EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0739

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/739 tat-13 ta’ Mejju 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 fir-rigward ta’ ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni tat-tjur u tal-kwota tariffarja għall-esportazzjoni tat-trab tal-ħalib lejn ir-Repubblika Dominicana

C/2022/3054

ĠU L 137, 16.5.2022, p. 7–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/739/oj

16.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 137/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/739

tat-13 ta’ Mejju 2022

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 fir-rigward ta’ ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni tat-tjur u tal-kwota tariffarja għall-esportazzjoni tat-trab tal-ħalib lejn ir-Repubblika Dominicana

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 187, l-ewwel paragrafu, il-punt (a) u (b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 (2) jistabbilixxi r-regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni, jiftaħ kwoti tariffarji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għal prodotti agrikoli speċifiċi u jipprevedi regoli speċifiċi għall-amministrazzjoni ta’ dawk il-kwoti tariffarji.

(2)

L-Artikolu 55 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 jiftaħ kwota tariffarja għall-esportazzjonijiet lejn ir-Repubblika Dominicana ta’ trab tal-ħalib li joriġina mill-UE. Il-kwota hija miftuħa għall-prodotti kollha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0402 10, 0402 21 u 0402 29.

(3)

Bħalissa, din il-kwota tal-esportazzjoni tkopri 13-il kodiċi NM. Għalhekk, sabiex jiġu ffaċilitati dawn l-esportazzjonijiet tat-trab tal-ħalib lejn ir-Repubblika Dominicana, il-liċenzja tal-esportazzjoni għandha tkun valida għall-prodotti kollha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM koperti minn din il-kwota irrispettivament mill-kodiċijiet NM imsemmija b’mod espliċitu fl-applikazzjoni.

(4)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/760 (3) jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-regoli għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni soġġetti għal-liċenzji.

(5)

L-Artikolu 9(6) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760 jipprevedi li, għall-gruppi ta’ kwoti tariffarji taħt in-numri tal-ordni 09.4211, 09.4212, 09.4213 u 09.4290, il-kwantità ta’ referenza għandha tiġi kkalkulata billi jiġu akkumulati l-kwantitajiet ta’ prodotti rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni, li jaqgħu f’kull wieħed min-numri tal-ordni tal-kwota tal-grupp.

(6)

Fl-Anness XII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761, il-perjodi tal-kwota għall-kwoti tariffarji taħt in-numri tal-ordni 09.4211 u 09.4212 huma diviżi f’subperjodi filwaqt li l-perjodi tal-kwota għall-kwoti tariffarji taħt in-numri tal-ordni 09.4213 u 09.4290 mhumiex, u dan jagħmel il-kalkolu tal-kwantità referenzjali partikolarment ikkumplikat.

(7)

Sabiex jiġi ssimplifikat il-kalkolu tal-kwantità ta’ referenza, huwa xieraq li l-perjodi tal-kwota għan-numri tal-ordni 09.4213 u 09.4290 jinqasmu fl-istess subperjodi bħal dawk stabbiliti għan-numri tal-ordni 09.4211 u 09.4212.

(8)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 56(3), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

It-Taqsima 20 għandha tindika:

“Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761.

Kwota tariffarja għall-1 ta’ Lulju 20 ... sat-30 ta’ Ġunju 20 ..., għat-trab tal-ħalib skont l-Appendiċi 2 tal-Anness III tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, li l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tagħha ġew approvati mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/805/KE.

Il-liċenzja tal-esportazzjoni għandha tkun valida għal kwalunkwe prodott li jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM imsemmija fl-Artikolu 55(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761””.

(2)

L-Anness XII huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika għall-perjodi tal-kwota tariffarja li jibdew wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji bil-liċenzji (ĠU L 185, 12.6.2020, p. 24).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/760 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni soġġetti għal liċenzji u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-depożitu ta’ garanziji fl-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji (ĠU L 185, 12.6.2020, p. 1).


ANNESS

L-Anness XII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 huwa emendat kif ġej:

(1)

it-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4213 hija emendata kif ġej:

(a)

ir-ringiela “Subperjodi tal-kwoti tariffarji” hija sostitwita b’dan li ġej:

Subperjodi tal-kwoti tariffarji

Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru

Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu

Mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju”

(b)

ir-ringiela “Kwantità f’kilogrammi” hija sostitwita b’dan li ġej:

Kwantità f’kilogrammi

368 000  kg, diviżi kif ġej:

30 % għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru

30 % għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru

20 % għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu

20 % għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju”

(2)

it-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4290 hija emendata kif ġej:

(a)

ir-ringiela “Subperjodi tal-kwoti tariffarji” hija sostitwita b’dan li ġej:

Subperjodi tal-kwoti tariffarji

Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru

Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu

Mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju”

(b)

ir-ringiela “Kwantità f’kilogrammi” hija sostitwita b’dan li ġej:

Kwantità f’kilogrammi

456 000  kg, diviżi kif ġej:

30 % għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru

30 % għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru

20 % għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu

20 % għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju”


Top