u mid-distillazzjoni għandhom jgħaddu minn ossidazzjoni termali segwita minn purifikazzjoni niedja. Il-ħruq tal-komposti klorurati għandu jiġi awtorizzat fil-proċess tal-ossidazzjoni termali.

(ii)   Dan ir-rekwiżit japplika għall-elastomeri għajr is-siliċju.

L-emissjonijiet ta’ dibenżodiossini poliklorurati (PCDDs) u ta’ dibenżofurani poliklorurati (PCDF) għandhom ikunu anqas minn 0,01 ng ta’ TEQ/Nm3 (medja matul il-perjodu ta’ kampjunar). Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ PCDD/F għandu jsir kull sitt xhur.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità mill-fornitur tal-materja prima mal-kriterju 1.1. Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni għandha turi konformità:

mal-kriterju 1.1(a)(i), il-fornitur tas-siliċju għandu jindika liema teknika tintuża fuq il-post, billi jipprovdi stampi jew deskrizzjonijiet tekniċi, bħala data supplimentari;

mal-kriterju 1.1(a)(ii), il-fornitur tal-materja prima għandu jipprovdi r-riżultati tal-kejl tat-trab meħud fuq il-post, flimkien mal-medja annwali tal-emissjoni tat-trab. Il-metodi aċċettati huma EN 15267-1, EN 15267-2, EN 15267-3, EN 15267-4, EN 13284-1 u EN 13284-2. Għall-produzzjoni tas-siliċju, il-kejl għandu jkopri, bħala minimu, it-tħin, il-ħżin u l-immaniġġar tas-siliċju elementali;

mal-kriterju 1.1(b)(i), il-fornitur tas-siliċju għandu jipprovdi dettalji dwar l-ipproċessar tal-effluwenti gassużi mill-passi tal-klorur tal-metil, tas-sinteżi diretta u tad-distillazzjoni;

mal-kriterju 1.1(b)(ii), il-fornitur tal-materja prima għandu jipprovdi r-riżultati tal-kejl tal-emissjonijiet ta’ PCDD/F tal-gassijiet ittrattati. Il-metodi aċċettati huma EN 1948-1, EN 1948-2 u EN 1948-3.

1.2    Emissjonijiet tar-ram u taż-żingu fl-ilma

Dan il-kriterju japplika għas-siliċju biss.

L-ilma mormi mill-istadju tal-produzzjoni tal-polidimetilsilossan (PDMS) għandu jiġi ttrattat minn qabel bi preċipitazzjoni jew bi flokkulazzjoni f’kundizzjonijiet alkalini, segwit minn sedimentazzjoni u filtrazzjoni. Dan għandu jinkludi:

(a)

id-deidratazzjoni tal-ħama qabel ir-rimi; u

(b)

l-irkupru tar-residwi solidi tal-metall fl-impjanti tal-irkupru tal-metall.

Il-konċentrazzjoni ta’ ram fl-effluwent ittrattat għandha tkun anqas minn 0,5 mg/l, filwaqt li l-konċentrazzjoni ta’ żingu għandha tkun anqas minn 2 mg/l.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità mill-fornitur tas-siliċju mal-kriterju 1.2, flimkien ma’ prova li l-impjant għandu sistema stabbilita tal-ilma mormi li tikkonsisti f’pass ta’ preċipitazzjoni/flokkulazzjoni segwit minn pass ta’ sedimentazzjoni. Barra minn hekk, il-fornitur tas-siliċju għandu jipprovdi r-riżultati tal-kejl għar-ram u għaż-żingu fl-effluwent ittrattat.

1.3.    Emissjonijiet tas-CO2

Dan il-kriterju japplika għas-siliċju biss.

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-produzzjoni tas-siliċju ma għandhomx jaqbżu is-6,58 kg għal kull kg ta’ siliċju, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku (kemm fuq il-post kif ukoll barra mis-sit). L-emissjonijiet tas-CO2 għandhom jinkludu s-sorsi kollha ta’ enerġija mhux rinnovabbli użati matul il-produzzjoni tas-siliċju. Għall-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 minn sorsi tal-enerġija għandhom jintużaw il-valuri tal-emissjonijiet ta’ referenza mogħtija fit-Tabella 1. Jekk ikun meħtieġ, il-fatturi tal-emissjonijiet tas-CO2 għal sorsi oħra tal-enerġija jistgħu jinstabu fl-Anness VI tar-Regolament (UE) 2018/2066, filwaqt li l-fatturi tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-elettriku mill-grilja jenħtieġ li jkunu konformi mar-Regolament Delegat (UE) 2019/331.

Tabella 1

Il-valuri ta’ referenza għall-emissjonijiet tas-CO2 minn sorsi differenti tal-enerġija

Fjuwil

Emissjonijiet tas-CO2

Unità

Referenza

Faħam

94,6

g ta’ fossili ta’ CO2/MJ

Ir-Regolament (UE) 2018/2066

Żejt grezz

73,3

g ta’ fossili ta’ CO2/MJ

Ir-Regolament (UE) 2018/2066

Żejt fjuwil 1

74,1

g ta’ fossili ta’ CO2/MJ

Ir-Regolament (UE) 2018/2066

Żejt fjuwil 2-5

77,4

g ta’ fossili ta’ CO2/MJ

Ir-Regolament (UE) 2018/2066

LPG

63,1

g ta’ fossili ta’ CO2/MJ

Ir-Regolament (UE) 2018/2066

Gass Naturali

56,1

g ta’ fossili ta’ CO2/MJ

Ir-Regolament (UE) 2018/2066

Elettriku mill-Grilja

376

g ta’ fossili ta’ CO2/kWh

Ir-Regolament (UE) 2019/331

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi data u kalkoli dettaljati għall-emissjonijiet tas-CO2 mill-produzzjoni tas-siliċju.

Id-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 għandha tinkludi s-sorsi kollha tal-enerġija użati matul il-produzzjoni tal-materja prima, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku (kemm fuq il-post kif ukoll mhux fuq il-post).

Meta jiġu kkalkolati l-emissjonijiet tas-CO2, l-ammont ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli mixtrija u użati għall-proċessi ta’ produzzjoni għandu jgħodd bħala emissjoni żero tas-CO2. Għall-kombustjoni tal-bijomassa, dan ifisser li l-bijomassa jeħtieġ li tissodisfa l-kriterji rilevanti dwar is-sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra kif speċifikat fid-Direttiva (UE) 2018/2001. L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa li din it-tip ta’ enerġija tassew tintuża fl-impjant jew inxtrat esternament (kopja tal-kuntratt u fattura li tindika s-sehem rinnovabbli tal-elettriku mixtri).

Il-perjodu għall-kalkoli u/jew il-bilanċi tal-massa għandu jkun ibbażat fuq il-produzzjoni matul 12-il xahar. Il-kalkoli għandhom jiġu ripetuti fuq bażi annwali. Fil-każ ta’ impjant ta’ produzzjoni ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kalkoli għandhom ikunu bbażati fuq tal-anqas 45 jum sussegwenti ta’ tħaddim stabbli tal-impjant. Il-kalkoli għandhom ikunu rappreżentattivi tal-kampanja rispettiva.

Għall-elettriku mill-grilja, għandu jintuża l-valur ipprovdut hawn fuq (il-medja Ewropea) sakemm l-applikant ma jippreżentax dokumentazzjoni li tistabbilixxi l-valur speċifiku għall-fornituri tiegħu tal-elettriku (kuntratt għal elettriku speċifikat jew elettriku ċċertifikat). F’dan il-każ, l-applikant jista’ juża dan il-valur minflok il-valur ikkwotat. Id-dokumentazzjoni użata bħala prova ta’ konformità għandha tinkludi speċifikazzjonijiet tekniċi li jindikaw il-valur medju (eż. kopja ta’ kuntratt).

