EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D2193

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2193 tat-22 ta’ Diċembru 2021 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Perù li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Perù f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet

ST/14384/2021/INIT

ĠU L 292, 11.11.2022, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2193/oj

Related international agreement

11.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 292/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2193

tat-22 ta’ Diċembru 2021

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Perù li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Perù f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-21 ta’ Settembru 2020, il-Kunsill adotta deċiżjoni li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Perù li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ din tal-aħħar f’operazzjonijiet tal-Unjoni għall-immaniġġar ta’ kriżijiet.

(2)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, f’konformità mal-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, sussegwentement innegozja l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Perù li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Perù f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet (“il-Ftehim”).

(3)

Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Perù li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Perù f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (1).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 17(1) tal-Ftehim (2).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

G. DOVŽAN


(1)  Aral-paġna 14 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


Top