Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0880

    Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/880 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    ST/8836/2022/INIT

    ĠU L 153, 3.6.2022, p. 75–76 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/880/oj

    3.6.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 153/75


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/880

    tat-3 ta’ Ġunju 2022

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1),

    Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2) jagħti effett lil miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

    (2)

    Fit-3 ta’ Ġunju 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/885 (3) li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK, li introduċiet għażliet ulterjuri ta’ deroga mill-iffriżar ta’ assi u mill-projbizzjoni li fondi u riżorsi ekonomiċi jkunu disponibbli għal persuni u għal entitajiet iddeżinjati. Huwa xieraq ukoll li jiġu ċċarati u msaħħa d-dispożizzjonijiet dwar il-pieni nazzjonali għall-ksur tal-miżuri f’dak ir-Regolament.

    (3)

    Dawn l-emendi jaqgħu fl-ambitu tat-Trattat u għalhekk hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni biex jiġu implimentati, b’mod partikolari bl-intenzjoni li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha.

    (4)

    Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

    “Artikolu 6c

    L-Artikolu 2 ma għandux japplika għal fondi jew riżorsi ekonomiċi li huma strettament meħtieġa għall-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika minn operaturi tat-telekomunikazzjoni tal-Unjoni, għall-forniment ta’ faċilitajiet u servizzi assoċjati meħtieġa għall-operat, il-manutenzjoni u s-sigurtà ta’ tali servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, fir-Russja, fl-Ukrajna, fl-Unjoni, bejn ir-Russja u l-Unjoni, u bejn l-Ukrajna u l-Unjoni, u għal servizzi ta’ ċentri ta’ data fl-Unjoni.”;

    (2)

    fl-Artikolu 15, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

    “1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni, inkluż kif xieraq pieni kriminali, applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll għal miżuri xierqa ta’ konfiska tar-rikavat minn tali ksur.”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ġunju 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. COLONNA


    (1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/885 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 153, 3.6.2022).


    Top