Kriterju 2.   Ġestjoni ambjentali tal-produzzjoni

L-impjanti kollha li jipproduċu materja prima (siliċju jew elastomeri oħra) jew il-prodotti finali għandu jkollhom sistemi għall-implimentazzjoni ta’:

(a)

iffrankar tal-ilma. Is-sistema tal-ġestjoni tal-ilma għandha tkun iddokumentata jew spjegata u għandha tinkludi informazzjoni dwar mill-anqas l-aspetti li ġejjin: il-monitoraġġ tal-flussi tal-ilma; prova tal-ilma li jiċċirkola f’sistemi magħluqa; u objettivi u miri ta’ titjib kontinwu relatati mat-tnaqqis tal-ġenerazzjoni tal-ilma mormi u r-rati ta’ ottimizzazzjoni (jekk rilevanti, jiġifieri jekk jintuża l-ilma fl-impjant);

(b)

il-ġestjoni integrata tal-iskart, fil-forma ta’ pjan biex jiġu prijoritizzati l-għażliet ta’ trattament għajr ir-rimi għall-iskart kollu ġġenerat fil-faċilitajiet tal-manifattura u biex tiġi segwita l-ġerarkija tal-iskart fir-rigward tal-prevenzjoni, tal-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ, tal-irkupru u tar-rimi finali tal-iskart. Is-sistema tal-ġestjoni tal-iskart għandha tkun iddokumentata jew spjegata u għandha tinkludi informazzjoni dwar mill-anqas l-aspetti li ġejjin: is-separazzjoni ta’ frazzjonijiet differenti tal-iskart; it-trattament, il-ġbir, is-separazzjoni u l-użu ta’ materjali riċiklabbli mill-fluss tal-iskart mhux perikoluż; l-irkupru ta’ materjali għal użi oħra; it-trattament, il-ġbir, is-separazzjoni u r-rimi tal-iskart perikoluż, kif iddefinit mill-awtoritajiet regolatorji lokali u nazzjonali rilevanti; u objettivi u miri ta’ titjib kontinwu relatati mal-prevenzjoni tal-iskart, mal-użu mill-ġdid, mar-riċiklaġġ u mal-irkupru ta’ frazzjonijiet tal-iskart li ma jistgħux jiġu pprevenuti (inkluż l-irkupru tal-enerġija);

(c)

l-ottimizzazzjoni tal-effiċjenza enerġetika u tal-ġestjoni tal-enerġija. Is-sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija għandha tindirizza l-apparati kollha li jikkunsmaw l-enerġija, inklużi l-makkinarju, id-dawl, il-kundizzjonar tal-arja u t-tkessiħ. Is-sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija għandha tinkludi miżuri għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika u għandha tinkludi informazzjoni dwar mill-anqas l-aspetti li ġejjin: l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ pjan għall-ġbir tad-data dwar l-enerġija sabiex jiġu identifikati ċ-ċifri ewlenin dwar l-enerġija; analiżi tal-konsum tal-enerġija li tinkludi lista ta’ sistemi, proċessi u faċilitajiet li jikkunsmaw l-enerġija; l-identifikazzjoni ta’ miżuri għal użu aktar effiċjenti tal-enerġija; objettivi u miri ta’ titjib kontinwu relatati mat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità mal-kriterju (1) mill-produttur tal-materja prima (siliċju jew elastomeri oħra) u (2) mill-manifattur ta’ tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw. Id-dikjarazzjoni għandha tiġi appoġġata minn rapport li jiddeskrivi fid-dettall il-proċeduri adottati mill-fornituri sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti għal kull wieħed mis-siti kkonċernati f’konformità mal-istandards, bħall-ISO 14001 u/jew l-ISO 50001 għall-pjanijiet dwar l-ilma, l-iskart u l-enerġija.

Meta l-ġestjoni tal-iskart tiġi esternalizzata, is-sottokuntrattur għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju wkoll.

L-applikanti rreġistrati mal-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) tal-UE u/jew iċċertifikati skont l-ISO 14001, l-ISO 50001, l-EN 16247 jew standard/skema ekwivalenti għandhom jitqiesu li jkunu ssodisfaw dawn ir-rekwiżiti jekk:

(a)

l-inklużjoni ta’ pjanijiet għall-ġestjoni tal-ilma, tal-iskart u tal-enerġija għas-sit(i) tal-produzzjoni tkun dokumentata fid-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS tal-kumpanija; jew

(b)

l-inklużjoni ta’ pjanijiet għall-ġestjoni tal-ilma, tal-iskart u tal-enerġija għas-sit(i) tal-produzzjoni tkun indirizzata biżżejjed mill-ISO 14001, mill-ISO 50001, mill-EN 16247 jew minn standard/skema ekwivalenti.

Kriterju 3.   L-effiċjenza tal-materjali fil-manifattura tal-prodott finali

Ir-rekwiżiti f’dan il-kriterju għandhom japplikaw għas-sit tal-manifattura tal-prodott finali.

Il-kwantità ta’ skart iġġenerat matul il-manifattura u l-imballaġġ tal-prodotti finali li jintbagħat fil-landfills jew għall-inċinerazzjoni mingħajr irkupru tal-enerġija, ma għandhiex taqbeż l-4 % skont il-piż tal-prodotti finali.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jikkonferma l-konformità mar-rekwiżit ta’ hawn fuq.

L-applikant għandu jipprovdi evidenza tal-kwantità tal-iskart li ma reġax intuża fil-proċess tal-manifattura jew li ma ġiex ikkonvertit f’materjali u/jew f’enerġija.

L-applikant għandu jippreżenta dan kollu li ġej:

(a)

il-piż tal-prodott u tal-imballaġġ,

(b)

il-flussi kollha tal-iskart iġġenerati fil-manifattura, u

(c)

l-ipproċessar tat-trattament rispettiv tal-frazzjoni tal-iskart irkuprat u dak mormi fil-landfill jew mibgħut għall-inċinerazzjoni.

Il-kwantità ta’ skart mibgħut fil-landfills jew għall-inċinerazzjoni mingħajr irkupru tal-enerġija għandha tiġi kkalkolata bħala d-differenza bejn l-ammont ta’ skart prodott u l-ammont ta’ skart irkuprat (użat mill-ġdid, riċiklat, eċċ.).

Kriterju 4.   Sustanzi esklużi u ristretti

4.1.    Restrizzjonijiet fuq sustanzi klassifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008

Dan il-kriterju japplika għall-prodott finali u għal kwalunkwe komponent fih.

Sakemm ma jkunx hemm deroga fit-Tabella 4, il-prodott finali u kwalunkwe komponent fih ma għandux ikun fihom sustanzi mdaħħla (waħedhom jew f’taħlitiet) li huma assenjati kwalunkwe waħda mill-klassijiet ta’ periklu, mill-kategoriji u mill-kodiċijiet assoċjati tad-dikjarazzjonijiet ta’ periklu ddikjarati fit-Tabella 2, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

Tabella 2

Klassijiet ta’ periklu, kategoriji u kodiċijiet assoċjati tad-dikjarazzjoni ta’ periklu esklużi

Karċinoġeniku, mutaġeniku jew tossiku għar-riproduzzjoni

Kategoriji 1 A u 1B

Kategorija 2

H340 Jista’ jikkawża difetti ġenetiċi

H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi

H350 Jista’ jikkawża l-kanċer

H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer

H350i Jista’ jikkawża l-kanċer jekk jinġibed man-nifs

-

H360F Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità

H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

H360D Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf

H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf

H360FD Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf

H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf

H360Fd Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf

H362 Jista’ jagħmel ħsara lit-tfal imreddgħa

H360Df Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

 

Tossiċità akuta

Kategoriji 1 u 2

Kategorija 3

H300 Fatali jekk jinbela’

H301 Tossiku jekk jinbela’

H310 Fatali jekk imiss mal-ġilda

H311 Tossiku meta jmiss mal-ġilda

H330 Fatali jekk jinxtamm

H331 Tossiku jekk jinxtamm

H304 Jista’ jkun fatali jekk jinbela’ u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs

EUH070 Tossiku meta jmiss mal-għajnejn

Tossiċità speċifika għall-organi fil-mira

Kategorija 1

Kategorija 2

H370 Jagħmel ħsara lill-organi

H371 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi

H372 Jikkawża ħsara lill-organi minħabba espożizzjoni fit-tul jew ripetuta

H373 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi minħabba espożizzjoni fit-tul jew ripetuta

Sensitizzazzjoni respiratorja u tal-ġilda

Kategorija 1 A

Kategorija 1B

H317 Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

H317 Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

H334 Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtamm

H334 Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtamm

Interferenti endokrinali għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent

Kategorija 1

Kategorija 2

EUH380: Jista’ jikkawża tfixkil fis-sistema endokrinali fil-bnedmin

EUH381: Suspettat li jikkawża tfixkil fis-sistema endokrinali fil-bnedmin

EUH430: Jista’ jikkawża tfixkil fis-sistema endokrinali fl-ambjent

EUH431: Suspettat li jikkawża tfixkil fis-sistema endokrinali fl-ambjent

Persistenti, Bijoakkumulattiv u Tossiku

PBT

vPvB

EUH440: Jakkumula fl-ambjent u f’organiżmi ħajjin inkluż fil-bnedmin

EUH441: Jakkumula ħafna fl-ambjent u f’organiżmi ħajjin inkluż fil-bnedmin

Persistenti, Mobbli u Tossika

PMT

vPvM

EUH450: Jista’ jikkawża kontaminazzjoni dejjiema u diffuża tar-riżorsi tal-ilma

EUH451: Jista’ jikkawża kontaminazzjoni dejjiema u diffuża ħafna tar-riżorsa tal-ilma

Barra minn hekk, il-prodott finali u kwalunkwe komponent fih ma għandux ikun fihom sustanzi mdaħħla (waħedhom jew f’taħlitiet) f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,010 % (piż skont il-piż) li huma assenjati lil kwalunkwe waħda mill-klassijiet ta’ periklu, kategoriji u kodiċijiet assoċjati tad-dikjarazzjonijiet ta’ periklu msemmija fit-Tabella 3, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 – sakemm ma jkunx hemm deroga fit-Tabella 4.

Tabella 3

Klassijiet ta’ periklu, kategoriji u kodiċijiet assoċjati tad-dikjarazzjoni ta’ periklu ristretti

Perikoluż għall-ambjent akkwatiku

Kategoriji 1 u 2

Kategoriji 3 u 4

H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akwatiċi

H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema

H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema

H413 Jista’ jikkawża effetti ta’ ħsara dejjiema lill-organiżmi akwatiċi

H411 Tossiku għall-organiżmi akwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema

 

Perikoluż għas-saff tal-ożonu

H420 Jagħmel ħsara lis-saħħa pubblika u lill-ambjent għax jeqred l-ożonu fl-atmosfera ta’ fuq

 


Tabella 4

Derogi għal restrizzjonijiet fuq sustanzi bi klassifikazzjoni armonizzata skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008

Tip ta’ sustanza

Klassi ta’ periklu, kategorija u kodiċi tad-dikjarazzjoni ta’ periklu b’deroga

Kundizzjonijiet tad-deroga

Sustanzi bi klassifikazzjoni armonizzata bħala H304

H304

Sustanzi b’viskożità ta’ anqas minn 20,5 cSt f’temperatura ta’ 40 °C.

Diossidu tat-titanju (nanoforma)

H351

Meta jintuża bħala pigment biss. Ma jistax jintuża f’forma ta’ trab jew sprej

Il-kodiċijiet tad-dikjarazzjoni tal-periklu ġeneralment jirreferu għal sustanzi. Madankollu, jekk l-informazzjoni dwar is-sustanzi ma tkunx tista’ tinkiseb, għandhom japplikaw ir-regoli ta’ klassifikazzjoni għat-taħlitiet.

L-użu ta’ sustanzi jew ta’ taħlitiet li jkunu mmodifikati kimikament matul il-proċess ta’ produzzjoni, sabiex ma jibqa’ japplika l-ebda periklu rilevanti li għalih is-sustanza jew it-taħlita tkun ġiet ikklassifikata taħt ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, għandu jkun eżentat mir-rekwiżit ta’ hawn fuq.

Dan il-kriterju ma għandux japplika għal:

sustanzi mhux inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 kif iddefinit fl-Artikolu 2(2) ta’ dak ir-Regolament;

sustanzi koperti bl-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li jistabbilixxi kriterji għall-eżenzjoni ta’ sustanzi inklużi fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament mill-obbligi tar-reġistrazzjoni, tal-utenti downstream u tar-rekwiżiti tal-evalwazzjoni.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata ta’ konformità mas-subkriterju 4.1, flimkien mad-dikjarazzjonijiet rilevanti mill-produtturi tal-komponenti, lista tas-sustanzi kimiċi kollha użati, l-iskeda tad-data tas-sikurezza tagħhom jew id-dikjarazzjoni tal-fornitur tas-sustanzi kimiċi u kwalunkwe dikjarazzjoni rilevanti li turi l-konformità mar-rekwiżit.

Għal sustanzi ristretti u impuritajiet inevitabbli bi klassifikazzjoni ristretta, għandha tintuża l-konċentrazzjoni tas-sustanza jew tal-impurità ristretta u fattur ta’ kapaċità preżunt ta’ 100 % biex tiġi stmata l-kwantità tas-sustanza jew tal-impurità ristretta li jifdal fil-prodott finali. L-impuritajiet jistgħu jkunu preżenti fil-prodott kimiku sa 0,0100 % w/w. Is-sustanzi magħrufa li jiġu rilaxxati jew li jiddegradaw mis-sustanzi mdaħħla jitqiesu bħala sustanzi mdaħħla u mhux impuritajiet.

Għandhom jiġu pprovduti ġustifikazzjonijiet għal kwalunkwe devjazzjoni minn fattur ta’ kapaċità ta’ 100 % (eż. evaporazzjoni tas-solvent) jew għal modifika kimika ta’ impurità ristretta.

Għas-sustanzi eżentati mis-subkriterju 4.1 (ara l-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006), dikjarazzjoni għal dan il-għan mingħand l-applikant għandha tkun biżżejjed biex tintwera l-konformità.

Peress li diversi prodotti jew prodotti potenzjali li jużaw l-istess sustanzi kimiċi tal-proċess jistgħu jkunu koperti minn liċenzja waħda tal-Ekotikketta tal-UE, il-kalkolu jeħtieġ li jiġi ppreżentat biss għal kull impurità għall-prodott jew il-komponent tal-agħar xenarju kopert mil-liċenzja (eż. l-aktar oġġett tal-komponent stampat b’mod qawwi meta jsir skrinjar għal-linka bi klassifikazzjonijiet ristretti).

L-evidenza ta’ hawn fuq tista’ tingħata wkoll direttament lil korpi kompetenti minn kwalunkwe fornitur fil-katina tal-provvista tal-prodott tal-applikant.

4.2.    Sustanzi ta’ Tħassib Serju Ħafna (SVHCs)

Dan il-kriterju japplika għall-prodott finali u għal kwalunkwe komponent fih.

Il-prodott finali u kwalunkwe komponent fih ma għandux ikun fihom sustanzi mdaħħla (waħedhom jew f’taħlitiet) li jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li ġew identifikati skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 59 ta’ dak ir-Regolament u inklużi fil-lista tal-kandidati għal sustanzi ta’ tħassib serju ħafna għall-awtorizzazzjoni.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata li l-prodott finali u l-komponenti fih ma fihom l-ebda SVHC. Id-dikjarazzjoni għandha tkun appoġġata minn skedi tad-data tas-sikurezza tas-sustanzi kimiċi u l-materjali kollha fornuti li jintużaw biex jiġi mmanifatturat il-prodott finali u l-komponenti fih.

Il-lista ta’ sustanzi identifikati bħala SVHCs u inklużi fil-lista ta’ kandidati f’konformità mal-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tista’ tinkiseb minn hawn:

https://www.echa.europa.eu/candidate-list-table.

Għandha ssir referenza għal-lista fid-data ta’ sottomissjoni tal-applikazzjoni tal-Ekotikketta tal-UE.

Għall-impuritajiet inevitabbli identifikati bħala SVHCs, għandhom jintużaw il-konċentrazzjoni tal-impurità u fattur ta’ kapaċità preżunt ta’ 100 %, biex tiġi stmata l-kwantità tal-impurità tal-SVHC li jifdal fil-prodott finali. L-impuritajiet jistgħu jkunu preżenti fil-prodott kimiku sa 0,0100 % w/w. Is-sustanzi magħrufa li jiġu rilaxxati jew li jiddegradaw mis-sustanzi mdaħħla jitqiesu bħala sustanzi mdaħħla u mhux impuritajiet.

Għandhom jiġu pprovduti ġustifikazzjonijiet għal kwalunkwe devjazzjoni minn fattur ta’ kapaċità ta’ 100 % (eż. evaporazzjoni tas-solvent) jew għal modifika kimika ta’ impurità ta’ SVHC.

4.3.    Restrizzjonijiet speċifiċi oħra

4.3.1.   Sustanzi esklużi speċifikati

Dan il-kriterju japplika għall-prodott finali u għal kwalunkwe komponent fih.

Is-sustanzi li ġejjin ma għandhomx jiġu miżjuda (waħedhom jew f’taħlitiet) mal-prodott kimiku użat fil-prodott finali u lanqas fi kwalunkwe komponent fih:

(a)

5-kloro-2-metil-4-isotijażolin-3-on (CMIT);

(b)

Alkilfenoletossilati (APEOs) u derivattivi oħra tal-alkilfenol [1];

(c)

Aġenti antibatteriċi (eż. nanofidda u triclosan);

(d)

Formaldeid u rilaxxaturi tal-formaldeid;

(e)

Metiliżotijażolinon (MIT)

(f)

Nitromiski u Miski poliċikliċi;

(g)

Il-komposti tal-organotin użati bħala katalizzatur fil-produzzjoni tas-siliċju;

(h)

Parabeni;

(i)

Ftalati;

(j)

Sustanzi identifikati li għandhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali;

(k)

Sustanzi meqjusa bħala interferenti endokrinali potenzjali fil-kategorija 1 jew 2 fuq il-lista ta’ prijorità tal-UE ta’ sustanzi li għandhom jiġu investigati ulterjorment għal effetti ta’ tfixkil tas-sistema endokrinali.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata ta’ konformità mas-subkriterju, appoġġata b’dikjarazzjonijiet mingħand il-fornituri, jekk ikun rilevanti. Is-sustanzi elenkati f’dan is-subkriterju huma permessi biss bħala impuritajiet, u madankollu f’konċentrazzjonijiet anqas minn 0,0100 % w/w fil-prodott kimiku. Is-sustanzi magħrufa li jiġu rilaxxati jew li jiddegradaw mis-sustanzi mdaħħla jitqiesu bħala sustanzi mdaħħla u mhux impuritajiet.

[Nota:

[1]

Isem is-sustanza = “Alkilfenol”, taħt: https://echa.europa.eu/es/advanced-search-for-chemicals]

4.3.2.   Fwejjaħ

Dan il-kriterju japplika għall-prodott finali, għal kwalunkwe komponent fih, għall-komponenti separati u għall-imballaġġ.

Mal-prodott finali ma għandhomx jiżdiedu fwejjaħ, la ma’ kwalunkwe komponent fih, la mal-komponenti separati, u lanqas mal-imballaġġ.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata ta’ konformità mas-subkriterju.

4.3.3   Linka u koloranti

Dan is-subkriterju japplika għall-prodott finali u għal kwalunkwe komponent fih. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-komponenti separati, għall-imballaġġ għall-bejgħ u għall-iskedi ta’ informazzjoni.

Il-koloranti li jagħtu l-kulur u l-linka użati fit-tazza mestruwali li tista’ terġa’ tintuża ma għandhomx jaqbżu t-2 % tal-piż totali tat-tazza.

Il-kontenut ta’ antimonju, arseniku, barju, kadmju, kromu, ċomb, merkurju, selenju, amini aromatiċi primarji u poliklorobifenil li jinstabu bħala impurità fil-koloranti li jagħtu l-kulur u fil-linka għandhom ikunu taħt il-limiti mogħtija fir-Riżoluzzjoni AP (89) 1 tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-użu ta’ kuluranti fil-materjali tal-plastik li jiġu f’kuntatt mal-ikel (1).

Barra minn hekk, il-koloranti li jagħtu l-kulur għandhom jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet tal-BfR IX. Colorants for Plastics and other Polymers Used in Commodities  (2) jew l-Anness 2 (3) u l-Anness 10 (4) tal-Ordinanza Żvizzera 817.023.21.

Il-koloranti u l-linka użati għandhom jikkonformaw ukoll mas-subkriterji 4.1 u 4.2.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata ta’ konformità mas-subkriterju ta’ hawn fuq, appoġġata minn dikjarazzjonijiet minn fornituri, jekk rilevanti, kif ukoll dokumentazzjoni biex jiġi żgurat li l-impuritajiet fil-kolorant li jagħti l-kulur jew fil-linka jikkonformaw mar-Riżoluzzjoni AP (89) 1 tal-Kunsill tal-Ewropa, u li l-koloranti u l-linka użati huma awtorizzati skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-BfR IX. Colorants for Plastics and other Polymers Used in Commodities, l-Anness 2 u l-Anness 10 tal-Ordinanza Żvizzera 817.023.21, jew ir-rakkomandazzjoni tal-BfR XXXVI. Paper and board for food contact.

4.3.4.   Ċiklosilossani

Dan is-subkriterju japplika għall-prodott finali u għal kwalunkwe komponent fih.

Iċ-ċiklotetrasilossan tal-ottametil D4 (CAS 556-67-2), iċ-ċiklopentasilossan tad-dekametil D5 (CAS 541-02-6) u ċ-ċikloeżasilossan tad-dodekametil D6 (CAS 540-97-6) ma għandhomx ikunu preżenti fil-materja prima tas-siliċju f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 100 ppm (0,0100 % w/w). Il-limitu ta’ 100 ppm għandu jiġi applikat għal kull sustanza separatament.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata ta’ konformità mas-subkriterju ta’ hawn fuq, appoġġata b’dikjarazzjonijiet mingħand il-fornituri, jekk ikun rilevanti.

Kriterju 5.   Imballaġġ

Dan il-kriterju jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-bejgħ u għall-imballaġġ raggruppat.

L-imballaġġ raggruppat għandu jiġi evitat jew ikun magħmul biss minn kartun u/jew karta.

(a)   Kartun u/jew karta użati għall-imballaġġ

L-imballaġġ għall-bejgħ magħmul mill-kartun u/jew mill-karta għandu jkun fih minimu ta’ 40 % materjal riċiklat.

L-imballaġġ raggruppat magħmul mill-kartun u/jew mill-karta għandu jkun fih minimu ta’ 80 % materjal riċiklat.

Is-sehem li jifdal (mill-100 % tnaqqas il-perċentwal tal-kontenut riċiklat) tal-kartun u/jew tal-karta użati għall-imballaġġ raggruppat u għall-bejgħ għandhom ikunu koperti minn ċertifikati validi tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Forestrija maħruġa minn skema ta’ ċertifikazzjoni indipendenti ta’ partijiet terzi bħall-FSC, il-PEFC jew skemi ekwivalenti. Il-korpi ta’ ċertifikazzjoni li joħorġu ċertifikati tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Forestrija għandhom jiġu akkreditati/rikonoxxuti minn dik l-iskema ta’ ċertifikazzjoni.

(b)   Plastik użat għall-imballaġġ

Sal-31 ta’ Diċembru 2026, l-imballaġġ għall-bejgħ magħmul mill-plastik għandu jkun fih minimu ta’ 20 % materjal riċiklat.

Mill-1 ta’ Jannar 2027, l-imballaġġ għall-bejgħ magħmul mill-plastik għandu jkun fih minimu ta’ 35 % materjal riċiklat.

(c)   Riċiklabbiltà

Il-kontenut tal-imballaġġ għall-bejgħ (jew tal-kartun u/jew tal-karta jew tal-plastik) u l-imballaġġ raggruppat (tal-kartun u/jew tal-karta) li huwa disponibbli għar-riċiklaġġ għandu jkun minimu ta’ 95 % skont il-piż, filwaqt li 5 % tar-residwi għandhom ikunu kompatibbli mar-riċiklaġġ.

(d)   Rekwiżiti addizzjonali

L-użu ta’ imballaġġ kompożitu (għall-bejgħ u raggruppat), plastik imħallat jew il-kisi tal-kartun u/jew karta bi plastik jew metalli mhuwiex permess.

Il-kontenut riċiklat u r-riċiklabbiltà tal-imballaġġ raggruppat u għall-bejgħ għandhom jiġu iddikjarati fuq l-imballaġġ għall-bejgħ.

(e)   Komponent separat: borża

It-tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw għandhom jinbiegħu b’borża li tista’ terġa’ tintuża magħmula minn 100 % fibri sostenibbli ċċertifikati.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant, meta rilevanti, għandu jissottometti (1) dikjarazzjoni ta’ konformità ffirmata li tispeċifika l-perċentwali ta’ kontenut riċiklat fl-imballaġġ raggruppat u għall-bejgħ; (2) dikjarazzjoni ta’ konformità li tispeċifika r-riċiklabbiltà tal-imballaġġ raggruppat u għall-bejgħ u (3) ritratt b’riżoluzzjoni għolja tal-imballaġġ għall-bejgħ fejn l-informazzjoni dwar il-kontenut riċiklat u r-riċiklabbiltà tal-imballaġġ raggruppat u għall-bejgħ tidher b’mod ċar.

Il-korpi kompetenti għandhom jivverifikaw id-dikjarazzjoni ta’ konformità li tispeċifika l-perċentwali tal-kontenut riċiklat tal-plastik għall-imballaġġ għall-bejgħ għal darb’oħra wara l-1 ta’ Jannar 2027.

L-applikant għandu jipprovdi dokumenti tal-kontabbiltà awditjati li juru li s-sehem li jifdal (mill-100 % tnaqqas il-perċentwal tal-kontenut riċiklat) tal-kartun u/jew tal-karta użati għall-bejgħ u l-imballaġġ raggruppat huma ddefiniti bħala materjal iċċertifikat skont skemi validi tal-FSC, tal-PEFC jew skemi ekwivalenti. Id-dokumenti tal-kontabbiltà awditjati għandhom ikunu validi għad-durata kollha tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE. Il-korpi kompetenti għandhom jerġgħu jivverifikaw id-dokumenti tal-kontabbiltà 12-il xahar wara l-għoti tal-liċenzja.

Il-kontenut riċiklat għandu jiġi vverifikat billi jkun hemm konformità mal-EN 45557 jew mal-ISO 14021 filwaqt li r-riċiklabbiltà għandha tiġi vverifikata billi jkun hemm konformità mal-EN 13430 jew mal-ISO 18604.

Il-kontenut riċiklat tal-plastik fl-imballaġġ għandu jikkonforma mal-istandards tal-katina tal-kustodja bħall-ISO 22095 jew l-EN 15343. Jistgħu jiġu aċċettati metodi ekwivalenti jekk jitqiesu ekwivalenti minn parti terza, u għandhom ikunu akkumpanjati minn spjegazzjonijiet dettaljati li juru l-konformità ma’ dan ir-rekwiżit u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn relatata. Għandhom jiġu pprovduti fatturi li juru x-xiri tal-materjal riċiklat.

Barra minn hekk, ir-riċiklabbiltà (id-disponibbiltà u l-kompatibbiltà għar-riċiklaġġ) tal-imballaġġ għandha tiġi ttestjata permezz ta’ protokolli standard tal-ittestjar. Ir-riċiklabbiltà tal-imballaġġ tal-kartun u/jew tal-karta għandha tiġi vvalutata permezz ta’ ttestjar tar-repolpabbiltà u f’dan il-każ, l-applikant għandu juri r-repulpabbiltà tal-imballaġġ tal-kartun u tal-karta appoġġata mir-riżultat(i) tar-rapport(i) tat-test(ijiet) skont il-metodu tal-PTS PTS-RH 021, is-sistema ta’ evalwazzjoni ATICELCA 501 jew metodi standard ekwivalenti li huma aċċettati mill-korp kompetenti bħala li jipprovdu data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti. L-iskemi ta’ segregazzjoni jew l-iskemi ta’ taħlit ikkontrollati bħal RecyClass għandhom jiġu aċċettati bħala ċertifikazzjoni indipendenti ta’ partijiet terzi għall-imballaġġ tal-plastik. Jistgħu jiġu aċċettati metodi ta’ ttestjar ekwivalenti jekk jitqiesu ekwivalenti minn parti terza.

Barra minn hekk, l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità appoġġata minn ċertifikat tal-katina tal-kustodja validu u ċċertifikat indipendentement għall-borża li tista’ terġa’ tintuża. L-FSC, il-PEFC, l-OEKO-TEX, il-GOTS jew skemi ekwivalenti għandhom jiġu aċċettati bħala ċertifikazzjoni indipendenti minn parti terza.

Kriterju 6.   Gwida dwar ir-rimi tal-prodott u tal-imballaġġ

L-imballaġġ għall-bejgħ għandu jkun fih gwida dwar ir-rimi tal-imballaġġ għall-bejgħ, l-imballaġġ raggruppat (jekk ikun hemm), il-komponenti separati u għar-rimi tal-prodott użat. L-informazzjoni li ġejja għandha tinkiteb jew tiġi indikata permezz ta’ simboli viżwali fuq l-imballaġġ għall-bejgħ:

(a)

li l-imballaġġ għall-bejgħ, l-imballaġġ raggruppat (jekk ikun hemm), il-komponenti separati u t-tazza ma għandhomx jintremew fit-toilets, u

(b)

kif għandhom jintremew b’mod korrett l-imballaġġ għall-bejgħ, l-imballaġġ raggruppat (jekk ikun hemm), il-komponenti separati u t-tazza fi tmiem ħajjitha.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi ritratt b’riżoluzzjoni għolja tal-imballaġġ għall-bejgħ, li fih l-informazzjoni dwar ir-rimi tidher b’mod ċar.

Kriterju 7.   Informazzjoni dwar l-użu tal-prodott

Il-prodott għandu jkun akkumpanjat minn struzzjoni għall-użu tiegħu. Il-manifattur għandu jiżgura li l-utent jirċievi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

Kif għandu jagħżel id-daqs it-tajjeb tat-tazza. Tali informazzjoni għandha titqiegħed fejn tkun tista’ tiġi aċċessata mill-utent qabel ix-xiri (eż. fuq l-imballaġġ primarju).

(b)

Kif għandu jilbes it-tazza b’mod korrett biex jevita tnixxija u/jew skumdità.

(c)

It-tul ta’ ħin kemm għandha tintlibes it-tazza qabel ma titbattal. Informazzjoni dwar l-itwal ħin li tista’ tintlibes għandha tkun appoġġata minn studji ta’ testijiet. Din l-informazzjoni għandha tingħata b’mod viżibbli, eż. permezz ta’ logo jew b’karattri grassi, u għandha titqiegħed kemm fuq l-imballaġġ kif ukoll fuq l-istruzzjonijiet għall-użu.

(d)

Kif għandha titnaddaf it-tazza qabel u wara l-użu matul l-istess perjodu mestruwali, inkluż, bħala minimu, informazzjoni dwar l-importanza tal-ħasil tal-idejn, il-ħtieġa ta’ togħlija (iva/le, u jekk iva għal kemm ħin), l-ilma (sħun/kiesaħ), is-sapun (iva/le, u jekk iva kemm) u t-tul tat-tindif. Din l-informazzjoni għandha tkun appoġġata minn studji ta’ testijiet.

(e)

Kif għandha titnaddaf u tinħażen it-tazza bejn il-perjodi mestruwali, inkluż, bħala minimu, informazzjoni dwar l-importanza tal-ħasil tal-idejn, l-importanza tat-togħlija (u informazzjoni dwar it-tul ta’ ħin), l-ilma (sħun/kiesaħ), is-sapun (iva/le, u jekk iva kemm) u t-tul tat-tindif. Din l-informazzjoni għandha tkun appoġġata minn studji ta’ testijiet.

(f)

Għal kemm tul ta’ żmien tista’ tintuża t-tazza (it-tul tal-ħajja tat-tazza). Barra minn hekk, għandu jiġi ddikjarat li l-iskulurazzjoni eventwali tat-tazza ma għandha l-ebda influwenza fuq it-tul ta’ ħajja u l-funzjoni tagħha.

(g)

Għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar ir-riskju tal-iżvilupp tas-sindromu tax-xokk tossiku.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi kampjun tal-iskeda/fuljett ta’ informazzjoni u, jekk rilevanti, l-imballaġġ mibjugħ mat-tazza li juri l-informazzjoni għall-utent. L-applikant għandu jipprovdi wkoll testijiet/studji rilevanti, eż. valutazzjonijiet tar-riskju bijoloġiku jew studji tat-tossikoloġija, li jappoġġaw ir-rekwiżiti ta’ hawn fuq.

Kriterju 8.   Idoneità għall-użu u kwalità tal-prodott

L-effettività/il-kwalità tal-prodott finali għandha tkun sodisfaċenti u tal-anqas ekwivalenti għal dik ta’ prodotti li diġà jinsabu fis-suq.

L-idoneità għall-użu għandha tiġi ttestjata fir-rigward tal-karatteristiċi u tal-parametri rrapportati fit-Tabella 5. Meta jkunu ġew identifikati, il-livelli limitu tal-prestazzjoni għandhom jitqabblu.

L-idoneità għall-użu għandha tiġi ttestjata b’rabta mat-testijiet tekniċi msemmija għall-bijokompatibbiltà tal-materjali użati għall-manifattura ta’ tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw. It-test tal-bijokompatibbiltà għandu jipprovdi l-evalwazzjoni bijoloġika taċ-ċitotossiċità, tal-piroġeniċità, tas-sensitizzazzjoni, tal-irritazzjoni tal-ġilda u tal-impjantazzjoni (90 jum).

Tabella 5

Karatteristiċi u parametri li jiddeskrivu l-idoneità għall-użu tal-prodott li għandu jiġi ttestjat

Karatteristika

Il-prattika tal-ittestjar meħtieġa (il-limitu tal-prestazzjoni)

Testijiet waqt l-użu

U1. Protezzjoni minn tnixxija

Test tal-konsumatur (80 % tal-konsumaturi li jittestjaw il-prodott għandhom jikklassifikaw il-prestazzjoni bħala sodisfaċenti)

U2. Tajbin u komdi

U3. Prestazzjoni ġenerali

Testijiet tekniċi

T1. Bijokompatibbiltà

L-ebda effett bijoloġiku rilevanti fl-istudji mwettqa għaċ-ċitotossiċità, għall-piroġeniċità, għas-sensitizzazzjoni, għall-irritazzjoni tal-ġilda u għall-impjantazzjoni (90 jum) kif indikat mill-ISO 10993.

Inkella, tista’ tiġi rrapportata l-konformità mal-istandard tal-Klassi VI tal-USP (tossiċità sistemika akuta, tossiċità intrakutanja u test tal-impjantazzjoni).

Valutazzjoni u verifika:

Għandu jiġi pprovdut rapport tat-test li jiddeskrivi l-metodi ta’ ttestjar, ir-riżultati tat-testijiet u d-data użata. It-testijiet għandhom jitwettqu minn laboratorji ċċertifikati biex jimplimentaw sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità.

Għandhom jitwettqu testijiet waqt l-użu għall-prodotti speċifiċi li għalihom issir l-applikazzjoni għall-Ekotikketta tal-UE. Madankollu, jekk jintwera li l-prodotti għandhom l-istess prestazzjoni, ikun biżżejjed li jiġi ttestjat daqs wieħed biss jew taħlita rappreżentattiva ta’ qisien għal kull disinn tal-prodott.

Għandhom jitwettqu testijiet tekniċi għall-materjal(i) użat(i) għall-manifattura ta’ tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw li għalihom issir l-applikazzjoni tal-Ekotikketta tal-UE. Jekk ikun jista’ jintwera li diversi mudelli ta’ tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw jiġu mmanifatturati bl-istess materjal, jista’ jkun biżżejjed li dak il-materjal jiġi ttestjat darba biss. It-tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw mhumiex mitluba li jgħaddu minn testijiet tekniċi; il-materjali użati fil-produzzjoni tat-tazzi biss (dan jinkludi siliċju, elastomeri tas-siliċju retikolati, elastomeri oħra, koloranti użati u kwalunkwe materjal ieħor).

Għandha tingħata attenzjoni speċjali rigward il-kampjunar, it-trasport u l-ħżin tal-materjali u tal-prodotti biex jiġu ggarantiti riżultati riproduċibbli. Huwa rrakkomandat li l-prodotti ma jinsatrux jew ma jerġgħux jiġu ppakkjati f’imballaġġ newtrali minħabba r-riskju li tinbidel il-prestazzjoni tal-prodotti u/jew tal-imballaġġ, sakemm ma jkunx jista’ jiġi eskluż il-bdil.

Informazzjoni dwar l-ittestjar għandha tkun disponibbli għall-korpi kompetenti b’tali mod li tkun rispettata l-kwistjoni tal-kunfidenzjalità. Ir-riżultati tat-testijiet għandhom jiġu spjegati ċar u tond u jitniżżlu bil-lingwa, bl-unitajiet u bis-simboli li jista’ jifhem l-utent tad-data. L-elementi li ġejjin għandhom jiġu speċifikati: il-post u d-data tat-testijiet; il-kriterji użati biex jintgħażlu l-majterjali ttestjati u r-rappreżentattività tagħhom; il-karatteristiċi magħżula tal-ittestjar u, jekk applikabbli, ir-raġunijiet għaliex xi wħud ma ġewx inklużi; il-metodi ta’ ttestjar użati u l-limitazzjonijiet tagħhom jekk ikun hemm. Għandhom jingħataw linji gwida ċari dwar l-użu tar-riżultati tat-testijiet.

Linji gwida oħra għat-testijiet waqt l-użu:

Il-kampjunar, id-disinn tat-test, ir-reklutaġġ tal-panel u l-analiżi tar-riżultati tat-testijiet għandhom ikunu konformi mal-prattiki tal-istatistika standard (AFNOR Q 34-019, ASTM E1958-07e1 jew ekwivalenti).

Kull prodott għandu jiġi vvalutat skont kwestjonarju. It-test għandu jdum tal-anqas 72 siegħa, ġimgħa sħiħa meta possibbli, u għandu jsir f’kundizzjonijiet normali tal-użu tal-prodott.

L-għadd rakkomandat ta’ testers għandu jkun tal-anqas 30. Kull individwu li jieħu sehem fl-istħarriġ għandu jkun utent attwali tat-tip/daqs speċifiku tal-prodott ittestjat.

Fl-istħarriġ għandhom jieħdu sehem taħlita ta’ individwi li jirrappreżentaw proporzjonalment gruppi differenti ta’ konsumaturi disponibbli fis-suq. Għandhom jitniżżlu ċar u tond l-età u l-pajjiżi.

L-individwi morda u persuni b’kundizzjoni kronika ma għandhomx jieħdu sehem fit-test. Meta xi individwi jimirdu waqt il-prova tal-utenti, dan għandu jitniżżel fil-kwestjonarju u t-tweġibiet ma għandhomx jitqiesu fil-valutazzjoni.

Għat-testijiet kollha waqt l-użu (protezzjoni minn tnixxija, tajbin u komdi u prestazzjoni ġenerali), 80 % tal-konsumaturi li jittestjaw il-prodott għandhom jikklassifikaw il-prestazzjoni bħala sodisfaċenti, b’rata ogħla minn 60 assenjata mill-konsumatur (fuq skala kwantitattiva minn 1 sa 100). Inkella, 80 % tal-konsumaturi li jittestjaw il-prodott għandhom jikklassifikawh bħala tajjeb jew tajjeb ħafna (fost ħames opzjonijiet kwalitattivi: ħażin ħafna, ħażin, medju, tajjeb, tajjeb ħafna).

Ir-riżultati għandhom jiġu evalwati statistikament wara li titlesta l-prova tal-utenti.

Għandhom jiġu kkomunikati wkoll fatturi esterni bħal marki kummerċjali, ishma mis-suq u reklamar li jaf ikollhom impatt fuq il-perċezzjoni tal-prestazzjoni tal-prodott.

Rekwiżiti addizzjonali għat-testijiet tekniċi.

Il-metodi ta’ ttestjar għandhom jissejsu kemm jista’ jkun fuq metodi rilevanti għall-prodott, riproduċibbli u rigorużi.

It-testijiet tekniċi għandhom jitwettqu f’konformità mas-serje ISO 10993 jew l-istandard tal-Klassi VI tal-USP.

Għandhom jiġu aċċettati metodi ta’ ttestjar li l-istandards tal-ambitu u tar-rekwiżit tagħhom jitqiesu ekwivalenti għal dawk tal-istandards nazzjonali u internazzjonali msemmija u li l-ekwivalenza tagħhom tkun ġiet ikkonfermata minn parti terza indipendenti.

Il-piż, id-dimensjonijiet u l-karatteristiċi tad-disinn tal-prodott għandhom jiġu deskritti u pprovduti f’konformità mal-informazzjoni pprovduta fit-test ġenerali tal-valutazzjoni u tal-verifika tal-applikazzjoni.

Kriterju 9.   Responsabbiltà Soċjali Korporattiva fir-rigward tal-aspetti tax-xogħol

Dan il-kriterju jistabbilixxi r-rekwiżiti li japplikaw għas-sit tal-manifattura finali tat-tazza mestruwali li tista’ terġa’ tintuża.

Wara li jiġu kkunsidrati d-Dikjarazzjoni Tripartitika dwar il-Prinċipji li Jikkonċernaw l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (5), il-Patt Globali tan-NU (Pilastru 2) (6), il-Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem (7) u l-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali (8), l-applikant għandu jikseb verifika minn parti terza appoġġata minn awditu/awditi fuq il-post li l-prinċipji applikabbli inklużi fit-testi internazzjonali msemmija hawn fuq u d-dispożizzjonijiet supplimentari ta’ hawn taħt li ġew identifikati ġew rispettati fl-impjant(i) tal-immuntar finali għall-prodott.

Konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO:

(a)

It-Tħaddim tat-Tfal:

Il-Konvenzjoni dwar l-Età Minima, 1973 (Nru 138)

Il-Konvenzjoni dwar l-Agħar Forom tax-Xogħol tat-Tfal, 1999 (Nru 182)

(b)

Ix-Xogħol Obbligatorju u Furzat:

Il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, 1930 (Nru 29) u 2014 il-Protokoll għall-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat;

Il-Konvenzjoni dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat, 1957 (Nru 105)

(c)

Il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u d-Dritt tan-Negozjar Kollettiv:

Il-Konvenzjoni dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni, 1948 (Nru 87)

Il-Konvenzjoni dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji tad-Dritt ta’ Organizzazzjoni u tan-Negozjar Kollettiv, 1949 (Nru 98)

(d)

Id-Diskriminazzjoni:

Il-Konvenzjoni dwar ir-Remunerazzjoni Indaqs, 1951 (Nru 100)

Il-Konvenzjoni dwar id-Diskriminazzjoni (fl-Impjieg u fix-Xogħol), 1958 (Nru 111)

Dispożizzjonijiet supplimentari:

(e)

Is-Sigħat tax-Xogħol:

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar is-Sigħat tax-Xogħol (Industrija), 1919 (Nru 1)

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar il-Mistrieħ ta’ Kull Ġimgħa (Industrija), 1921 (Nru 14)

(f)

Ir-Remunerazzjoni:

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar l-Iffissar tal-Paga Minima, 1970 (Nru 131)

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar il-Btajjel Imħallsa (Riveduta), 1970 (Nru 132)

Paga li tiggarantixxi l-għajxien: L-applikant għandu jiżgura li l-pagi (minbarra kwalunkwe taxxa, bonus, benefiċċju, jew paga tas-sahra) imħallsa għal ġimgħa xogħol normali (li ma taqbiżx it-48 siegħa) għandhom ikunu biżżejjed biex persuna jkun jista’ jkollha l-ħtiġijiet bażiċi (akkomodazzjoni, enerġija, nutrizzjoni, ħwejjeġ, kura tas-saħħa, edukazzjoni, ilma għax-xorb, kura tat-tfal, u t-trasport) ta’ ħaddiem u ta’ familja ta’ erba’ persuni, u li jipprovdu xi introjtu diskrezzjonali. L-implimentazzjoni għandha tiġi awditjata b’referenza għall-gwida SA8000 (9) dwar ir-“Remunerazzjoni”.

(g)

Is-Saħħa u s-Sikurezza:

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar is-Sikurezza fl-użu tas-sustanzi kimiċi fuq ix-xogħol, 1981 (Nru 170)

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar is-Sikurezza u s-Saħħa fuq ix-Xogħol, 1990 (Nru 155)

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar l-Ambjent tax-Xogħol (Tniġġis tal-Arja, Storbju u Vibrazzjoni), 1977 (Nru 148)

(h)

Il-Protezzjoni u l-Inklużjoni Soċjali:

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar il-Kura Medika u l-Benefiċċji tal-Mard, 1969 (Nru 130)

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar is-Sigurtà Soċjali (Standards Minimi), 1952 (Nru 102)

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar il-Benefiċċji f’każ ta’ Korriment fuq ix-Xogħol, 1964 (Nru 121)

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar it-Trattament Ugwali (Kumpens għal Inċidenti), 1925 (Nru 19)

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar il-Protezzjoni tal-Maternità, 2000 (Nru 183)

(i)

Is-Sensja Ġusta:

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar it-Terminazzjoni tal-Impjieg, 1982 (Nru 158).

F’postijiet fejn id-dritt tal-libertà tal-assoċjazzjoni u tan-negozjar kollettiv huma ristretti bil-liġi, il-kumpanija ma għandhiex tirrestrinġi lill-ħaddiema milli jiżviluppaw mekkaniżmi alternattivi biex jesprimu l-ilmenti tagħhom u jipproteġu d-drittijiet tagħhom rigward il-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-termini tal-impjieg, u għandha tirrikonoxxi assoċjazzjonijiet leġittimi tal-impjegati li magħhom tista’ tidħol fi djalogu dwar kwistjonijiet fuq il-post tax-xogħol.

Il-proċess ta’ awditjar għandu jinkludi konsultazzjoni ma’ partijiet ikkonċernati esterni ta’ organizzazzjoni indipendenti tal-industrija f’oqsma lokali madwar is-siti, inkluż trade unions, organizzazzjonijiet tal-komunità, NGOs u esperti tax-xogħol. Għandhom isiru konsultazzjonijiet sinifikattivi ma’ tal-anqas żewġ partijiet ikkonċernati minn żewġ sottogruppi differenti. F’postijiet fejn il-liġi nazzjonali ma tistax tiżgura l-adegwatezza tar-responsabbiltà soċjali korporattiva mal-konvenzjonijiet internazzjonali msemmija hawn fuq, il-proċess ta’ awditjar għandu jinkludi awditi fuq il-post ta’ partijiet terzi magħmula minn spezzjonijiet fuq il-post mhux imħabbra minn evalwaturi indipendenti mill-industrija.

Matul il-perjodu ta’ validità tal-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jippubblika r-riżultati aggregati u s-sejbiet ewlenin mill-awditi (inkluż dettalji dwar (a) kemm hemm u kemm huma serji l-vjolazzjonijiet ta’ kull dritt tax-xogħol u tal-istandard tal-OHS; (b) strateġija għar-rimedju – meta r-rimedju jinkludi l-prevenzjoni għal kull kunċett tal-UNGP; (c) il-valutazzjoni tal-kawżi ewlenin tal-konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati tal-vjolazzjonijiet persistenti – min ġie kkonsultat, xi kwistjonijiet tqajmu, kif dan influwenza l-pjan ta’ azzjoni korrettiva), online sabiex tiġi pprovduta evidenza tal-prestazzjoni tagħhom lill-konsumaturi interessati.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu juri l-konformità mar-rekwiżiti billi jipprovdi kopji tal-verżjoni l-aktar reċenti tal-kodiċi ta’ kondotta tiegħu li għandha tkun konsistenti mad-dispożizzjonijiet speċifikati hawn fuq u kopji ta’ rapporti ta’ awditi ta’ appoġġ għal kull impjant finali tal-assemblaġġ tal-prodott għall-mudell(i) li jrid(u) jiġi(u) ekotikkettat(i) flimkien ma’ web link għal fejn tista’ tinstab il-pubblikazzjoni tar-riżultati u s-sejbiet online.

L-awditi fuq il-post ta’ partijiet terzi għandhom jitwettqu minn awdituri kkwalifikati biex jivvalutaw il-konformità tas-siti tal-manifattura industrijali mal-istandards soċjali jew mal-kodiċijiet ta’ kondotta jew, f’pajjiżi fejn il-Konvenzjoni tal-ILO dwar l-Ispezzjoni tax-Xogħol, 1947 (Nru 81) ġiet ratifikata u s-superviżjoni tal-ILO tindika li s-sistema nazzjonali ta’ spezzjoni tax-xogħol hija effettiva (10) u l-ambitu tas-sistemi ta’ spezzjoni jkopri l-oqsma elenkati hawn fuq (11), minn spettur(i) tax-xogħol maħtur(a) minn awtorità pubblika.

Għandhom jiġu aċċettati ċertifikazzjonijiet validi minn skemi ta’ partijiet terzi jew proċessi ta’ spezzjoni li jawditjaw il-konformità mal-prinċipji applikabbli tal-Konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO elenkati u d-dispożizzjonijiet supplimentari dwar il-ħinijiet tax-xogħol, ir-remunerazzjoni, is-saħħa u s-sikurezza, u l-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati esterni. Dawn iċ-ċertifikazzjonijiet ma għandux ikollhom aktar minn 12-il xahar, fid-data tal-applikazzjoni.

Kriterju 10.   Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

Il-logo tal-Ekotikketta tal-UE jista’ jintwera fuq l-imballaġġ għall-bejgħ tal-prodott. Jekk tintuża t-tikketta fakultattiva bil-kaxxa testwali, din għandu jkun fiha t-tliet dikjarazzjonijiet li ġejjin:

“Iddisinjat biex jitnaqqas l-impatt fuq l-ambjent”,

“Jissodisfa rekwiżiti stretti dwar sustanzi perikolużi”,

“Prestazzjoni verifikata”.

L-applikant għandu jsegwi l-istruzzjonijiet dwar kif għandu jintuża l-logo tal-Ekotikketta tal-UE kif ipprovdut fil-Linji Gwida dwar il-Logo tal-Ekotikketta tal-UE:

https://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/logo_guidelines.pdf

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit u ritratt b’riżoluzzjoni għolja tal-imballaġġ għall-bejgħ tal-prodott li juri b’mod ċar it-tikketta, in-numru tar-reġistrazzjoni/tal-liċenzja u, meta rilevanti, id-dikjarazzjonijiet li jistgħu jintwerew flimkien mat-tikketta.


(1)  Jekk jogħġbok irreferi għan-nota 16 f’qiegħ il-paġna.

(2)  Jekk jogħġbok irreferi għan-nota 17 f’qiegħ il-paġna

(3)  Jekk jogħġbok irreferi għan-nota 18 f’qiegħ il-paġna.

(4)  Jekk jogħġbok irreferi għan-nota 19 f’qiegħ il-paġna.

(5)  Jekk jogħġbok irreferi għan-nota 21 f’qiegħ il-paġna.

(6)  Jekk jogħġbok irreferi għan-nota 22 f’qiegħ il-paġna.

(7)  Jekk jogħġbok irreferi għan-nota 23 f’qiegħ il-paġna.

(8)  Jekk jogħġbok irreferi għan-nota 24 f’qiegħ il-paġna.

(9)  Jekk jogħġbok irreferi għan-nota 25 f’qiegħ il-paġna.

(10)  Jekk jogħġbok irreferi għan-nota 21 f’qiegħ il-paġna.

(11)  Jekk jogħġbok irreferi għan-nota 21 f’qiegħ il-paġna.


Top